EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0561

Kawża C-561/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nederlandstalige ondernemingsrechtbank Brussel (il-Belġju) fis-26 ta’ Ottubru 2020 – Q, R, S vs United Airlines, Inc.

ĠU C 128, 12.4.2021, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 128/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nederlandstalige ondernemingsrechtbank Brussel (il-Belġju) fis-26 ta’ Ottubru 2020 – Q, R, S vs United Airlines, Inc.

(Kawża C-561/20)

(2021/C 128/07)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Nederlandstalige ondernemingsrechtbank Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Q, R, S

Konvenut: United Airlines, Inc.

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 3(1)(a) u 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1), kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja, għandhom jiġu interpretati fis-sens li passiġġier għandu dritt għal kumpens finanzjarju minn trasportatur tal-ajru mhux Komunitarju meta jkun laħaq id-destinazzjoni finali tiegħu b’dewmien ta’ iktar minn tliet sigħat minħabba dewmien tal-aħħar titjira, li l-punt ta’ tluq u l-punt ta’ wasla tagħha kienu t-tnejn jinsabu fit-territorju ta’ pajjiż terz mingħajr waqfa fit-territorju ta’ Stat Membru, f’sensiela ta’ titjiriet konnessi li jibdew minn ajruport li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru, fejn it-titjiriet kollha li materjalment ġew operati minn dan it-trasportatur tal-ajru mhux Komunitarju u fejn it-titjiriet kollha kienu ġew irriżervati f’riżervazzjoni unika mill-passiġġier ma’ trasportatur tal-ajru Komunitarju li materjalment ma kien opera ebda waħda minn dawn it-titjiriet?

2)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, kif interpretat fl-ewwel domanda, jikser id-dritt internazzjonali u, b’mod partikolari, il-prinċipju tas-sovranità esklużiva u kompleta ta’ Stat fit-territorju tiegħu u fl-ispazju tal-ajru tiegħu, sa fejn din l-interpretazzjoni tagħmel id-dritt tal-Unjoni applikabbli għal sitwazzjoni li sseħħ fit-territorju ta’ pajjiż terz?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.


Top