This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020TA0723
Case T-723/20: Judgment of the General Court of 1 June 2022 — Prigozhin v Council (Common foreign and security policy — Restrictive measures taken in view of the situation in Libya — Freezing of funds — List of persons and entities subject to the freezing of funds and economic resources — Restrictions on entry into and transit through the territory of the European Union — List of persons subject to restrictions on entry into and transit through the territory of the European Union — Initial inclusion and maintenance of the applicant’s name on the lists of persons concerned — Obligation to state reasons — Errors of assessment — Rights of the defence — Proportionality — Foreseeability of acts of the European Union)
Kawża T-723/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ġunju 2022 – Prigozhin vs Il-Kunsill (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja – Iffriżar ta’ fondi – Lista tal-persuni, entitajiet u organi li fir-rigward tagħhom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Restrizzjonijiet ta’ dħul u ta’ tranżitu fit-territorju tal-Unjoni – Lista tal-persuni suġġetti għal restrizzjonijiet ta’ dħul u ta’ tranżitu fit-territorju tal-Unjoni – L-ewwel inklużjoni u żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-listi tal-persuni kkonċernati – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball ta’ evalwazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Proporzjonalità – Prevedibbiltà tal-atti tal-Unjoni”)
Kawża T-723/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ġunju 2022 – Prigozhin vs Il-Kunsill (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja – Iffriżar ta’ fondi – Lista tal-persuni, entitajiet u organi li fir-rigward tagħhom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Restrizzjonijiet ta’ dħul u ta’ tranżitu fit-territorju tal-Unjoni – Lista tal-persuni suġġetti għal restrizzjonijiet ta’ dħul u ta’ tranżitu fit-territorju tal-Unjoni – L-ewwel inklużjoni u żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-listi tal-persuni kkonċernati – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball ta’ evalwazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Proporzjonalità – Prevedibbiltà tal-atti tal-Unjoni”)
ĠU C 284, 25.7.2022, p. 28–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 284/28 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ġunju 2022 – Prigozhin vs Il-Kunsill
(Kawża T-723/20) (1)
(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja - Iffriżar ta’ fondi - Lista tal-persuni, entitajiet u organi li fir-rigward tagħhom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Restrizzjonijiet ta’ dħul u ta’ tranżitu fit-territorju tal-Unjoni - Lista tal-persuni suġġetti għal restrizzjonijiet ta’ dħul u ta’ tranżitu fit-territorju tal-Unjoni - L-ewwel inklużjoni u żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-listi tal-persuni kkonċernati - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball ta’ evalwazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Proporzjonalità - Prevedibbiltà tal-atti tal-Unjoni”)
(2022/C 284/34)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Yevgeniy Viktorovich Prigozhin (Sankt-Peterburg, ir-Russja) (rappreżentant: M. Cessieux, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M.-C. Cadilhac u V. Piessevaux, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1483 tal-14 ta’ Ottubru 2020 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (ĠU 2020, L 341, p. 16), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1481 tal-14 ta’ Ottubru 2020 li jimplimenta l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (ĠU 2020, L 341, p. 7), sa fejn ismu ġie inkluż fil-listi tal-persuni u tal-entitajiet li jinsabu fl-Annessi II u IV tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta’ Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (ĠU 2015, L 206, p. 34), u fl-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 tat-18 ta’ Jannar 2016 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 (ĠU 2016, L 12, p. 1, rettifika fil-ĠU 2019, L 6, p. 10), (iktar ’il quddiem il-“listi kontenzjużi”) u, min-naħa l-oħra, wara adattament tar-rikors, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1251 tad-29 ta’ Lulju 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2015/1333 (ĠU 2021, L 272, p. 71), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1241 tad-29 ta’ Lulju 2021 li jimplimenta l-Artikolu 21(2) tar-Regolament 2016/44 (ĠU 2021, L 272, p. 1), sa fejn ismu nżamm fil-listi kontenzjużi.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Yevgeniy Viktorovich Prigozhin huwa kkundannat għall-ispejjeż. |