EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020CC0704
Opinion of Advocate General Richard de la Tour delivered on 21 June 2022.###
Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali J. Richard de la Tour, ippreżentati l-21 ta’ Ġunju 2022.
Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali J. Richard de la Tour, ippreżentati l-21 ta’ Ġunju 2022.
Court reports – general
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2022:489
KONKLUŻJONIJIET TAL‑AVUKAT ĠENERALI
RICHARD DE LA TOUR
ippreżentati fil‑21 ta’ Ġunju 2022 ( 1 )
Kawżi magħquda C‑704/20 u C‑39/21
Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid
vs
C,
B (C‑704/20)
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Kunsill tal-Istat, il-Pajjiżi l-Baxxi))
u
X
vs
Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid (C‑39/21)
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-rechtbank Den Haag, zittingsplaats ’s-Hertogenbosch (il-Qorti Distrettwali ta’ Den Haag, sedenti f’Hertogenbosch, il-Pajjiżi l-Baxxi))
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Detenzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi – Dritt fundamentali għal-libertà – Artikolu 6 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Kundizzjonijiet tal-legalità tad-detenzjoni – Direttiva 2008/115/KE – Artikolu 15 – Direttiva 2013/33/UE – Artikolu 9 – Regolament (UE) Nru 604/2013 – Artikolu 28 – Stħarriġ ġudizzjarju tal-kundizzjonijiet tat-tqegħid u taż-żamma f’detenzjoni – Eżami ex officio mill-qorti tal-kundizzjonijiet tal-legalità tad-detenzjoni – Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet – Awtonomija proċedurali tal-Istati Membri – Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività – Dritt fundamentali għal rimedju ġudizzjarju effettiv – Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali”
I. Introduzzjoni
1. |
Il-kwistjoni relatata mal-eżami ex officio minn qorti nazzjonali ta’ motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt tal-Unjoni, kienet eżaminata diversi drabi mill-Qorti tal-Ġustizzja f’oqsma differenti tad-dritt tal-Unjoni. Il-kunsiderazzjoni ta’ din il-kwistjoni fil-kuntest tad-detenzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, flimkien mal-kwistjoni tal-protezzjoni tad-dritt għal-libertà ( 2 ), tippermetti, fil-biċċa l-kbira, ir-reviżjoni tal-approċċ sostnut sal-lum. Fil-fatt, l-importanza ta’ dan id-dritt u r-rwol essenzjali li għandha l-qorti fil-protezzjoni ta’ dan tal-aħħar, iwasslu sabiex wieħed iħares b’ċertu suspett lejn ir-regoli proċedurali li jirrestrinġu r-rwol tal-qorti f’dan il-qasam. |
2. |
Dawn it-talbiet għal deċiżjoni preliminari jirrigwardaw, essenzjalment, l-interpretazzjoni tal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment ( 3 ), tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑26 ta’ Ġunju 2013 li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali ( 4 ), u tal-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida ( 5 ), moqrija flimkien mal-Artikoli 6 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”). |
3. |
Dawn it-talbiet kienu ppreżentati fil-kuntest ta’ tilwim bejn, minn naħa, B, C u X, ċittadini ta’ pajjiżi terzi u, min-naħa l-oħra, l-iStaatssecretaris van Justitie en Veiligheid (is-Segretarju tal-Istat għall-Ġustizzja u s-Sigurtà, il-Pajjiżi l-Baxxi, iktar ’il quddiem is-“Segretarju tal-Istat”), fir-rigward tal-legalità ta’ miżuri ta’ tqegħid jew żamma f’detenzjoni. |
4. |
Il-kwistjoni prinċipali li jqajjem dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari hija dik dwar jekk qorti nazzjonali tistax tiġi ristretta, fl-eżerċizzju tal-istħarriġ tal-legalità tat-tqegħid jew taż-żamma f’detenzjoni li għandha twettaq, minn regola proċedurali nazzjonali li tipprekludiha milli tieħu inkunsiderazzjoni motivi jew argumenti mhux invokati mir-rikorrent. Għalhekk, din tirrigwarda d-determinazzjoni dwar jekk, skont id-dritt tal-Unjoni, din il-qorti tistax, jew saħansitra għandhiex, teżamina ex officio l-kundizzjonijiet tal-legalità ta’ detenzjoni. |
5. |
Quddiem id-diversità tal-mudelli implimentati mill-Istati Membri sabiex jistħarrġu l-legalità tad-detenzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, ir-rwol tal-Qorti tal-Ġustizzja ma huwiex li tgħid jekk mudell huwiex aħjar minn ieħor. Ir-rwol tagħha huwa li tivverifika jekk ir-regoli proċedurali nazzjonali jikkostitwixxux varjanti aċċettabbli tal-implimentazzjoni tal-obbligi li jirriżultaw mid-dritt sekondarju tal-Unjoni jew inkella, jekk għall-kuntrarju, tali regoli jistgħux jippreġudikaw l-effettività tad-dritt tal-Unjoni u għandhom, għaldaqstant, jiġu esklużi mill-qrati nazzjonali. |
6. |
F’dawn il-konklużjonijiet, ser nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi, b’risposta għad-domanda preliminari relatata mal-eżami ex officio tal-kundizzjonijiet tal-legalità ta’ detenzjoni, li l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2008/115, l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2013/33 u l-Artikolu 28 tar-Regolament Nru 604/2013, moqrija flimkien mal-Artikoli 6 u 47 tal-Karta, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-qorti nazzjonali adita bl-istħarriġ tal-legalità tat-tqegħid jew taż-żamma f’detenzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz għandha tivverifika, abbażi tal-punti ta’ fatt u ta’ liġi li hija tqis rilevanti, l-osservanza tar-regoli ġenerali u astratti li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet u l-modalitajiet, irrispettivament mill-motivi u l-argumenti invokati minn dan tal-aħħar insostenn tar-rikors tiegħu. Dawn l-istess dispożizzjonijiet jipprekludu regola proċedurali nazzjonali li għandha l-effett li tipprekludi lil din il-qorti milli tipproċedi ex officio għal din il-verifika u li teħles lil ċittadin ta’ pajjiż terz, minkejja li hija tikkonstata li tali detenzjoni tmur kontra d-dritt tal-Unjoni. |
II. Il‑kuntest ġuridiku
A. Id‑dritt tal‑Unjoni
7. |
L-Artikolu 15 tad-Direttiva 2008/115, l-Artikoli 8 u 9 tad-Direttiva 2013/33, l-Artikolu 28 tar-Regolament Nru 604/2013, kif ukoll l-Artikoli 6 u 47 tal-Karta, huma d-dispożizzjonijiet fiċ-ċentru ta’ dawn il-kawżi. |
B. Id‑dritt Olandiż
1. Il‑Liġi dwar il‑Barranin
8. |
Is-sentenza introduttiva u l-punt (a) tal-Artikolu 59(1) tal-Vreemdelingenwet 2000 (il-Liġi tal‑2000 dwar il-Barranin) tat‑23 ta’ Novembru 2000, kif emendata b’effett mill‑31 ta’ Diċembru 2011 għall-finijiet tat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2008/115 fid-dritt Olandiż ( 6 ), jistabbilixxu li ċ-ċittadin barrani li ma għandux residenza regolari jista’, jekk l-interess tal-ordni pubbliku jew tas-sigurtà nazzjonali jeħtieġu dan, jitqiegħed f’detenzjoni mis-Segretarju tal-Istat sakemm jitneħħa mill-pajjiż. |
9. |
Skont l-Artikolu 59(5) tal-Vw 2000, id-detenzjoni prevista fil-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu ma tistax, bħala prinċipju, taqbeż is-sitt xhur. Madankollu, skont l-Artikolu 59(6) tal-Vw 2000, il-perijodu previst fil-paragrafu 5 jista’ jiġi estiż għal perijodu addizzjonali ta’ tnax‑il xahar jekk, minkejja l-isforzi kollha raġonevoli, jkun probabbli li t-tneħħija tkun se tieħu iktar fit-tul, għax il-barrani ma jikkoperax jew għax id-dokumenti neċessarji mill-pajjiż terz ikunu għadhom neqsin. |
10. |
L-Artikolu 59a tal-Vw 2000 jipprovdi li ċ-ċittadini barranin li għalihom japplika r-[Regolament Nru 604/2013], jistgħu, b’osservanza tal-Artikolu 28 ta’ dan ir-regolament, jitqiegħdu f’detenzjoni sakemm jiġu ttrasferiti lejn l-Istat Membru responsabbli. |
11. |
L-Artikolu 59b tal-Vw 2000 jipprovdi li ċerti ċittadini barranin li jkunu talbu permess ta’ residenza jistgħu jitqiegħdu f’detenzjoni jekk dan ikun neċessarju sabiex tiġi stabbilita l-identità jew in-nazzjonalità tal-applikant jew sabiex jiġu ddeterminati elementi oħra neċessarji għall-evalwazzjoni tal-applikazzjoni, b’mod partikolari jekk ikun hemm riskju ta’ tneħħija. |
12. |
L-Artikolu 91 tal-Vw 2000 jistabbilixxi fil-paragrafu 2 tiegħu: “Jekk [l-Afdeling bestuursrechtspraak van de Raad van State (is-Sezzjoni tal-Kontenzjuż Amministrattiv tal-Kunsill tal-Istat, il-Pajjiżi l-Baxxi)] tqis li lment invokat ma jistax iwassal għall-annullament, hija tista’ tillimita ruħha għal din l-evalwazzjoni fil-motivi tad-deċiżjoni tagħha.” |
13. |
L-Artikolu 94 tal-Vw 2000 huwa fformulat kif ġej: “1. Meta jieħu deċiżjoni li timponi miżura li ċċaħħad il-libertà prevista fl-Artikoli […] 59, 59a u 59b, [is-Segretarju tal-Istat] jinnotifika lill-[qorti kompetenti] mhux iktar tard minn tmienja u għoxrin ġurnata min-notifika ta’ din id-deċiżjoni, ħlief jekk iċ-ċittadin barrani ikun diġà appella minnha. Hekk kif il-[qorti tiġi nnotifikata], iċ-ċittadin barrani jitqies li appella minn din id-deċiżjoni li timponi miżura li ċċaħħad il-libertà. L-appell huwa intiż ukoll għall-kisba ta’ kumpens għad-dannu. […] 4. Il-qorti tistabbilixxi immedjatament id-data tas-seduta. Is-seduta tinżamm mhux iktar tard mill-erbatax-il ġurnata minn meta tirċievi r-rikors jew l-avviż. […] 5. […] Is-sentenza bil-miktub tingħata fi żmien sebat ijiem mill-għeluq tad-dibattiti. […] 6. Jekk tikkunsidra li l-applikazzjoni jew l-eżekuzzjoni tal-miżura tmur kontra din il-liġi, jew jekk tikkunsidra, wara li tkun ikkunsidrat l-interessi kollha preżenti, li l-miżura ma hijiex iġġustifikata, il-qorti adita tilqa’ r-rikors. F’dan il-każ, il-qorti tordna t-tneħħija tal-miżura jew il-modifika tal-modalitajiet ta’ eżekuzzjoni tagħha. […]” |
14. |
L-Artikolu 96 tal-Vw 2000 jistabbilixxi: “1. Jekk l-appell imsemmi fl-Artikolu 94 jiġi ddikjarat infondat u ċ-ċittadin barrani jippreżenta appell kontra l-estensjoni taċ-ċaħda tal-libertà, il-qorti twaqqaf l-istruttorja preliminari f’terminu ta’ ġimgħa minn meta tirċievi r-rikors. […] […] 3. Jekk tikkunsidra li l-applikazzjoni jew l-eżekuzzjoni tal-miżura tmur kontra din il-liġi jew jekk tikkunsidra, wara li tkun ikkunsidrat l-interessi kollha preżenti, li l-miżura ma hijiex raġonevolment iġġustifikata, il-qorti adita tilqa’ r-rikors. F’dan il-każ, il-qorti tordna t-tneħħija tal-miżura jew il-modifika tal-modalitajiet ta’ eżekuzzjoni tagħha.” |
2. Il‑Kodiċi tad‑Dritt Amministrattiv
15. |
L-Artikolu 8:69 tal-Algemene wet bestuursrecht (il-Liġi Ġenerali dwar id-Dritt Amministrattiv) ( 7 ), tal‑4 ta’ Ġunju 1992, jipprovdi: “1. Il-qorti adita tiddeċiedi abbażi tar-rikors, id-dokumenti prodotti, l-istruttorja preliminari u t-trattazzjonijiet fis-seduta. 2. Il-qorti tikkompleta ex officio l-motivi ta’ dritt. 3. Il-qorti tista’ tikkompleta l-fatti ex offiċio.” |
16. |
Skont l-Artikolu 8:77 tal-Awb: “1. Id-deċizjoni bil-miktub għandha tindika: […]
[…]” |
III. Il‑kawżi prinċipali u d‑domandi preliminari
A. It‑tilwim li jirrigwarda lil B u C (C‑704/20)
17. |
B, ta’ nazzjonalità Alġerina, esprima l-intenzjoni tiegħu li jippreżenta applikazzjoni għall-ażil fil-Pajjiżi l-Baxxi. Permezz ta’ deċiżjoni tat‑3 ta’ Ġunju 2019, is-Segretarju tal-Istat qiegħdu f’detenzjoni skont l-Artikolu 59b tal-Vw 2000, għall-finijiet, b’mod partikolari, tad-determinazzjoni tal-elementi neċessarji għall-evalwazzjoni tatl-applikazzjoni. |
18. |
B ippreżenta rikors kontra din id-deċiżjoni quddiem ir-rechtbank Den Haag, zittingsplaats ‘s-Hertogenbosch (il-Qorti Distrettwali ta’ Den Haag, sedenti f’Hertogenbosch, il-Pajjiżi l-Baxxi). |
19. |
Permezz ta’ sentenza tat‑18 ta’ Ġunju 2019, din il-qorti, mingħajr ma ddeċidiet dwar il-motivi invokati insostenn tar-rikors, laqgħetu għall-motiv, mhux invokat minn B, li s-Segretarju tal-Istat ma kienx aġixxa bid-diliġenza kollha meħtieġa. Għalhekk, l-imsemmija qorti ordnat it-tneħħija tal-miżura ta’ detenzjoni u tat kumpens lil B. |
20. |
C huwa ċittadin ta’ Sjerra Leone. Permezz ta’ deċiżjoni tal‑5 ta’ Ġunju 2019, is-Segretarju tal-Istat, abbażi tal-Artikolu 59a tal-Vw 2000, qiegħdu f’detenzjoni sabiex jiżgura t-trasferiment tiegħu lejn l-Italja skont ir-Regolament Nru 604/2013. |
21. |
C ippreżenta rikors kontra din id-deċiżjoni quddiem ir-rechtbank Den Haag, zittingsplaats ‘s-Hertogenbosch (il-Qorti Distrettwali ta’ Den Haag, sedenti f’Hertogenbosch). |
22. |
B’sentenza tad‑19 ta’ Ġunju 2019, din il-qorti ddeċidiet li l-motivi invokati minn C kienu infondati, iżda madankollu, laqgħet ir-rikors, għall-motiv li s-Segretarju tal-Istat ma kienx organizza t-trasferiment lejn l-Italja bid-diliġenza kollha meħtieġa. Għalhekk, l-imsemmija qorti ordnat it-tneħħija tal-miżura ta’ detenzjoni u tat kumpens lil C. |
23. |
Is-Segretarju tal-Istat appella minn dawn iż-żewġ sentenzi quddiem ir-Raad van State (il-Kunsill tal-Istat, il-Pajjiżi l-Baxxi). Dan tal-aħħar jixtieq li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi dwar it-teżi sostnuta minn B u C, kif ukoll minn xi qrati Olandiżi, li tipprovdi li d-dritt tal-Unjoni jobbliga lill-qrati jeżaminaw ex officio l-kundizzjonijiet kollha li miżura ta’ detenzjoni għandha tissodisfa sabiex tkun legali. |
24. |
Il-qorti tar-rinviju tikkonstata li B u C kienu jirrisjedu b’mod regolari fil-Pajjiżi l-Baxxi meta tqiegħdu f’detenzjoni. Għalhekk, filwaqt li tqis li r-regoli rilevanti fil-qasam tad-detenzjoni huma, f’dan il-każ, dawk li jinsabu fid-Direttiva 2013/33 u fir-Regolament Nru 604/2013, din il-qorti tixtieq li tiġi kkunsidrata wkoll id-Direttiva 2008/115 fl-eżami tad-domanda magħmula, sa fejn din id-direttiva tirregola numru importanti ta’ aspetti tad-detenzjoni. |
