Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0392

    Kawża C-392/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla Warszawy-Mokotowa w Warszawie (il-Polonja) fit-12 ta’ Awwissu 2020 – L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi vs Miejskie Przedsiębiorstwo Energetyki Cieplnej

    ĠU C 423, 7.12.2020, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.12.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 423/23


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla Warszawy-Mokotowa w Warszawie (il-Polonja) fit-12 ta’ Awwissu 2020 – L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi vs Miejskie Przedsiębiorstwo Energetyki Cieplnej

    (Kawża C-392/20)

    (2020/C 423/34)

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Qorti tar-rinviju

    Sąd Rejonowy dla Warszawy-Mokotowa w Warszawie

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

    Konvenuta: Miejskie Przedsiębiorstwo Energetyki Cieplnej

    Domandi preliminari

    1.

    L-Artikolu 299 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa applikabbli biss għad-deċiżjonijiet mogħtija mill-Kunsill, mill-Kummissjoni jew mill-Bank Ċentrali Ewropew, jew anki għad-deċiżjonijiet mogħtija mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi li jirrigwardaw l-impożizzjoni ta’ ħlas amministrattiv addizzjonali?

    2.

    Id-dispożizzjoni tal-Artikolu 299 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li tistabbilixxi li d-digriet tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ffirmat, mingħajr ebda formalità oħra ħlief il-verifika tal-awtentiċità tad-dokument, għandha tiġi interpretata fis-sens li qorti nazzjonali li tiddeċiedi dwar l-għoti ta’ saħħa eżekuttiva u li tapplika dispożizzjonijiet nazzjonali tal-proċedura ċivili ma hijiex awtorizzata teżamina jekk il-pretensjoni kkonstatata permezz ta’ titolu eżekuttiv ġietx preskritta?


    Top