Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0206

    Kawża C-206/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice, Queen’s Bench Division (Administrative Court) (ir-Renju Unit) fil-15 ta’ Mejju 2020 – VA vs Il-Prosekutur tal-Uffiċċju tal-Prosekutur reġjonali ta’ Ruse, il-Bulgarija

    ĠU C 262, 10.8.2020, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.8.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 262/14


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice, Queen’s Bench Division (Administrative Court) (ir-Renju Unit) fil-15 ta’ Mejju 2020 – VA vs Il-Prosekutur tal-Uffiċċju tal-Prosekutur reġjonali ta’ Ruse, il-Bulgarija

    (Kawża C-206/20)

    (2020/C 262/18)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Qorti tar-rinviju

    High Court of Justice, Queen’s Bench Division (Administrative Court)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: VA

    Konvenut: Il-Prosekutur tal-Uffiċċju tal-Prosekutur reġjonali ta’ Ruse, il-Bulgarija

    Domanda preliminari

    Meta tintalab l-estradizzjoni ta’ persuna mfittxija għall-finijiet tal-prosekuzzjoni tagħha, u meta d-deċiżjoni biex jinħareġ mandat ta’ arrest nazzjonali u d-deċiżjoni biex jinħareġ mandat ta’ arrest Ewropew ikunu t-tnejn li huma ttieħdu minn prosekutur pubbliku, mingħajr ebda involviment ta’ qorti qabel l-estradizzjoni, persuna mfittxija tgawdi mil-livell doppju ta’ protezzjoni stabbilit mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tal-1 ta’ Ġunju 2016, Bob-Dogi (C-241/15, EU:C:2016:385) jekk:

    a)

    l-effett tal-mandat ta’ arrest nazzjonali ikun limitat għad-detenzjoni tal-individwu għal massimu ta’ 72 siegħa għall-finijiet tad-dehra tiegħu quddiem qorti; u

    b)

    meta ssir l-estradizzjoni, hija biss il-qorti li għandha tiddeċiedi l-ħelsien jew iż-żamma taħt detenzjoni fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha tal-każ?


    Top