25. |
L-imsemmija qorti tindika li kull detenzjoni prevista minn dawn l-istrumenti tad-dritt tal-Unjoni taqa’, fil-Pajjiżi l-Baxxi, taħt id-dritt tal-proċedura amministrattiva, li ma jawtorizzax lill-qrati Olandiżi jeżaminaw ex officio jekk il-kundizzjonijiet tal-legalità mhux invokati mill-persuna kkonċernata humiex osservati. L-unika eċċezzjoni għal dan il-prinċipju tirrigwarda l-istħarriġ tal-osservanza ta’ regoli ta’ ordni pubbliku, bħal dawk relatati mal-aċċess għall-qorti, il-ġurisdizzjoni u l-ammissibbiltà. |
26. |
Skont il-qorti tar-rinviju, jagħmlu parti b’mod partikolari mill-kundizzjonijiet tal-legalità ta’ detenzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz, dawk li jirrigwardaw l-arrest, il-verifika tal-identità, tan-nazzjonalità u tad-dritt ta’ residenza, it-trasferiment lejn il-post fejn ser tinżamm is-seduta, l-użu ta’ manetti, id-dritt għall-assistenza konsulari kif ukoll il-preżenza ta’ avukat u ta’ interpretu waqt is-seduta, id-drittijiet tad-difiża, l-eżistenza ta’ riskju li wieħed jaħrab jew li ma jkunx jista’ jinstab, il-perspettiva ta’ tneħħija jew ta’ trasferiment, id-diliġenza li għandu jipprova s-Segretarju tal-Istat, aspetti proċedurali bħall-firma u l-mument tal-adozzjoni tal-miżura ta’ detenzjoni, u l-punt dwar jekk id-detenzjoni hijiex konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità. |
27. |
Din il-qorti tqis li obbligu ta’ eżami ex officio ta’ dawn il-kundizzjonijiet tal-legalità kollha ma jirriżultax mid-dritt tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, hija tirreferi għas-sentenza tas‑7 ta’ Ġunju 2007, van der Weerd et ( 8 ). Minn din is-sentenza jirriżulta li d-dritt tal-Unjoni ma jobbligax lill-qorti tivverifika ex officio, fil-kuntest ta’ proċedura dwar il-legalità ta’ att amministrattiv, l-osservanza tar-regoli tad-dritt tal-Unjoni, sakemm dawn tal-aħħar ma jkollhomx, fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, rwol komparabbli għar-regoli ta’ ordni pubbliku jew ikun impossibbli għall-partijiet li jinvokaw motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt tal-Unjoni fil-proċedura kkonċernata. Madankollu, il-kundizzjonijiet fil-qasam tad-detenzjoni ma humiex, skont l-imsemmija qorti, tal-istess livell tar-regoli nazzjonali ta’ ordni pubbliku, u fil-Pajjiżi l-Baxxi, huwa possibbli li ċ-ċittadin barrani jqajjem motivi bbażati fuq il-ksur tal-kundizzjonijiet tad-detenzjoni. |
28. |
Fir-rikors tal-appell tiegħu, is-Segretarju tal-Istat ibbaża ruħu fuq il-ġurisprudenza tal-qorti tar-rinviju li tapplika din is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-qasam ta’ detenzjoni. F’dan ir-rigward, din il-qorti tenfasizza li l-Qorti tal-Ġustizzja għadha ma ddeċidietx dwar jekk it-tagħlim mislut mill-imsemmija sentenza japplikax ukoll fil-qasam ta’ detenzjoni. |
29. |
Sabiex tispjega r-raġunijiet tal-mistoqsija tagħha dwar dan il-punt, l-imsemmija qorti tesponi ċerti karatteristiċi tal-istħarriġ ġudizzjarju fid-dritt Olandiż tal-proċedura amministrattiva. Għalhekk, skont l-Artikolu 8:69(1) tal-Awb, huwa r-rikors ippreżentat li jiddetermina l-kuntest tat-tilwima, peress li l-qorti għandha tqajjem ex officio biss il-ksur tar-regoli ta’ ordni pubbliku. Skont l-Artikolu 8:69(2) tal-Awb, il-qorti għandha tikkompleta ex officio l-motivi ta’ dritt, li jfisser li r-rikorrent għandu jesponi biss il-motivi ta’ rikors tiegħu fi kliemu, u mbagħad il-qorti għandha tittraduċi dawn il-motivi f’termini ġuridiċi. Barra minn hekk, il-qorti hija awtorizzata tikkompleta l-fatti ex officio, skont l-Artikolu 8:69(3) tal-Awb. Għalhekk, il-partijiet huma mistennija jipproduċu bidu ta’ prova, u mbagħad il-qorti tista’ tikkompletaha, pereżempju, billi tagħmel mistoqsijiet jew issejjaħ xhieda. |
30. |
Il-qorti tar-rinviju tirreferi wkoll għar-regoli u l-garanziji addizzjonali applikabbli fil-kuntest tal-istħarriġ ġudizzjarju fil-qasam ta’ detenzjoni, bħas-suġġettar ex officio ta’ miżura ta’ detenzjoni għall-istħarriġ tal-qorti, l-obbligu li tisma’ liċ-ċittadin ta’ pajjiż terz personalment, deċiżjoni ġudizzjarja fi żmien qasir dwar il-legalità tad-detenzjoni u d-dritt ta’ assistenza minn avukat bla ħlas. |
31. |
Skont il-qorti tar-rinviju, il-prinċipju tal-awtonomija proċedurali tal-Istati Membri jista’ jimmilita favur il-possibbiltà ta’ projbizzjoni lill-qrati li jqajmu ex officio fatti jew motivi waqt l-istħarriġ ġudizzjarju ta’ miżuri ta’ detenzjoni. F’dan ir-rigward, din il-qorti tindika li f’dan l-istadju, ma tara ebda raġuni għaliex titlaq mill-ġurisprudenza attwali tagħha li tipprovdi li l-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività ma jipprekludux neċessarjament l-applikazzjoni ta’ regoli proċedurali Olandiżi fil-qasam ta’ detenzjoni. |
32. |
Fir-rigward tal-prinċipju ta’ ekwivalenza, l-imsemmija qorti tirrileva li l-miżuri ta’ detenzjoni huma suġġetti għal proċedura ta’ dritt amministrattiv u li l-prinċipju applikabbli għall-proċeduri kollha ta’ din in-natura huwa li l-qorti ma twettaqx stħarriġ ex officio, ħlief f’każ ta’ regola ta’ ordni pubbliku. Madankollu, il-kundizzjonijiet fil-qasam ta’ detenzjoni ma għandhomx, fi ħdan l-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, rwol simili għar-regoli nazzjonali ta’ ordni pubbliku. |
33. |
Fir-rigward ta’ proċeduri nazzjonali oħra li huma komparabbli mad-detenzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, il-qorti tar-rinviju tindika li l-Artikolu 8:69 tal-Awb japplika għal miżuri oħra li jaqgħu taħt id-dritt amministrattiv u li jirrigwardaw id-detenzjoni ta’ dawn iċ-ċittadini, b’mod partikolari fejn tkun meħtieġa għall-verifika tal-identità tagħhom u d-dritt tagħhom ta’ residenza jew fil-kuntest taż-żamma tal-ordni pubbliku. |
34. |
Mill-banda l-oħra, la l-Artikolu 8:69 tal-Awb u lanqas ebda dispożizzjoni simili ma tapplika fil-kuntest tal-proċedura tad-dritt kriminali fil-qasam ta’ detenzjoni provviżorja. Għalhekk, il-qorti kriminali ma hijiex marbuta li tillimita ruħha għall-motivi jew għall-argumenti mressqa minn suspettat jew mill-officier van justitie (il-prosekutur pubbliku, il-Pajjiżi l-Baxxi) fir-rigward taċ-ċaħda ta’ libertà. Madankollu, il-qorti tar-rinviju tenfasizza li, fil-kuntest tal-proċedura kriminali hija l-qorti kriminali stess li timponi l-miżura li ċċaħħad il-libertà, li tikkostitwixxi differenza importanti mill-miżuri li jaqgħu taħt id-dritt amministrattiv, li barra minn hekk ma għandhomx skop punittiv. L-uniku punt ta’ tqabbil prevedibbli mal-istħarriġ ex officio mill-qorti ta’ miżura ta’ detenzjoni jista’ jkun, mill-perspettiva ta’ din il-qorti, l-istħarriġ mill-qorti kriminali tal-legalità ta’ kustodja mill-pulizija, li għalih din il-qorti ma għandhiex tillimita ruħha għall-motivi invokati mis-suspettat. Madankollu, anki hawn, differenzi bejn iż-żewġ tipi ta’ proċeduri jipprekludu li wieħed jikkonkludi li r-regoli proċedurali applikabbli fil-qasam ta’ detenzjoni huma inkompatibbli mal-prinċipju ta’ ekwivalenza. |
35. |
Skont il-qorti tar-rinviju, l-Artikolu 8:69 tal-Awb lanqas ma jippreġudika l-prinċipju ta’ effettività, peress li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi mqiegħda f’detenzjoni għandhom aċċess rapidu u bla ħlas għall-ġustizzja u jistgħu jqajmu l-motivi kollha li jixtiequ. Din il-konklużjoni ma hijiex ikkontestata mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Ċertament fis-sentenza tagħha tal‑4 ta’ Ottubru 2012, Byankov ( 9 ), din tal-aħħar iddeċidiet li l-impossibbiltà ta’ eżami mill-ġdid ta’ att amministrattiv li jillimita l-moviment liberu ta’ ċittadin tal-Unjoni hija inkompatibbli mal-prinċipju ta’ effettività. Madankollu, il-miżuri ta’ detenzjoni għandhom portata differenti u l-possibbiltà ta’ eżami mill-ġdid tagħhom hija żgurata kemm mid-dritt tal-Unjoni kif ukoll mid-dritt Olandiż. |
36. |
Din il-qorti tosserva wkoll li B u C isostnu li s-setgħa li l-qrati jistħarrġu ex officio l-miżuri ta’ detenzjoni għandu jiġi dedott, minn naħa, mis-sentenzi tal‑5 ta’ Ġunju 2014, Mahdi ( 10 ) u tal‑14 ta’ Mejju 2020, Országos Idegenrendészeti Főigazgatóság Dél-alföldi Regionális Igazgatóság ( 11 ), li minnhom jirriżulta li l-kundizzjonijiet tal-legalità għandhom jiġu eżaminati irrispettivament mill-motivi invokati, u min-naħa l-oħra, b’mod partikolari, mis-sentenzi tas‑17 ta’ Diċembru 2009, Martín Martín ( 12 ) u tas‑17 ta’ Mejju 2018, Karel de Grote – Hogeschool Katholieke Hogeschool Antwerpen ( 13 ), li fil-fehma tagħhom, huma rilevanti b’analoġija, sa fejn il-Qorti tal-Ġustizzja kienet meħtieġa twettaq stħarriġ ex officio fil-qasam ta’ drittijiet tal-konsumaturi sabiex tikkumpensa s-sitwazzjoni ta’ inugwaljanza eżistenti bejn il-konsumaturi u l-professjonisti. |
37. |
Skont il-qorti tar-rinviju, is-sentenzi tal‑5 ta’ Ġunju 2014, Mahdi ( 14 ) u tal‑14 ta’ Mejju 2020, Országos Idegenrendészeti Főigazgatóság Dél-alföldi Regionális Igazgatóság ( 15 ), ma jippreċiżawx jekk jeżistix obbligu ta’ eżami ex officio tal-kundizzonijiet kollha li għandhom, skont id-dritt tal-Unjoni, jiġu ssodisfatti sabiex id-detenzjoni tkun legali. |
38. |
Fir-rigward tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-qasam tad-drittijiet tal-konsumaturi, il-qorti tar-rinviju, filwaqt li tirrikonoxxi li l-persuni mqiegħda f’detenzjoni jikkostitwixxu b’xi mod, bħal ċerti konsumaturi, grupp vulnerabbli meta mqabbla mas-Segretarju tal-Istat u li għalhekk teżisti sitwazzjoni ta’ inugwaljanza, tenfasizza d-differenza bejn il-kawżi fil-qasam tal-konsumaturi, li fihom iż-żewġ partijiet f’tilwima jkunu persuni rregolati mid-dritt privat, u l-kawżi fil-qasam tad-detenzjoni, li fihom persuna fiżika tkun f’tilwima mal-awtorità amministrattiva. Peress li din tal-aħħar għandha taġixxi fl-interess ġenerali u tosserva l-prinċipji ġenerali ta’ amministrazzjoni tajba, is-sitwazzjoni ta’ inugwaljanza bejn il-partijiet fit-tilwima tkun inqas evidenti, u d-dritt tal-proċedura amministrattiva kien maħsub preċiżament sabiex jikkoreġi din l-inugwaljanza. Għall-kuntrarju, id-dritt tal-proċedura ċivili jitlaq, bħala prinċipju, mill-idea li l-partijiet jinsabu fuq l-istess livell ta’ ugwaljanza, li jirrendi neċessarju, fil-qasam tad-drittijiet tal-konsumaturi, li tiġi solvuta s-sitwazzjoni ta’ inugwaljanza preżenti sa fejn, f’dan il-qasam, l-individwu normalment ikun f’tilwima ma’ kumpannija kbira. |
39. |
Fl-aħħar nett, għal dak li jirrigwarda l-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali ( 16 ), li l-paragrafu 4 tiegħu jistabbilixxi li “[k]ull min ikun ipprivat mil-libertà tiegħu b’arrest jew detenzjoni jkollu dritt li jagħmel proċeduri biex il-legalità tad-detenzjoni tiegħu tiġi deċiża malajr minn qorti u l-libertà tiegħu tiġi ordnata jekk id-detenzjoni ma tkunx skont il-liġi”, il-qorti tar-rinviju tikkonstata li l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem qatt ma ddeċidiet li l-qrati għandhom jeżaminaw ex officio l-kundizzjonijiet tal-legalità ta’ ċaħda ta’ libertà. Għall-kuntrarju, hija ddeċidiet li l-legalità ta’ detenzjoni ma għandhiex tiġi evalwata awtomatikament mill-qorti ( 17 ). Mill-ġurisprudenza tal-Qorti EDB lanqas jirriżulta li teżisti preżunzjoni ta’ illegalità tad-detenzjoni u li għalhekk din tkun illegali sakemm il-qorti ma tikkonstatax espressament il-legalità tagħha. Mill-banda l-oħra, din il-qorti enfasizzat l-importanza tad-dritt tal-persuna detenuta li tibda proċedura ġudizzjarja u titlob għalhekk lil qorti tiddeċiedi f’perijodu qasir dwar il-legalità tad-detenzjoni ( 18 ). |
40. |
Fl-istess ħin, il-qorti tar-rinviju tqis li ma jistax jiġi neċessarjament dedott mill-elementi preċedenti li l-Artikolu 6 tal-Karta, li jiggarantixxi d-dritt għal rimedju effettiv, ma jimponix li qorti tistħarreġ ex officio l-legalità tad-detenzjoni. Fil-fatt, id-dritt tal-Unjoni jista’ jagħti protezzjoni iktar wiesgħa mid-drittijiet mogħtija mill-KEDB. |
41. |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-Raad van State (il-Kunsill tal-Istat) iddeċieda li jissospendi l-proċedura u jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja: “Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod iktar partikolari l-Artikolu 15(2) tad-[Direttiva 2008/115] u l-Artikolu 9 tad-[Direttiva 2013/33], moqrija flimkien mal-Artikolu 6 tal-[Karta], jobbligaw lill-qorti tipproċedi bi stħarriġ ex officio fis-sens li hija marbuta tevalwa fuq inizjattiva tagħha stess (ex officio) jekk il-kundizzjonijiet kollha tad-detenzjoni ġewx issodisfatti, b’mod partikolari l-kundizzjonijiet li l-ksur tagħhom ma ġiex invokat miċ-ċittadin barrani, minkejja li huwa kellu effettivament il-possibbiltà li jagħmel dan?” |
B. It‑tilwima li tirrigwarda lil X (C‑39/21)
42. |
X huwa ċittadin Marokkin, imwieled fl‑1973. Permezz ta’ deċiżjoni tal‑1 ta’ Novembru 2020, is-Segretarju tal-Istat qiegħdu f’detenzjoni abbażi tas-sentenza introduttiva u tal-punt (a) tal-Artikolu 59(1) tal-Vw 2000, li jagħmel parti mid-dispożizzjonijiet li permezz tagħhom il-Pajjiż il-Baxxi implimentaw id-Direttiva 2008/115. Din id-detenzjoni kienet iġġustifikata mill-protezzjoni tal-ordni pubbliku, peress li jeżisti riskju li X jaħrab mill-kontrolli u jevita t-tneħħija. |
43. |
