Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0295

Kawża T-295/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Frar 2023 – Aquind et vs Il-Kummissjoni (“Enerġija – Infrastrutturi tal-enerġija trans-Ewropej – Regolament (UE) Nru 347/2013 – Regolament Delegat li jemenda l-lista ta’ proġetti ta’ interess komuni – It-tieni paragrafu tal-Artikolu 172 TFUE – Rifjut ta’ Stat Membru li jagħti l-approvazzjoni tiegħu għal proġett ta’ interkonnessjoni tal-elettriku bil-għan tal-għoti tal-istatus ta’ proġett ta’ interess komuni – Nuqqas ta’ inklużjoni mill-Kummissjoni tal-proġett fil-lista emendata – Obbligu ta’ motivazzjoni – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Ugwaljanza fit-trattament – Ċertezza legali – Aspettattivi leġittimi – Proporzjonalità – Artikolu 10 tat-Trattat dwar il-Karta tal-Enerġija”)

ĠU C 112, 27.3.2023, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Frar 2023 – Aquind et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-295/20) (1)

(“Enerġija - Infrastrutturi tal-enerġija trans-Ewropej - Regolament (UE) Nru 347/2013 - Regolament Delegat li jemenda l-lista ta’ proġetti ta’ interess komuni - It-tieni paragrafu tal-Artikolu 172 TFUE - Rifjut ta’ Stat Membru li jagħti l-approvazzjoni tiegħu għal proġett ta’ interkonnessjoni tal-elettriku bil-għan tal-għoti tal-istatus ta’ proġett ta’ interess komuni - Nuqqas ta’ inklużjoni mill-Kummissjoni tal-proġett fil-lista emendata - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Ugwaljanza fit-trattament - Ċertezza legali - Aspettattivi leġittimi - Proporzjonalità - Artikolu 10 tat-Trattat dwar il-Karta tal-Enerġija”)

(2023/C 112/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aquind Ltd (Wallsend, ir-Renju Unit), Aquind SAS (Rouen, Franza), Aquind Energy Sàrl (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: S. Goldberg, C. Davis, J. Bille, solicitors, u E. White, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Beynet u B. De Meester, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: J. Möller u S. Costanzo, aġenti), ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. Ruiz Sánchez, aġent), ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: A.-L. Desjonquères, A. Daniel, W. Zemamta u R. Bénard, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/389 tal-31 ta’ Ottubru 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista tal-Unjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni (ĠU 2020, L 74, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Aquind Ltd, Aquind SAS u Aquind Energy Sàrl huma kkundannati għall-ispejjeż.

3)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika Franċiża għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C 247, 27.7.2020.


Top