Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0214

    Kawża C-214/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Labour Court (l-Irlanda), fl-20 ta’ Mejju 2020 – MG vs Dublin City Council

    ĠU C 262, 10.8.2020, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.8.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 262/16


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Labour Court (l-Irlanda), fl-20 ta’ Mejju 2020 – MG vs Dublin City Council

    (Kawża C-214/20)

    (2020/C 262/21)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Qorti tar-rinviju

    The Labour Court, l-Irlanda

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: MG

    Konvenut: Dublin City Council

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 2 tad-Direttiva [2003/88/KE] (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li ħaddiem, meta jkun “tal-għassa” f’post(ijiet) tal-għażla tiegħu, mingħajr ma jkun suġġett, fl-ebda mument, matul il-perijodu ta’ għassa tiegħu, għal obbligu li jinnotifika lil persuna li timpjega fejn ikun qiegħed, suġġett biss għall-obbligu li jkun jista’ jwieġeb għal “sejħa” f’terminu ta’ wasla mixtieq ta’ ħames minuti u f’terminu ta’ wasla massimu ta’ għaxar minuti, qiegħed iwettaq ħin tax-xogħol waqt li jkun qiegħed għassa?

    2)

    F’każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, jista’ ħaddiem li jkun limitat biss minn obbligu li jwieġeb għal sejħa f’terminu ta’ wasla mixtieq ta’ ħames minuti u terminu ta’ wasla massimu ta’ għaxar minuti, u li jista’, mingħajr restrizzjoni, ikun impjegat fl-istess ħin ma’ persuna li timpjega oħra jew li jeżerċita attività professjonali għal rasu waqt li jkun “tal-għassa”, jitqies li jkun qiegħed iwettaq “ħin tax-xogħol” għall-persuna li timpjega fir-rigward tal-impjieg li huwa jkun qiegħed “tal-għassa” fih?

    3)

    Fil-każ li r-risposta għat-tieni domanda tkun fl-affermattiv, il-fatt li l-ħaddiem huwa effettivament impjegat mit-tieni persuna li timpjega waqt li huwa “tal-għassa”, suġġett biss għall-obbligu li t-tieni persuna li timpjega għandha teħles lill-ħaddiem meta jkun imsejjaħ mill-ewwel persuna li timpjega, ifisser li l-ħin imwettaq mill-ħaddiem li jkun “tal-għassa” u jkun ħadem għat-tieni persuna li timpjega għandu jitqies bħala ħin tax-xogħol fil-kuntest tar-relazzjoni tiegħu mal-ewwel persuna li timpjega?

    4)

    Fil-każ ta’ risposta affermattiva għat-tielet domanda, ħaddiem li jaħdem għat-tieni persuna li timpjega waqt li jkun tal-għassa mal-ewwel persuna li timpjegah jakkumula ħin tax-xogħol, kontemporanjament, mal-ewwel u mat-tieni persuna li timpjega?


    (1)  Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4 p. 381).


    Top