Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0353

    Kawża C-353/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal de l’Entreprise du Hainaut, division de Charleroi (il-Belġju) fil-31 ta’ Lulju 2020 – Skeyes vs Ryanair DAC, li kienet Ryanair Ltd

    ĠU C 339, 12.10.2020, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.10.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 339/8


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal de l’Entreprise du Hainaut, division de Charleroi (il-Belġju) fil-31 ta’ Lulju 2020 – Skeyes vs Ryanair DAC, li kienet Ryanair Ltd

    (Kawża C-353/20)

    (2020/C 339/10)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal de l’Entreprise du Hainaut, division de Charleroi

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Skeyes

    Konvenuta: Ryanair DAC, li kienet Ryanair Ltd

    Domandi preliminari

    1)

    Ir-Regolament Nru 550/2004 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li jawtorizza lill-Istati Membri li jevitaw li jiġu mistħarrġa mill-qrati tagħhom in-nuqqasijiet allegati inkonnessjoni mal-obbligu ta’ provvista ta’ servizzi mill-fornitur tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru, jew id-dispożizzjonijiet tar-regolament għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jobbligaw lill-Istati Membri jipprovdu rimedju effettiv kontra n-nuqqasijiet allegati b’kont meħud tan-natura tas-servizzi li għandhom jiġu pprovduti?

    2)

    Ir-Regolament Nru 550/2004, sa fejn jispeċifika li: “Il-forniment ta’ servizzi ta’ traffiku ta’ l-ajru, kif ipprevedut minn dan ir-Regolament, huwa konness ma’ l-eżerċizzju tal-poteri (setgħat) ta’ awtorita pubblika, li m’humiex ta’ natura ekonomika li tiġġustifika l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni tat-Trattat”, għandu jiġi interpretat bħala li jeskludi mhux biss ir-regoli tal-kompetizzjoni fil-veru sens tal-kelma iżda wkoll ir-regola l-oħra applikabbli għall-impriżi pubbliċi attivi fis-suq tal-oġġetti u tas-servizzi, li għandhom effett indirett fuq il-kompetizzjoni, bħal dawk li jipprojbixxu l-ostakoli għal-libertà ta’ intrapriża u ta’ provvista ta’ servizzi?


    (1)  Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 Marzu 2004 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-forniment ta’ servizz) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 31).


    Top