This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020CN0604
Case C-604/20: Request for a preliminary ruling from the Bundesarbeitsgericht (Germany) lodged on 16 November 2020 — ROI Land Investments Ltd. v FD
Kawża C-604/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Novembru 2020 – ROI Land Investments Ltd. vs FD
Kawża C-604/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Novembru 2020 – ROI Land Investments Ltd. vs FD
ĠU C 44, 8.2.2021, p. 25–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 44/25 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Novembru 2020 – ROI Land Investments Ltd. vs FD
(Kawża C-604/20)
(2021/C 44/31)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesarbeitsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: ROI Land Investments Ltd.
Konvenut: FD
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 6(1) flimkien mal-Artikolu 21(2) u mal-Artikolu 21(1)(b)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li ħaddiem jista’ jibda proċeduri kontra persuna ġuridika, li ma hijiex il-persuna li timpjegah, u li d-domiċilju tagħha fis-sens tal-Artikolu 63(1) tar-Regolament Nru 1215/2012 ma huwiex fit-territorju ta’ Stat Membru, iżda li madankollu hija direttament responsabbli lejn ħaddiem fuq il-bażi ta’ ftehim ta’ garanzija għal talbiet li jirriżultaw minn kuntratt ta’ xogħol individwali ma’ terz, quddiem il-qorti tal-post fejn jew minn fejn il-ħaddiem abitwalment iwettaq jew l-aħħar li wettaq ix-xogħol tiegħu fir-relazzjoni ta’ xogħol ma’ terz, fil-każ li l-kuntratt ta’ xogħol mat-terz ma kienx jiġi konkluż fl-assenza ta’ ftehim ta’ garanzija? |
2) |
L-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li r-riżerva fir-rigward tal-Artikolu 21(2) tar-Regolament Nru 1215/2012 tipprekludi l-applikazzjoni ta’ regola ta’ ġurisdizzjoni taħt id-dritt nazzjonali tal-Istat Membru li tippermetti lil ħaddiem jippreżenta rikors kontra persuna ġuridika li hija responsabbli lejh f’ċirkustanzi bħal dawk deskritti fl-ewwel domanda fir-rigward ta’ talbiet li jirriżultaw minn kuntratt ta’ xogħol individwali ma’ terz, bħala “aventi kawża” tal-persuna li timpjega, fil-qrati tal-post fejn il-ħaddiem abitwalment iwettaq ix-xogħol tiegħu, fejn ma hemmx tali ġurisdizzjoni taħt l-Artikolu 21(2) flimkien mal-Artikolu 21(1)(b)(i) tar-Regolament Nru 1215/2012? |
3) |
Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fin-negattiv u t-tieni domanda tingħata risposta fl-affermattiv:
|
4) |
Fil-każ li, b’risposta għad-domandi magħmula iktar ’il fuq, il-qorti tar-rinviju jkollha ġurisdizzjoni internazzjonali sabiex tiddeċiedi dwar it-tilwima:
|
(2) ĠU 2008, L 177, p. 6, rettifika fil-ĠU 2009. L 309, p. 87.