Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0601

    Kawża T-601/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2022 – Tirrenia di navigazione vs Il-Kummissjoni (“Għajnuna mill-Istat – Trasport marittimu – Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali – Għajnuna mogħtija lil Adriatica għall-perijodu ta’ bejn Jannar 1992 u Lulju 1994 fir-rigward tal-konnessjoni Brindisi/Corfu/Igoumenitsa/Patras – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna illegali – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha – Interessi akkumulati – Terminu ta’ preskrizzjoni – Għajnuna ġdida – Inkompatibbiltà mas-suq intern – Effetti ta’ akkordju fuq is-suq – Tul eċċessiv tal-proċedura – Aspettattivi leġittimi – Ċertezza legali – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba”)

    ĠU C 284, 25.7.2022, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.7.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 284/27


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2022 – Tirrenia di navigazione vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-601/20) (1)

    (“Għajnuna mill-Istat - Trasport marittimu - Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali - Għajnuna mogħtija lil Adriatica għall-perijodu ta’ bejn Jannar 1992 u Lulju 1994 fir-rigward tal-konnessjoni Brindisi/Corfu/Igoumenitsa/Patras - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna illegali - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Interessi akkumulati - Terminu ta’ preskrizzjoni - Għajnuna ġdida - Inkompatibbiltà mas-suq intern - Effetti ta’ akkordju fuq is-suq - Tul eċċessiv tal-proċedura - Aspettattivi leġittimi - Ċertezza legali - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba”)

    (2022/C 284/32)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrent: Tirrenia di navigazione SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti B. Nascimbene u F. Rossi Dal Pozzo, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braga da Cruz u D. Recchia, aġenti)

    Suġġett

    Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1411 tat-2 ta’ Marzu 2020 dwar l-għajnuna mill-Istat Nru C 64/99 (ex NN 68/99) implimentata mill-Italja għall-kumpaniji tat-tbaħħir Adriatica, Caremar, Siremar, Saremar u Toremar (il-Grupp Tirrenia) (ĠU 2020, L 332, p. 1), sa fejn din tikkonċernaha.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Tirrenia di navigazione SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 378, 9.11.2020.


    Top