Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CC0541

    Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali G. Pitruzzella, ippreżentati l-14 ta’ Novembru 2023.


    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2023:866

    Edizzjoni Provviżorja

    KONKLUŻJONIJIET TAL‑AVUKAT ĠENERALI

    PITRUZZELLA

    ippreżentati fl‑14 ta’ Novembru 2023 (1)

    Kawżi magħquda C541/20 sa C555/20

    IrRepubblika talLitwanja (C541/20 u C542/20)

    IrRepubblika talBulgarija (C543/20 sa C545/20)

    IrRumanija (C546/20 sa C548/20)

    IrRepubblika ta’ Ċipru (C549/20 u C550/20)

    LUngerija (C551/20)

    IrRepubblika ta’ Malta (C552/20)

    IrRepubblika talPolonja (C553/20 sa C555/20)

    vs

    IlParlament Ewropew

    IlKunsill talUnjoni Ewropea


     

    “Rikors għal annullament – Pakkett ta’ miżuri dwar il-mobbiltà – Regolament (UE) 2020/1054 – Ħinijiet massimi ta’ sewqan kuljum u kull ġimgħa – Tul minimu tal-pawżi tal-perijodi ta’ mistrieħ ta’ kuljum u ta’ kull ġimgħa – Obbligi dwar ir-ritorn tax-xufiera – Projbizzjoni li l-perijodi ta’ mistrieħ normali ta’ kull ġimgħa u ta’ iktar minn 45 siegħa jitqattgħu fil-vettura – Terminu għall-installazzjoni ta’ takografi intelliġenti tat-tieni ġenerazzjoni (V2) – Data tad-dħul fis-seħħ – Regolament (UE) 2020/1055 – Kundizzjonijiet li għandhom jiġu osservati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq – Kundizzjonijiet dwar ir-rekwiżit ta’ stabbiliment – Obbligu dwar ir-ritorn tal-vetturi lejn iċ-ċentru operazzjonali tal-Istat Membru ta’ stabbiliment – Obbligu dwar l-għadd ta’ vetturi u xufiera normalment ibbażati f’ċentru operazzjonali tal-Istat Membru ta’ stabbiliment – Operazzjonijiet ta’ kabotaġġ – Perijodu ta’ stennija ta’ erbat ijiem għall-kabotaġġ – Deroga relatata mal-kabotaġġ fil-kuntest ta’ operazzjonijiet ta’ trasport ikkombinat – Direttiva (UE) 2020/1057 – Regoli speċifiċi għall-kollokament ta’ xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq – Terminu għat-traspożizzjoni – Suq intern – Qafas ġuridiku speċjali għat-trasport – Libertajiet fundamentali – Prinċipju ta’ proporzjonalità – Valutazzjoni tal-impatt – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Protezzjoni tal-ambjent – Artikolu 11 TFUE – Artikolu 37 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Prinċipju ta’ ċertezza legali – Artikolu 91 TFUE – Teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-operaturi tat-trasport – Artikolu 94 TFUE”







    Werrej


    I. Ilkuntest ġuridiku

    A. IrRegolament 2020/1054 (ilPakkett dwar ilMobbiltà, ilkomponent “tul talħin taxxogħol”)

    B. IrRegolament 2020/1055 (ilPakkett dwar ilMobbiltà, ilkomponent “stabbiliment”)

    C. IdDirettiva 2020/1057 (ilPakkett dwar ilMobbiltà, ilkomponent tal“kollokament talħaddiema”)

    II. Ilfatti li wasslu għallkawża

    III. Ittalbiet talpartijiet u lproċedura quddiem ilQorti talĠustizzja

    IV. Analiżi

    A. Osservazzjonijiet preliminari

    1. Fuq ilprinċipju ta’ proporzjonalità

    a) Fuq ilprinċipju ta’ proporzjonalità, ilmarġni ta’ evalwazzjoni wiesa’ talleġiżlatur u listħarriġ ġudizzjarju

    b) Fuq iddata li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni filproċess leġiżlattiv u fuq ilvalutazzjoni talimpatt

    2. Fuq ilprinċipji ta’ ugwaljanza fittrattament u ta’ nondiskriminazzjoni

    3. Fuq iddispożizzjonijiet taddritt talUnjoni dwar ilpolitika filqasam talambjent

    B. Fuq irRegolament 2020/1054 (Kawżi C541/20, C543/20, C546/20, C551/20 u C553/20)

    1. Fuq ilmotivi li jikkonċernaw lobbligu dwar irritorn taxxufiera

    a) Fuq lammissibbiltà tarrikors filKawża C543/20 fir-rigward talpunt 6(d) tal-Artikolu 1 tarRegolament 2020/1054

