Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0396

    Kawża C-396/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fit-30 ta’ Lulju 2020 – CHEP Equipment Pooling NV vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

    ĠU C 423, 7.12.2020, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.12.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 423/24


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fit-30 ta’ Lulju 2020 – CHEP Equipment Pooling NV vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

    (Kawża C-396/20)

    (2020/C 423/36)

    Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

    Qorti tar-rinviju

    Kúria

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: CHEP Equipment Pooling NV

    Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

    Domanda preliminari

    L-Artikolu 20(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE tat-12 ta’ Frar 2008 (1), li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fid-Direttiva 2006/112/KE, għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor (id-Direttiva 2008/9/KE), għandu jiġi interpretat fis-sens li, anki fil-każ ta’ differenzi numeriċi evidenti b’detriment għas-suġġett passiv – mingħajr ma tqum il-kwistjoni tal-pro rata – bejn it-talba għal rimbors u l-fattura, l-Istat Membru tar-rimbors jista’ jqis li ma huwiex neċessarju li jitlob informazzjoni addizzjonali u li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu l-informazzjoni rilevanti kollha għall-finijiet tad-deċiżjoni dwar ir-rimbors?


    (1)  ĠU 2008, L 44, p. 23.


    Top