Permezz ta’ sentenza tal‑14 ta’ Diċembru 2020, ir-rechtbank Den Haag, zittingsplaats ‘s-Hertogenbosch (il-Qorti Distrettwali ta’ Den Haag, sedenti f’Hertogenbosch), ċaħdet ir-rikors ippreżentat minn X kontra din il-miżura ta’ detenzjoni. X appella minn din is-sentenza. Ir-Raad van State (il-Kunsill tal-Istat) iddikjara l-appell ta’ X infondat b’sentenza tat‑2 ta’ Ġunju 2021 ( 19 ). |
44. |
Fit‑8 ta’ Jannar 2021, X ippreżenta quddiem ir-rechtbank Den Haag, zittingsplaats ‘s-Hertogenbosch (il-Qorti Distrettwali ta’ Den Haag, sedenti f’Hertogenbosch) rikors kontra ż-żamma tal-miżura ta’ detenzjoni. Huwa fil-kuntest ta’ dan ir-rikors li taqa’ t-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn din il-qorti. |
45. |
Il-qorti tar-rinviju tippreċiża li hija ser tevalwa biss il-legalità taż-żamma tad-detenzjoni ta’ X sa mit‑8 ta’ Diċembru 2020. Fil-fatt, il-legalità tad-detenzjoni sas‑7 ta’ Diċembru 2020 kienet evalwata permezz tas-sentenza tagħha tal‑14 ta’ Diċembru 2020. |
46. |
Insostenn tar-rikors tiegħu, X jinvoka l-assenza ta’ prospett ta’ tneħħija fi żmien raġonevoli. Bi tweġiba, is-Segretarju tal-Istat josserva li l-proċedura ta’ talba ta’ dokument ta’ vvjaġġar għadha pendenti u li l-awtoritajiet Marokkini ma indikawx li tali dokument mhux ser jiġi pprovdut. |
47. |
Il-qorti tar-rinviju tqis neċessarju li jinkisbu kjarifiki dwar ir-rekwiżiti li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni għal dak li jirrigwarda l-intensità tal-istħarriġ ġudizzjarju f’fajls ta’ detenzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi. |
48. |
Filwaqt li tirrikonoxxi l-importanza tal-prinċipju tal-awtonomija proċedurali tal-Istati Membri, din il-qorti ma teskludix li kemm ir-rekwiżiti ta’ ekwivalenza u ta’ effettività li minnhom huwa akkumpanjat dan il-prinċipju, kif ukoll id-drittijiet fundamentali stabbiliti fl-Artikoli 6, 24 u 47 tal-Karta jipprekludu restrizzjonijiet imposti fuq il-qrati Olandiżi dwar l-eżami tagħhom tal-legalità tad-detenzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fis-sitwazzjonijiet previsti mid-Direttiva 2008/115, mid-Direttiva 2013/33 u mir-Regolament Nru 604/2013. |
49. |
Wara li fakkret ir-regola proċedurali Olandiża li tipprojbixxi lill-qorti, waqt l-eżami tal-mertu tal-legalità ta’ detenzjoni, milli tqajjem ex officio punti ta’ fatt jew ta’ liġi, il-qorti tar-rinviju tosserva li tali projbizzjoni tapplika bl-istess mod meta l-persuna kkonċernata tkun “persuna vulnerabbli”, fis-sens tad-dritt tal-Unjoni, bħal minuri. |
50. |
Din il-qorti tirrileva li fil-każijiet fejn qorti adita minn rikors ippreżentat kontra miżura ta’ detenzjoni tqajjem madankollu, ex officio, punti ta’ fatt jew ta’ liġi, is-Segretarju tal-Istat jappella b’mod sistematiku quddiem ir-Raad van State (il-Kunsill tal-Istat) u dejjem b’suċċess. |
51. |
Fil-kuntest tal-kawża prinċipali, il-qorti tar-rinviju għandha, għall-perijodu li jibda mit‑8 ta’ Diċembru 2020, rapport tal-intervista ta’ nofs paġna u rapport ta’ segwitu, datat 8 ta’ Jannar 2021, intitolat “Mudell 120 – Informazzjoni dwar it-tneħħija”. Dan l-aħħar rapport, li fih erba’ paġni, huwa sempliċement formula li fiha l-awtoritajiet jindikaw il-miżuri konkreti li huma jieħdu sabiex jipproċedu għat-tneħħija. Minn dan ir-rapport, jirriżulta essenzjalment, li l-awtoritajiet ikkuntattjaw bil-miktub lill-awtoritajiet Marokkini sabiex ikunu jafu jekk it-talba għal dokument ta’ vvjaġġar kinitx qed tiġi proċessata, u min-naħa l-oħra, li waqt l-intervista ta’ tluq tiegħu, tas‑6 ta’ Jannar 2021, X indika li ma kien għamel xejn mill-post ta’ detenzjoni tiegħu sabiex iħaffef ir-ritorn tiegħu lejn il-Marokk. |
52. |
Din il-qorti tqis li huwa impossibbli li minn tali inkartament sommarju jiġu dedotti l-fatti kollha rilevanti sabiex jiġi evalwat jekk iż-żamma tad-detenzjoni hijiex legali. F’dan il-każ, hija tixtieq tkun taf għaliex l-awtoritajiet Olandiżi jqisu, minn naħa, li jeżisti prospett ta’ tneħħija, minkejja li kienu diġà saru 21 kuntatt bil-miktub intiżi għall-kisba ta’ dokument ta’ vvjaġġar, u min-naħa l-oħra, li l-impożizzjoni ta’ miżura inqas koerċittiva mid-detenzjoni ma għandhiex tkun prevista. Barra minn hekk, anki jekk dawn l-awtoritajiet ikunu f’pożizzjoni li jimmotivaw suffiċjentement fid-dritt li miżuri oħra ma kinux jippermettu li tiġi ppreparata l-akkumpanjament lejn il-fruntiera mingħajr ma dan ikun prekluż mill-fatt li X jevitah, hija tixtieq tkun taf għaliex is-sitwazzjoni personali ta’ X ma kinitx timplika, madankollu, li l-awtoritajiet jirrinunzjaw għad-detenzjoni. Rigward dan tal-aħħar, mill-fajl jirriżulta b’mod partikolari, li X kellu problema ta’ dipendenza. Għaldaqstant, għandu jkun magħruf liema servizzi speċifiċi jeżistu fiċ-ċentru ta’ detenzjoni sabiex jgħinu lil X jindirizza din il-problema. |
53. |
Peress li ma kinitx awtorizzata teżamina dawn il-punti ex officio, il-qorti tar-rinviju tqis li hija mċaħħda mill-possibbiltà li tevalwa l-legalità taż-żamma tad-detenzjoni fid-dawl tal-elementi rilevanti kollha. Tali sitwazzjoni tista’ tiġi kkunsidrata inkompatibbli mad-dritt fundamentali għal rimedju effettiv stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta, speċjalment la mhux possibbli li jsir appell mis-sentenzi li jirrigwardaw iż-żamma ta’ miżuri ta’ detenzjoni. |
54. |
Skont il-qorti tar-rinviju, sabiex il-protezzjoni ġudizzjarja tkun effettiva f’dan it-tip ta’ fajls il-qorti għandha tkun f’pożizzjoni li tiżgura b’mod sħiħ ir-rispett tad-dritt fundamentali għal-libertà, stabbilit fl-Artikolu 6 tal-Karta. Fid-dawl tal-Artikolu 5 tal-KEDB, tal-Artikolu 6 tal-Karta u tal-Artikolu 52(1) tal-Karta, huwa importanti li l-qorti tkun tista’ tiżgura l-osservanza tar-regola li ħadd ma jista’ jiġi mċaħħad mil-libertà tiegħu, ħlief f’ċerti każijiet elenkati b’mod limitat u skont il-mezzi legali. Għalhekk, fil-każ ta’ detenzjoni skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2008/115, il-qorti għandha tkun f’pożizzjoni li tivverifika, b’mod komplet u fid-dettall, jekk ir-rekwiżiti stabbiliti minn dan l-artikolu humiex osservati. Id-dritt Olandiż, kif interpretat mir-Raad van State (il-Kunsill tal-Istat), ma jiżgurax tali eżami komplet. |
55. |
Skont il-qorti tar-rinviju, mid-dritt tal-Unjoni jirriżulta li l-qorti adita minn rikors kontra detenzjoni, skont id-Direttiva 2008/115, id-Direttiva 2013/33 jew ir-Regolament Nru 604/2013, għandha, fid-dawl tal-gravità ta’ tali miżura, teżamina u tevalwa ex officio, b’mod attiv u fid-dettall, il-fatti u l-elementi rilevanti kollha tal-legalità tad-detenzjoni sabiex tkun tista’, fil-każijiet kollha fejn hija tqis li din id-detenzjoni hija illegali, tordna l-ħelsien immedjat tal-persuna kkonċernata. |
56. |
Fir-rigward tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-qorti tar-rinviju tosserva li ġie ppreċiżat, fil-punt 49 tas-sentenza tas‑6 ta’ Novembru 2012, Otis et ( 20 ), li sabiex qorti “tista’ tiddeċiedi fuq kontestazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni skont l-Artikolu 47 tal-Karta, huwa neċessarju li jkollha ġurisdizzjoni sabiex teżamina l-kwistjonijiet kollha ta’ fatt u ta’ liġi rilevanti għall-każ li hija jkollha quddiemha”. Hija tirreferi wkoll għall-punti 36 u 40 tas-sentenza tal‑15 ta’ Marzu 2017, Al Chodor ( 21 ), li jipprovdu li d-detenzjoni tikkostitwixxi ndħil serju fl-eżerċizzju tad-dritt fundamentali għal-libertà stabbilit fl-Artikolu 6 tal-Karta, kif ukoll għall-punti 62 u 63 tas-sentenza tal‑5 ta’ Ġunju 2014, Mahdi ( 22 ), li fihom il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, b’mod partikolari, li lil hinn mill-punti ta’ fatt u mill-provi prodotti mill-awtorità amministrattiva li ordnat id-detenzjoni inizjali u mill-osservazzjonijiet eventwali taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat, l-awtorità ġudizzjarja li tiddeċiedi dwar talba għall-estensjoni ta’ detenzjoni għandha tkun f’pożizzjoni li tfittex kull element ieħor rilevanti għad-deċiżjoni tagħha fil-każ li tqis li dan huwa neċessarju, u s-setgħat tagħha fil-kuntest ta’ stħarriġ ma jistgħux, fl-ebda każ, ikunu limitati biss għall-elementi ppreżentati mill-awtorità amministrattiva. |
57. |
Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tiċċita l-punti 140 u 142 tas-sentenza tal‑14 ta’ Mejju 2020, Országos Idegenrendészeti Főigazgatóság Dél-alföldi Regionális Igazgatóság ( 23 ), fejn il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat li l-Artikolu 47 tal-Karta ma għandux jiġi ppreċiżat mid-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni jew tad-dritt nazzjonali sabiex jagħti lill-individwi dritt invokabbli, u li għalkemm huwa l-ordinament ġuridiku intern ta’ kull Stat Membru li għandu jirregola l-modalitajiet proċedurali tar-rimedji intiżi sabiex jiżguraw il-protezzjoni tad-drittijiet individwali dderivati mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom madankollu r-responsabbiltà li jiżguraw, f’kull każ, ir-rispett tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ta’ dawn id-drittijiet. |
58. |
Il-qorti tar-rinviju tosserva wkoll li fir-rigward tal-obbligu ta’ motivazzjoni previst fl-Artikolu 8:77(1)(b) tal-Awb, hija prevista eċċezzjoni fl-Artikolu 91(2) tal-Vw 2000, fis-sens li r-Raad van State (il-Kunsill tal-Istat), f’deċiżjoni ta’ appell mis-sentenzi li jirrigwardaw id-detenzjoni, jista’ jiddeċiedi permezz ta’ motivazzjoni mqassra, limitata essenzjalment għall-indikazzjoni li l-persuna kkonċernata ma qajmitx ilmenti validi. |
59. |
Skont il-qorti tar-rinviju, tali eċċezzjoni ċċaħħad lill-persuna kkonċernata mid-dritt tagħha għal rimedju effettiv. L-Artikolu 47 tal-Karta għandu, fil-fehma tagħha, jiġi interpretat fis-sens li l-aċċess għall-ġustizzja, fil-qasam tad-dritt tal-barranin, jinkludi wkoll id-dritt għal deċiżjoni motivata dwar il-mertu mill-qorti li tiddeċiedi fit-tieni jew l-aħħar istanza, tal-inqas meta, bħal f’dan il-każ, il-proċeduri l-oħra kollha amministrattivi, kriminali u ċivili tal-Istat Membru inkwistjoni jkunu suġġetti għal obbligu ta’ motivazzjoni. |
60. |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-rechtbank Den Haag, zittingsplaats ‘s-Hertogenbosch (il-Qorti Distrettwali ta’ Den Haag, sedenti f’Hertogenbosch) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura u tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
IV. Il‑proċedura quddiem il‑Qorti tal‑Ġustizzja
61. |
Fil-bidu, il-Qorti tal-Ġustizzja kienet iddeċidiet li tiftaħ il-proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari fil-Kawża C‑39/21 PPU, peress li X kien jinsab, fil-mument tal-preżentazzjoni tat-talba għal deċiżjoni preliminari, f’detenzjoni u għalhekk kien imċaħħad mil-libertà tiegħu, u peress li r-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja għad-domanda preliminari setgħet tkun deċiżiva għat-tmiem jew għaż-żamma ta’ din id-detenzjoni. Minħabba l-konnessjoni tagħha ma’ din il-kawża, il-Kawża C‑704/20 kienet ibbenefikat mill-istess trattament. |
62. |
Sussegwentement, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li dawn iż-żewġ kawżi għandhom jiġu trattati skont il-proċedura ordinarja. Din id-deċiżjoni ġiet wara l-komunikazzjoni tar-rechtbank Den Haag, zittingsplaats ‘s-Hertogenbosch (il-Qorti Distrettwali ta’ Den Haag, sedenti f’Hertogenbosch) datata l‑31 ta’ Marzu 2021, li tipprovdi li permezz ta’ deċiżjoni interlokutorja tas‑26 ta’ Marzu 2021, hija kienet temmet id-detenzjoni ta’ X. |
63. |
Permezz ta’ deċiżjoni tas‑26 ta’ April 2021, ir-rechtbank Den Haag, zittingsplaats ‘s-Hertogenbosch (il-Qorti Distrettwali ta’ Den Haag, sedenti f’Hertogenbosch) tat kumpens lil X għar-raġuni li d-detenzjoni tiegħu kienet illegali u kkawżatlu dannu. Madankollu, sakemm tistenna r-risposti tal-Qorti tal-Ġustizzja għad-domandi preliminari tagħha, din il-qorti ssospendiet id-deċiżjoni dwar jekk X jistax jibbenefika minn kumpens ikbar. |
64. |
Ġew ippreżentati osservazzjonijiet bil-miktub minn X, mill-Gvern Olandiż u mill-Kummissjoni Ewropea. Preċedentement, matul il-proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari, C kien ippreżenta wkoll xi osservazzjonijiet. Is-seduta nżammet fl‑1 ta’ Marzu 2022. |
V. Analiżi
A. Fuq id‑domanda preliminari fil‑Kawża C‑704/20 u l‑ewwel domanda preliminari fil‑Kawża C‑39/21
65. |
Preliminarjament, nippreċiża li d-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu interpretati huma, fil-Kawża C‑39/21 l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2008/115, u fil-Kawża C‑704/20 l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2013/33 kif ukoll l-Artikolu 28(4) tar-Regolament Nru 604/2013 ( 24 ). Minkejja li l-Kawża C‑704/20 tirrigwarda l-istħarriġ ġudizzjarju tad-detenzjoni, filwaqt li l-Kawża C‑39/21 tirrigwarda l-istħarriġ ġudizzjarju taż-żamma ta’ detenzjoni, ser nagħżel konxjament li nikkunsidra l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2008/115 u l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2013/33 fl-intier tagħhom, peress li, kif ser nispjega fl-argumenti li ġejjin, jidhirli li għandhom jinsiltu tagħlimiet mid-diversi dispożizzjonijiet ta’ kull wieħed minn dawn l-artikoli, li huma addatti għal qari konġunt ( 25 ). |
66. |
