This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020CJ0300
Judgment of the Court (Grand Chamber) of 22 February 2022.#Bund Naturschutz in Bayern eV v Landkreis Rosenheim.#Request for a preliminary ruling from the Bundesverwaltungsgericht.#Reference for a preliminary ruling – Environment – Directive 2001/42/EC – Assessment of the effects of certain plans and programmes on the environment – Article 2(a) – Concept of ‘plans and programmes’ – Article 3(2)(a) – Measures prepared for certain sectors and setting a framework for future development consent of projects listed in Annexes I and II to Directive 2011/92/EU – Article 3(4) – Measures setting a framework for future development consent of projects – Landscape conservation regulation adopted by a local authority.#Case C-300/20.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta’ Frar 2022.
Bund Naturschutz in Bayern eV vs Landkreis Rosenheim.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill- Bundesverwaltungsgericht.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ambjent – Direttiva 2001/42/KE – Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent – Artikolu 2(a) – Kunċett ta’ ‘pjanijiet u programmi’ – Artikolu 3(2)(a) – Atti elaborati għal ċerti setturi u li jiddefinixxu l-kuntest li fih l-implimentazzjoni ta’ proġetti elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva 2011/92/UE tista’ tiġi awtorizzata fil-futur – Artikolu 3(4) – Atti li jiddefinixxu kuntest li fih l-implimentazzjoni tal-proġetti tista’ tkun awtorizzata fil-futur – Regolament ta’ protezzjoni tal-pajsaġġ adottat minn awtorità lokali.
Kawża C-300/20.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta’ Frar 2022.
Bund Naturschutz in Bayern eV vs Landkreis Rosenheim.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill- Bundesverwaltungsgericht.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ambjent – Direttiva 2001/42/KE – Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent – Artikolu 2(a) – Kunċett ta’ ‘pjanijiet u programmi’ – Artikolu 3(2)(a) – Atti elaborati għal ċerti setturi u li jiddefinixxu l-kuntest li fih l-implimentazzjoni ta’ proġetti elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva 2011/92/UE tista’ tiġi awtorizzata fil-futur – Artikolu 3(4) – Atti li jiddefinixxu kuntest li fih l-implimentazzjoni tal-proġetti tista’ tkun awtorizzata fil-futur – Regolament ta’ protezzjoni tal-pajsaġġ adottat minn awtorità lokali.
Kawża C-300/20.
Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2022:102
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja)
22 ta’ Frar 2022 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ambjent – Direttiva 2001/42/KE – Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent – Artikolu 2(a) – Kunċett ta’ ‘pjanijiet u programmi’ – Artikolu 3(2)(a) – Atti elaborati għal ċerti setturi u li jiddefinixxu l-kuntest li fih l-implimentazzjoni ta’ proġetti elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva 2011/92/UE tista’ tiġi awtorizzata fil-futur – Artikolu 3(4) – Atti li jiddefinixxu kuntest li fih l-implimentazzjoni tal-proġetti tista’ tkun awtorizzata fil-futur – Regolament ta’ protezzjoni tal-pajsaġġ adottat minn awtorità lokali”
Fil-Kawża C‑300/20,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Qorti Amministrattiva Federali, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal‑4 ta’ Mejju 2020, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑7 ta’ Lulju 2020, fil-proċedura
Bund Naturschutz in Bayern eV
vs
Landkreis Rosenheim,
fil-preżenza ta’:
Landesanwaltschaft Bayern,
Vertreter des Bundesinteresses beim Bundesverwaltungsgericht,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),
komposta minn K. Lenaerts, President, L. Bay Larsen, Viċi President, A. Arabadjiev, A. Prechal u K. Jürimäe, C. Lycourgos, E. Regan, S. Rodin, I. Jarukaitis u J. Passer (Relatur), Presidenti ta’ Awla, M. Ilešič, F. Biltgen, P. G. Xuereb, N. Piçarra u L. S. Rossi, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: M. Campos Sánchez-Bordona,
Reġistratur: D. Dittert, Kap ta’ Diviżjoni,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas‑7 ta’ Ġunju 2021,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
– |
għal Bund Naturschutz in Bayern eV, minn F. Heß, Rechtsanwältin, |
– |
għal Landkreis Rosenheim, minn Q. Zallinger, bħala aġent, |
– |
għal Landesanwaltschaft Bayern, minn M. Egner kif ukoll minn J. Vogel u M. Höfler, bħala aġenti, |
– |
għall-Gvern Ġermaniż, inizjalment minn J. Möller u D. Klebs kif ukoll minn S. Heimerl, sussegwentement minn J. Möller u D. Klebs, bħala aġenti, |
– |
għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek u J. Vláčil kif ukoll minn L. Dvořáková, bħala aġenti, |
– |
għall-Irlanda, minn M. Browne, J. Quaney u M. Lane kif ukoll minn A. Joyce, bħala aġenti, assistiti minn S. Kingston, SC, u A. Carroll, BL, |
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn C. Hermes u M. Noll-Ehlers, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas‑16 ta’ Settembru 2021,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2(a) u (4) tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima ta’ l-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 157). |
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn il-Bund Naturschutz in Bayern eV (iktar ’il quddiem il-“Bund Naturschutz”) u l-Landkreis Rosenheim (id-Distrett Amministrattiv ta’ Rosenheim, il-Ġermanja) dwar il-legalità ta’ regolament dwar żona ta’ protezzjoni tal-pajsaġġ. |
Il‑kuntest ġuridiku
Id‑dritt tal‑Unjoni
3 |
L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/42, intitolat “L-għanijiet”, jipprovdi: “L-għan ta’ din id-Direttiva hu li jsiru disposizzjonijiet għal livell għoli ta’ protezzjoni ta’ l-ambjent u biex issir kontribuzzjoni għall-integrazzjoni tal-konsiderazzjonijiet ambjentali fil-preparazzjoni u l-adozzjoni ta’ pjanijiet u programmi bil-għan li jkun jippromwovi l-iżvilupp sostenibbli, billi jkun assigurat li, skond din id-Direttiva, issir stima ambjentali ta’ ċerti pjanijiet u programmi li x’aktarx ikollhom effetti sinifikanti fuq l-ambjent.” |
4 |
L-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva huwa fformulat kif ġej: “Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva:
[…]” |
5 |
Skont l-Artikolu 3(1) sa (4) tal-imsemmija direttiva, intitolat “Kamp ta’ Applikazzjoni”: “1. L-istima ambjentali, skond l-Artikoli 4 sa 9, għandha ssir għall-pjanijiet u l-programmi msemmija fil-paragrafi 2 sa 4 li x’aktarx ikollhom effetti ambjentali sinifikanti. 2. Bla ħsara għall-paragrafu 3, stima ambjentali għandha ssir għall-pjanijiet u l-programmi kollha,
3. Pjanijiet u programmi msemmija fil-paragrafu 2 li jistabbilixxu l-użu ta’ żoni żgħar fil-livell lokali u modifiki żgħar għall-pjanijiet u l-programmi msemmija fil-paragrafu 2 jkunu jeħtieġu stima ambjentali biss meta l-Istati Membri jistabbilixxu li dawn x’aktarx ikollhom effetti ambjentali sinifikanti. 4. L-Istati Membri għandhom jistabilixxu jekk il-pjanijiet u l-programmi, minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 2, li jissettjaw il-qafas għall-kunsens futur ta’ l-iżvilupp tal-proġetti, hux ser ikollhom effetti ambjentali sinifikanti.” |
6 |
L-Anness II tad-Direttiva 2001/42, li jistabbilixxi l-“[k]riterji li jippermettu li tiġi ddeterminata l-portata probabbli tal-effetti msemmija fl-Artikolu 3(5)”, jindika, fost dawn il-kriterji, fil-punt 1 tiegħu, “[i] l-karatteristiċi tal-pjanijiet u l-programmi”, u b’mod partikolari, fl-ewwel inċiż ta’ dan il-punt, “sa fejn il-pjan jew il-programm konċernat jiddefinixxi qafas għal proġetti jew attivitajiet oħra fir-rigward tal-lok, in-natura, id-daqs u l-kundizzjonijiet ta’ funzjonament jew permezz ta’ allokazzjoni ta’ riżorsi”. |
7 |
Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU 2012, L 26, p. 1, rettifika fil-ĠU 2015, L 174, p. 44), ħassret u ssostitwixxiet id-Direttiva 85/337. |
8 |
Skont l-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2011/92, għall-finijiet tagħha, “proġett” għandu jinftiehem bħala “l-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jew ta’ stallazzjonijiet jew skemi oħra”, kif ukoll “interventi oħra fil-madwar u fil-pajsaġġ naturali inklużi dawk li jinvolvu l-estrazzjoni ta’ riżorsi naturali”. |
9 |
Skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2011/92, ir-“referenzi għad-Direttiva [85/337] għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal [Direttiva 2011/92]”. |
Id-dritt Ġermaniż
Il-BNatSchG
10 |
L-Artikolu 20(2) tal-Gesetz über Naturschutz und Landschaftspflege (Bundesnaturschutzgesetz) (il-Liġi Federali dwar il-Protezzjoni tan-Natura u tal-Preżervazzjoni tal-Pajsaġġi), tad‑29 ta’ Lulju 2009 (BGBl. 2009 I, p. 2542), fil-verżjoni applikabbli fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-“BNatSchG”), jipprevedi: “Partijiet tan-natura u tal-pajsaġġ jistgħu jiġu protetti […] 4. skont l-Artikolu 26, bħala żona ta’ protezzjoni tal-pajsaġġi, […]” |
11 |
L-Artikolu 26 tal-BNatSchG, intitolat “Żoni ta’ Protezzjoni tal-Pajsaġġ” jipprovdi: “(1) Iż-żoni ta’ protezzjoni tal-pajsaġġi huma żoni stabbiliti b’mod legalment vinkolanti, li fihom protezzjoni speċjali tan-natura u tal-pajsaġġ hija meħtieġa
(2) Huma pprojbiti fiż-żoni ta’ protezzjoni tal-pajsaġġi, b’mod partikolari fid-dawl tal-Artikolu 5(1) u skont id-dispożizzjonijiet iktar iddettaljati, l-azzjonijiet kollha li jbiddlu n-natura ta’ dawn iż-żoni jew li jmorru kontra l-għan partikolari ta’ protezzjoni tagħhom.” |
Il-BayNatSchG
12 |
L-Artikolu 12(1) tal-Bayerisches Gesetz über den Schutz der Natur, die Pflege der Landschaft und die Erholung in der freien Natur (Bayerisches Naturschutzgesetz) (il-Liġi ta’ Bayern dwar il-Protezzjoni tan-Natura, Preżervazzjoni tal-Pajsaġġ u Attivitajiet ta’ Divertiment fin-Natura), tat‑23 ta’ Frar 2011 (GVBl., p. 82), fil-verżjoni applikabbli fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-BayNatSchG), jipprovdi: “Il-protezzjoni ta’ partijiet min-natura u tal-pajsaġġ skont il-punti 1, 2, 4, 6 u 7 tal-Artikolu 20(2) tal-BNatSchG għandha ssir permezz ta’ regoli ta’ livell regolamentari, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’din il-liġi […]”. |
13 |
Skont l-Artikolu 51(1) tal-BayNatSchG: “1. Huma kompetenti: […]
[…]” |
Ir-Regolament Inntal Süd
14 |
L-Artikolu 1 tal-Verordnung des Landkreises Rosenheim über das Landschaftsschutzgebiet “Indntal Süd” (ir-Regolament dwar id-Distrett Amministrattiv ta’ Rosenheim fuq iż-żona ta’ protezzjoni tal-pajsaġġi “Indtal Süd”), tal‑10 ta’ April 2013 (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Inntal Süd”), intitolat “Is-suġġett tal-protezzjoni”, jipprevedi: “Il-pajsaġġ fil-Lvant u l-Punent tax-xmara Inn bejn il-fruntiera tal-Istat mal-Awstrija fil-muniċipalità ta’ Kiefersfelden u l-fruntiera tal-belt ta’ Rosenheim huwa protett bħala żona ta’ protezzjoni tal-pajsaġġ taħt l-isem “Inntal Süd”. Il-mixja tax-xmara Inn, inkluż il-baċir u l-pjanti alluvjali tagħha, għandhom ikunu protetti.” |
15 |
L-Artikolu 3 tal-istess regolament, intitolat “Is-suġġett tal-protezzjoni”, jipprovdi li: “L-għan taż-żona ta’ protezzjoni tal-pajsaġġi ‘Inntal Süd’ huwa: 1) l-iżgurar tal-prestazzjoni tal-ekosistema; b’mod partikolari, il-konservazzjoni, il-promozzjoni u l-irkupru tal-boskijiet alluvjali u l-fergħat mejta kif ukoll il-kundizzjonijiet tal-ħajja tal-ispeċi tipiċi tal-fawna u tal-flora li huma adattati għalihom u tal-bijoċenożi tagħhom; 2) il-preżervazzjoni tad-diversità, il-partikolarità u s-sbuħija tal-pajsaġġ naturali; b’mod partikolari, it-tisħiħ tan-natura tal-pajsaġġ tax-xmajjar u l-konservazzjoni tal-pajsaġġ kulturali agrikolu; 3) il-preżervazzjoni u l-ottimizzazzjoni tal-funzjonament tas-sistema tal-ilma sabiex tiġi ffavorita wkoll il-kontinwità tal-mixja tax-xmara Inn u t-tributarji tagħha, kif ukoll iż-żamma tal-ilma tal-wiċċ; 4) il-ħarsien u l-preżervazzjoni għall-kollettività tal-elementi tal-pajsaġġ sinjifikattivi għall-attivitajiet ta’ divertiment filwaqt li jiġu osservati kemm jista’ jkun in-natura u l-pajsaġġ u jdawru t-traffiku rikreattiv.” |
16 |
Skont l-Artikolu 4 ta’ dan ir-regolament, intitolat “Projbizzjonijiet”: “Huma pprojbiti, fiż-żona ta’ protezzjoni tal-pajsaġġi, azzjonijiet li jbiddlu n-natura tagħhom jew li jmorru kontra l-għan ta’ protezzjoni mfittex (Artikolu 3)” |
17 |
L-Artikolu 5 tal-imsemmi regolament, intitolat “Obbligu ta’ awtorizzazzjoni”, jipprovdi: “1. Għandu jikseb l-awtorizzazzjoni tal-Landratsamt Rosenheim (l-Amministrazzjoni tad-Distrett ta’ Amministrattiv ta’ Rosenheim) bħala awtorità inferjuri inkarigata għall-protezzjoni tan-natura (Artikolu 43(2)(3) tal-BayNatSchG) min, fiż-żona ta’ protezzjoni tal-pajsaġġi, jikkontempla: 1) il-bini, il-konverżjoni jew it-tibdil fl-użu ta’ kwalunkwe installazzjoni (Artikolu 2(1) tal-Bayerische Bauordnung (il-Kodiċi ta’ Bayern dwar il-Bini)), anki jekk permess ma jkunx meħtieġ skont il-leġiżlazzjoni dwar il-kostruzzjoni; jaqgħu b’mod partikolari taħt din il-kategorija:
2) sa fejn dawn ma humiex impjanti diġà inklużi fil-punt 1,
3) iċ-ċirkulazzjoni ta’ kwalunkwe tip ta’ vettura bil-mutur barra minn toroq, mogħdijiet u spazji miftuħa għaċ-ċirkulazzjoni pubblika jew li jistabbilixxuhom fuq tali żoni; […] 4) il-ġbid tal-ilma tal-wiċċ lil hinn minn użu komuni awtorizzat jew ta’ taħt l-art, it-tibdil tal-korpi tal-ilma, ix-xtut tagħhom jew il-qigħan tagħhom, il-fluss tad-dħul jew tal-ħruġ tal-ilma jew il-livell pidemometriku, il-ħolqien ta’ korpi ġodda tal-ilma jew il-bini ta’ sistemi ta’ dranaġġ; 5) dranaġġ, ixxottar jew qerda b’xi mod ieħor jew ikkawżar inkonvenjenti sinjifikattivi ta’ bijotopi b’valur ekoloġiku partikolari fis-sens tal-Artikolu 30 tal-BNatSchG u tal-Artikolu 23 tal-BayNatSchG, b’mod partikolari ta’ torbiera mistagħdra, bassasa, għelieqi tal-qasab, artijiet umdi rikki bil-ħabbgħażiż u qasab, mergħat mistagħdra, nixxigħat, foresti mistagħdra, boskijiet u artijiet mistagħdra u foresti alluvjali, kif ukoll spazji naturali jew seminaturali ta’ ilmijiet interni li jkunu għaddejjin jew staġnati, inklużi x-xtut tagħhom u l-veġetazzjoni tax-xatt naturali jew seminaturali, u żoni ta’ imblukkar naturali jew seminaturali, fergħat mejta u żoni mgħarrqa perjodikament; […] 6) il-ħrit, l-iffertilizzar jew l-ifforestar tal-mergħat li jiffaċilitaw it-tħammiġ għall-bhejjem, jittrasformawhom f’mergħat ta’ diversi sievi fis-sena jew iddestinati għall-mergħat; 7) il-persekuzzjoni, qbid jew qtil ta’ annimali selvaġġi jew it-tneħħija tas-siti ta’ riproduzzjoni tagħhom jew ta’ habitats jew bejtiet tagħhom; 8) il-qtugħ, it-twaqqigħ jew l-eliminazzjoni b’kull mod ieħor, f’ambjenti miftuħa u barra minn foresti, ta’ siġar individwali, sisien tal-ħaxix, ċnut tal-ħaxix jew imsaġar jew arbuxxelli tal-għelieqi li jikkaratterizzaw il-pajsaġġ; 9) it-tqaċċit totali jew parzjali forestali, it-twettiq tal-ewwel forestazzjoni jew il-qtugħ dritt f’dan il-kuntest ta’ iktar minn 0.5 ettaru, it-trasformazzjoni ta’ foresti li jwaqqgħu l-weraq, imħallta jew alluvjali f’foresti li għandhom kontenut predominanti ta’ koniferiji jew li jistabbilixxu pjanti speċjalizzati (pereżempju, mixtla); 10) il-qerda jew bidla sostanzjali, fuq ix-xtut tal-korpi tal-ilma, il-veġetazzjoni tax-xatt, l-għelieqi tal-qasab jew is-saffi tal-qasab jew il-popolazzjonijiet ta’ pjanti akwatiċi, li jippenetraw ġol-għelieqi tal-qasab jew ġol-korpi ta’ pjanti akwatiċi, u l-użu ta’ mezzi kimiċi għar-rimi jew il-kontroll tal-qasab jew għat-tindif tal-fosos; 11) id-depożitu ta’ skart, skart tal-kostruzzjoni u oġġetti oħra, sa fejn ma humiex iktar suġġetti għal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart, f’postijiet oħra minbarra dawk awtorizzati, anki jekk ma huwiex previst li jsir radam fis-sens tal-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-kostruzzjoni; 12) il-kampeġġ jew l-istazzjonar tal-karavans (inklużi l-karrijiet li jingħalqu) jew vetturi residenzjali bil-mutur barra mill-postijiet awtorizzati jew li jippermettu tali aġir; 13) it-titjir jew l-inżul ta’ inġenji tal-ajru, fis-sens tal-Luftverkehrgesetz (il-Liġi dwar l-Avjazzjoni), barra mill-ajruporti awtorizzati. 2. L-awtorizzazzjoni għandha tingħata, mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet leġiżlattivi oħra, meta l-miżura prevista ma tikkawża ebda effett elenkat fil-paragrafu 4 jew meta dawn l-effetti jistgħu jiġu kkumpensati permezz ta’ modalitajiet aċċessorji. […]” |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
18 |
Fl‑10 ta’ April 2013, id-distrett ta’ Rosenheim adotta r-Regolament Inntal Süd mingħajr ma wettaq minn qabel evalwazzjoni ambjentali, skont l-Artikolu 3(2)(a) tad-Direttiva 2001/42, jew, tal-inqas, studju sabiex jiġi ddeterminat jekk dan ir-regolament setax ikollu effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent, skont l-Artikolu 3(4) ta’ din id-direttiva. |
19 |
Dan ir-Regolament qiegħed taħt protezzjoni żona ta’ madwar 4021 ettaru, jiġifieri żona ta’ madwar 650 ettaru inqas minn dik koperta mir-regolamenti preċedenti adottati matul is-snin 1952 u 1977 u li ġew irrevokati mill-imsemmi regolament totalment jew parzjalment. |
20 |
Bund Naturschutz, assoċjazzjoni għall-protezzjoni tal-ambjent li kienet ipparteċipat fil-proċedura għat-tfassil tar-Regolament Inntal Süd, ikkontestat dan ir-regolament quddiem il-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof (il-Qorti Amministrattiva Superjuri tal-Land ta’ Bayern, il-Ġermanja), li ċaħdet it-talba tagħha bħala inammissibbli. |
