Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0272

    Kawża C-272/20 P: Appell ippreżentat fid-19 ta’ Ġunju 2020 minn Sebastian Veit mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) fit-2 ta’ April 2020 fil-Kawża T-474/18, Sebastian vs Il-Bank Ċentrali Ewropew

    ĠU C 371, 3.11.2020, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.11.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 371/6


    Appell ippreżentat fid-19 ta’ Ġunju 2020 minn Sebastian Veit mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) fit-2 ta’ April 2020 fil-Kawża T-474/18, Sebastian vs Il-Bank Ċentrali Ewropew

    (Kawża C-272/20 P)

    (2020/C 371/03)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Appellant: Sebastian Veit (rappreżentant: K. Kujath, Rechtsanwalt)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Bank Ċentrali Ewropew

    Talbiet

    L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

    tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) tat-2 ta’ April 2020 fil-Kawża T-474/18;

    tannulla d-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta’ Jannar 2018 li tirrigwarda l-klassifikazzjoni tal-appellant mill-1 ta’ Jannar 2018, kif ippreċiżata mid-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-25 ta’ Mejju 2018;

    tikkundanna lill-Bank Ċentrali Ewropew għall-ispejjeż.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    Is-sentenza appellata tikser id-dritt tal-Unjoni. Il-Qorti Ġenerali tat interpretazzjoni mhux eżatta tal-prinċipju ġenerali tal-ugwaljanza fit-trattament stabbilit fl-Artikolu 20, fl-Artikolu 51(1) u fl-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

    Fis-sentenza tagħha l-Qorti Ġenerali ddeċidiet b’mod żbaljat li d-differenza fit-trattament tal-kandidati interni u esterni applikata mill-Bank Ċentrali Ewropej skont regoli differenti fil-klassifikazzjoni f’livell ta’ salarju kienet iġġustifikata u proporzjonata.

    Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal dwar il-klassifikazzjoni fi skala ta’ uffiċjal fis-servizz attiv li l-Qorti Ġenerali tapplika b’analoġija f’dan il-każ hija irrilevanti fiċ-ċirkustanzi li taw lok għat-tilwima.


    Top