    1) Largumenti talpartijiet

    2) Analiżi

    b) Fuq ksur talprinċipju ta’ ċertezza legali

    1) Largumenti talpartijiet

    2) Analiżi

    c) Fuq ksur tallibertajiet fundamentali ggarantiti mitTrattat FUE

    1) Largumenti talpartijiet

    2) Analiżi

    d) Fuq ksur talprinċipju ta’ proporzjonalità

    1) Fuq ilmotivi dwar ilproporzjonalità talobbligu dwar irritorn taxxufiera

    i) Largumenti talpartijiet

    ii) Analiżi

    – Fuq lgħanijiet talleġiżlazzjoni inkwistjoni

    – Fuq irriperkussjonijiet negattivi fuq ixxufiera

    – Fuq irriperkussjonijiet negattivi fuq loperaturi tattrasport

    – Fuq irriperkussjonijiet negattivi fuq lambjent

    – Fuq leżistenza ta’ alternattivi inqas restrittivi

    2) Fuq ilmotivi dwar leżami milleġiżlatur talUnjoni talproporzjonalità talobbligu dwar irritorn taxxufiera

    i) Largumenti talpartijiet

    ii) Analiżi

    e) Fuq ksur talArtikolu 91(2) TFUE u tal-Artikolu 94 TFUE

    1) Largumenti talpartijiet

    2) Analiżi

    i) Fuq ilportata talArtikolu 91(2) TFUE u tal-Artikolu 94 TFUE

    ii) Fuq lallegat ksur talArtikolu 91(2) TFUE u talArtikolu 94 TFUE

    f) Fuq ksur taddispożizzjonijiet taddritt talUnjoni dwar ilpolitika tal-ambjent u tattibdil filklima

    1) Largumenti talpartijiet

    2) Analiżi

    g) Fuq ksur talprinċipji ta’ ugwaljanza fittrattament u ta’ nondiskriminazzjoni

    1) Largumenti talpartijiet

    2) Analiżi

    h) Konklużjoni fuq ilmotivi li jikkonċernaw lobbligu dwar irritorn taxxufiera

    2. Fuq ilmotivi li jikkonċernaw ilprojbizzjoni talmistrieħ regolari ta’ kull ġimgħa filkabina

    a) Fuq ksur talprinċipju ta’ proporzjonalità

    1) Largumenti talpartijiet

    2) Analiżi

    i) Osservazzjonijiet preliminari

    ii) Fuq issentenza Vaditrans u fuq ilportata tagħha

    iii) Fuq ilproporzjonalità tal-punt 6(c) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054

    b) Fuq ksur talArtikolu 91(2) TFUE u talArtikolu 94 TFUE

    1) Largumenti talpartijiet

    2) Analiżi

    c) Fuq ksur talprinċipji ta’ ugwaljanza fittrattament u ta’ nondiskriminazzjoni

    1) Largumenti talpartijiet

    2) Analiżi

    d) Fuq ksur taddispożizzjonijiet taddritt talUnjoni filqasam tallibertà li jiġu pprovduti servizzi tattrasport u tassuq uniku

    1) Largumenti talpartijiet

    2) Analiżi

    e) Konklużjoni fuq ilmotivi li jikkonċernaw ilprojbizzjoni talmistrieħ ta’ kull ġimgħa filkabina

    3. Fuq ilmotivi li jikkonċernaw ilpunt 2 talArtikolu 2 tar-Regolament 2020/1054

    a) Fuq ksur talprinċipju ta’ proporzjonalità

    1) Largumenti talpartijiet

    2) Analiżi

    b) Fuq ksur talprinċipji ta’ protezzjoni talaspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali

    1) Largumenti talpartijiet

    2) Analiżi

    c) Fuq ksur tattieni paragrafu talArtikolu 151 TFUE

    1) Largumenti talpartijiet

    2) Analiżi

    4. Fuq ilmotivi li jikkonċernaw lArtikolu 3 tarRegolament 2020/1054

    a) Fuq innatura effettiva talmotivi li jikkonċernaw lArtikolu 3 tarRegolament 2020/1054

    b) Fuq ksur talprinċipju ta’ proporzjonalità

    1) Largumenti talpartijiet

    2) Analiżi

    c) Fuq ksur talobbligu ta’ motivazzjoni

    1) Largumenti talpartijiet

    2) Analiżi

    d) Fuq ksur talprinċipju ta’ kooperazzjoni leali stabbilit flArtikolu 4(3) TUE

    1) Largumenti talpartijiet

    2) Analiżi

    5. Konklużjoni fuq irrikorsi li jikkonċernaw irRegolament 2020/1054

    C. Fuq irRegolament 2020/1055 (Kawżi C542/20, C545/20, C547/20, C549/20, C551/20, C552/20 u C554/20)

    1. Fuq lobbligu ta’ ritorn talvetturi kull tmien ġimgħat (ilpunt 3 talArtikolu 1 tarRegolament 2020/1055 sa fejn jemenda lArtikolu 5(1)(b) tarRegolament Nru 1071/2009)

    a) Fuq ilmotivi bbażati fuq ksur talArtikolu 91(1) TFUE minħabba nuqqas ta’ konsultazzjoni malKESE u malKtR