Fil-kuntest ta’ regoli komuni li ġew adottati mil-leġiżlatur tal-Unjoni, il-bażi legali tad-detenzjoni hija essenzjalment kostitwita, għal dak li jirrigwarda ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu irregolarment, mill-Artikoli 15 sa 17 tad-Direttiva 2008/115, u fir-rigward taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi u tal-persuni mingħajr stat applikanti għal protezzjoni internazzjonali, mill-Artikoli 8 sa 11 tad-Direttiva 2013/33 kif ukoll mill-Artikolu 28 tar-Regolament Nru 604/2013. |
67. |
Ir-raġunijiet ta’ detenzjoni previsti mid-dritt tal-Unjoni huma stabbiliti, għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi f’sitwazzjoni irregolari, fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 2008/115, u għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi applikanti għal protezzjoni internazzjonali, fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2013/33 kif ukoll fl-Artikolu 28 tar-Regolament Nru 604/2013. Dawn id-dispożizzjonijiet, filwaqt li jiddefinixxu s-sistema applikabbli għat-tqegħid u ż-żamma f’detenzjoni, jippermettu li jiġu ddeterminati l-kundizzjonijiet tal-legalità ta’ miżuri ta’ detenzjoni. Dawn il-kundizzjonijiet jirrigwardaw b’mod partikolari l-kompetenza tal-korp li jkun adotta l-att ta’ tqegħid f’detenzjoni, ir-riskju li l-persuna detenuta taħrab, in-natura suffiċjenti ta’ miżuri oħra inqas restrittivi mid-detenzjoni, id-diliġenza tal-amministrazzjoni fil-proċedura ta’ tneħħija kif ukoll il-protezzjoni li minnha jibbenefikaw il-persuni vulnerabbli. |
68. |
Wara li saru dawn il-kjarifiki, ser neżamina b’mod konġunt id-domanda preliminari fil-Kawża C‑704/20 u l-ewwel domanda preliminari fil-Kawża C‑39/21. Fil-fatt, ma jidhirlix li għandha ssir distinzjoni tar-rwol tal-qorti skont jekk hijiex ser tiddeċiedi dwar il-legalità tat-tqegħid jew taż-żamma f’detenzjoni ( 26 ) jew inkella skont jekk id-detenzjoni hijiex imposta fil-kuntest tad-Direttiva 2008/115, tad-Direttiva 2013/33 jew tar-Regolament Nru 604/2013. Minkejja li r-raġunijiet ta’ tqegħid jew żamma f’detenzjoni ma humiex identiċi, il-prinċipji ta’ gwida li jippermettu d-definizzjoni tar-rwol tal-qorti huma komuni f’dawn iż-żewġ każijiet. |
69. |
Qabelxejn, nirrileva li l-leġiżlatur tal-Unjoni stabbilixxa ċertu numru ta’ regoli komuni li jirrigwardaw l-istħarriġ ġudizzjarju tat-tqegħid u taż-żamma f’detenzjoni taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi. |
70. |
Għalhekk, id-detenzjoni taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz li jirrisjedi irregolament għandha tiġi ordnata, skont l-Artikolu 15(2) tad-Direttiva 2008/115 ( 27 ), minn awtorità amministrattiva jew ġudizzjarja, permezz ta’ deċiżjoni bil-miktub u motivata. Meta d-detenzjoni tiġi ordnata minn awtorità amministrattiva, l-Istat Membru kkonċernat għandu l-obbligu jew (skont l-Artikolu 15(2)(a) ta’ din id-direttiva) li jipprovdi “reviżjoni ġudizzjarja rapida tal-legalità tad-detenzjoni”, jew (skont l-Artikolu 15(2)(b) tal-imsemmija direttiva) jagħti “liċ-ċittadin ta’ pajjiż terz konċernat id-dritt li jieħu proċedimenti li permezz tagħhom il-legalità tad-detenzjoni għandha tkun soġġetta għal reviżjoni ġudizzjarja rapida”. Barra minn hekk, l-Artikolu 15(3) tal-istess direttiva jipprovdi li d-detenzjoni għandha tiġi “riveduta f’intervalli raġonevoli ta’ żmien jew b’applikazzjoni miċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat jew ex officio” u li “[f]il-każ ta’ perijodi ta’ detenzjoni mtawla, ir-reviżjonijiet għandhom ikunu soġġetti għas-superviżjoni ta’ awtorità ġudizzjarja”. |
71. |
Għal dak li jirrigwarda ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi u l-persuni mingħajr stat applikanti għal protezzjoni internazzjonali, id-Direttiva 2013/33 tipprovdi regoli analogi kemm għall-istħarriġ ġudizzjarju tat-tqegħid f’detenzjoni (Artikolu 9(3) ta’ din id-direttiva) kif ukoll għal dak taż-żamma tad-detenzjoni (Artikolu 9(5) tal-imsemmija direttiva). |
72. |
F’dawn id-dispożizzjonijiet kollha, il-leġiżlatur tal-Unjoni jipprovdi stħarriġ ġudizzjarju li jista’ jitwettaq jew fuq talba taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat jew ex officio. L-imsemmija dispożizzjonijiet, li fid-dawl tal-importanza tad-dritt fundamentali għal-libertà u tal-indħil serju li tikkostitwixxi d-detenzjoni f’dan id-dritt ( 28 ), huma intiżi sabiex jipproteġu ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi minn detenzjoni arbitrarja, u għalhekk huma intiżi sabiex jiżguraw l-eżistenza, fl-Istati Membri kollha, ta’ stħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjonijiet ta’ tqegħid u sussegwentement ta’ żamma f’detenzjoni sabiex tiġi vverifikata l-legalità ta’ dawn id-deċiżjonijiet. |
73. |
Madankollu, dan il-leġiżlatur ma stabbilixxiex regoli komuni għal dak li jirrigwarda l-portata tal-istħarriġ li għandu jitwettaq mill-qorti sabiex tivverifika l-legalità tat-tqegħid jew taż-żamma f’detenzjoni. B’mod partikolari, l-imsemmi leġiżlatur ma pprovdiex espressament li l-qorti għandha, waqt l-istħarriġ ta’ legalità ta’ detenzjoni, teżamina l-punti ta’ fatt u ta’ liġi kollha li hija tqis rilevanti, irrispettivament mill-motivi u mill-argumenti invokati quddiemha. Il-modalitajiet ta’ dan l-istħarriġ jaqgħu għalhekk fl-awtonomija proċedurali tal-Istati Membri. |
74. |
Għandu jiġi vverifikat jekk l-Artikolu 8:69(1) tal-Awb, sa fejn jirrestrinġi r-rwol tal-qorti adita mill-eżami tal-legalità tat-tqegħid jew taż-żamma f’detenzjoni għall-motivi u argumenti invokati minn ċittadin ta’ pajjiż terz biss, huwiex konformi mal-limiti li jiddelimitaw l-awtonomija proċedurali tal-Istati Membri. |
75. |
F’dan ir-rigward, infakkar li skont ġurisprudenza stabbilita, fl-assenza ta’ regoli tal-Unjoni fil-qasam, huwa l-ordinament ġuridiku intern ta’ kull Stat Membru li għandu jirregola l-modalitajiet proċedurali tar-rimedji ġudizzjarji maħsuba sabiex tiġi żgurata s-salvagwardja tad-drittijiet tal-partijiet fil-kawża, skont il-prinċipju tal-awtonomija proċedurali, bil-kundizzjoni, madankollu, li dawn ma jkunux inqas favorevoli minn dawk li jirregolaw sitwazzjonijiet simili suġġetti għad-dritt intern (prinċipju ta’ ekwivalenza) u li dawn ma jirrendux prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mid-dritt tal-Unjoni (prinċipju ta’ effettività) ( 29 ). |
76. |
Għaldaqstant, dawn iż-żewġ kundizzjonijiet kumulattivi, jiġifieri l-osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, għandhom ikunu ssodisfatti sabiex Stat Membru jkun jista’ jinvoka l-prinċipju tal-awtonomija proċedurali f’sitwazzjonijiet li huma rregolati mid-dritt tal-Unjoni ( 30 ). |
77. |
Fir-rigward tal-prinċipju ta’ effettività, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li kull każ fejn tqum il-kwistjoni dwar jekk dispożizzjoni proċedurali nazzjonali tirrendix impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, għandu jiġi analizzat billi jittieħdu inkunsiderazzjoni r-rwol ta’ din id-dispożizzjoni fil-proċedura fl-intier tagħha, l-iżvolġiment tagħha u l-karatteristiċi partikolari tagħha, quddiem id-diversi istanzi nazzjonali. F’din il-perspettiva, għandhom b’mod partikolari jittieħdu inkunsiderazzjoni, jekk ikun il-każ, il-prinċipji li huma l-bażi tas-sistema ġudizzjarja nazzjonali, bħall-protezzjoni tad-drittijiet tad-difiża, il-prinċipju ta’ ċertezza legali u l-iżvolġiment tajjeb tal-proċedura ( 31 ). |
78. |
Għalhekk, għandu jiġi enfasizzat li l-prinċipju ta’ effettività huwa ssodisfat biss bil-kundizzjoni li r-regola proċedurali inkwistjoni tkun konformi mad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarju effettiva ggarantit mill-Artikolu 47 tal-Karta ( 32 ). Għaldaqstant, l-obbligu tal-Istati Membri li jiżguraw l-effettività tad-drittijiet mogħtija lill-partijiet fil-kawża mid-dritt tal-Unjoni jimplika rekwiżit ta’ protezzjoni ġudizzjarja, stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta, li l-qorti nazzjonali għandha tosserva. Din il-protezzjoni tgħodd kemm fil-livell tal-istabbiliment tal-qrati li għandhom ġurisdizzjoni sabiex jisimgħu kawżi bbażati fuq id-dritt tal-Unjoni kif ukoll għal dak li jirrigwarda d-definizzjoni tal-modalitajiet proċedurali relattivi għal tali kawżi ( 33 ). |
79. |
Għalhekk, il-kwistjoni fiċ-ċentru ta’ dawn il-kawżi tista’ tiġi fformulata hekk: regola proċedurali nazzjonali li tostakola qorti nazzjonali milli teżamina ex officio motivi bbażati fuq il-ksur tad-dritt tal-Unjoni, sa fejn hija għandha l-effett li tipprekludi lil din il-qorti milli teżamina l-legalità ta’ miżura ta’ tqegħid jew ta’ żamma f’detenzjoni fir-rigward tal-motivi kollha xierqa sabiex jiġġustifikaw tali miżura, billi tmur, jekk ikun il-każ, lil hinn mill-motivi u argumenti mressqa mir-rikorrent, hija konformi mad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ggarantit mill-Artikolu 47 tal-Karta? |
80. |
Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet f’kuntesti oħra li ma jikkontestawx id-dritt għal-libertà ggarantit mill-Artikolu 6 tal-Karta li l-prinċipju ta’ effettività ma jirrikjedix, bħala prinċipju, li l-qrati nazzjonali jqajmu ex officio motiv ibbażat fuq ksur ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, meta l-eżami ta’ dan il-motiv jobbligahom joħorġu mil-limiti tat-tilwima kif ċirkoskritta mill-partijiet, billi jibbażaw ruħhom fuq fatti u ċirkustanzi differenti minn dawk li fuqhom il-parti li għandha interess fl-applikazzjoni tal-imsemmija dispożizzjonijiet tkun ibbażat it-talba tagħha ( 34 ). |
81. |
Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, din il-limitazzjoni tas-setgħat tal-qorti nazzjonali hija ġġustifikata mill-prinċipju li jgħid li l-inizjattiva ta’ proċess tappartjeni lill-partijiet u li, konsegwentement, meta l-liġi proċedurali nazzjonali toffri possibbiltà reali lill-parti kkonċernata li tinvoka motiv ibbażat fuq id-dritt tal-Unjoni, il-qorti nazzjonali tista’ taġixxi ex officio biss f’każijiet eċċezzjonali fejn l-interess pubbliku jeżiġi l-intervent tagħha ( 35 ). |
82. |
F’dan ir-rigward, nirrileva li l-Artikolu 8:69(1) tal-Awb ma għandux l-effett li jipprekludi ċittadini ta’ pajjiżi terzi milli jqajmu motiv jew diversi motivi bbażati fuq l-inkompatibbiltà tat-tqegħid jew taż-żamma tagħhom f’detenzjoni mal-kundizzjonijiet previsti mir-regoli rilevanti tad-dritt sekondarju tal-Unjoni ( 36 ). Għalhekk, il-qorti adita ma hijiex prekluża minn din id-dispożizzjoni nazzjonali milli teżamina l-motivi bbażati fuq il-ksur tad-dritt tal-Unjoni invokati mir-rikorrent insostenn ta’ rikors kontra t-tqegħid jew iż-żamma tiegħu f’detenzjoni. Din il-qorti tista’ għalhekk, fid-dawl tal-motivi invokati quddiemha, teżerċita l-istħarriġ ta’ ġurisdizzjoni sħiħa li l-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat l-importanza tiegħu fis-sentenza tagħha tal‑5 ta’ Ġunju 2014, Mahdi ( 37 ). |
83. |
F’dan ir-rigward, infakkar li skont il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest tal-istħarriġ li hija għandha twettaq, il-qorti nazzjonali għandha tkun tista’ tiddeċiedi dwar kull punt ta’ fatt u ta’ liġi rilevanti sabiex tiddetermina jekk id-detenzjoni taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat hijiex iġġustifikata. Din il-qorti għandha, għalhekk, tkun f’pożizzjoni li tieħu inkunsiderazzjoni kemm il-punti ta’ fatt u l-provi invokati mill-awtorità amministrattiva li tkun ordnat id-detenzjoni kif ukoll kull osservazzjoni eventwali taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat. Barra minn hekk, hija għandha tkun f’pożizzjoni li tfittex kull element ieħor rilevanti għad-deċiżjoni tagħha fil-każ li tqis li dan huwa neċessarju. Minn dan isegwi li s-setgħat li għandha l-awtorità ġudizzjarja, ma jistgħu, fl-ebda każ, ikunu limitati biss għall-elementi ppreżentati mill-awtorità amministrattiva kkonċernata ( 38 ). Barra minn hekk, meta d-detenzjoni inizjalment ordnata ma tibqax iġġustifikata, l-awtorità ġudizzjarja kompetenti għandha tkun f’pożizzjoni li tissostitwixxi bid-deċiżjoni tagħha d-deċiżjoni tal-awtorità amministrattiva ( 39 ). |
84. |
Sabiex jiddefendi l-kompatibbiltà tal-Artikolu 8:69(1) tal-Awb mad-dritt tal-Unjoni fil-kuntest speċifiku tad-detenzjoni, il-Gvern Olandiż isostni, bħalma indikajt preċedentement, li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi ma humiex limitati fil-possibbiltà tagħhom li jissottomettu lill-qorti nazzjonali l-ilmenti kollha li huma jqisu rilevanti, u din tal-aħħar għandha, barra minn hekk, il-kapaċità li tittraduċi f’termini ġuridiċi l-elementi fattwali mressqa minn dawn iċ-ċittadini. Dan il-gvern iżid li bid-differenza għal dak li jeżisti fid-dritt amministrattiv ġenerali, fil-qasam tad-detenzjoni huma previsti garanziji addizzjonali, fosthom eżami sistematiku tagħhom minn qorti, anki fl-assenza ta’ rikors, smigħ u l-assistenza ta’ avukat speċjalizzat f’dan il-qasam. Barra minn hekk, l-awtorità amministrattiva kompetenti għandha l-obbligu li tivverifika l-kriterji ta’ legalità tat-tqegħid u taż-żamma f’detenzjoni, li jiġġustifika li l-qorti ma jkollhiex tipproċedi mill-ġdid għal stħarriġ daqshekk estiż, li jmur lil hinn mill-ilmenti mqajma mill-persuna kkonċernata. |
85. |
Madankollu, ma naħsibx li l-garanziji li għadhom kemm ġew elenkati huma ta’ natura li jiżguraw in-natura effettiva tal-protezzjoni ġudizzjarja li għandha tingħata liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi suġġetti għal miżura ta’ tqegħid jew ta’ żamma f’detenzjoni, sa fejn l-Artikolu 8:69(1) tal-Awb jista’ jippreġudika l-effettività sħiħa tar-rimedju intiż sabiex qorti tiddeċiedi dwar il-legalità ta’ tali miżura. |
