This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020CN0408
Case C-408/20 P: Appeal brought on 1 September 2020 by Danilo Poggiolini against the order of the General Court (Eighth Chamber) delivered on 3 July 2020 in Joined Cases T-347/19 and T-348/19, Enrico Falqui and Danilo Poggiolini v European Parliament
Kawża C-408/20 P: Appell ippreżentat fl-1 ta’ Settembru 2020 minn Danilo Poggiolini mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-3 ta’ Lulju 2020, fil-Kawżi T-347/19 u T-348/19, Enrico Falqui u Danilo Poggiolini vs Il-Parlament Ewropew
Kawża C-408/20 P: Appell ippreżentat fl-1 ta’ Settembru 2020 minn Danilo Poggiolini mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-3 ta’ Lulju 2020, fil-Kawżi T-347/19 u T-348/19, Enrico Falqui u Danilo Poggiolini vs Il-Parlament Ewropew
ĠU C 359, 26.10.2020, p. 8–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 359/8 |
Appell ippreżentat fl-1 ta’ Settembru 2020 minn Danilo Poggiolini mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-3 ta’ Lulju 2020, fil-Kawżi T-347/19 u T-348/19, Enrico Falqui u Danilo Poggiolini vs Il-Parlament Ewropew
(Kawża C-408/20 P)
(2020/C 359/13)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellant: Danilo Poggiolini (rappreżentanti: F. Sorrentino, A. Sandulli, B. Cimino, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tiddikjara l-ammissibbiltà tat-talba mressqa minn D. Poggiolini għall-annullament tan-nota Nru D(2019) 14435 tal-11 ta’ April 2019 tad-Direttorat Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament Ewropew u għall-annullament tan-nota D309419 tat-8 ta’ Lulju 2019 tad-Direttorat Ġenerali tal-Finanzi-Direttorat għad-Drittijiet Finanzjarji u Soċjali tad-Deputati – Unità Remunerazzjoni u Drittijiet Soċjali tad-Deputati-II Kap tal-Unità; u għaldaqstant tannulla l-imsemmija noti jew tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għall-għoti tas-sentenza. |
— |
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż ta’ din il-fażi u għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellant jinvoka tliet aggravji insostenn tat-talba għall-annullament tad-Digriet Nru 951576 tat-3 ta’ Lulju 2020, mogħtija mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, it-Tmien Awla, fil-kawża T-348/19, b’mod partikolari:
l-aggravju ibbażat fuq it-tardività, fid-dawl tat-terminu ta’ xahrejn stabbilit fl-Artikolu 81 flimkien mal-Artikolu 130(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, tal-eċċezzjoni li permezz tagħha l-Parlament Ewropew ilmenta dwar l-inammissibbiltà tar-rikors ippreżentat minn D. Poggiolini quddiem il-Qorti Ġenerali u dwar l-applikabbiltà għad-depożiti mwettqa permezz tas-sistema e-Curia skont l-Artikolu 60 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali li jipprovdi “[i]t-termini proċedurali għandhom jiżdiedu b’terminu fiss ta’ għaxart ijiem għal raġuni ta’ distanza”;
l-aggravju ibbażat fuq il-possibbiltà li tiġi kkontestata n-nota Nru D(2019) 14435 tal-11 ta’ April 2019 tad-Direttorat Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament Ewropew, sa fejn din tipproduċi effetti immedjati u l-ammissibbiltà konsegwenti tat-talba għall-annullament tagħha;
l-aggravju ibbażat fuq l-ammissibbiltà tat-talba għall-annullament tan-nota D309419 tat-8 ta’ Lulju 2019 tad-Direttorat Ġenerali tal-Finanzi-Direttorat għad-Drittijiet Finanzjarji u Soċjali tad-Deputati – Unità Remunerazzjoni u Drittijiet Soċjali tad-Deputati-II Kap tal-Unità fformulata permezz tan-nota ta’ adattament skont l-Artikolu 86 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali u li tikkonċerna n-neċessità, fid-dawl tar-rekwiżiti kollha, li tali nota tiġi kkonvertita għal rikors.
L-appellant jinvoka tliet aggravji oħra relatati mal-illegalità tan-nota D(2019) 14435 tal-11 ta’ April 2019 u tan-nota D309419 tat-8 ta’ Lulju 2019, b’mod partikolari:
l-aggravju ibbażat fuq il-ksur tad-Deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Mejju u tad-9 ta’ Lulju 2008, li tistabbilixxi Miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew;
l-aggravju ibbażat fuq in-nuqqas li ma japplikax, min-naħa tal-Parlament Ewropew, leġiżlazzjoni nazzjonali (dik introdotta mid-deliberazzjoni tal-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati Taljana Nru. 14/2018) invalida;
l-aggravju ibbażat fuq l-applikazzjoni illeġittima, min-naħa tal-Parlament Ewropew, ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tikser il-prinċipji fundamentali tal-ordinament ġuridiku tal-Unjoni u, in primis, il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u l-ksur tal-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni.