EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0587

Kawża C-587/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fid-9 ta’ Novembru 2020 – Ligebehandlingsnævnet bħala rappreżentant ta’ A vs HK/Danmark u HK/Privat

ĠU C 44, 8.2.2021, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fid-9 ta’ Novembru 2020 – Ligebehandlingsnævnet bħala rappreżentant ta’ A vs HK/Danmark u HK/Privat

(Kawża C-587/20)

(2021/C 44/30)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Østre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ligebehandlingsnævnet bħala rappreżentant ta’ A

Konvenuti: HK/Danmark u HK/Privat

Intervenjent insostenn tal-kovenuti: Fagbevægelsens Hovedorganisation (FH)

Domanda preliminari

L-Artikolu 3(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna eletta għall-presidenza ta’ federazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-ħaddiema u membru tal-persunal politiku tagħha taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva fiċ-ċirkustanzi deskritti [fit-talba għal deċiżjoni preliminari]?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.


Top