Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0144

    Kawża T-144/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ġunju 2022 – Guangxi Xin Fu Yuan vs Il-Kummissjoni (“Dumping – Importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw miċ-Ċina – Investigazzjoni tar-reviżjoni – Evażjoni – Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2016/1036 – Kumpanniji relatati – Obbligi proċedurali – Artikolu 5(10) u (11) tar-Regolament 2016/1036 – Artikoli 6.1, 6.2 u 12.1 tal-Ftehim dwar l-Anti-Dumping – Drittijiet tad-difiża – Ugwaljanza fit-trattament – Aspettattivi leġittimi – Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)

    ĠU C 294, 1.8.2022, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.8.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 294/22


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ġunju 2022 – Guangxi Xin Fu Yuan vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-144/20) (1)

    (“Dumping - Importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw miċ-Ċina - Investigazzjoni tar-reviżjoni - Evażjoni - Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2016/1036 - Kumpanniji relatati - Obbligi proċedurali - Artikolu 5(10) u (11) tar-Regolament 2016/1036 - Artikoli 6.1, 6.2 u 12.1 tal-Ftehim dwar l-Anti-Dumping - Drittijiet tad-difiża - Ugwaljanza fit-trattament - Aspettattivi leġittimi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)

    (2022/C 294/30)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Guangxi Xin Fu Yuan Co. Ltd (Bobai, iċ-Ċina) (rappreżentanti: J. Cornelis u T. Zuber, avukati)

    Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Němečková u M. Gustafsson, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2131 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1198 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2019, L 321, p. 139).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Guangxi Xin Fu Yuan Co. Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 161, 11.5.2020.


    Top