21 |
Il-Bundesverwaltungsgericht (il-Qorti Amministrattiva Federali, il-Ġermanja) hija mitluba tiddeċiedi dwar l-appell għal reviżjoni ppreżentat minn Bund Naturschutz kontra d-deċiżjoni mogħtija fl-ewwel istanza. |
22 |
Skont il-qorti tar-rinviju, l-appell huwa ammissibbli biss jekk, skont id-Direttiva 2001/42, kien jeżisti obbligu għad-distrett ta’ Rosenheim li, qabel l-adozzjoni tar-Regolament Inntal Süd, titwettaq evalwazzjoni ambjentali, skont l-Artikolu 3(2)(a) ta’ din id-direttiva jew, tal-inqas, studju sabiex jiġi ddeterminat jekk dan ir-regolament setax ikollu effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent, skont l-Artikolu 3(4) tal-imsemmija direttiva. F’tali każ, ikun hemm ukoll lok li jintlaqa’ l-appell fuq il-mertu. |
23 |
F’dan il-kuntest, il-qorti tar-rinviju tqis li r-Regolament Inntal Süd jikkostitwixxi pjan jew programm, fis-sens tal-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2001/42. |
24 |
Madankollu, hija għandha dubji, l-ewwel, dwar jekk dan ir-regolament għandux jitqies bħala li jiddefinixxi kuntest li fih l-implimentazzjoni ta’ proġetti tista’ tiġi awtorizzata fil-futur, fis-sens tal-Artikolu 3(2)(a) ta’ din id-direttiva. Hija tirrileva li, għalkemm l-imsemmi regolament jipprevedi projbizzjonijiet ġenerali u obbligi ta’ awtorizzazzjoni għal numru kbir ta’ proġetti u ta’ użanzi, dan ma jinkludix regoli speċifiċi dwar l-awtorizzazzjoni tal-proġetti elenkati fl‑Annessi I u II tad-Direttiva 2011/92, iżda huwa prinċipalment intiż li jipprekludihom jew, minn tal-inqas, li jaġġustahom fid-dawl tal-għan ta’ protezzjoni tan-natura. Għalhekk tqum il-kwistjoni dwar jekk, sabiex pjan jew programm jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 3(2)(a) tad-Direttiva 2001/42, huwiex neċessarju li dan ikun orjentat jew marbut ma’ dawn il-proġetti, jew jekk huwiex biżżejjed li pjan jew programm, b’mod partikolari minħabba l-portata tal-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu, ikopri wkoll, anki jekk b’mod inċidentali, l-imsemmija proġetti, mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjoni dawn tal-aħħar bħala tali u mingħajr ma tkun espliċitament irregolata l-awtorizzazzjoni tagħhom. |
25 |
It-tieni, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk il-“preparazzjoni” ta’ pjan jew ta’ programm, fis-sens tal-Artikolu 3(2)(a) tad-Direttiva 2001/42, tippreżupponix orjentazzjoni diretta lejn wieħed mis-setturi msemmija f’din id-dispożizzjoni jew jekk huwiex biżżejjed li l-pjan jew il-programm ikkonċernat ikollu impatt konkret fuq uħud minn dawn is-setturi, bħall-agrikoltura, il-forestrija jew l-użu tal-art, anki jekk dan ikun elaborat għal settur li ma huwiex kopert mill-imsemmija dispożizzjoni, bħan-natura u l-protezzjoni tal-pajsaġġ, kif inhu l-każ ineżami. |
26 |
Fl-aħħar, it-tielet, fil-każ li għandu jitqies li d-distrett ta’ Rosenheim ma kienx obbligat, skont l-Artikolu 3(2)(a) tad-Direttiva 2001/42, jissuġġetta r-Regolament Inntal Süd għal evalwazzjoni ambjentali, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar jekk l-Artikolu 3(4) ta’ din id-direttiva jippreżupponix ukoll, sabiex ikun applikabbli, l-eżistenza ta’ rabta konkreta bejn, minn naħa, il-pjan jew il-programm u, min-naħa l-oħra, proġetti. Fl-affermattiv, huwa neċessarju li jiġi kkjarifikat il-livell ta’ natura konkreta li għandu jkollha din ir-rabta. |
27 |
Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Bundesverwaltungsgericht (il-Qorti Amministrattiva Federali, il-Ġermanja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiema u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi segwenti:
|
28 |
Il-Gvern Ġermaniż talab, abbażi tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 16 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, li l-Qorti tal-Ġustizzja tiltaqa’ bħala Awla Manja. |
Fuq it-talba għal ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura
29 |
Wara li ngħataw il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, Bund Naturschutz, permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fit‑13 ta’ Ottubru 2021, talbet li jiġi ordnat il-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura skont l-Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja. |
30 |
Insostenn tat-talba tagħha, Bund Naturschutz indikat, essenzjalment, li l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali jirreferu għal element ġdid, jiġifieri l-emenda tal-leġiżlazzjoni Ġermaniża wara s-seduta għas-sottomissjonijiet orali, element li huwa rilevanti għar-risposta li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tagħti għat-talba għal deċiżjoni preliminari, b’mod partikolari fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk għandhomx jiġu limitati jew le l-effetti ratione temporis tas-sentenza li ser tingħata. F’dan ir-rigward, Bund Naturschutz tirreferi, fost l-oħrajn, għall-punti 120, 122, 129, 130 u 132 tal-imsemmija konklużjonijiet. |
31 |
Skont l-Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin, wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tordna l-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura, b’mod partikolari jekk hija tqis li ma jkollhiex informazzjoni biżżejjed, jew meta waħda mill-partijiet tippreżenta, wara l-għeluq ta’ din il-fażi, fatt ġdid ta’ natura li jeżerċita influwenza deċiżiva fuq id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, jew inkella meta l-kawża jkollha tiġi deċiża fuq il-bażi ta’ argument li ma jkunx ġie diskuss mill-partijiet jew mill-persuni kkonċernati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. |
32 |