86. |
Fir-rigward tad-dritt għal-libertà, li huwa ggarantit mill-Artikolu 6 tal-Karta, id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ma għandu jkollu ebda lakuna u ma jittollera ebda angolu mhux magħruf. Għalkemm il-portata ta’ dan l-aħħar dritt tvarja skont il-kuntest speċifiku u ċ-ċirkustanzi proprji ta’ kull kawża, b’mod partikolari tan-natura tal-att inkwistjoni, tal-kuntest tal-adozzjoni tiegħu u tar-regoli ġuridiċi li jirregolaw l-qasam ikkonċernat ( 40 ), inqis li peress li huwa inkwistjoni d-dritt għal-libertà, id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva għandu jkun żgurat b’mod rigoruż u strett, billi jippermetti stħarriġ komplet, fir-rigward tal-portata u tal-intensità tiegħu, tal-legalità ta’ miżuri li jċaħħdu l-libertà. Fil-fehma tiegħi, dawn l-elementi jimmilitaw favur approċċ għall-kwistjoni relatata mal-eżami ex officio mill-qrati nazzjonali ta’ motivi bbażati fuq ksur tad-dritt tal-Unjoni, li għandu jkun speċifiku għall-verifika ta’ ksur potenzjali tad-dritt għal-libertà. |
87. |
F’dan ir-rigward, nenfasizza li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li, fid-dawl tal-importanza tad-dritt għal-libertà u tal-indħil serju li tikkostitwixxi miżura ta’ detenzjoni f’dan id-dritt, il-limitazzjonijiet tal-eżerċizzju tiegħu għandhom japplikaw fil-limiti ta’ dak li huwa strettament neċessarju ( 41 ). Għalhekk, kull detenzjoni li taqa’ taħt id-Direttiva 2008/115, id-Direttiva 2013/33 u r-Regolament Nru 604/2013 hija delimitata strettament mid-dispożizzjonijiet ta’ dawn id-direttivi u ta’ dan ir-regolament, b’mod li jiżgura, minn naħa, l-osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità għal dak li jirrigwarda l-mezzi użati u l-għanijiet imfittxija, u min-naħa l-oħra, ir-rispett tad-drittijiet fundamentali tal-persuni kkonċernati ( 42 ). Għalhekk, il-miżuri ta’ detenzjoni adottati skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt sekondarju tal-Unjoni ma għandhomx jiksru d-dritt għal-libertà taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma s-suġġett ta’ tali miżuri, kif iggarantit fl-Artikolu 6 tal-Karta ( 43 ). |
88. |
Barra minn hekk, il-karatteristiċi tar-rimedji stabbiliti mill-Istati Membri sabiex jippermettu liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jinvokaw id-drittijiet tagħhom għandhom jiġu ddeterminati b’konformità mal-Artikolu 47 tal-Karta, li jipprovdi li kull pesuna li d-drittijiet u l-libertajiet tagħha ggarantiti mid-dritt tal-Unjoni jkunu ġew miksura għandha dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti b’osservanza tal-kundizzjonijiet previsti fl-imsemmi artikolu ( 44 ). Fil-fatt, meta jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw ir-rispett tad-dritt għal rimedju effettiv, stabbilit fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta, li jikkostitwixxi affermazzjoni mill-ġdid tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva ( 45 ). |
89. |
Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li skont il-Qorti tal-Ġustizzja, sa fejn hija ta’ natura li tippreġudika d-dritt għal-libertà taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat, stabbilit fl-Artikolu 6 tal-Karta, deċiżjoni li tordna t-tqegħid tiegħu f’detenzjoni jew l-estensjoni tad-detenzjoni tiegħu hija suġġetta għall-osservanza ta’ garanziji stretti, jiġifieri, b’mod partikolari, il-protezzjoni kontra l-arbitrarjetà. Issa, tali protezzjoni timplika, fost l-oħrajn, li detenzjoni tista’ tiġi ordnata jew estiża biss b’osservanza tar-regoli ġenerali u astratti li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet u l-modalitajiet tagħha ( 46 ). Hija l-effettività tal-istħarriġ ġudizzjarju tat-tqegħid jew taż-żamma f’detenzjoni li tippermetti li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jiġu ggarantiti d-drittijiet mogħtija lilhom minn dawn ir-regoli ( 47 ). |
90. |
Għandu jiġi indikat ukoll li r-restrizzjoni tal-kamp tal-eżami li għandha twettaq il-qorti meta tistħarreġ il-legalità tat-tqegħid jew taż-żamma f’detenzjoni tikkostitwixxi limitazzjoni tad-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti fis-sens tal-Artikolu 47 tal-Karta, li skont l-Artikolu 52(1) tal-Karta, hija ġġustifikata biss jekk din hija prevista mil-liġi, jekk tosserva l-kontenut essenzjali tal-imsemmi dritt u jekk, fl-osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, hija neċessarja u tindirizza effettivament għanijiet ta’ interess ġenerali rrikonoxxuti mill-Unjoni jew il-ħtieġa ta’ protezzjoni ta’ drittijiet jew libertajiet ta’ oħrajn ( 48 ). |
91. |
Issa, inqis li jkun kuntrarju kemm għall-kontenut essenzjali tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, iggarantit fl-Artikolu 47 tal-Karta, li minnu tibbenefika persuna f’detenzjoni, u għall-protezzjoni tagħha minn detenzjoni arbitrarja, li tirriżulta mill-Artikolu 6 tal-Karta, li qorti tista’ tiġi prekluża milli teħles tali persuna, minkejja li hija tikkonstata, abbażi ta’ elementi li hija jkollha, li tali detenzjoni hija illegali. Kull interpretazzjoni oħra toħloq ksur fil-protezzjoni mid-detenzjoni arbitrarja, li jmur kontra l-importanza li għandha l-libertà individwali f’soċjetà demokratika ( 49 ). |
92. |
Fil-fatt, iċ-ċirkustanza li qorti tista’ twieġeb biss għall-motivi u l-argumenti invokati quddiemha, mingħajr ma tista’ tqajjem oħrajn ex officio, jista’ jkollha r-riżultat li persuna titqiegħed jew tinżamm f’detenzjoni, minkejja li l-kundizzjonijiet tagħha ma jkunux issodisfatti. Issa, mid-diversi dispożizzjonijiet tad-dritt sekondarju tal-Unjoni li jikkonkretizzaw id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ggarantit mill-Artikolu 47 tal-Karta, u l-protezzjoni kontra detenzjoni arbitrarja, li tirriżulta mill-Artikolu 6 tal-Karta, jirriżulta li l-ħelsien immedjat huwa ta’ natura importanti meta d-detenzjoni tkun illegali jew mhux iġġustifikata. Għalhekk, fl-aħħar sentenza tal-Artikolu 15(2) tad-Direttiva 2008/115, huwa indikat li “[i]ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz konċernat għandu jiġi rilaxxat minnufih jekk id-detenzjoni ma tkunx legali”. Il-ħelsien immedjat tal-persuna kkonċernata huwa impost ukoll mill-Artikolu 15(4) ta’ din id-direttiva meta d-detenzjoni ma tibqax iġġustifikata, jiġifieri “[m]eta jkun jidher li ma għadux jeżisti prospett raġonevoli ta’ tneħħija għal konsiderazzjonijiet legali jew oħrajn jew il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ma għadhomx aktar jeżistu”. Barra minn hekk, l-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2013/33 jipprovdi li “[m]eta, b’riżultat tar-rieżami ġudizzjarju, id-detenzjoni tinstab li kienet illegali, l-applikant ikkonċernat għandu jinħeles minnufih”. |
93. |
Fil-fehma tiegħi, il-garanziji proċedurali mressqa mill-Gvern Olandiż ma jippermettux li jiġi evitat kull riskju li, minħabba l-impossibbiltà għall-qorti adita li tqajjem ex officio ċerti motivi u argumenti, persuna tkun suġġetta għal miżura ta’ tqegħid jew żamma f’detenzjoni minkejja li l-kundizzjonijeit ta’ tali miżura ma jkunux issodisfatti, li jmur direttament kontra d-dispożizzjonijiet tad-dritt sekondarju tal-Unjoni li għandi kemm iċċitajt, li għandhom jiġu interpretati b’konformità mad-drittijiet fundamentali protetti mill-Karta. |
94. |
F’tali sitwazzjoni, il-protezzjoni ġudizzjarja li minnha tibbenefika tali persuna ma tistax, fil-fehma tiegħi, tiġi kklassifikata bħala effettiva. Fil-fatt, fil-kuntest ta’ rikors kontra miżura ta’ tqegħid jew żamma f’detenzjoni, l-effettività ta’ dan ir-rikors għandha titqabbel man-natura imperattiva tal-ħelsien taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ladarba l-kundizzjonijiet li jippermettu l-adozzjoni ta’ tali miżura ma jkunux issodisfatti. Għalhekk, protezzjoni ġudizzjarja effettiva ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz suġġett għal miżura ta’ tqegħid jew ta’ żamma f’detenzjoni ma hijiex żgurata jekk il-qorti li għandha tistħarreġ il-legalità ta’ din il-miżura tiġi prekluża, minn regola proċedurali nazzjonali, milli teħles lil dan iċ-ċittadin, minkejja li tikkonstata, abbażi tal-elementi li għandha, li ma jista’ jiġi identifikat ebda motiv validu ta’ detenzjoni. Barra minn hekk, l-applikazzjoni ta’ tali regola proċedurali fil-kuntest tad-detenzjoni tista’ tippreġudika l-effett sħiħ tar-regoli ġenerali u astratti li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet u l-modalitajiet, billi ċċaħħad liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi kkonċernati milli jibbenefikaw mid-drittijiet li jisiltu minn dawn ir-regoli. |
95. |
Għalhekk, nikkunsidra li l-limitazzjoni tal-portata tal-istħarriġ tal-qorti għall-motivi u l-argumenti invokati mir-rikorrent biss tista’ twassal għal ksur tad-dispożizzjonijiet tad-dritt sekondarju tal-Unjoni li jimponu fuq l-awtoritajiet nazzjonali obbligu li jeħilsu lill-persuna suġġetta għal miżura li ċċaħħad il-libertà illegali. Għaldaqstant, in-natura awtomatika u imperattiva tal-ħelsien, meta l-kundizzjonijiet ta’ tqegħid jew żamma f’detenzjoni ma jkunux issodisfatti, tillimita, fil-fehma tiegħi, il-marġni ta’ manuvra li għandhom l-Istati Membri sabiex jistabbilixxu l-modalitajiet proċedurali tar-rimedji ġudizzjarji, billi timponi fuqhom obbligu ta’ riżultat. Dan jikkonsisti f’li jiżguraw li dawn ir-rimedji jkunu organizzati b’tali mod li jippermettu liċ-ċittadini ta’ pajjiż terzi f’detenzjoni jiksbu li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ma jkunux jistgħux iżommu din id-detenzjoni jekk il-kundizzjonijiet ta’ tali miżura ma jkunux issodisfatti. Fid-dawl tal-importanza, enfasizzata diversi drabi mill-Qorti tal-Ġustizzja, tad-dritt għal-libertà, jidhirli partikolarment mhux xieraq li jiġi aċċettat li regola proċedurali nazzjonali tista’ tikkontribwixxi sabiex jitħallew dubji dwar il-legalità ta’ att li jwassal għat-tqegħid jew żamma f’detenzjoni ( 50 ). |
96. |
Fir-rigward tal-argument invokat mill-Gvern Olandiż, li semmejt preċedentement, li l-awtorità amministrattiva kompetenti għandha l-obbligu li tivverifika l-kriterji ta’ legalità tat-tqegħid u taż-żamma f’detenzjoni, li jiġġustifika li l-qorti ma tkunx obbligata twettaq stħarriġ mill-ġdid daqstant estiż, li jmur lil hinn mill-ilmenti mqajma mill-persuna kkonċernata, nirrileva, bħall-Kummissjoni, li l-kundizzjonijiet tal-legalità tad-detenzjoni huma obbligatorji kemm għall-awtorità amministrattiva kompetenti kif ukoll għall-qorti. Għalhekk, inqis li wieħed jista’ jikkontesta li jiġi kkunsidrat li din l-awtorità jkollha teżamina f’kull każ jekk dawn il-kundizzjonijiet humiex issodisfatti filwaqt li l-qorti jkollha r-rwol tagħha limitat f’dan ir-rigward b’applikazzjoni ta’ regola proċedurali li tipprekludiha tiddeċiedi lil hinn mill-ilmenti mqajma mill-persuna kkonċernata. Fi kliem ieħor, il-fatt li tiġi limitata l-kompetenza tal-qorti, filwaqt li dik tal-awtorità amministrattiva ma tiġix, jidhirli li huwa kemm kontradittorju kif ukoll inkompatibbli man-natura imperattiva tal-kundizzjonijiet tal-legalità tad-detenzjoni. |
97. |
Barra minn hekk, infakkar li hija l-qorti li hija l-gwardjana tal-libertà individwali ( 51 ). Għaldaqstant, sistema li permezz tagħha l-awtorità amministrattiva kompetenti tkun marbuta twettaq eżami eżawrjenti tal-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni, filwaqt li l-qorti adita bl-istħarriġ tal-legalità ta’ tali miżura ma jkollhiex kompetenza daqstant estiża, jidhirli li hija żbilanċjata u ma hijiex ta’ natura li tiżgura liċ-ċittadin ta’ pajjiż terz protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Hija l-qorti u mhux l-awtorità amministrattiva li għandha l-aħħar kelma dwar jekk miżura ta’ tqegħid jew ta’ żamma f’detenzjoni tissodisfax il-kundizzjonijiet imperattivi previsti mil-liġi. |
98. |
Mill-preċedenti jirriżulta li meta qorti tkun adita bl-istħarriġ tal-legalità ta’ tqegħid jew ta’ żamma f’detenzjoni, din il-qorti għandha tivverifika l-osservanza tar-regoli ġenerali u astratti li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet u l-modalitajiet ( 52 ). Billi tillimita din il-verifika għall-motivi u l-argumenti invokati mir-rikorrent, l-applikazzjoni tal-Artikolu 8:69(1) tal-Awb fil-kuntest tal-istħarriġ ta’ legalità ta’ miżura ta’ detenzjoni hija, fil-fehma tiegħi, inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, peress li ma tosservax il-prinċipju ta’ effettività. |
99. |
Insostenn ta’ din il-konstatazzjoni ta’ inkompatibbiltà, nirrileva wkoll li din ir-regola proċedurali twassal sabiex miżura li ċċaħħad il-libertà tkun suġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju li l-portata tiegħu tvarja skont jekk hijiex detenzjoni deċiża minn awtorità amministrattiva jew detenzjoni deċiża mill-qorti kriminali. |
100. |
F’dan ir-rigward, infakkar li r-Raad van State (il-Kunsill tal-Istat) jindika fid-deċiżjoni ta’ rinviju tiegħu li l-Artikolu 8:69 tal-Awb ma japplikax għall-proċeduri kriminali. Għaldaqstant, il-qorti kriminali ma għandhiex tillimita ruħha għall-motivi jew argumenti invokati minn suspettat jew minn prosekutur fil-kuntest tal-istħarriġ tal-miżura li ċċaħħad il-libertà inkwistjoni. F’dan ir-rigward, ir-Raad van State (il-Kunsill tal-Istat) jenfasizza li hawnhekk hija l-qorti kriminali nnifisha li timponi tali miżura, li jikkostitwixxi, fil-fehma tiegħu, differenza importanti meta mqabbla mal-adozzjoni ta’ miżura ta’ detenzjoni mill-awtorità amministrattiva kompetenti. |
