EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020CN0723
Case C-723/20: Request for a preliminary ruling from the Bundesgerichtshof (Germany) lodged on 29 December 2020 — Insolvency proceedings concerning the assets of Galapagos S.A.; other parties: DE, as insolvency administrator of Galapagos S.A., Galapagos BidCo. S.a.r.l, Hauck Aufhäuser Fund Services S.A. and Prime Capital S.A.
Kawża C-723/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Diċembru 2020 – Proċedura ta’ insolvenza fir-rigward tal-assi ta’ Galapagos S.A., u l-partijiet interessati huma DE bħala amministratur tal-insolvenza, Galapagos BidCo. S.a.r.l., Hauck Aufhäuser Fund Services S.A. u Prime Capital S.A.
Kawża C-723/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Diċembru 2020 – Proċedura ta’ insolvenza fir-rigward tal-assi ta’ Galapagos S.A., u l-partijiet interessati huma DE bħala amministratur tal-insolvenza, Galapagos BidCo. S.a.r.l., Hauck Aufhäuser Fund Services S.A. u Prime Capital S.A.
ĠU C 128, 12.4.2021, p. 12–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/12 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Diċembru 2020 – Proċedura ta’ insolvenza fir-rigward tal-assi ta’ Galapagos S.A., u l-partijiet interessati huma DE bħala amministratur tal-insolvenza, Galapagos BidCo. S.a.r.l., Hauck Aufhäuser Fund Services S.A. u Prime Capital S.A.
(Kawża C-723/20)
(2021/C 128/17)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Debitur: Galapagos S.A.
Partijiet oħra fil-proċedura: DE, amministratur tal-insolvenza ta’ Galapagos S.A., Galapagos BidCo. S.a.r.l., Hauck Aufhäuser Fund Services S.A., Prime Capital S.A.
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar proċedimenti ta’ insolvenza (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li kumpannija debitriċi li l-uffiċċju rreġistrat tagħha jkun jinsab fi Stat Membru ma jkollhiex iċ-ċentru tal-interessi prinċipali tagħha f’tieni Stat Membru li fih jinsab il-post tal-amministrazzjoni ċentrali tagħha, kif dan il-post jista’ jiġi ddeterminat abbażi ta’ elementi oġġettivi u verifikabbli minn terzi, meta, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-proċedura fil-kawża prinċipali, din il-kumpannija tkun ittrasferixxiet dan il-post ta’ amministrazzjoni ċentrali minn tielet Stat Membru lejn dan it-tieni Stat Membru, fi żmien li fih talba għal ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza prinċipali fir-rigward tal-assi tal-imsemmija kumpannija tkun tressqet f’dan it-tielet Stat Membru u tkun għadha ma ngħatatx deċiżjoni dwar din it-talba? |
2) |
Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv: l-Artikolu 3(1) tar-Reglament 2015/848 għandu jiġi interpretat fis-sens li:
|
(1) ĠU 2015, L 141 p. 19, rettifika fil-ĠU 2016, L 349, p. 9.