EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020CN0680
Case C-680/20: Request for a preliminary ruling from the Consiglio di Stato (Italy) lodged on 15 December 2020 — Unilever Italia Mkt. Operations Srl v Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato
Kawża C-680/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (L-Italja) fil-15 ta’ Diċembru 2020 – Unilever Italia Mkt. Operations Srl vs Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato
Kawża C-680/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (L-Italja) fil-15 ta’ Diċembru 2020 – Unilever Italia Mkt. Operations Srl vs Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato
ĠU C 79, 8.3.2021, p. 22–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 79/22 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (L-Italja) fil-15 ta’ Diċembru 2020 – Unilever Italia Mkt. Operations Srl vs Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato
(Kawża C-680/20)
(2021/C 79/28)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Unilever Italia Mkt. Operations Srl
Konvenut: Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato
Domandi preliminari
1) |
Barra mill-każijiet ta’ kontroll ta’ kumpanniji, liema huma l-kriterji rilevanti sabiex jiġi ddeterminat jekk il-koordinazzjoni kuntrattwali bejn operaturi ekonomiċi formalment awtonomi u indipendenti jagħti lok għal unità ekonomika fis-sens tal-Artikoli 101 u 102 TFUE; b’mod partikolari, l-eżistenza ta’ ċertu grad ta’ interferenza fl-għażliet kummerċjali ta’ impriża oħra, li tikkaratterizza normalment ir-relazzjonijiet ta’ kollaborazzjoni kummerċjali bejn produttur u intermedjarji ta’ distribuzzjoni, tista’ tiġi kkunsidrata bħala suffiċjenti sabiex wieħed jqis dawn l-entitajiet bħala li jappartjenu lill-istess unità ekonomika; jew għandu jkun hemm rabta “ġerarkika” bejn iż-żewġ impriżi, li tista’ tiġi kkonstatata fil-preżenza ta’ kuntratt li bis-saħħa tiegħu diversi impriżi awtonomi “jissottomettu ruħhom” għall-attività ta’ direzzjoni u ta’ koordinazzjoni ta’ waħda minnhom, b’mod li l-Awtorità ta’ kompetizzjoni għandha tipproduċi l-prova ta’ pluralità sistematika u kostanti ta’ atti ta’ gwida li jistgħu jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet ta’ ġestjoni tal-impriża, jiġifieri fuq l-għażliet strateġiċi u operazzjonali ta’ natura finanzjarja, industrijali u kummerċjali? |
2) |
Għall-finijiet li tiġi evalwata l-eżistenza ta’ abbuż ta’ pożizzjoni dominanti implimentata permezz ta’ klawżoli ta’ esklużività, l-Artikolu 102 TFUE għandu jiġi implimentat fi-sens li jeżisti għall-Awtorità ta’ kompetizzjoni obbligu li tivverifika jekk l-effett ta’ dawn il-klawżoli huwa li jeskludu mis-suq kompetituri daqstant effikaċji, u li tiġi eżaminata b’mod dettaljat l-analiżi ekonomiku prodott mill-parti fir-rigward tal-kapaċità konkreta tal-aġir inkwistjoni li jitkeċċew mis-suq kompetituri daqstant effikaċji? Jew, fil-każ ta’ klawżoli ta’ esklużività intiżi li jkeċċu jew ta’ aġir ikkaratterizzat minn diversi prattiki abużivi (skontijiet ta’ lealtà u klawżoli ta’ esklużività), l-obbligu legali għall-Awtorità ta’ kompetizzjoni li tapplika l-kriterju tal-kompetitur daqstant effikaċji biex tikkonstata ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni hija ineżistenti?” |