F’dan il-każ, il-Qorti tal-Ġustizzja tqis, madankollu, wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li hija għandha, fi tmiem il-proċedura bil-miktub u s-seduta li nżammet quddiemha, l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex tiddeċiedi u li l-fatti ġodda invokati minn Bund Naturschutz ma humiex ta’ natura li jistgħu jeżerċitaw influwenza deċiżiva fuq id-deċiżjoni li hija mitluba tagħti l-Qorti tal-Ġustizzja. Hija tirrileva, barra minn hekk, li din il-kawża ma għandhiex tiġi deċiża abbażi ta’ argument li ma ġiex iddibattut bejn il-persuni kkonċernati. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma hemmx lok li jiġi ordnat il-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura. |
Fuq id-domandi preliminari
Osservazzjonijiet preliminari
33 |
Permezz tad-domandi tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar jekk miżura nazzjonali bħalma huwa r-Regolament Inntal Süd, li huwa intiż li jipproteġi n-natura u l-pajsaġġ u għal dan il-għan jistabbilixxi projbizzjonijiet ġenerali u obbligi ta’ awtorizzazzjoni, hijiex fost il-pjanijiet u l-programmi, imsemmija fl-Artikolu 3(2)(a) tad-Direttiva 2001/42, li għalihom għandha titwettaq evalwazzjoni ambjentali, jew, tal-inqas, ta’ dawk, imsemmija fl-Artikolu 3(4) ta’ din id-direttiva, li fir-rigward tagħhom l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-effetti sinjifikattivi tagħhom. |
34 |
Madankollu, il-premessa li huma bbażati fuqha dawn id-domandi preliminari, jiġifieri li tali regolament jikkostitwixxi pjan jew programm, fis-sens tal-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2001/42, hija kkontestata kemm mid-distrett ta’ Rosenheim kif ukoll mil-Landesanwaltschaft Bayern (l-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-Land ta’ Bayern, il-Ġermanja), intervenjent fil-kawża prinċipali. |
35 |
F’dan ir-rigward, l-Artikolu 2(a) tad-Direttiva IEPP jiddefinixxi l-“pjanijiet u programmi” fis-sens ta’ din id-direttiva, bħala dawk li jissodisfaw iż-żewġ kundizzjonijiet kumulattivi, jiġifieri, minn naħa, li jkunu ġew ippreparati u/jew adottati minn awtorità fuq livell nazzjonali, reġjonali jew lokali jew li jkunu ġew ippreparati minn awtorità bil-għan tal-adozzjoni tagħhom mill-Parlament jew mill-Gvern, permezz ta’ proċedura leġiżlattiva (l-ewwel kundizzjoni) u, min-naħa l-oħra, li jkunu meħtieġa mil-liġijiet, mir-regolamenti jew mid-dispożizzjonijiet amministrattivi (it-tieni kundizzjoni) (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑25 ta’ Ġunju 2020, A et (Eoliċi f’Aalter u f’Nevele), C‑24/19, EU:C:2020:503, punt 33). |
36 |
F’dan il-każ, l-ewwel kundizzjoni hija ssodisfatta peress li, skont l-indikazzjonijiet tal-qorti tar-rinviju, ir-Regolament Inntal Süd ġie adottat mid-distrett ta’ Rosenheim li jikkostitwixxi awtorità lokali. |
37 |
Fir-rigward tat-tieni kundizzjoni, mill-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li għandhom jitqiesu bħala “meħtieġa”, fis-sens u għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2001/42, il-pjanijiet u l-programmi li l-adozzjoni tagħhom hija rregolata minn liġijiet jew regolamenti nazzjonali, li jiddeterminaw l-awtoritajiet kompetenti sabiex jadottawhom kif ukoll il-proċedura għall-preparazzjoni tagħhom (sentenzi tat‑22 ta’ Marzu 2012, Inter-Environnement Bruxelles et, C‑567/10, EU:C:2012:159, punt 31; tas‑7 ta’ Ġunju 2018, Thybaut et, C‑160/17, EU:C:2018:401, punt 43, kif ukoll tat‑12 ta’ Ġunju 2019, Terre wallonne, C‑321/18, EU:C:2019:484, punt 34). Għalhekk, fid-dawl tal-għan ta’ din id-dispożizzjoni, li huwa li jiġi ggarantit livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent, u sabiex tiġi ppreżervata l-effettività tagħha, pjan jew programm għandu jitqies li huwa “meħtieġ” meta fid-dritt nazzjonali tkun teżisti bażi legali partikolari li tawtorizza lill-awtoritajiet kompetenti jadottawha, anki jekk din l-adozzjoni ma tkunx obbligatorja (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑7 ta’ Ġunju 2018, Inter‑Environnement Bruxelles et, C‑671/16, EU:C:2018:403, punti 38 sa 40). |
38 |
Għalkemm l-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-Land ta’ Bayern jikkontesta l-fondatezza ta’ din il-ġurisprudenza, hemm lok li jiġi rrilevat li din ġiet ikkonfermata mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tal‑25 ta’ Ġunju 2020, A et (Eoliċi f’Aalter u f’Nevele), C‑24/19, EU:C:2020:503, punti 36 sa 52), wara eżami komplet dwar it-termini, fil-verżjonijiet lingwistiċi differenti, tal-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2001/42, il-kuntest u l-oriġini ta’ din id-dispożizzjoni, l-għanijiet ta’ din id-direttiva u l-ingaġġi internazzjonali tal-Unjoni. |
39 |
F’dan il-każ, mill-proċess li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li r-Regolament Inntal Süd ġie adottat abbażi tal-Artikolu 20(2)(4) u tal-Artikolu 26 tal-BNatSchG, flimkien mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 12(1) u mal-Artikolu 51(1)(3) tal-BayNatSchG. It-tieni kundizzjoni, li tinsab fit-tieni inċiż tal-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2001/42, tidher għalhekk issodisfatta wkoll. |
40 |
Id-distrett ta’ Rosenheim u l-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-Land ta’ Bayern madankollu jsostnu li, fi kwalunkwe każ, regolament bħar-Regolament Inntal Süd ma jikkostitwixxix “pjan” jew “programm”, peress li d- dispożizzjonijiet ġenerali u astratti li jistabbilixxu rekwiżiti ġenerali għal numru indeterminat ta’ sitwazzjonijiet ma jistgħux jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2001/42. |
41 |