    1) Largumenti talpartijiet

    2) Analiżi

    b) Fuq ilmotivi bbażati fuq ksur talpolitika talUnjoni filqasam talambjent u tattibdil filklima

    1) Largumenti talpartijiet

    2) Analiżi

    i) Fuq lallegat ksur talArtikolu 3 TUE, talArtikoli 11 TFUE u 191 TFUE u talArtikolu 37 talKarta

    ii) Fuq lallegat ksur talimpenji internazzjonali talUnjoni u talIstati Membri filqasam talprotezzjoni talambjent

    iii) Fuq lallegat ksur talpolitika tal-ambjent talUnjoni minħabba li lobbligu ta’ ritorn talvetturi kull tmien ġimgħat imur kontra ddritt sekondarju dwar lambjent, ilkonklużjonijiet talKunsill Ewropew u lPatt Ekoloġiku Ewropew

    iv) Konklużjoni talanaliżi

    c) Fuq ilmotivi bbażati fuq ksur talprinċipji ta’ ugwaljanza fittrattament u ta’ nondiskriminazzjoni

    1) Largumenti talpartijiet

    2) Analiżi

    d) Fuq ilmotivi bbażati fuq ksur talprinċipju ta’ proporzjonalità

    1) Fuq leżami mil-leġiżlatur talUnjoni talproporzjonalità talobbligu ta’ ritorn talvetturi kull tmien ġimgħat

    i) Largumenti talpartijiet

    ii) Analiżi

    2) Fuq leżami talproporzjonalità talmiżura

    e) Fuq ilmotivi bbażati fuq ksur talArtikolu 91(2) TFUE u talArtikolu 94 TFUE

    1) Largumenti talpartijiet

    2) Analiżi

    f) Fuq ilmotivi bbażati fuq ksur tallibertajiet fundamentali ggarantiti mitTrattat FUE

    1) Largumenti talpartijiet

    2) Analiżi

    g) Konklużjoni

    2. Fuq lobbligu li l-impriża jkollha għadd ta’ vetturi u xufiera proporzjonat malvolum taloperazzjonijiet tattrasport imwettqa minnha (il-punt 3 tal-Artikolu 1 tarRegolament 2020/1055 sa fejn żied ilpunt (g) malArtikolu 5(1) tarRegolament Nru 1071/2009)

    a) Fuq lewwel motiv ibbażat fuq ksur talprinċipju ta’ proporzjonalità

    1) Largumenti talpartijiet

    2) Analiżi

    b) Fuq ilmotiv ibbażat fuq ksur talprinċipju ta’ ċertezza legali

    1) Largumenti talpartijiet

    2) Analiżi

    c) Fuq ilmotiv ibbażat fuq ksur talArtikolu 11 TFUE u talArtikolu 37 talKarta

    1) Largumenti talpartijiet

    2) Analiżi

    d) Konklużjoni

    3. Fuq ilperijodu ta’ stennija ta’ erbat ijiem bejn żewġ perijodi ta’ kabotaġġ (il-punt 4(a) tal-Artikolu 2 tarRegolament 2020/1055 li introduċa lparagrafu 2a flArtikolu 8 tarRegolament Nru 1072/2009)

    a) Fuq ilmotivi bbażati fuq ksur talpolitika talUnjoni filqasam talambjent u tattibdil filklima

    1) Largumenti talpartijiet

    2) Analiżi

    b) Fuq ilmotivi bbażati fuq ksur talprinċipju ta’ proporzjonalità

    1) Largumenti talpartijiet

    2) Analiżi

    i) Fuq leżami milleġiżlatur talUnjoni talproporzjonalità talperijodu ta’ stennija bejn żewġ perijodi ta’ kabotaġġ

    ii) Fuq innatura proporzjonata talperijodu ta’ stennija ta’ erbat ijiem bejn żewġ perijodi ta’ kabotaġġ awtorizzat

    c) Fuq ilmotivi bbażati fuq ksur talArtikolu 91(2) TFUE u talArtikolu 94 TFUE

    1) Largumenti talpartijiet

    2) Analiżi

    d) Fuq ilmotivi bbażati fuq ksur talprinċipji ta’ ugwaljanza fittrattament u ta’ nondiskriminazzjoni

    1) Largumenti talpartijiet

    2) Analiżi

    e) Fuq ilmotivi bbażati fuq ksur talArtikoli 26, 34 sa 36 u 58(1) TFUE

    1) Largumenti talpartijiet

    2) Analiżi

    f) Konklużjoni

    4. Fuq ilpossibbiltà li loperazzjonijiet tattrasport ikkombinat jiġu suġġetti għal perijodu ta’ stennija (ilpunt 5(b) talArtikolu 2 tarRegolament 2020/1055 sa fejn iżid ilparagrafu 7 malArtikolu 10 tarRegolament Nru 1072/2009 jew il“klawżola ta’ salvagwardja”)

