EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0480

Kawża T-480/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2023 – Hengshi Egypt Fiberglass Fabrics u Jushi Egypt for Fiberglass Industry vs Il-Kummissjoni Ewropea (“Sussidji – Importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu – Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/776 – Dazju kumpensatorju definittiv – Kalkolu tal-ammont tas-sussidju – Imputabbiltà tas-sussidju – Drittijiet tad-difiża – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Sistemi ta’ rimbors tad-dazji fuq l-importazzjoni – Trattament fiskali tat-telf tal-kambju – Kalkolu tal-marġni ta’ twaqqigħ tal-prezz”)

ĠU C 134, 17.4.2023, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/7


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2023 – Hengshi Egypt Fiberglass Fabrics u Jushi Egypt for Fiberglass Industry vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-480/20) (1)

(“Sussidji - Importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/776 - Dazju kumpensatorju definittiv - Kalkolu tal-ammont tas-sussidju - Imputabbiltà tas-sussidju - Drittijiet tad-difiża - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Sistemi ta’ rimbors tad-dazji fuq l-importazzjoni - Trattament fiskali tat-telf tal-kambju - Kalkolu tal-marġni ta’ twaqqigħ tal-prezz”)

(2023/C 134/09)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hengshi Egypt Fiberglass Fabrics SAE (Ain Soukhna, l-Eġittu), Jushi Egypt for Fiberglass Industry SAE (Ain Soukhna) (rappreżentanti: B. Servais u V. Crochet, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Kienapfel, G. Luengo u P. Němečková, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-konvenuta: Tech-Fab Europe eV (Frankfurt-am-Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Ruessmann u J. Beck, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/776 tat-12 ta’ Ġunju 2020 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/492 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu (ĠU L 189, 15.6.2020, p. 1), sa fejn jikkonċerna lilhom.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Hengshi Egypt Fiberglass Fabrics SAE u Jushi Egypt for Fiberglass Industry SAE għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Tech-Fab Europe eV għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 304, 14.9.2020.


Top