F’dan ir-rigward, għandu madankollu jitfakkar li n-natura ġenerali tal-atti inkwistjoni ma tipprekludix li dawn l-atti jiġu kklassifikati bħala “pjanijiet u programmi”, fis-sens tal-Artikolu 2(a) ta’ din id-direttiva. Fil-fatt, għalkemm mill-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni jirriżulta li l-kunċett ta’ “pjanijiet u programmi” jista’ jkopri atti normattivi adottati permezz tal-proċess leġiżlattiv, regolatorju jew amministrattiv, din id-direttiva ma tinkludix preċiżament dispożizzjonijiet speċifiċi dwar politiki jew dwar regolamenti ġenerali li jeħtieġu delimitazzjoni fil-konfront tal-pjanijiet u tal-programmi, fis-sens tal-imsemmija direttiva. Il-fatt li att nazzjonali jkollu ċertu livell astratt u li jfittex għan ta’ trasformazzjoni ta’ żona ġeografika jikkostitwixxi illustrazzjoni tad-dimensjoni pjanifikatriċi jew programmatika tagħha u ma jipprekludix l-inklużjoni tiegħu fil-kunċett ta’ “pjanijiet u programmi” (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑25 ta’ Ġunju 2020, A et (Eoliċi f’Aalter u f’Nevele), C‑24/19, EU:C:2020:503, punt 61 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
Fuq l‑ewwel u t‑tieni domanda
42 |
Permezz tal-ewwel u tat-tieni domanda tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 3(2)(a) tad-Direttiva 2001/42 għandux jiġi interpretat fis-sens li miżura nazzjonali li hija intiża li tipproteġi n-natura u l-pajsaġġ u għal dan il-għan tistabbilixxi projbizzjonijiet ġenerali u obbligi ta’ awtorizzazzjoni taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni. |
43 |
Preliminarjament, għandu jitfakkar, minn naħa, li, skont l-Artikolu 1 tagħha, id-Direttiva 2001/42 għandha l-għan li tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent u li tikkontribwixxi għall-integrazzjoni tal-kunsiderazzjonijiet ambjentali fil-preparazzjoni u fl-adozzjoni ta’ pjanijiet u ta’ programmi bil-għan li jiġi promoss żvilupp sostenibbli billi tipprovdi li, skont din id-direttiva, ċerti pjanijiet u programmi li jista’ jkollhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent ikunu suġġetti għal evalwazzjoni ambjentali. |
44 |
Min-naħa l-oħra, fid-dawl tal-għan tad-Direttiva 2001/42 li jikkonsisti fil-garanzija ta’ tali livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent, id-dispożizzjonijiet li jiddelimitaw il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, u b’mod partikolari dawk li jipprovdu d-definizzjonijiet tal-atti maħsuba minnha, għandhom jiġu interpretati b’mod wiesa’ (sentenza tat‑12 ta’ Ġunju 2019, CFE, C‑43/18, EU:C:2019:483, punt 36 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
45 |
Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ripetutament qieset li l-kunċett ta’ “pjanijiet u programmi” jinkludi mhux biss il-preparazzjoni tagħhom, iżda wkoll il-modifika tagħhom, biex b’hekk jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet li jista’ jkollhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent ikunu suġġetti għal evalwazzjoni ambjentali (sentenza tat‑12 ta’ Ġunju 2019, CFE, C‑43/18, EU:C:2019:483, punt 71 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
46 |
F’dan il-kuntest, mill-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/42 jirriżulta li evalwazzjoni ambjentali għandha titwettaq għall-pjanijiet u għall-programmi msemmija fl-Artikolu 3(2) sa (4) ta’ din id-direttiva, li jista’ jkollhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent. |
47 |
Skont l-Artikolu 3(2)(a) tal-imsemmija direttiva, tali evalwazzjoni ambjentali għandha ssir b’mod sistematiku għall-pjanijiet u għall-programmi kollha li jissodisfaw żewġ kundizzjonijiet kumulattivi, jiġifieri li jitfasslu għas-setturi koperti minn din id-dispożizzjoni (l-ewwel kundizzjoni) u li jiddefinixxu l-kuntest li fih l-implimentazzjoni tal-proġetti elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva 2011/92 tista’ tiġi awtorizzata fil-futur (it-tieni kundizzjoni). |
Fuq l-ewwel kundizzjoni prevista fl-Artikolu 3(2)(a) tad-Direttiva 2001/42
48 |
Skont l-Artikolu 3(2)(a) tad-Direttiva 2001/42, sabiex ikunu koperti minn din id-dispożizzjoni, il-pjanijiet u l-programmi għandhom jitfasslu għas-setturi tal-agrikoltura, tal-forestrija, tas-sajd, tal-enerġija, tal-industrija, tat-trasport, tal-immaniġġjar tal-iskart, tal-amministrazzjoni tal-ilma, tat-telekomunikazzjoni, tat-turiżmu, tal-ippjanar urban u rurali jew tal-użu tal-art. |
49 |
Fir-rigward tar-rekwiżit li l-pjanijiet u l-programmi għandhom jiġu “ppreparati” għas-setturi elenkati fl-Artikolu 3(2)(a) tad-Direttiva 2001/42, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li dan ir-rekwiżit huwa ssodisfatt meta l-pjan jew il-programm inkwistjoni jkun “jikkonċerna” jew “jitratta” wieħed minn dawn is-setturi (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑27 ta’ Ottubru 2016, D’Oultremont et, C‑290/15, EU:C:2016:816, punt 44, kif ukoll tal‑25 ta’ Ġunju 2020, A et (Eoliċi f’Aalter u f’Nevele), C‑24/19, EU:C:2020:503, punt 66). |
50 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat, b’mod iktar speċifiku, li l-fatt li l-Artikolu 3(2)(a) tad-Direttiva 2001/42 jirreferi kemm għall-“ippjanar tat-territorju” kif ukoll għall-“użu tal-art”, jindika b’mod ċar li s-settur “tal-ippjanar tat-territorju urban u rurali jew tal-użu tal-art” ma huwiex limitat għall-użu tal-art, mifhum fis-sens strett tal-kelma, jiġifieri d-diviżjoni tat-territorju f’żoni u d-definizzjoni tal-attivitajiet permessi ġewwa dawn iż-żoni, iżda li dan is-settur ikopri neċessarjament qasam usa’ (sentenzi tas‑7 ta’ Ġunju 2018, Thybaut et, C‑160/17, EU:C:2018:401, punt 48 kif ukoll tas‑7 ta’ Ġunju 2018, Inter‑Environnement Bruxelles et, C‑671/16, EU:C:2018:403, punt 43). |
51 |
Barra minn hekk, il-fatt li l-għan prinċipali ta’ pjan jew ta’ programm huwa l-protezzjoni tal-ambjent, inkluż il-protezzjoni tal-pajsaġġ, ma jeskludix li dan jista’ wkoll “jikkonċerna” jew “jittratta” wieħed mis-setturi elenkati fl-Artikolu 3(2)(a) tal-imsemmija direttiva u, b’mod partikolari, is-settur tal-ippjanar tat-territorju jew tal-użu tal-art (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑10 ta’ Settembru 2015, Dimos Kropias Attikis, C‑473/14, EU:C:2015:582, punti 20 u 46). |
52 |