    a) Fuq ilmotiv ibbażat fuq ksur talprinċipju ta’ proporzjonalità

    1) Largumenti talpartijiet

    2) Analiżi

    b) Fuq ilmotivi bbażati fuq ksur talArtikolu 91(2) TFUE u talArtikolu 94 TFUE

    1) Largumenti talpartijiet

    2) Analiżi

    c) Fuq ilmotiv ibbażat fuq ksur talArtikolu 11 TFUE u talArtikolu 37 talKarta

    1) Largumenti talpartijiet

    2) Analiżi

    d) Konklużjoni

    5. Konklużjoni fuq irrikorsi li jikkonċernaw irRegolament 2020/1055

    D. Fuq idDirettiva 2020/1057

    1. Osservazzjonijiet preliminari

    a) Fuq idDirettiva 2020/1057 u rregoli previsti fiha dwar ilkollokament taxxufiera

    b) Fuq ilportata tarrikorsi tarRepubblika talBulgarija u tarRepubblika ta’ Ċipru, rispettivament filKawżi C544/20 u C550/20

    2. Fuq ilmotivi li jikkonċernaw irregoli speċifiċi dwar ilkollokament taxxufiera

    a) Osservazzjonijiet preliminari

    b) Fuq ilġurisprudenza talQorti talĠustizzja dwar ilkollokament taxxufiera fissettur tattrasport bittriq

    c) Fuq ilmotiv dwar innuqqas ta’ applikabbiltà tadDirettiva 96/71 għaxxufiera fissettur tattrasport bittriq

    1) Largumenti talpartijiet

    2) Analiżi

    d) Fuq ksur talArtikolu 91(1) TFUE

    1) Largumenti talpartijiet

    2) Analiżi

    e) Fuq ksur talprinċipju ta’ ċertezza legali

    1) Fuq ilmotivi relatati ma’ ksur talprinċipju ta’ proporzjonalità

    i) Largumenti talpartijiet

    – Fuq innatura mhux xierqa talkriterju bbażat fuq ittip ta’ operazzjonijiet tattrasport

    – Fuq innatura mhux xierqa u mhux neċessarja tal“mudell ibridu” sabiex jikkontribwixxi għallgħanijiet imfittxija

    – Fuq leffetti negattivi sproporzjonati

    ii) Analiżi

    – Osservazzjonijiet preliminari

    – Fuq lgħanijiet tarregoli speċifiċi dwar ilkollokament taxxufiera, previsti fidDirettiva 2020/1057

    – Fuq innatura mhux xierqa talkriterju bbażat fuq ittip ta’ operazzjonijiet tattrasport

    – Fuq innatura mhux xierqa u mhux neċessarja tal“mudell ibridu” sabiex jikkontribwixxi għallgħanijiet imfittxija

    – Fuq leffetti negattivi sproporzjonati

    2) Fuq ilmotivi dwar leżami talproporzjonalità milleġiżlatur talUnjoni

    i) Largumenti talpartijiet

    ii) Analiżi

    – Osservazzjonijiet preliminari

    – Fuq innuqqas ta’ valutazzjoni talimpatt addizzjonali għallverżjoni finali taddispożizzjonijiet dwar ilkollokament taxxufiera tadDirettiva 2020/1057

    f) Fuq ksur talArtikolu 90 TFUE (moqri flimkien malArtikolu 3(3) TUE), talArtikolu 91(2) TFUE u talArtikolu 94 TFUE

    1) Largumenti talpartijiet

    2) Analiżi

    g) Fuq ksur talprinċipju ta’ ugwaljanza fittrattament

    1) Largumenti talpartijiet

    2) Analiżi

    i) Osservazzjonijiet preliminari

    ii) Fuq lallegat ksur talprinċipju ta’ ugwaljanza fittrattament bejn loperazzjonijiet ta’ trasport bilaterali u loperazzjonijiet ta’ trasport terz (irRepubblika talLitwanja, ir-Repubblika talBulgarija, irRumanija u rRepubblika ta’ Ċipru )

    iii) Fuq lallegat ksur talprinċipju ta’ ugwaljanza fittrattament bejn loperazzjonijiet ta’ trasport ikkombinat u loperazzjonijiet bilaterali (lUngerija)

    iv) Konklużjoni

    h) Fuq ksur talmoviment liberu talmerkanzija u tallibertà li jiġu pprovduti servizzi

    1) Largumenti talpartijiet

    2) Analiżi

    i) Fuq ksur talArtikolu 11 TFUE u talArtikolu 37 talKarta

    1) Largumenti talpartijiet

    2) Analiżi

    3. Fuq ilmotivi li jikkonċernaw lArtikolu 9(1) tadDirettiva 2020/1057

    a) Fuq ksur talprinċipju ta’ ċertezza legali

    1) Largumenti talpartijiet

    2) Analiżi

    b) Fuq ksur talprinċipju ta’ proporzjonalità u talArtikolu 94 TFUE

    1) Largumenti talpartijiet

    2) Analiżi

    4. Konklużjoni fuq irrikorsi li jikkonċernaw idDirettiva 2020/1057

    V. Fuq lispejjeż

    VI. Konklużjoni



    1.        Dawn il-konklużjonijiet jikkonċernaw ħmistax-il rikors ippreżentati minn seba’ Stati Membri – ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Rumanija, ir-Repubblika ta’ Ċipru, l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta u r-Repubblika tal-Polonja – li għandhom l-għan li jiksbu l-annullament ta’ ċerti dispożizzjonijiet ta’ tliet atti leġiżlattivi li jifformaw parti minn “pakkett ta’ miżuri dwar il-mobbiltà”, imsejjaħ ukoll il-“Pakkett dwar il-Mobbiltà” (“Mobility Pack”), jew, xi drabi sussidjarjament, ta’ dawn l-atti fl-intier tagħhom.

