This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020CN0563
Case C-563/20: Request for a preliminary ruling from the Sąd Okręgowy w Warszawie (Poland) lodged on 28 October 2020 — ORLEN KolTrans sp. z o.o v Prezes Urzędu Transportu Kolejowego
Kawża C-563/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Warszawie (il-Polonja) fit-28 ta’ Ottubru 2020 – ORLEN KolTrans sp. z o. o. vs Prezes Urzędu Transportu Kolejowego
Kawża C-563/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Warszawie (il-Polonja) fit-28 ta’ Ottubru 2020 – ORLEN KolTrans sp. z o. o. vs Prezes Urzędu Transportu Kolejowego
ĠU C 44, 8.2.2021, p. 24–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 44/24 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Warszawie (il-Polonja) fit-28 ta’ Ottubru 2020 – ORLEN KolTrans sp. z o. o. vs Prezes Urzędu Transportu Kolejowego
(Kawża C-563/20)
(2021/C 44/29)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Okręgowy w Warszawie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: ORLEN KolTrans sp. z o. o.
Konvenut: Prezes Urzędu Transportu Kolejowego
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 30(2)(e) tad-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2001 fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità ta’ l-infrastruttura tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu ta’ l-infrastruttura tal-ferrovija (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jagħti lill-impriża ferrovjarja, li tuża jew li għandha l-intenzjoni tuża infrastruttura ferrovjarja, id-dritt li tipparteċipa fil-proċedura mressqa mill-korp regolatorju intiża għall-istabbiliment, mill-amministratur tal-infrastruttura tal-binarji, tal-ammont ta’ ħlas għall-aċċess għall-infrastruttura ferrovjarja? |
2) |
Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, l-Artikolu 30(5) u (6) tad-Direttiva 2001/14/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jagħti lill-impriża ferrovjarja, li tuża jew li għandha l-intenzjoni tuża infrastruttura ferrovjarja, id-dritt li tappella mid-deċiżjoni tal-korp regolatorju li tapprova l-ammont ta’ ħlas għall-aċċess għall-infrastruttura ferrovjarja stabbilit mill-amministratur ta’ din l-infrastruttura? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 404.