101. |
Madankollu, u għalkemm dawn iż-żewġ tipi ta’ miżuri jfittxu għanijiet differenti, xorta jibqa’ l-fatt li ż-żewġ każijiet jirrigwardaw miżura li ċċaħħad il-libertà li għandha tiġi deċiża biss abbażi tal-kundizzjonijiet elenkati fil-liġi. Jidhirli li huwa insuffiċjenti li differenza fir-rigward tal-portata tal-istħarriġ ġudizzjarju tiġi ġġustifikata mill-fatt li miżuri li jċaħħdu l-libertà jaqgħu taħt żewġ fergħat tad-dritt nazzjonali differenti, jiġifieri, minn naħa, id-dritt kriminali u min-naħa l-oħra, id-dritt amministrattiv. Barra minn hekk, ikun paradossali li persuna ssuspettata li wettqet reat kriminali tibbenefika minn protezzjoni ġudizzjarja ikbar minn dik li ma hijiex issuspettata li wettqet tali reat. |
102. |
Inżid li r-regola proċedurali nazzjonali inkwistjoni hija, fil-fehma tiegħi, inkompatibbli mal-fatt li l-oneru tal-prova tan-natura neċessarja u proporzjonata ta’ miżura ta’ tqegħid jew ta’ żamma f’detenzjoni jaqa’ fuq l-awtorità li ddeċidiet li tieħu tali miżura. Fil-fatt, din ir-regola tista’ twassal sabiex, fin-nuqqas li r-rikorrent jinvoka motiv jew argument speċifiku, il-qorti adita tkun imċaħħda mill-possibbiltà li tivverifika, b’mod partikolari, jekk l-awtorità amministrattiva kompetenti wrietx li miżura inqas restrittiva ma kinitx suffiċjenti. Madankollu, inqis li jkunu xi jkunu l-motivi u l-argumenti invokati mir-rikorrent, din il-qorti għandu jkollha setgħa li tivverifika jekk din l-awtorità nħelsitx b’mod korrett mill-oneru tal-prova li għandha. Jekk l-imsemmija qorti tikkunsidra li l-fajl li l-imsemmija awtorità ssottomettitilha, ikkompletat, jekk ikun il-każ, mill-elementi miġbura fil-kuntest tad-dibattitu kontradittorju miżmum quddiemha, huwa insuffiċjenti sabiex jiġġustifika miżura ta’ tqegħid jew żamma f’detenzjoni, ebda regola proċedurali nazzjonali ma għandha tipprekludiha milli teħles immedjatament il-persuna suġġetta għal tali miżura. |
103. |
Inqis ukoll li detenzjoni arbitrarja ma tistax tkun raġonevolment iġġustifikata mill-prinċipju ta’ ċertezza legali. Fir-rigward tal-iżvolġiment tajjeb tal-proċedura, b’mod partikolari għal dak li jirrigwarda d-dewmien inerenti għall-evalwazzjoni ta’ motivi ġodda ( 53 ), jiena tal-fehma li l-ħeffa li biha għandu jitwettaq l-istħarriġ ġudizzjarju ma tistax tiġġustifika eżami parzjali tal-legalità ta’ detenzjoni. |
104. |
Barra minn hekk, għandu jiġi enfasizzat li skont id-dritt tal-Unjoni, miżura ta’ tqegħid jew ta’ żamma f’detenzjoni tista’ tiġi deċiża minn awtorità ġudizzjarja jew minn awtorità amministrattiva. |
105. |
Nikkunsidra li l-istħarriġ eżerċitat minn qorti meta tkun adita b’rikors kontra miżura ta’ tqegħid jew ta’ żamma f’detenzjoni għandu jkun ta’ intensità u ta’ portata ekwivalenti għal dak li teżerċita din il-qorti meta, skont id-dritt nazzjonali, ikollha tadotta tali miżura. |
106. |
Issa, l-applikazzjoni ta’ regola proċedurali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija, fil-fehma tiegħi, ta’ natura li tippreġudika r-rekwiżit ta’ uniformità tal-istħarriġ tal-legalità tad-detenzjoni bejn l-Istati Membri. Stħarriġ b’ġeometrija varjabbli tal-legalità ta’ detenzjoni jidhirli li huwa inkompatibbli mal-konstatazzjoni li l-kundizzjonijiet li abbażi tagħhom tista’ tiġi deċiża detenzjoni huma l-oġġett ta’ armonizzazzjoni mid-dritt sekondarju tal-Unjoni. Diverġenzi dwar il-portata ta’ dan l-istħarriġ bejn l-Istati Membri huma wkoll ta’ natura li jippreġudikaw l-effettività ta’ regoli sostantivi li jistabbilixxu, fuq livell tal-Unjoni, il-kundizzjonijiet ta’ tqegħid jew ta’ żamma f’detenzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz. |
107. |
Għalhekk, interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt sekondarju tal-Unjoni fis-sens li jimponu li l-qorti adita tistħarreġ l-osservanza tal-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex ċittadin ta’ pajjiż terz jitqiegħed jew jinżamm f’detenzjoni, irrispettivament mill-motivi u argumenti invokati minn dan tal-aħħar, twassal sabiex tnaqqas id-differenzi fir-rigward tal-portata tal-protezzjoni ġudizzjarja li minnha jibbenefika tali ċittadin, skont jekk l-Istat Membru kkonċernat għażilx li jafda l-kompetenza li tiġi adottata miżura ta’ tqegħid jew żamma f’detenzjoni lil awtorità ġudizzjarja jew awtorità amministrattiva. Protezzjoni ġudizzjarja uniformi fl-Istati Membri kollha tikkontribwixxi ċertament sabiex tiżgura n-natura effettiva ta’ din il-protezzjoni, skont l-Artikolu 47 tal-Karta. |
108. |
Fil-fehma tiegħi, l-istess rekwiżit ta’ uniformità fl-istħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tad-detenzjoni japplika wkoll skont jekk Stat Membru għażilx stħarriġ awtomatiku jew abbażi ta’ talba mill-persuna kkonċernata. |
109. |
Fil-qosor, nikkunsidra li l-għażla mħollija lill-Istati Membri, minn naħa, bejn l-adozzjoni ta’ miżura ta’ tqegħid jew ta’ żamma f’detenzjoni minn awtorità amministrattiva jew inkella minn awtorità ġudizzjarja, u min-naħa l-oħra, bejn stħarriġ ġudizzjarju ex officio jew abbażi ta’ rikors minn tali miżura deċiża minn awtorità amministrattiva, ma għandhiex tiġi tradotta fil-prattika f’differenzi bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-portata tal-istħarriġ ġudizzjarju tal-legalità ta’ din il-miżura. |
110. |
Dawn l-elementi kollha jwassluni sabiex nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domanda preliminari magħmula fil-Kawża C‑704/20 u għall-ewwel domanda preliminari magħmula fil-Kawża C‑39/21 li l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2008/115, l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2013/33 u l-Artikolu 28 tar-Regolament Nru 604/2013, moqrija flimkien mal-Artikoli 6 u 47 tal-Karta, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-qorti nazzjonali adita bl-istħarriġ tal-legalità tat-tqegħid jew taż-żamma f’detenzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz għandha tivverifika, abbażi tal-punti ta’ fatt u ta’ liġi li hija tqis rilevanti, l-osservanza tar-regoli ġenerali u astratti li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet u l-modalitajiet tagħha, irrispettivament mill-motivi u mill-argumenti invokati minn dan tal-aħħar insostenn tar-rikors tiegħu. Dawn l-istess dispożizzjonijiet jipprekludu regola proċedurali nazzjonali li għandha l-effett li tipprekludi lil din il-qorti milli twettaq din il-verifika ex officio u teħles ċittadin ta’ pajjiż terz, minkejja li tikkonstata li tali detenzjoni tmur kontra d-dritt tal-Unjoni. |
B. Fuq it‑tielet domanda preliminari fil‑Kawża C‑39/21
111. |
Infakkar li skont l-Artikolu 8:77(1)(b) tal-Awb, il-qorti nazzjonali adita b’rikors għandha tagħti deċiżjoni bil-miktub li tkun motivata. Madankollu, l-Artikolu 91(2) tal-Vw 2000 jipprovdi eċċezzjoni li tapplika meta r-Raad van State (il-Kunsill tal-Istat) jiddeċiedi appell mis-sentenzi li jirrigwardaw it-tqegħid f’detenzjoni. F’dan il-każ, jekk din il-qorti “tqis li lment invokat ma jistax iwassal għall-annullament, hija tista’ tillimita ruħha għal din l-evalwazzjoni fil-motivi tad-deċiżjoni tagħha”. |
112. |
Il-qorti tar-rinviju għandha dubji dwar il-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni ta’ din il-possibbiltà ta’ motivazzjoni mqassra hekk offruta lir-Raad van State (il-Kunsill tal-Istat) meta dan jiddeċiedi fit-tieni jew fl-aħħar istanza dwar il-legalità ta’ deċiżjoni ta’ tqegħid f’detenzjoni. |
113. |
Il-Gvern Olandiż iqis li t-tielet domanda preliminari magħmula fil-Kawża C‑39/21 hija inammissibbli. |
114. |
Ċertament huwa minnu li r-regola stabbilita mill-Artikolu 91(2) tal-Vw 2000, li ttaffi l-obbligu ta’ motivazzjoni fil-proċeduri ta’ appell, ma hijiex intiża sabiex tapplika fil-kuntest tal-proċedura adita biha r-rechtbank Den Haag, zittingsplaats ‘s-Hertogenbosch (il-Qorti Distrettwali ta’ Den Haag, sedenti f’Hertogenbosch) (Kawża C‑39/21), iżda biss fil-kuntest tal-proċedura ta’ appell introdotta quddiem ir-Raad van State (il-Kunsill tal-Istat) (Kawża C‑704/20). Madankollu, minkejja dawn iċ-ċirkustanzi, insibha diffiċli sabiex nikkunsidra li t-tielet domanda preliminari magħmula fil-Kawża C‑39/21 hija totalment irrilevanti fil-kuntest ta’ proċedura quddiem ir-rechtbank Den Haag, zittingsplaats ‘s-Hertogenbosch (il-Qorti Distrettwali ta’ Den Haag, sedenti f’Hertogenbosch) li tirrigwarda ż-żamma ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz f’detenzjoni. |
115. |
Fil-fatt, nirrileva li fid-deċiżjoni tar-rinviju tagħha, ir-rechtbank Den Haag, zittingsplaats ‘s-Hertogenbosch (il-Qorti Distrettwali ta’ Den Haag, sedenti f’Hertogenbosch) tindika r-raġunijiet li għalihom il-motivazzjoni mqassra ta’ deċiżjonijiet mogħtija fl-appell mir-Raad van State (il-Kunsill tal-Istat) għal dak li jirrigwarda t-tqegħid f’detenzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz jista’ jkollha riperkussjonijiet fuq it-tmexxija ta’ proċedura sussegwenti quddiemha, dwar iż-żamma f’detenzjoni ta’ dan tal-aħħar. F’dan ir-rigward, ir-rechtbank Den Haag, zittingsplaats ‘s-Hertogenbosch (il-Qorti Distrettwali ta’ Den Haag, sedenti f’Hertogenbosch) tenfasizza l-importanza li għandha d-deċiżjoni tal-aħħar istanza fil-proċedura kollha, billi tenfasizza li wara deċiżjoni tar-Raad van State (il-Kunsill tal-Istat) li tiċħad rikors kontra l-miżura li timponi detenzjoni, din il-miżura tista’ tkompli mingħajr ma ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jista’ jkun jaf ir-raġunijiet ta’ din id-deċiżjoni ( 54 ). Issa, fil-kuntest tal-kontestazzjoni taż-żamma f’detenzjoni ta’ tali ċittadin, skont id-dritt Olandiż, huwa l-avukat ta’ dan iċ-ċittadin li għandu jiddetermina l-portata tat-tilwima, billi jippreżenta l-fatti u ċ-ċirkustanzi li l-qorti għandha teżamina sabiex tiddeċiedi dwar il-legalità tad-detenzjoni. Skont ir-rechtbank Den Haag, zittingsplaats ‘s-Hertogenbosch (il-Qorti Distrettwali ta’ Den Haag, sedenti f’Hertogenbosch), din il-funzjoni tista’ tirriżulta kumplikata fil-prattika jekk dan l-avukat ma jkunx jaf ir-raġunijiet li għalihom ir-Raad van State (il-Kunsill tal-Istat) ma laqax l-ilmenti li huma invokati preċedentement kontra d-deċiżjoni ta’ tqegħid f’detenzjoni ( 55 ). |
116. |
Barra minn hekk, peress li r-rechtbank Den Haag, zittingsplaats ‘s-Hertogenbosch (il-Qorti Distrettwali ta’ Den Haag, sedenti f’Hertogenbosch) tindika, billi tiċċita deċiżjoni tar-Raad van State (il-Kunsill tal-Istat), li dan tal-aħħar ma xtaqx jagħmel domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar dan il-punt ( 56 ), ma narax rimedju ieħor minbarra dak segwit minn din il-qorti li permezz tiegħu l-kwistjoni dwar il-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni tal-motivazzjoni mqassra ta’ deċiżjonijiet mogħtija fl-appell mir-Raad van State (il-Kunsill tal-Istat) tista’ tiġi sottomessa għall-Qorti tal-Ġustizzja, tal-inqas fir-rigward tal-proċedura preliminari ( 57 ). |
117. |
Fid-dawl ta’ dawn l-elementi kollha, fil-fehma tiegħi, ma jidhirx b’mod manifest li l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mitluba ma għandha ebda rabta mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali jew li l-kwistjoni invokata hija ta’ natura ipotetika ( 58 ), sa fejn ir-risposta għad-domanda magħmula mir-rechtbank Den Haag, zittingsplaats ‘s-Hertogenbosch (il-Qorti Distrettwali ta’ Den Haag, sedenti f’Hertogenbosch), għal dak li jirrigwarda l-motivazzjoni mqassra tas-sentenzi mogħtija fl-appell mir-Raad van State (il-Kunsill tal-Istat) fil-qasam tad-detenzjoni, jista’ jkollha riperkussjonijiet fuq il-proċeduri sussegwenti relattivi għal din l-istess detenzjoni, bħal proċedura li permezz tagħha ż-żamma f’detenzjoni tal-persuna kkonċernata tiġi kkontestata, li huwa preċiżament il-każ fil-kawża prinċipali fil-Kawża C‑39/21. |
118. |
Għaldaqstant nikkunsidra li t-tielet domanda preliminari magħmula f’din il-kawża, sa fejn tirrigwarda l-konformità mad-dritt tal-Unjoni ta’ prattika tar-Raad van State (il-Kunsill tal-Istat) li tikkonsisti f’ li jimmotiva b’mod mqassar id-deċiżjoni tiegħu meta jiddeċiedi fit-tieni jew l-aħħar istanza dwar il-legalità ta’ miżura ta’ tqegħid f’detenzjoni, għandha tibbenefika mill-preżunzjoni ta’ rilevanza u tkun l-oġġett ta’ risposta sostantiva mill-Qorti tal-Ġustizzja. Barra minn hekk, il-fatt li l-Kawżi C‑704/20 u C‑39/21 ġew magħquda jimmilita f’dan is-sens peress li jippermetti li wieħed jifhem il-proċedura Olandiża kollha ta’ tqegħid jew ta’ żamma f’detenzjoni, fl-istanzi differenti tagħha, fid-dawl tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ggarantit mill-Artikolu 47 tal-Karta. |
119. |
Fil-mertu, nirrileva li l-istabbilimet ta’ tieni livell ta’ ġurisdizzjoni kontra d-deċiżjonijiet ta’ tqegħid f’detenzjoni kif ukoll ir-regola li tippermetti lir-Raad van State (il-Kunsill tal-Istat) jadotta motivazzjoni mqassra meta jiċħad ir-rikors ippreżentat quddiemu jikkostitwixxu modalitajiet proċedurali li jimplimentaw id-dritt għal rimedju effettiv ta’ tali deċiżjonijiet kif ikkonkretizzat fl-Artikolu 15(2) tad-Direttiva 2008/115, rilevanti biss fil-Kawża C‑39/21 ( 59 ). Tali modalitjiet proċedurali għandhom josservaw il-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività ( 60 ). L-osservanza ta’ dawn il-prinċipji għandha tkun analizzata billi jittieħdu inkunsiderazzjoni r-rwol tar-regoli kkonċernati fil-proċedura kollha, tal-iżvolġiment tal-imsemmija proċedura u tal-partikolarità ta’ dawn ir-regoli, quddiem id-diversi istanzi nazzjonali ( 61 ). |