    2.        Dawn it-tliet atti leġiżlattivi, li kollha jikkonċernaw il-qafas ġuridiku tat-trasport bit-triq, huma, l-ewwel, ir-Regolament (UE) 2020/1054 dwar, b’mod partikolari, il-ħinijiet massimi ta’ sewqan kuljum u kull ġimgħa u t-tul minimu tal-pawżi u tal-perijodi ta’ mistrieħ ta’ kuljum u ta’ kull ġimgħa, kif ukoll il-lokalizzazzjoni permezz ta’ takografi (2), it-tieni, ir-Regolament (UE) 2020/1055 li emenda, b’mod partikolari, ir-regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu osservati sabiex tiġi eżerċitata l-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u dawk għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport tal-merkanzija bit-triq (3), u, it-tielet, id-Direttiva (UE) 2020/1057 li tistabbilixxi regoli speċifiċi għall-kollokament tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq (4) (iktar ’il quddiem, meħuda flimkien, it-“tliet atti kkontestati”).

    3.        Dawn il-ħmistax-il kawża magħquda għandhom dimensjoni verament eċċezzjonali. Rari kien hemm inizjattiva leġiżlattiva li qatt qajmet, fil-livell tal-Unjoni Ewropea, reazzjoni kontenzjuża daqstant kollettiva u qawwija. Tali reazzjoni kienet mistennija, fid-dawl tad-dibattiti u, kultant, tal-oppożizzjoni espressa minn numru ta’ Stati Membri matul il-proċedura leġiżlattiva li wasslet għall-adozzjoni tat-tliet atti li jikkostitwixxu l-Pakkett dwar il-Mobbiltà. Din ir-reazzjoni tikkristallizza, fir-rigward ta’ kwistjoni li hija fundamentali għas-suq intern, riskju ta’ diverġenza bejn żewġ viżjonijiet tal-Unjoni. Għalhekk, lil hinn mill-kwistjoni ġuridika, sa ċertu punt hemm ukoll ix-xewqa li nkomplu ngħixu flimkien bħala ħaġa waħda fuq sisien ekonomiċi u soċjali komuni li hija kkonċernata minn dawn ir-rikorsi. Għaldaqstant, irrispettivament mill-eżitu tagħhom, huwa importanti li dawn il-kawżi tingħatalhom l-attenzjoni li jistħoqqilhom. Hija b’din ir-responsabbiltà li nissottometti din l-analiżi lill-Qorti tal-Ġustizzja.

    I.      Ilkuntest ġuridiku

    A.      IrRegolament 2020/1054 (ilPakkett dwar ilMobbiltà, ilkomponent “tul talħin taxxogħol”)

    4.        Il-punt 6(c) u (d), kif ukoll il-punti 8 u 11 tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 jipprovdu:

    “Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġislazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU 2006, L 102, p. 1, rettifika fil-ĠU 2016, L 195, p. 83)] huwa emendat kif ġej:

    […]

    (6)      l-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

    […]

    (c)      il-paragrafu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    ‘8.      Il-perijodi regolari ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa u kwalunkwe perijodu ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa ta’ aktar minn 45 siegħa meħuda bħala kumpens għal perijodi mnaqqas preċedenti ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa ma għandhomx jittieħdu f’vettura. Dawn għandhom jittieħdu f’akkomodazzjoni xierqa u li tirrispetta l-ġeneri, b’faċilitajiet tal-irqad u sanitarji adegwati.

    Kwalunkwe spiża għall-akkomodazzjoni barra mill-vettura għandu jagħmel tajjeb għaliha l-impjegatur.’;

    (d)      jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

    ‘8a.      Impriżi tat-trasport għandhom jorganizzaw ix-xogħol tax-xufiera b’tali mod li x-xufiera jkunu jistgħu jirritornaw fiċ-ċentru operazzjonali tal-impjegatur fejn ix-xufier ikun normalment ibbażat u fejn jibda l-perijodu ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa tax-xufier, fl-Istat Membru ta’ stabbiliment tal-impjegatur, jew ikunu jistgħu jirritornaw fil-post ta’ residenza tax-xufiera f’kull perijodu ta’ erba’ ġimgħat konsekuttivi, sabiex iqattgħu mill-inqas perijodu regolari wieħed ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa jew perijodu ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa ta’ aktar minn 45 siegħa meħud bħala kumpens għal perijodu mnaqqas ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa.

