Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0296

    Kawża T-296/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2022 – Foz vs Il-Kunsill (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja – Iffriżar ta’ fondi – Żball ta’ evalwazzjoni – Proporzjonalità – Dritt għall-proprjetà – Dritt għall-eżerċizzju ta’ attività ekonomika – Użu ħażin ta’ poter – Obbligu ta’ motivazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal smigħ xieraq – Determinazzjoni tal-kriterji ta’ inklużjoni”)

    ĠU C 284, 25.7.2022, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.7.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 284/24


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2022 – Foz vs Il-Kunsill

    (Kawża T-296/20) (1)

    (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Żball ta’ evalwazzjoni - Proporzjonalità - Dritt għall-proprjetà - Dritt għall-eżerċizzju ta’ attività ekonomika - Użu ħażin ta’ poter - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal smigħ xieraq - Determinazzjoni tal-kriterji ta’ inklużjoni”)

    (2022/C 284/28)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Amer Foz (Dubai, L-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentant: L. Cloquet, avukat)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Haas u M. Bishop, aġenti)

    Suġġett

    Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/212 tas-17 ta’ Frar 2020 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2020, L 43 I, p. 6), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/211 tas-17 ta’ Frar 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2020, L 43 I, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/719 tat-28 ta’ Mejju 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2020, L 168, p. 66), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/716 tat-28 ta’ Mejju 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2020, L 168, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/855 tas-27 ta’ Mejju 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2021, L 188, p. 90), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/848 tas-27 ta’ Mejju 2021 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2021, L 188, p. 18), inkwantu dawn l-atti jinkludu u jżommu ismu fil-listi annessi ma’ dawn l-atti.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Amer Foz huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 255, 3.8.2020.


    Top