120. |
Mill-angolu tal-prinċipju ta’ ekwivalenza, il-qorti tar-rinviju fil-Kawża C‑39/21 tenfasizza li huwa biss fil-proċeduri amministrattivi li jirrigwardaw id-dritt tal-barranin, mibdija miċ-ċittadini ta’ Stati terzi u miċ-ċittadini tal-Unjoni, li teżisti eċċezzjoni għall-obbligu ta’ motivazzjoni u setgħa tar-Raad van State (il-Kunsill tal-Istat) li jkun qiegħed jiddeċiedi fit-tieni u l-aħħar istanza, li jiddeċiedi mingħajr ma jipprovdi raġunijiet sostantivi. |
121. |
F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-osservanza tal-prinċipju ta’ ekwivalenza jeħtieġ trattament ugwali tal-azzjonijiet bbażati fuq ksur tad-dritt nazzjonali u dawk simili, ibbażati fuq ksur tad-dritt tal-Unjoni, iżda mhux l-ekwivalenza tar-regoli proċedurali nazzjonali applikabbli għal kontenzjuż ta’ natura differenti ( 62 ). Għalhekk, minn naħa, għandhom jiġu identifikati l-proċeduri jew l-azzjonijiet paragunabbli u, min-naħa l-oħra, jiġi ddeterminat jekk l-azzjonijiet ibbażati fuq id-dritt nazzjonali humiex ittrattati b’mod iktar favorevoli mill-azzjonijiet li jirrigwardaw is-salvagwardja tad-drittijiet li l-individwi jisiltu mid-dritt tal-Unjoni ( 63 ). Fir-rigward tan-natura paragunabbli tal-azzjonijiet, hija l-qorti nazzjonali, li għandha għarfien dirett tal-modalitajiet proċedurali applikabbli, li għandha tivverifika x-xebh tal-azzjonijiet ikkonċernati mill-perspettiva tas-suġġett tagħhom, tal-iskop tagħhom u tal-elementi essenzjali tagħhom ( 64 ). Fir-rigward tat-trattament simili tal-azzjonijiet, jeħtieġ li jitfakkar li kull każ fejn tirriżulta l-kwistjoni dwar jekk dispożizzjoni proċedurali nazzjonali dwar l-azzjonijiet ibbażati fuq id-dritt tal-Unjoni hijiex inqas favorevoli minn dawk li jirrigwardaw azzjonaijiet simili ta’ natura interna għandu jiġi analizzat mill-qorti nazzjonali billi jittieħdu inkunsiderazzjoni r-rwol tar-regoli kkonċernati fil-proċedura kollha, l-iżvolġiment tal-imsemmija proċedura u l-partikolaritajiet ta’ dawn ir-regoli, quddiem il-varji istanzi nazzjonali ( 65 ). |
122. |
Nikkunsidra li l-elementi li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja ma jippermettulhiex tikkonstata li r-regola prevista fl-Artikolu 91(2) tal-Vw 2000 tikser il-prinċipju ta’ ekwivalenza, peress li l-eżistenza ta’ trattament iktar favorevoli rriżervat għal azzjonijiet simili bbażati fuq id-dritt intern ma jidhirlix li ġiet ipprovata. F’dawn iċ-ċirkustanzi, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika l-osservanza ta’ dan il-prinċipju billi tieħu inkunsiderazzjoni l-elementi misluta mill-ġurisprudenza li għadni kif fakkart. |
123. |
Fir-rigward tal-prinċipju ta’ effettività, indikajt preċedentement li dan ma jinkludix rekwiżiti li jmorru lil hinn minn dawk li jirriżultaw mid-drittijiet fundamentali, b’mod partikolari mid-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, iggarantiti mill-Karta ( 66 ). |
124. |
Issa, id-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv kontra deċiżjoni ta’ detenzjoni, kif ikkonkretizzat fl-Artikolu 15(2) ( 67 ) tad-Direttiva 2008/115, jeħtieġ jew stħarriġ ġudizzjarju ex officio jew l-eżistenza ta’ rimedju ġudizzjarju fuq inizjattiva tal-persuna kkonċernata, mingħajr ma jeħtieġ l-istabbiliment ta’ livell ta’ ġurisdizzjoni doppju. Tali rekwiżit lanqas ma jissemma fl-Artikolu 15(3) ta’ din id-direttiva, għal dak li jirrigwarda ż-żamma f’detenzjoni jew l-estensjoni tagħha. |
125. |
Barra minn hekk, fir-rigward tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, jidhirli li huwa essenzjali li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz li jikkontesta t-tqegħid tiegħu f’detenzjoni, u mbagħad, bħal f’dan il-każ, iż-żamma tiegħu f’detenzjoni, ikun jaf il-motivi taċ-ċaħda tar-rikors tiegħu kontra d-deċiżjoni ta’ detenzjoni, u dan peress li skont id-dritt Olandiż, id-deċiżjoni mogħtija mill-qorti tal-ewwel istanza dwar dan ir-rikors għandha tkun motivata. Inżid li jekk il-Qorti tal-Ġustizzja taderixxi ma’ dak li nipproponilha għal dak li jirrigwarda l-eżami ex officio mill-qorti tal-kundizzjonijiet tal-legalità tad-detenzjoni, din il-motivazzjoni tas-sentenza tal-ewwel istanza tista’ biss tissaħħaħ. |
126. |
Barra minn hekk, nirrileva li l-kundizzjonijiet tal-użu ta’ motivazzjoni mqassra mir-Raad van State (il-Kunsill tal-Istat) huma stabbiliti mid-dritt Olandiż. Fil-fatt, mill-ispjegazzjonijiet ipprovduti mill-Gvern Olandiż jirriżulta li motivazzjoni mqassra tista’ tingħata biss f’każ ta’ ċaħda tal-appell mid-deċiżjoni tal-qorti tal-ewwel istanza. Barra minn hekk, sa fejn il-proċedura tal-appell għandha l-għan li tippermetti lir-Raad van State (il-Kunsill tal-Istat) jiżgura l-uniformità u l-iżvilupp tad-dritt, huwa biss bil-kundizzjoni li dawn iż-żewġ rekwiżiti ma jeħtiġux motivazzjoni sostantiva li din il-qorti tkun tista’ tagħti motivazzjoni mqassra. Għalhekk, l-użu ta’ din il-forma ta’ motivazzjoni tesprimi, skont kif fhimt ir-regola proċedurali inkwistjoni, l-adeżjoni tar-Raad van State (il-Kunsill tal-Istat) mal-motivazzjoni u mar-riżultat tas-sentenza tal-ewwel istanza. |
127. |
Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, inqis li r-regola proċedurali prevista fl-Artikolu 91(2) tal-Vw 2000, hekk mifhuma, tosserva l-prinċipju ta’ effettività. |
128. |
Għalhekk, fil-fehma tiegħi, l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2008/115, moqri flimkien mal-Artikoli 6 u 47 tal-Karta, għandu jiġi interpretat fis-sens li mingħajr ħsara għall-osservanza tal-prinċipju ta’ ekwivalenza li għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju, ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li b’applikazzjoni tagħha qorti nazzjonali li tiddeċiedi fit-tieni u l-aħħar istanza dwar appell mis-sentenza tal-ewwel istanza li tkun iddeċidiet dwar il-legalità ta’ tqegħid f’detenzjoni, tista’ timmotiva s-sentenza tagħha b’mod mqassar, sa fejn dan ifisser li hija taderixxi mal-motivazzjoni u mar-riżultat tas-sentenza tal-ewwel istanza. |
C. Fuq it‑tieni domanda preliminari u l‑aħħar parti tat‑tielet domanda preliminari fil‑Kawża C‑39/21
129. |
Il-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk ir-risposti għall-ewwel u t-tielet domanda preliminari tagħha jkunux differenti jekk iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz imqiegħed f’detenzjoni jkun minuri. |
130. |
Għandu jitfakkar li skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-proċedura prevista fl-Artikolu 267 TFUE hija strument ta’ kooperazzjoni bejnha u l-qrati nazzjonali. Minn dan jirriżulta li huma biss il-qrati nazzjonali, li quddiemhom tkun tressqet il-kawża u li jkollhom jassumu r-responsabbiltà għall-eventwali deċiżjoni ġudizzjarja, li għandhom jevalwaw, fid-dawl tad-dettalji partikolari ta’ kull kawża, kemm il-bżonn ta’ deċiżjoni preliminari sabiex ikunu jistgħu jagħtu d-deċiżjoni tagħhom u kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi li huma jagħmlu lill-Qorti tal-Ġustizzja. Konsegwentement, meta d-domandi magħmula mill-qrati nazzjonali jkunu jikkonċernaw l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja tkun, bħala prinċipju, meħtieġa tagħti deċiżjoni ( 68 ). |
131. |
Madankollu, ir-rifjut li tingħata deċiżjoni dwar domanda preliminari magħmula minn qorti nazzjonali huwa possibbli, b’mod partikolari, meta jidher b’mod ċar li l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mitluba ma għandha x’taqsam xejn mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali jew fejn il-problema hija ta’ natura ipotetika ( 69 ). |
132. |
Issa, it-tieni domanda u l-aħħar parti tat-tielet domanda fil-Kawża C‑39/21 jaqgħu, preċiżament, f’dan l-aħħar każ. Fil-fatt, jidher b’mod ċar li dawn id-domandi ma għandhom x’jaqsmu xejn mas-suġġett tal-kawża prinċipali, li ma jirrigwardax minuri. L-imsemmija domandi huma, għalhekk, ta’ natura ipotetika. |
133. |
Għaldaqstant it-tieni domanda u l-aħħar parti tat-tielet domanda fil-Kawża C‑39/21 huma, fil-fehma tiegħi, inammissibbli. |
VI. Konklużjoni
134. |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi kif ġej għad-domandi preliminari magħmula mir-Raad van State (il-Kunsill tal-Istat, il-Pajjiżi l-Baxxi), fil-Kawża C‑704/20, u mir-rechtbank Den Haag, zittingsplaats ‘s-Hertogenbosch (il-Qorti Distrettwali ta’ Den Haag, sedenti f’Hertogenbosch, il-Pajjiżi l-Baxxi), fil-Kawża C‑39/21:
|
( 1 ) Lingwa oriġinali: il-Franċiż.
( 2 ) Ara f’dan ir-rigward, Boiteux‑Picheral, C., “L’équation liberté, sécurité, justice au prisme de la rétention des demandeurs d’asile”, Sa Justice – L’Espace de Liberté, de Sécurité et de Justice – Liber amicorum en hommage à Yves Bot, Bruylant, Brussell, 2022, p. 605.
( 3 ) ĠU 2008, L 348, p. 98.
( 4 ) ĠU 2013, L 180, p. 96.
( 5 ) ĠU 2013, L 180, p. 31, rettifika fil-ĠU 2017, L 49, p. 50.
( 6 ) Stb. 2000, Nru 495, iktar ’il quddiem il-“Vw 2000”.
( 7 ) Stb. 1992, Nru 315, iktar ’il quddiem l-“Awb”.
( 8 ) C‑222/05 sa C‑225/05, EU:C:2007:318.
( 9 ) C‑249/11, EU:C:2012:608.
( 10 ) C‑146/14 PPU, EU:C:2014:1320.
( 11 ) C‑924/19 PPU u C‑925/19 PPU, EU:C:2020:367.
( 12 ) C‑227/08, EU:C:2009:792.
( 13 ) C‑147/16, EU:C:2018:320.
( 14 ) C‑146/14 PPU, EU:C:2014:1320.
( 15 ) C‑924/19 PPU u C‑925/19 PPU, EU:C:2020:367.
( 16 ) Iffirmata f’Ruma fl‑4 ta’ Novembru 1950, iktar ’il quddiem il-“KEDB”.
( 17 ) Ara s-sentenza tal-Qorti EDB tad‑19 ta’ Mejju 2016, J.N. vs Ir‑Renju Unit (CE:ECHR:2016:0519JUD003728912, punt 87).
( 18 ) Ara s-sentenzi tal-Qorti EDB tat‑28 ta’ Ottubru 2003, Rakevich vs Ir‑Russja, (CE:ECHR:2003:1028JUD005897300, punt 43), u tad‑9 ta’ Lulju 2009, Morren vs Il‑Ġermanja (CE:ECHR:2009:0709JUD001136403, punt 106).
( 19 ) Ara s-sentenza tar-Raad van State (il-Kunsill tal-Istat) tad‑9 ta’ Ġunju 2021 (Nru 202006815/1/V3, NL:RVS:2021:1155), disponibbli fl-indirizz elettroniku segwenti: https://uitspraken.rechtspraak.nl/inziendocument?id=ECLI:NL:RVS:2021:1155.
( 20 ) C‑199/11, EU:C:2012:684.
( 21 ) C‑528/15, EU:C:2017:213.
( 22 ) C‑146/14 PPU, EU:C:2014:1320.
( 23 ) C‑924/19 PPU u C‑925/19 PPU, EU:C:2020:367.
( 24 ) Din id-dispożizzjoni tirreferi b’mod partikolari għall-Artikolu 9 tad-Direttiva 2013/33.
( 25 ) Għalhekk, nenfasizza li minkejja li l-Artikolu 15(3) tad-Direttiva 2008/115 jista’ jidher partikolarment iktar rilevanti għall-Kawża C‑39/21, peress li r-rimedju kontra ż-żamma f’detenzjoni jinftiehem bħala modalità ta’ kif tiġi “riveduta f’intervalli raġonevoli” dik imposta mill-ewwel sentenza ta’ din id-dispożizzjoni, l-analiżi għandha, fil-fehma tiegħi, tieħu inkunsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-artikolu, b’mod partikolari l-paragrafu 1, li jipprovdi r-raġunijiet tad-detenzjoni, u l-paragrafu 2, li jistabbilixxi, b’mod partikolari, l-prinċipju u ċerti modalitajiet tal-istħarriġ ġudizzjarju tad-detenzjoni. Barra minn hekk, ninnota li fid-dritt Olandiż, l-istħarriġ ġudizzjarju tad-detenzjoni u dak taż-żamma f’detenzjoni huma strettament marbuta peress li, kif jispjega l-Gvern Olandiż fl-osservazzjonijiet tiegħu, f’rikors ippreżentat kontra ż-żamma f’detenzjoni, il-kundizzjonijiet kollha tad-detenzjoni jistgħu, bħala prinċipju jiġu evalwati mill-ġdid.
( 26 ) Kif diġà rrilevat il-Qorti tal-Ġustizzja, id-detenzjoni u l-estensjoni tagħha jippreżentaw natura analoga, peress li t-tnejn għandhom l-effett li jċaħħdu liċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat mil-libertà: ara fir-rigward tad-Direttiva 2008/115, is-sentenza tal‑10 ta’ Marzu 2022, Landkreis Gifhorn (C‑519/20, EU:C:2022:178, punt 59 u l-ġurisprudenza ċċitata). L-istess konstatazzjoni tista’ ssir fir-rigward tat-tqegħid u ż-żamma f’detenzjoni.
( 27 ) Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, din id-dispożizzjoni, kif ukoll l-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2013/33 jikkostitwixxu “materjalizzazzjoni”, fil-qasam ikkunsidrat, tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva mogħti fl-Artikolu 47 tal-Karta (sentenza tal‑14 ta’ Mejju 2020, Országos Idegenrendészeti Főigazgatóság Dél-alföldi Regionális Igazgatóság, C‑924/19 PPU u C‑925/19 PPU, EU:C:2020:367, punt 289).
( 28 ) Ara b’mod partikolari, is-sentenza tal‑25 ta’ Ġunju 2020, Ministerio Fiscal (Awtorità li tista’ tirċievi applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali) (C‑36/20 PPU, EU:C:2020:495, punt 105 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 29 ) Ara b’mod partikolari, is-sentenzi tal‑10 ta’ Marzu 2021, Konsul Rzeczypospolitej Polskiej w N. (C‑949/19, EU:C:2021:186, punt 43 u l-ġurisprudenza ċċitata), tal‑15 ta’ April 2021, État belge (Elementi sussegwenti għad-deċiżjoni ta’ trasferiment) (C‑194/19, EU:C:2021:270, punt 42 u l-ġurisprudenza ċċitata), kif ukoll tat‑22 ta’ April 2021, Profi Credit Slovakia (C‑485/19, EU:C:2021:313, punt 52 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 30 ) Ara s-sentenza tas‑17 ta’ Marzu 2016, Bensada Benallal (C‑161/15, EU:C:2016:175, punt 25).