    Madankollu, fejn ix-xufier ikun ħa żewġ perijodi mnaqqsa konsekuttivi ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa skont il-paragrafu 6, l-impriża tat-trasport għandha torganizza x-xogħol tax-xufier b’tali mod li x-xufier ikun diġà jista’ jirritorna qabel il-bidu tal-perijodu regolari ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa ta’ aktar minn 45 siegħa meħuda bħala kumpens.

    L-impriża għandha tiddokumenta kif tissodisfa dak l-obbligu u għandha żżomm id-dokumentazzjoni fil-bini tagħha sabiex tippreżentaha fuq talba tal-awtoritajiet ta’ kontroll.’

    […]

    (8)      l-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

    […]

    (b)      il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    ‘2.      Kwalunkwe ħin li s-sewwieq jieħu biex jivvjaġġja lejn post sabiex jieħu pussess ta’ vettura li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jew biex jirritorna minn tali post, fejn il-vettura mhix fid-dar tas-sewwieq jew fiċ-ċentru ta’ operazzjonijiet tal-impjegatur fejn is-sewwieq hu normalment ibbażat, m’għandux jitqies bħala perijodu ta’ mistrieħ jew pawża sakemm ix-xufier mhuwiex fuq vapur jew ferrovija u għandu aċċess għal kabina tal-irqad, sodda jew couchette.’

    […]

    (11)      fl-Artikolu 12, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

    ‘Sakemm b’dan ma tiġix preġudikata s-sikurezza fit-toroq, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, ix-xufier jista’ jidderoga wkoll mill-Artikolu 6(1) u (2) u l-Artikolu 8(2) billi jaqbeż il-ħin ta’ sewqan ta’ kuljum u ta’ kull ġimgħa b’mhux aktar minn siegħa sabiex jasal fiċ-ċentru operazzjonali tal-impjegatur jew fir-residenza tax-xufier biex jieħu perijodu ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa.

    Taħt l-istess kundizzjonijiet, ix-xufier jista’ jaqbeż il-ħin ta’ sewqan ta’ kuljum u ta’ kull ġimgħa b’mhux aktar minn sagħtejn, dment li tkun ittieħdet pawża mhux interrotta ta’ 30 minuta immedjatament qabel is-sewqan addizzjonali sabiex jasal fiċ-ċentru operazzjonali tal-impjegatur jew il-post ta’ residenza tax-xufier biex jittieħed perijodu ta’ mistrieħ regolari ta’ kull ġimgħa.

    […]’

    5.        L-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1054 huwa fformulat kif ġej:

    “Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑4 ta’ Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU 2014, L 60, p. 1)] huwa emendat kif ġej:

    […]

    (2)      fl-Artikolu 3, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    ‘4.      Sa mhux aktar tard minn tliet snin minn tmiem is-sena tad-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet dettaljati msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 11, il-kategoriji ta’ vetturi li ġejjin li joperaw fi Stat Membru għajr l-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tagħhom għandhom ikunu mgħammra b’takografu intelliġenti kif previst fl-Artikoli 8, 9 u 10 ta’ dan ir-Regolament:

    (a)      vetturi mgħammra b’takografu analogu;

    (b)      vetturi mgħammra b’takografu diġitali li jkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet fl-Anness IB għar-Regolament [tal-Kunsill] (KEE) Nru 3821/85 [tal‑20 ta’ Diċembru 1985 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 227)] applikabbli sat‑30 ta’ Settembru 2011;

    (c)      vetturi mgħammra b’takografu diġitali li jkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet fl-Anness IB għar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 applikabbli mill‑1 ta’ Ottubru 2011; u

    (d)      vetturi mgħammra b’takografu diġitali li jkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet fl-Anness IB għar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 applikabbli mill‑1 ta’ Ottubru 2012.

    4a.      Sa mhux aktar tard minn erba’ snin wara d-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet dettaljati msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 11, il-vetturi li jkunu mgħammra b’takografu intelliġenti li jikkonforma mal-Anness IC għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/799 [tat‑18 ta’ Marzu 2016 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-kostruzzjoni, l-ittestjar, l-istallazzjoni, l-operazzjoni u t-tiswija ta’ takografi u l-komponenti tagħhom (ĠU 2016, L 139, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2016, L 146, p. 31 u fil-ĠU 2017, L 27, p. 169)] li joperaw fi Stat Membru minbarra dak tar-reġistrazzjoni tagħhom, għandhom ikunu mgħammra b’takografu intelliġenti kif previst fl-Artikoli 8, 9 u 10 ta’ dan ir-Regolament.’

    […]

    (8)      l-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:

    (a)      l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

    ‘Sabiex ikun żgurat li t-takografi intelliġenti jikknformaw mal-prinċipji u r-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta dispożizzjonijiet dettaljati meħtieġa għall-applikazzjoni uniformi tal-Artikoli 8, 9 u 10, ħlief għal kwalunkwe dispożizzjoni li tkun tipprevedi r-rreġistrazzjoni ta’ data addizzjonali minn dak it-takografu.

