Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0640

    Kawża C-640/20 P: Appell ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2020 minn PV mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-30 ta’ Jannar 2020 fil-Kawżi Magħquda T-786/16 u T-224/18, PV vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 98, 22.3.2021, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.3.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 98/2


    Appell ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2020 minn PV mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-30 ta’ Jannar 2020 fil-Kawżi Magħquda T-786/16 u T-224/18, PV vs Il-Kummissjoni

    (Kawża C-640/20 P)

    (2021/C 98/03)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Appellant: PV (rappreżentant: D. Birkenmaier, Rechtsanwalt)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    Tannulla s-sentenza tat-30 ta’ Jannar 2020 fil-kawżi magħquda T-786/16 u T-224/18;

    Tiddeċiedi din it-tilwima kif ukoll il-kawżi magħquda T-786/16 u T-224/18, bħalma jipprevedi l-Artikolu 170 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja;

    Tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż tal-kawża C-111/20 P kif ukoll għall-ispejjeż tal-istanza l-oħra kollha tal-kawżi T-786/16, T-224/18, T-224/18 R1 u T-224/18 R2.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    1.

    L-ewwel aggravju huwa marbut mal-interpretazzjoni żbaljata tal-Artikoli 72 u 270 TFUE, tal-Artikolu 23 tar-Regolamenti tal-Persunal u mal-kunsiderazzjoni mill-Qorti Ġenerali li r-Regolamenti tal-Persunal huma s-sors esklużiv ta’ dritt sabiex jiġi deċiż it-tilwim bejn l-impjegati u l-istituzzjoni tagħhom;

    2.

    It-tieni aggravju huwa marbut ma’ ksur tal-Artikolu 4 TUE, tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u tal-Artikolu 11a tar-Regolamenti tal-Persunal;

    3.

    It-tielet aggravju huwa marbut ma’ ksur tal-prinċipju ġenerali tad-dritt “fraus omnia corrompit” u tal-Artikolu 36 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja;

    4.

    Ir-raba’ aggravju huwa marbut mar-rifjut tal-Artikoli 1, 3, 4, 31 u 41 tal-Karta kif ukoll tal-Artikoli 1e u 12a tar-Regolamenti tal-Persunal;

    5.

    Il-ħames aggravju jikkonċerna l-użu ta’ “dikjarazzjonijiet intenzjonalment foloz”, ta’ interpretazzjoni mgħawġa tal-paragrafi 3 u 5 tal-punt 1 tal-Artikolu 59 tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll ksur tad-Deċiżjoni Interna tal-Kummissjoni 92-2004 tas-6 ta’ Lulju 2014;

    6.

    Is-sitt aggravju huwa marbut ma’ nuqqasijiet frawdolenti fir-rigward tal-applikazzjoni tal-prinċipju tal-eċċezzjoni tal-ineżekuzzjoni f’relazzjonijiet sinallagmatiċi;

    7.

    Is-seba’ aggravju jallega ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta, l-Artikolu 25 tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll nuqqasijiet qarrieqa marbuta ma’ użu ħażin frawdolenti ta’ EUR 21 593,64 ta’ arretrati ta’ pagi mill-PMO;

    8.

    It-tmien aggravju huwa marbut ma’ żnaturament b’ommissjoni tal-konsegwenzi marbuta mal-annullament tal-ewwel proċedura dixxiplinari CMS 13/087;

    9.

    Id-disa’ aggravju huwa marbut ma’ ksur tal-Artikolu 15 tal-Karta;

    10.

    L-għaxar aggravju, invokat b’mod sussidjarju, huwa marbut ma’ ksur li tingħata deċiżjoni “ultra petita”.


    Top