( 31 ) Ara b’mod partikolari, is-sentenza tad‑9 ta’ Settembru 2020, Commissaire général aux réfugiés et aux apatrides (Ċaħda ta’ applikazzjoni sussegwenti – Terminu għall-preżentata ta’ rikors) (C‑651/19, EU:C:2020:681, punt 42 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 32 ) Ara f’dan ir-rigward, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Bobek fil-kawża An tAire Talmhaíochta Bia agus Mara et (C‑64/20, EU:C:2021:14) li jindika li “r-rekwiżit ta’ effettività, mifhum bħala kundizzjoni għall-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ awtonomija proċedurali, […] jikkoinċidi fil-prattika mad-dritt fundamentali għal rimedju ġudizzjarju effettiv skont l-Artikolu 47 tal-[Karta]” (punt 41).
( 33 ) Ara b’mod partikolari, is-sentenzi tas‑17 ta’ Lulju 2014, Sánchez Morcillo u Abril García (C‑169/14, EU:C:2014:2099, punt 35 u l-ġurisprudenza ċċitata), kif ukoll tat‑22 ta’ April 2021, Profi Credit Slovakia (C‑485/19, EU:C:2021:313, punt 54 u l-ġurisprudenza ċċitata). Il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat ukoll li l-prinċipju ta’ effettività “ma jinkludix, […] rekwiżiti li jmorru lil hinn minn dawk li jirriżultaw mid-drittijiet fundamentali, b’mod partikolari mid-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, iggarantiti mill-Kata”: ara s-sentenza tas‑26 ta’ Settembru 2018, Staatssecretaris van Veiligheid en justitie (Effett sospensiv tal-appell) (C‑180/17, EU:C:2018:775, punt 43).
( 34 ) Ara b’mod partikolari, is-sentenzi tal‑14 ta’ Diċembru 1995, van Schijndel u van Veen (C‑430/93 u C‑431/93, EU:C:1995:441, punt 22), u tas‑7 ta’ Ġunju 2007, van der Weerd et (C‑222/05 sa C‑225/05, EU:C:2007:318, punt 36). Ara wkoll, iktar reċenti, is-sentenza tal‑25 ta’ Marzu 2021, Balgarska Narodna Banka (C‑501/18, EU:C:2021:249, punt 135 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 35 ) Ara b’mod partikolari, is-sentenza tas‑26 ta’ April 2017, Farkas (C‑564/15, EU:C:2017:302, punt 33 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 36 ) Ara b’mod partikolari, b’analoġija, is-sentenza tas‑26 ta’ April 2017, Farkas (C‑564/15, EU:C:2017:302, punt 34 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 37 ) C‑146/14 PPU, EU:C:2014:1320.
( 38 ) Ara s-sentenza tal‑5 ta’ Ġunju 2014, Mahdi (C‑146/14 PPU, EU:C:2014:1320, punt 62). Ara wkoll, is-sentenza tal‑10 ta’ Marzu 2022, Landkreis Gifhorn (C‑519/20, EU:C:2022:178, punt 65).
( 39 ) Ara s-sentenzi tal‑5 ta’ Ġunju 2014, Mahdi (C‑146/14 PPU, EU:C:2014:1320, punt 62), u tal‑14 ta’ Mejju 2020, Országos Idegenrendészeti Főigazgatóság Dél-alföldi Regionális Igazgatóság (C‑924/19 PPU u C‑925/19 PPU, EU:C:2020:367, punt 293).
( 40 ) Ara b’mod partikolari, is-sentenzi tat‑18 ta’ Lulju 2013, Il‑Kummisjoni et vs Kadi (C‑584/10 P, C‑593/10 P u C‑595/10 P, EU:C:2013:518, punt 102), tad‑9 ta’ Frar 2017, M (C‑560/14, EU:C:2017:101, punt 33), u tas‑26 ta’ Lulju 2017, Sacko (C‑348/16, EU:C:2017:591, punt 41).
( 41 ) Ara b’mod partikolari, is-sentenza tal‑14 ta’ Settembru 2017, K. (C‑18/16, EU:C:2017:680, punt 40), u tal‑15 ta’ Frar 2016, N. (C‑601/15 PPU, EU:C:2016:84, punt 56 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 42 ) Ara b’mod partikolari, fir-rigward tad-Direttiva 2008/115, is-sentenza tal‑10 ta’ Marzu 2022, Landkreis Gifhorn (C‑519/20, EU:C:2022:178, punt 40 u l-ġurisprudenza ċċitata). Il-Qorti tal-Ġustizzja indikat ukoll li l-kunċett ta’ “detenzjoni”, fis-sens tad-Direttivi 2008/115 u 2013/33, “jikkontempla l-istess realtà waħdanija”: ara s-sentenza tal‑14 ta’ Mejju 2020, Országos Idegenrendészeti Főigazgatóság Dél-alföldi Regionális Igazgatóság (C‑924/19 PPU u C‑925/19 PPU, EU:C:2020:367, punt 224). Barra minn hekk, skont il-Qorti tal-Ġustizzja, kemm mill-formulazzjoni u mill-kuntest kif ukoll mill-oriġini tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2013/33 jirriżulta li l-possibbiltà li applikant jinżamm f’detenzjoni hija suġġetta għall-osservanza ta’ serje ta’ kundizzjonijiet li għandhom l-għan li jillimitaw strettament l-użu ta’ tali miżura: ara b’mod partikolari, is-sentenza tal‑14 ta’ Settembru 2017, K. (C‑18/16, EU:C:2017:680, punt 41), kif ukoll is-sentenza tal‑15 ta’ Frar 2016, N. (C‑601/15 PPU, EU:C:2016:84, punt 57).
( 43 ) Ara b’mod partikolari, fir-rigward tad-Direttiva 2008/115, is-sentenza tal‑10 ta’ Marzu 2022, Landkreis Gifhorn (C‑519/20, EU:C:2022:178, punt 41).
( 44 ) Ara b’mod partikolari, is-sentenzi tal‑10 ta’ Marzu 2021, Konsul Rzeczypospolitej Polskiej w N. (C‑949/19, EU:C:2021:186, punt 44), u tal‑24 ta’ Novembru 2020, Minister van Buitenlandse Zaken (C‑225/19 u C‑226/19, EU:C:2020:951, punt 42).
( 45 ) Ara b’mod partikolari, is-sentenza tal‑15 ta’ April 2021, État belge (Elementi sussegwenti għad-deċiżjoni ta’ trasferiment) (C‑194/19, EU:C:2021:270, punt 43 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 46 ) Ara s-sentenza tal‑10 ta’ Marzu 2022, Landkreis Gifhorn (C‑519/20, EU:C:2022:178, punt 62). Fis-sentenza tagħha tal‑15 ta’ Frar 2016, N. (C‑601/15 PPU, EU:C:2016:84), il-Qorti tal-Ġustizzja rreferiet għall-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar l-Artikolu 5(1) tal-KEDB, li minnu jirriżulta li l-implimentazzjoni ta’ miżura li ċċaħħad il-libertà, sabiex tkun konformi mal-għan li jikkonsisti fil-protezzjoni tal-individwu kontra l-arbitrarjetà, timplika, b’mod partikolari, li tkun nieqsa minn kwalunkwe element ta’ mala fide jew ta’ qerq min-naħa tal-awtoritajiet, li tkun konformi mal-għan tar-restrizzjonijiet awtorizzati mis-subparagrafu rilevanti tal-Artikolu 5(1) tal-KEDB u li jkun hemm rabta ta’ proporzjonalità bejn ir-raġuni invokata u ċ-ċaħda tal-libertà inkwistjoni (punt 81 ta’ din is-sentenza, li tirreferi għas-sentenza tal-Qorti EDB tad‑29 ta’ Jannar 2008, Saadi vs Ir‑Renju Unit (CE:ECHR:2008:0129JUD001322903, punti 68 sa 74).
( 47 ) Ara f’dan ir-rigward, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Sharpston fil-Kawża D.H. (C‑704/17, EU:C:2019:85), li jindika li “hija l-effettività tal-istħarriġ ġudizzjarju ta’ deċiżjonijiet ta’ detenzjoni li ser tiddetermina jekk il-kundizzjonijiet sostantivi fl-Artikolu 8, u l-garanziji fl-Artikolu 9, tad-Direttiva 2013/33, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta, joperawx b’mod li jipproteġu lill-applikanti kif huma intiżi li jagħmlu” (punt 70).
( 48 ) Ara b’analoġija, fir-rigward ta’ garanzija ta’ kondotta tajba bħala kundizzjoni ta’ ammissibbiltà ta’ kull rimedju fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi, is-sentenza tal‑15 ta’ Settembru 2016, Star Storage et (C‑439/14 u C‑488/14, EU:C:2016:688, punt 49 u l-ġurisprudenza ċċitata). Ara wkoll, b’analoġija, fir-rigward ta’ obbligu li jiġu eżawriti r-rimedji amministrattivi disponibbli qabel jiġi ppreżentat rikors ġudizzjarju intiż għall-konstatazzjoni ta’ ksur tad-dritt għal protezzjoni ta’ datat personali, is-sentenza tas‑27 ta’ Settembru 2017, Puškár (C‑73/16, EU:C:2017:725, punt 62 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 49 ) Ara f’dan is-sens, is-sentenza tad‑19 ta’ Settembru 2019, Rayonna prokuratura Lom (C‑467/18, EU:C:2019:765, punt 44 u l-ġurisprudenza tal-Qorti EDB iċċitata).
( 50 ) Hawnhekk nispira ruħi mill-kliem użat mill-Qorti tal-Ġustizzja, f’qasam ieħor, fis-sentenza tagħha tas‑17 ta’ Diċembru 1959Société des fonderies de Pont-à-Mousson vs L‑Awtorità Għolja (14/59, EU:C:1959:31, p. 474).
( 51 ) L-Artikolu 5(4) tal-KEDB jistabbilixxi wkoll id-dritt tal-persuni arrestati jew detenuti li jiksbu “malajr” deċiżjoni ġudizzjarja dwar ir-regolarità tad-detenzjoni tagħhom u li ttemm iċ-ċaħda ta’ libertà tagħhom jekk titqies illegali: ara b’mod partikolari, is-sentenza tal-Qorti EDB tal‑4 ta’ Diċembru 2018, Ilnseher vs Il‑Ġermanja (CE:ECHR:2018:1204JUD001021112, punt 251).
( 52 ) Fir-rigward tal-kwistjoni ta’ dipendenza ta’ X fil-Kawża C‑39/21, nikkunsidra li dak li jinsab fl-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2008/115 li jipprovdi li “[g]ħandha tingħata attenzjoni partikolari lis-sitwazzjoni ta’ persuni vulnerabbli” u li “[g]ħandhom jingħataw kura tas-saħħa f’emerġenza u trattament essenzjali għal mard”, jagħmel parti minn dawn ir-regoli.
( 53 ) Ara b’mod partikolari, is-sentenzi tas‑7 ta’ Ġunju 2007, van der Weerd et (C‑222/05 sa C‑225/05, EU:C:2007:318, punt 38), u tas‑7 ta’ Awwissu 2018, Hochtief (C‑300/17, EU:C:2018:635, punt 52 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 54 ) Deċiżjoni tar-rinviju fil-Kawża C‑39/21, punt 44.
( 55 ) Deċiżjoni tar-rinviju fil-Kawża C‑39/21, punt 48.
( 56 ) Deċiżjoni tar-rinviju fil-Kawża C‑39/21, punt 47.
( 57 ) Ċertament, jista’ jiġi kkunsidrat li din il-kwistjoni tista’ tiġi suġġetta lill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest ta’ rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu. Madankollu, id-dimostrazzjoni magħmula mir-rechtbank Den Haag, zittingsplaats ‘s-Hertogenbosch (il-Qorti Distrettwali ta’ Den Haag, sedenti f’Hertogenbosch) tikkonvinċini li l-imsemmija kwistjoni, fid-dawl tar-riperkussjonijiet potenzjali tagħha fuq il-proċedura quddiemha, għandha tiġi eżaminata fil-kuntest tad-djalogu minn qorti għal qorti li din il-qorti bdiet.
( 58 ) Ara b’mod partikolari, is-sentenza tad‑29 ta’ Lulju 2019, Hochtief Solutions Magyarországi Fióktelepe (C‑620/17, EU:C:2019:630, punt 31 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 59 ) Ara b’mod partikolari, b’analoġija, is-sentenzi tas‑26 ta’ Settembru 2018, Belastingdienst/Toeslagen (Effett sospensiv tal-appell) (C‑175/17, EU:C:2018:776, punt 38), u tas‑26 ta’ Settembru 2018, Staatssecretaris van Veiligheid en justitie (Effett sospensiv tal-appell) (C‑180/17, EU:C:2018:775, punt 34).
( 60 ) Ara b’mod partikolari, is-sentenzi tas‑26 ta’ Settembru 2018, Belastingdienst/Toeslagen (Effett sospensiv tal-appell) (C‑175/17, EU:C:2018:776, punt 39 u l-ġurisprudenza ċċitata) u tas‑26 ta’ Settembru 2018, Staatssecretaris van Veiligheid en justitie (Effett sospensiv tal-appell) (C‑180/17, EU:C:2018:775, punt 35 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 61 ) Ara b’mod partikolari, is-sentenzi tas‑26 ta’ Settembru 2018, Belastingdienst/Toeslagen (Effett sospensiv tal-appell) (C‑175/17, EU:C:2018:776, punt 40 u l-ġurisprudenza ċċitata) u tas‑26 ta’ Settembru 2018, Staatssecretaris van Veiligheid en justitie (Effett sospensiv tal-appell) (C‑180/17, EU:C:2018:775, punt 36 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 62 ) Ara b’mod partikolari, is-sentenzi tas‑26 ta’ Settembru 2018, Belastingdienst/Toeslagen (Effett sospensiv tal-appell) (C‑175/17, EU:C:2018:776, punt 41 u l-ġurisprudenza ċċitata), kif ukoll tas‑26 ta’ Settembru 2018, Staatssecretaris van Veiligheid en justitie (Effett sospensiv tal-appell) (C‑180/17, EU:C:2018:775, punt 37 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 63 ) Ara b’mod partikolari, is-sentenzi tas‑26 ta’ Settembru 2018, Belastingdienst/Toeslagen (Effett sospensiv tal-appell) (C‑175/17, EU:C:2018:776, punt 42 u l-ġurisprudenza ċċitata), kif ukoll tas‑26 ta’ Settembru 2018, Staatssecretaris van Veiligheid en justitie (Effett sospensiv tal-appell) (C‑180/17, EU:C:2018:775, punt 38 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 64 ) Ara b’mod partikolari, is-sentenzi tas‑26 ta’ Settembru 2018, Belastingdienst/Toeslagen (Effett sospensiv tal-appell) (C‑175/17, EU:C:2018:776, punt 43 u l-ġurisprudenza ċċitata), kif ukoll tas‑26 ta’ Settembru 2018, Staatssecretaris van Veiligheid en justitie (Effett sospensiv tal-appell) (C‑180/17, EU:C:2018:775, punt 39 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 65 ) Ara b’mod partikolari, is-sentenzi tas‑26 ta’ Settembru 2018, Belastingdienst/Toeslagen (Effett sospensiv tal-appell) (C‑175/17, EU:C:2018:776, punt 44 u l-ġurisprudenza ċċitata), kif ukoll tas‑26 ta’ Settembru 2018, Staatssecretaris van Veiligheid en justitie (Effett sospensiv tal-appell) (C‑180/17, EU:C:2018:775, punt 40 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 66 ) Ara s-sentenzi tas‑26 ta’ Settembru 2018, Belastingdienst/Toeslagen (Effett sospensiv tal-appell) (C‑175/17, EU:C:2018:776, punt 47), u tas‑26 ta’ Settembru 2018, Staatssecretaris van Veiligheid en justitie (Effett sospensiv tal-appell) (C‑180/17, EU:C:2018:775, punt 43).
( 67 ) Jew immaterjalizzat f’din id-dispożizzjoni, sabiex nirreferi għall-kelma “materjalizzazzjoni” użata mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tal‑14 ta’ Mejju 2020, Országos Idegenrendészeti Főigazgatóság Dél-alföldi Regionális Igazgatóság (C‑924/19 PPU u C‑925/19 PPU, EU:C:2020:367, punt 289).
( 68 ) Ara b’mod partikolari, is-sentenza tad‑29 ta’ Lulju 2019, Hochtief Solutions Magyarországi Fióktelepe (C‑620/17, EU:C:2019:630, punt 30 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 69 ) Ara b’mod partikolari, is-sentenza tad‑29 ta’ Lulju 2019, Hochtief Solutions Magyarországi Fióktelepe (C‑620/17, EU:C:2019:630, punt 31 u l-ġurisprudenza ċċitata).