    Sal‑21 ta’ Awwissu 2021, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu dispożizzjonijiet dettaljati għall-applikazzjoni uniformi tal-obbligu ta’ reġistrazzjoni u ħżin ta’ data relatata ma’ kwalunkwe qsim tal-fruntiera tal-vettura u l-attivitajiet imsemmija fit-tieni u t-tielet inċiż tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(1) u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(1).

    […]”

    6.        L-Artikolu 3 tar-Regolament 2020/1054 jipprovdi:

    “Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Madankollu, il-punt (15) tal-Artikolu 1 u l-punt (12) tal-Artikolu 2 għandhom japplikaw mill‑31 ta’ Diċembru 2024.”

    B.      IrRegolament 2020/1055 (ilPakkett dwar ilMobbiltà, ilkomponent “stabbiliment”)

    7.        Skont il-premessi 6 sa 8 u 20 sa 22 tar-Regolament 2020/1055:

    “(6)      Sabiex jiġi miġġieled il-fenomenu tal-hekk imsejħa ‘kumpaniji fantażma’ u biex tkun garantita kompetizzjoni ġusta u kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fis-suq intern, jenħtieġ li jiġi żgurat li l-operaturi tat-trasport bit-triq li jkunu stabbiliti fi Stat Membru jkollhom preżenza reali u kontinwa f’dak l-Istat Membru u li jmexxu n-negozju ta’ trasport tagħhom minn hemm. Għalhekk, u fid-dawl tal-esperjenza miksuba, jenħtieġ li jiġu ċċarati u msaħħa d-dispożizzjonijiet dwar l-eżistenza ta’ stabbiliment effettiv u stabbli filwaqt li tkun evitata l-impożizzjoni ta’ piż amministrattiv sproporzjonat.

    (7)      Il-preżenza reali u kontinwa fl-Istat Membru ta’ stabbiliment għandha b’mod partikolari teħtieġ li l-impriża twettaq operazzjonijiet tat-trasport bit-tagħmir tekniku xieraq li jkun jinsab f’dak l-Istat Membru.

    (8)      Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (ĠU 2009, L 300, p. 51)] jirrikjedi li l-impriżi jwettqu b’mod effettiv u kontinwu l-operazzjonijiet tagħhom bit-tagħmir u l-faċilitajiet tekniċi xierqa f’ċentru operattiv li jinsab fl-Istat Membru ta’ stabbiliment, u jippermetti li jkun hemm rekwiżiti addizzjonali fil-livell nazzjonali, bl-aktar komuni jkun rekwiżit li jkollhom spazji ta’ parkeġġ disponibbli fl-Istat Membru ta’ stabbiliment. Madankollu, dawk ir-rekwiżiti applikati b’mod mhux uniformi, ma kinux biżżejjed biex jiżguraw rabta ġenwina ma’ dak l-Istat Membru sabiex jiġu miġġielda b’mod effiċjenti l-kumpaniji fantażma u biex jitnaqqas ir-riskju ta’ kabotaġġ sistematiku u xufiera nomadiċi organizzati minn impriża li lejha l-vetturi ma jirritornawx. Meta jitqies li, sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern fil-qasam tat-trasport, jista’ jkun hemm bżonn ta’ regoli speċifiċi dwar id-dritt ta’ stabbiliment u l-forniment ta’ servizzi, huwa xieraq li jiġu armonizzati aktar ir-rekwiżiti ta’ stabbiliment u li jissaħħu r-rekwiżiti marbuta mal-preżenza tal-vetturi użati mill-operatur tat-trasport fl-Istat Membru ta’ stabbiliment. Id-definizzjoni ta’ intervall minimu ċar li matulu l-vettura trid tirritorna tikkontribwixxi wkoll biex jiġi żgurat li dawk il-vetturi tkun tista’ ssirilhom manutenzjoni b’mod korrett bit-tagħmir tekniku li jinsab fl-Istat Membru ta’ stabbiliment u tiffaċilita l-kontrolli.

    Iċ-ċiklu għal dawn ir-ritorni jenħtieġ li jiġi sinkronizzat mal-obbligu fuq l-impriża tat-trasport fir-[Regolament Nru 561/2006] li torganizza l-operazzjonijiet tagħha b’mod li jippermetti lix-xufier jirritorna d-dar mill-inqas kull erba’ ġimgħat, sabiex iż-żewġ obbligi jkunu jistgħu jiġu ssodisfati permezz tar-ritorn tax-xufier flimkien mal-vettura mill-inqas ma’ kull tieni ċiklu ta’ erba’ ġimgħat. Din is-sinkronizzazzjoni ssaħħaħ id-dritt tax-xufier li jirritorna u tnaqqas ir-riskju li l-vettura jkollha tirritorna biss biex tissodisfa dan ir-rekwiżit ġdid dwar l-istabbiliment. Madankollu, ir-rekwiżit ta’ ritorn lejn l-Istat Membru ta’ stabbiliment jenħtieġ li ma jirrikjedix li jitwettqu għadd speċifiku ta’ operazzjonijiet fl-Istat Membru ta’ stabbiliment jew li b’xi mod ieħor jillimita l-possibbiltà tal-operaturi li jipprovdu servizzi fis-suq intern kollu.