Barra minn hekk, il-qofol stess ta’ pjanijiet u ta’ programmi ppreparati bil-għan ta’ protezzjoni tal-ambjent, b’mod partikolari miżuri ta’ portata ġenerali li, bħar-Regolament Inntal Süd, għandhom tali għan oġġettiv, huwa, bħala regola ġenerali, preċiżament li jiġu rregolati l-attivitajiet tal-bniedem li għandhom effett sinjifikattiv fuq l-ambjent, jiġifieri b’mod partikolari dawk li jaqgħu taħt is-setturi elenkati fl-Artikolu 3(2)(a) tad-Direttiva 2001/42 (ara, bħala eżempju, is-sentenzi tas‑17 ta’ Ġunju 2010, Terre wallonne u Inter-Environnement Wallonie, C‑105/09 u C‑110/09, EU:C:2010:355, kif ukoll tat‑28 ta’ Frar 2012, Inter‑Environnement Wallonie u Terre wallonne, C‑41/11, EU:C:2012:103). |
53 |
F’dan il-każ, kif enfasizza, essenzjalment, l-Avukat Ġenerali fil-punti 65 sa 67 tal-konklużjonijiet tiegħu, ir-Regolament Inntal Süd jinkludi regoli li jikkonċernaw attivitajiet li, fost l-oħrajn, jaqgħu fis-setturi tal-agrikoltura (Artikolu 5(1)(6)), tal-forestrija (Artikolu 5(1)(8) u (9)), tat-trasport (Artikolu 5(1)(3) u (13)), tal-ġestjoni tal-ilma (Artikolu 5(1)(4)), kif ukoll tal-ippjanar tat-territorju urban u rurali jew tal-użu tal-art (Artikolu 5(1)(1) u (2)). |
54 |
Għalhekk, jidher li l-ewwel kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 3(2)(a) tad-Direttiva 2001/42 hija ssodisfatta, fatt li madankollu għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju. |
Fuq it-tieni kundizzjoni prevista fl-Artikolu 3(2)(a) tad-Direttiva 2001/42
55 |
Mill-Artikolu 3(2)(a) tad-Direttiva 2001/42 jirriżulta li t-tieni kundizzjoni stabbilita minn din id-dispożizzjoni hija ssodisfatta meta, minn naħa, il-pjanijiet jew il-programmi inkwistjoni jiddefinixxu l-kuntest li fih tista’ tiġi awtorizzata l-implimentazzjoni tal-proġetti fil-futur u, min-naħa l-oħra, dawn il-proġetti jkunu fost dawk elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva 2011/92. |
56 |
Fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-kwistjoni dwar jekk regolament bħar-Regolament Inntal Süd jirreferix għal proġetti elenkati fl-Annessi I jew II tad-Direttiva 2011/92, għandu jiġi rrilevat li l-kunċett ta’ “proġett”, kif iddefinit fl-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2011/92, ma jistax jitqies bħala li jkopri ċerti attivitajiet li dan ir-regolament jissuġġetta għal awtorizzazzjoni, bħal dawk li jikkonsistu fl-“installazzjoni ta’ karavans” (Artikolu 5(1)(2)(d)), fil-“persekuzzjoni ta’ annimali selvaġġi, fil-qbid tagħhom jew fil-qtil tagħhom” (Artikolu 5(1)(7)) jew “fit-tluq jew fl-inżul ta’ inġenji tal-ajru” (Artikolu 5(1)(13)). Fil-fatt, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li dan il-kunċett jikkorrispondi għal xogħlijiet jew għal interventi li jbiddlu r-realtà fiżika tas-sit (sentenza tad‑9 ta’ Settembru 2020, Friends of the Irish Environment, C‑254/19, EU:C:2020:680, punt 32 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
57 |
Madankollu, minbarra li l-Artikolu 4 tar-Regolament Inntal Süd jipprojbixxi, fiż-żona ta’ protezzjoni tal-pajsaġġ, “l-azzjonijiet kollha li jbiddlu n-natura taż-żona jew li jmorru kontra l-għan ta’ protezzjoni”, l-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-regolament jipprevedi li għandha tinkiseb awtorizzazzjoni, fost l-oħrajn, għall-bini jew għat-tibdil sostanzjali tat-toroq, mogħdijiet jew spazji, b’mod partikolari, ta’ kampeġġi, grounds tal-isport, iż-żoni tal-logħob u ż-żoni tal-għawm jew ta’ faċilitajiet simili (punt 2(c)), għat-tibdil tal-korpi tal-ilma, ix-xtut tagħhom jew il-qigħan tagħhom, il-fluss tad-dħul jew tal-ħruġ tal-ilma jew il-livell pidemometriku, il-ħolqien ta’ korpi ġodda tal-ilma jew il-bini ta’ sistemi ta’ dranaġġ (punt 4), kif ukoll għat-tqaċċit totali jew parzjali forestali, għat-twettiq tal-ewwel forestazzjoni jew deforestazzjoni ta’, rispettivament, iktar minn 0.5 ettaru (punt 9). |
58 |
Tali attivitajiet jistgħu jkunu koperti mill-proġetti elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva 2011/92, b’mod partikolari fil-punt 7(b) u (c) tal-Anness I, kif ukoll fil-punt 1(c) u (d), fil-punt 10(e) u (f), u fil-punt 12(d) tal-Anness II. |
59 |
Barra minn hekk, l-attivitajiet li jikkonsistu fil-kostruzzjoni, fl-emenda jew fit-tibdil tal-użu ta’ xogħlijiet ta’ kull tip, imsemmija fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament Inntal Süd, jistgħu jaqgħu taħt diversi proġetti elenkati kemm fl-Anness I kif ukoll fl-Anness II tad-Direttiva 2011/92. |
60 |
Fir-rigward, fit-tieni lok, tal-kwistjoni dwar jekk regolament, bħar-Regolament Inntal Süd, jiddefinixxix il-kuntest li fih l-implimentazzjoni ta’ proġetti tista’ tiġi awtorizzata fil-futur, għandu jitfakkar li l-kunċett ta’ “pjanijiet u programmi” huwa relatat ma’ kull att li jistabbilixxi, permezz tad-definizzjoni ta’ regoli u ta’ proċeduri ta’ kontroll applikabbli għas-settur ikkonċernat, ġabra sinjifikattiva ta’ kriterji u ta’ modalitajiet għall-awtorizzazzjoni u għall-implimentazzjoni ta’ proġett wieħed jew iktar li jistgħu jkollhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent (sentenza tal‑25 ta’ Ġunju 2020, A et (Eoliċi f’Aalter u f’Nevele), C‑24/19, EU:C:2020:503, punt 67 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
61 |
Tali interpretazzjoni hija intiża li tiżgura li dispożizzjonijiet li jistgħu jkollhom effett sinjifikattiv fuq l-ambjent jiġu suġġetti għal evalwazzjoni ambjentali (sentenza tal‑25 ta’ Ġunju 2020, A et (Eoliċi f’Aalter u f’Nevele), C‑24/19, EU:C:2020:503, punt 68 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
62 |
Ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 3(2)(a) tad-Direttiva 2001/42, li l-pjan jew il-programm ikkonċernat għandu jiddefinixxi l-qafas li fih l-implimentazzjoni tal-proġetti elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva 2011/92 tista’ tiġi awtorizzata fil-futur, għandu għalhekk jitqies bħala ssodisfatt meta dan il-pjan jew dan il-programm jistabbilixxi ġabra sinjifikattiva ta’ kriterji u ta’ modalitajiet għall-awtorizzazzjoni u għall-implimentazzjoni ta’ wieħed jew iktar minn dawn il-proġetti, b’mod partikolari fir-rigward tal-lokalizzazzjoni, tan-natura, tad-daqs u tal-kundizzjonijiet ta’ funzjonament ta’ tali proġetti, jew l-attribuzzjoni ta’ riżorsi marbuta ma’ dawn il-proġetti. |
