Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0380

    Kawża T-380/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ġunju 2022 – Tubes Radiatori vs EUIPO – Antrax It (Radjatur għat-tisħin) (“Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju li jirrappreżenta radjatur għat-tisħin – Disinni preċedenti – Raġunijiet għal invalidità – Assenza ta’ karattru individwali – Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 – Libertà tal-kreatur – Saturazzjoni tal-istat tal-arti – Impressjoni globali”)

    ĠU C 294, 1.8.2022, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.8.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 294/24


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ġunju 2022 – Tubes Radiatori vs EUIPO – Antrax It (Radjatur għat-tisħin)

    (Kawża T-380/20) (1)

    (“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju li jirrappreżenta radjatur għat-tisħin - Disinni preċedenti - Raġunijiet għal invalidità - Assenza ta’ karattru individwali - Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Libertà tal-kreatur - Saturazzjoni tal-istat tal-arti - Impressjoni globali”)

    (2022/C 294/33)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrent: Tubes Radiatori Srl (Resana, l-Italja) (rappreżentanti: S. Verea, K. Muraro, M. Balestriero u P. Menapace, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Capostagno, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Antrax It Srl (Resana) (rappreżentanti: L. Gazzola u G. Lugato, avukati)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Marzu 2020 (Każ R 1275/2017-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Antrax It u Tubes Radiatori.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Tubes Radiatori Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 271, 17.8.2020.


    Top