This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020CN0718
Case C-718/20 P: Appeal brought on 28 December 2020 by Zhejiang Jiuli Hi-Tech Metals Co. Ltd against the judgment of the General Court (Sixth Chamber) delivered on 15 October 2020 in Case T-307/18, Zhejiang Jiuli Hi-Tech Metals v Commission
Kawża C-718/20 P: Appell ippreżentat fit-28 ta’ Diċembru 2020 minn Zhejiang Jiuli Hi-Tech Metals Co. Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fil-15 ta’ Ottubru 2020 fil-Kawża T-307/18, Zhejiang Jiuli Hi-Tech Metals vs Il-Kummissjoni
Kawża C-718/20 P: Appell ippreżentat fit-28 ta’ Diċembru 2020 minn Zhejiang Jiuli Hi-Tech Metals Co. Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fil-15 ta’ Ottubru 2020 fil-Kawża T-307/18, Zhejiang Jiuli Hi-Tech Metals vs Il-Kummissjoni
ĠU C 98, 22.3.2021, p. 7–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 98/7 |
Appell ippreżentat fit-28 ta’ Diċembru 2020 minn Zhejiang Jiuli Hi-Tech Metals Co. Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fil-15 ta’ Ottubru 2020 fil-Kawża T-307/18, Zhejiang Jiuli Hi-Tech Metals vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-718/20 P)
(2021/C 98/09)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Zhejiang Jiuli Hi-Tech Metals Co. Ltd (rappreżentanti: K. Adamantopoulos, avukat, P. Billiet, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla s-sentenza appellata fl-intier tagħha; |
— |
tilqa’ t-talbiet imressqa mill-appellanti fir-rikors tagħha quddiem il-Qorti Ġenerali u tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/330 (1), sa fejn dan tikkonċerna lill-appellanti, skont l-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja; |
tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż tal-appellant sostnuti f’dan l-appell u fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali fil-Każ T-307/18.
Alternattivament, l-appellanti titlob bir-rispett lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex:
— |
tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċiedi fuq it-talbiet tal-appellanti, safejn huwa ġġustifikat mill-istat tal-proċedura; u |
— |
tirriżerva l-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Permezz tal-ewwel aggravju huwa allegat li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li l-Kummissjoni offriet li tiżvela l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali kollha b’mod tempestiv lill-appellanti fil-kawża odjerna. Kieku l-Kummissjoni osservat l-obbligi tagħha skont tal-Artikolu 20(2) u (4) tar-Regolament (EU) 2016/1036 (2) (“ir-Regolament bażiku”), l-appellanti kienet tissottometti kummenti sinifikattivi lill-Kummissjoni u d-determinazzjoni tad-dumping li rriżulta kienet tkun ta’ benefiċċju għall-appellanti. Il-Qorti Ġenerali wettqet distorzjoni tal-fatti meta qieset li l-valur normali tal-kategorija tal-kejsing u tħaffir SSSPT (pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx) ġiet stabbilita b’riferiment għan-numri tal-kontroll tal-prodott irrappurtat mill-produttur Indjan.
Skont it-tieni aggravju, is-sentenza appellata hija vvizzjata minn żball ta’ ligi safejn qieset li l-legalità tal-atti tal-UE adottati skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku ma tistax tiġi riveduta fid-dawl tal-Protokol dwar l-Adeżjoni tal-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina fil-WTO. Alternattivament, is-sentenza kkontestata hija vvizzjata minn żball ta’ liġi safejn naqset milli tirrikonoxxi li l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku huwa eċċezzjoni mill-Artikoli 2(1) sa (6) ta’ dak ir-regolament li jista’ jiġi applikat speċifikament għal importazzjonijiet miċ-Ċina fl-UE permezz tad-dispożizzjonijiet 15(1)(d) tal-Protokoll tal-Adeżjoni taċ-Ċina fil-WTO u sa meta dawk id-dispożizzjonijiet ikunu fis-seħħ. L-użu mill-Kummissjoni tal-Indja bħala pajjiż analogu fil-każ tal-appellanti kien żbaljat kemm taħt il-liġi tal-UE kif ukoll taħt il-liġi tal-WTO. Dan l-approċċ irriżulta fis-sejba mill-Kummissjoni ta’ marġni għoli ħafna ta’ dumping li kien ikun ineżistenti li kieku l-Kummissjoni minflok applikat id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 2(1) sa (6) tar-Regolament bażiku għall-appellanti. Addizzjonalment, il-Qorti Ġenerali bl-ebda mod ma indirizzat il-kwistjoni ta’ informazzjoni mhux akkurata pprovduta lill-Kummissjoni mill-produttur Indjan fil-paragrafu 154 tad-deċiżjoni kkontestata u, b’riżultat ta’ dan, f’partijiet sussegwenti tagħha, minkejja li kienet esponiet dan l-argument tal-appellanti b’mod korrett fil-paragrafu 150 tas-sentenza appellata.
Skont it-tielet aggravju, il-konklużjonijiet tal-Qorti Ġenerali huma vvizzjati minn żbalji fl-applikazzjoni tal-Artikoli 2(10) u (11) kif ukoll 11(9) tar-Regolament bażiku, li jistabbilixxu l-obbligu tal-istituzzjonijiet tal-UE sabiex jiġi żgurat, fil-każ tal-appellanti, paragun ekwu bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-appellanti.
Skont ir-raba’ aggravju, il-konklużjonijiet tal-Qorti Ġenerali huma vvizzjati minn żbalji ta’ liġi u joħolqu distorzjoni tal-fatti. Il-metodoloġija adottata mill-Kummissjoni għad-determinazzjoni tal-koeffiċjenti applikati għall-valur normali tas-SSSPT tat-tip “C” tal-appellanti; kif ukoll għad-determinazzjoni tal-valur normali tal-kejsing u tħaffir SSSPT kienet żbaljata u ma kinitx tiggarantixxi valur normali ekwu għall-appellanti skont l-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku, u b’hekk irriżultat f’marġni ta’ dumping minfuħ ħafna għall-appellanti. Dawn il-konklużjoniijet tal-Qorti Ġenerali jinjoraw ukoll kompletament il-ġurisprudenza tal-Bord tal-Appell tal-WTO f’EC Fasteners.
Skont il-ħames aggravju, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta inkludiet fil-konklużjonijiet tagħha dwar l-impatt tat-twaqqigħ tal-prezzijiet tas-SSSPT tal-appellanti fl-UE, il-prezzijiet tas-SSSPT tal-appellanti użati fil-proċeduri tad-dwana għall-ipproċessar ta’ dħul ta’ oġġetti fil-pajjiż.
(1) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/330 tal-5 ta’ Marzu 2018 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2018, L 63, p. 15).
(2) Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2016, L 176, p. 21).