63 |
Kuntrarjament, l-imsemmi rekwiżit ma jkunx issodisfatt fil-każ ta’ pjan jew ta’ programm li, filwaqt li jkopri proġetti elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva 2011/92, ma jipprevedix tali kriterji jew modalitajiet. |
64 |
Fil-każ ineżami, jidher li l-Artikolu 5(1) tar-Regolament Inntal Süd jillimita ruħu li jissuġġetta, fiż-żona ta’ protezzjoni ddefinita fl-Artikolu 1 tiegħu, ċertu numru ta’ attivitajiet u ta’ proġetti, inklużi proġetti tan-natura ta’ dawk elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva 2011/92, għal obbligu ta’ awtorizzazzjoni. |
65 |
Huwa minnu li din id-dispożizzjoni tiddefinixxi, għal uħud minn dawn il-proġetti, id-daqs li lil hinn minnu l-implimentazzjoni tagħhom teħtieġ awtorizzazzjoni minn qabel. Madankollu, anki f’tali każijiet, l-imsemmija dispożizzjoni ma tipprovdix kriterji jew modalitajiet għall-awtorizzazzjoni u għall-implimentazzjoni tal-imsemmija proġetti. |
66 |
Fir-rigward tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament Inntal Süd, mill-formulazzjoni tiegħu stess jirriżulta li dan jissuġġetta l-għoti ta’ awtorizzazzjoni, “bla ħsara għal dispożizzjonijiet legali oħra”, għal kundizzjoni waħda ta’ natura ġenerali, jiġifieri li l-“miżura prevista ma tikkawża ebda effett elenkat fil-paragrafu 4 jew meta dawn l-effetti jistgħu jiġu kkumpensati permezz ta’ modalitajiet aċċessorji”. |
67 |
F’dan ir-rigward għandu jingħad ukoll li huwa paċifiku li, minn naħa, il-projbizzjoni, prevista fl-Artikolu 4 tar-Regolament Inntal Süd, tal-“atti kollha li jemendaw in-natura taż-żona [ta’ protezzjoni tal-pajsaġġ] jew li jmorru kontra l-għan ta’ protezzjoni [previst fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament]” tikkorrispondi essenzjalment għal dak li huwa diġà previst fl-Artikolu 26(2) tal-BNatSchG. |
68 |
Min-naħa l-oħra, ma huwiex ikkontestat li l-Artikolu 3 tar-Regolament Inntal Süd jistabbilixxi dan l-għan ta’ protezzjoni f’termini ġenerali mingħajr ma jipprevedi kriterji jew modalitajiet preċiżi li għalihom hija suġġetta l-awtorizzazzjoni li jiġu implimentati d-diversi proġetti msemmija fl-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-regolament. |
69 |
Konsegwentement, għalkemm huwa minnu li l-adozzjoni tar-Regolament Inntal Süd tista’ teżerċita ċerta influwenza fuq il-lokalizzazzjoni tal-proġetti, billi trendihom iktar diffiċli fiż-żona ta’ protezzjoni ddefinita fl-Artikolu 1 tiegħu u, min-naħa l-oħra, iktar faċli barra minn din iż-żona, inkluż fuq l-artijiet li kienu inklużi fiż-żona ta’ protezzjoni ddefinita qabel l-adozzjoni tal-imsemmi regolament, jidher li dan ir-regolament ma jistabbilixxix ġabra sinjifikattiva ta’ kriterji u ta’ modalitajiet għall-awtorizzazzjoni u għall-implimentazzjoni ta’ proġett wieħed jew iktar elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva 2011/92, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju. |
70 |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal, ir-risposta għall-ewwel u għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 3(2)(a) tad-Direttiva 2001/42 għandu jiġi interpretat fis-sens li miżura nazzjonali intiża li tipproteġi n-natura u l-pajsaġġ u li, għal dan il-għan, tistabbilixxi projbizzjonijiet ġenerali kif ukoll obbligi ta’ awtorizzazzjoni mingħajr ma tipprovdi regoli suffiċjentement iddettaljati fir-rigward tal-kontenut, tat-tfassil u tal-implimentazzjoni ta’ proġetti msemmija fl-Annessi I u II tad-Direttiva 2011/92 ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni. |
Fuq it‑tielet domanda
71 |
Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2001/42 għandux jiġi interpretat fis-sens li miżura nazzjonali intiża li tipproteġi n-natura u l-pajsaġġ u li, għal dan il-għan, tistabbilixxi projbizzjonijiet ġenerali kif ukoll obbligi ta’ awtorizzazzjoni, taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni. |
72 |
Skont l-imsemmija dispożizzjoni, għall-pjanijiet u għall-programmi, għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 2 tad-Direttiva 2001/42, li jiddefinixxu l-kuntest li fih l-implimentazzjoni tal-proġetti tista’ tiġi awtorizzata għall-futur, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw jekk dawn għandhomx effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent. |
73 |
L-obbligu previst fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2001/42 jiddependi għalhekk fuq kundizzjoni li tikkorrispondi għat-tieni kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 3(2)(a) ta’ din id-direttiva, jiġifieri li l-pjan jew il-programm inkwistjoni għandu jiddefinixxi l-kuntest li fih l-implimentazzjoni tal-proġetti tista’ tiġi awtorizzata fil-futur (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑12 ta’ Ġunju 2019, CFE, C‑43/18, EU:C:2019:483, punt 60). |
74 |
Għalhekk, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet marbuta ma’ din il-kundizzjoni li jinsabu fil-punti 60 sa 69 ta’ din is-sentenza, ir-risposta għat-tielet domanda għandha tkun li l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2001/42 għandu jiġi interpretat fis-sens li miżura nazzjonali intiża li tipproteġi n-natura u l-pajsaġġ u li, għal dan il-għan, tistabbilixxi projbizzjonijiet ġenerali kif ukoll obbligi ta’ awtorizzazzjoni mingħajr ma tipprovdi regoli suffiċjentement iddettaljati fir-rigward tal-kontenut, tat-tfassil u tal-implimentazzjoni ta’ proġetti ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni. |
Fuq l-ispejjeż
75 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.