EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0171

Kawża T-171/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2021 – Rochefort vs Il-Parlament (“Dritt istituzzjonali – Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew – Allowance ta’ assistenza parlamentari – Irkupru tas-somom imħallsa indebitament – Oneru tal-prova – Obbligu ta’ motivazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Żball ta’ liġi – Żball ta’ evalwazzjoni – Proporzjonalità”)

ĠU C 357, 6.9.2021, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 357/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2021 – Rochefort vs Il-Parlament

(Kawża T-171/20) (1)

(“Dritt istituzzjonali - Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew - Allowance ta’ assistenza parlamentari - Irkupru tas-somom imħallsa indebitament - Oneru tal-prova - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Żball ta’ liġi - Żball ta’ evalwazzjoni - Proporzjonalità”)

(2021/C 357/37)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Robert Rochefort (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: M. Stasi, J.-L. Teheux u J.-M. Rikkers, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Görlitz, T. Lazian u M. Ecker, aġenti)

Suġġett

Talba abbażi tal-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2019 dwar l-irkupru mingħand ir-rikorrent ta’ somma ta’ EUR 27 241 imħallsa indebitament abbażi tal-assistenza parlamentari u tan-nota korrispondenti tat-22 ta’ Jannar 2020.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Robert Rochefort huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 191, 8.6.2020.


Top