    […]

    (20)      Jenħtieġ li r-regoli dwar it-trasport nazzjonali li jsir fuq bażi temporanja minn operaturi tat-trasport mhux residenti fi Stat Membru ospitanti (‘kabotaġġ’) ikunu ċari, sempliċi u faċli biex jiġu infurzati, filwaqt li jżommu wkoll il-livell ta’ liberalizzazzjoni li nkiseb sa issa.

    (21)      Jenħtieġ li l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ jgħinu biex jiżdied il-fattur ta’ tagħbija ta’ vetturi heavy-duty u jitnaqqsu l-vjaġġi bla tagħbija, u jenħtieġ li jiġu permessi sakemm dawn ma jitwettqux b’mod li tinħoloq attività permanenti jew kontinwa fi ħdan l-Istat Membru kkonċernat. Biex ikun żgurat li ma jsirux operazzjonijiet ta’ kabotaġġ b’mod li tinħoloq attività permanenti jew kontinwa, jenħtieġ li l-operaturi tat-trasport ma jitħallewx iwettqu operazzjonijiet ta’ kabotaġġ fl-istess Stat Membru fi żmien ċertu perijodu wara t-tmiem ta’ perijodu ta’ operazzjonijiet ta’ kabotaġġ.

    (22)      Filwaqt li l-liberalizzazzjoni ulterjuri stabbilita bl-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE [tas‑7 ta’ Diċembru 1992 dwar it-twaqqif ta’ regoli komuni għal ċerti tipi ta’ trasport ikkombinat tal-merkanzija bejn l-Istati Membri (5)], meta mqabbla mal-kabotaġġ skont ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija (ĠU 2009, L 300, p. 72 rettifika fil-ĠU 2018, L 241, p. 14)], kienet ta’ benefiċċju fil-promozzjoni tat-trasport ikkombinat u għandha, fil-prinċipju, tinżamm, jinħtieġ li jiġi żgurat li ma tintużax ħażin. L-esperjenza turi li, f’ċerti partijiet tal-Unjoni, dik id-dispożizzjoni intużat b’mod sistematiku biex tiġi evitata n-natura temporanja tal-kabotaġġ u bħala l-bażi għall-preżenza kontinwa ta’ vetturi fi Stat Membru li mhux dak tal-istabbiliment tal-impriża. Tali prattiki inġusti jwasslu għal dumping soċjali u jipperikolaw ir-rispett għall-qafas legali relatat mal-kabotaġġ. Jenħtieġ għalhekk li jkun possibbli li l-Istati Membri jidderogaw mill-Artikolu 4 tad-Direttiva 92/106/KEE u japplikaw id-dispożizzjonijiet relatati mal-kabotaġġ fir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 sabiex jindirizzaw tali problemi billi jintroduċu limitu proporzjonat għall-preżenza kontinwa ta’ vetturi fit-territorju tagħhom.”

    8.        L-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1055 jipprevedi:

    “Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 huwa emendat kif ġej:

    […]

    (2)      fl-Artikolu 3, jitħassar il-paragrafu 2.

    (3)      l‑Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    ‘Artikolu 5

    Il-kundizzjonijiet fir-rigward tar-rekwiżit tal-istabbiliment

    1.      Sabiex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit stabbilit fil-punt (a) tal-Artikolu 3(1), fl-Istat Membru ta’ stabbiliment, l-impriża għandha:

    (a)      jkollha bini li fih tkun tista’ taċċessa l-verżjoni oriġinali tad-dokumenti ewlenin tan-negozju tagħha, sew jekk fil-forma elettronika jew fi kwalunkwe forma oħra, partikolarment il-kuntratti dwar it-trasport, id-dokumenti relatati mal-vetturi għad-dispożizzjoni tal-impriża, id-dokumenti dwar il-kontabbiltà, id-dokumenti dwar il-ġestjoni tal-persunal, il-kuntratti tax-xogħol, id-dokumenti tas-sigurtà soċjali, id-dokumenti li fihom data dwar id-dispaċċ u l-istazzjonar ta’ xufiera, id-dokumenti li jkun fihom data relatata mal-kabotaġġ, mal-ħin tas-sewqan u l-perijodi ta’ mistrieħ, u kwalunkwe dokument ieħor li għalih l-awtorità kompetenti jrid ikollha aċċess sabiex tivverifika l-konformità tal-impriża mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament;

    (b)      torganizza l-attività tal-flotta tal-vetturi tagħha b’tali mod li jiġi żgurat li l-vetturi li jkunu għad-dispożizzjoni tal-impriża u użati fit-trasport internazzjonali jirritornaw lejn wieħed miċ-ċentri operazzjonali f’dak l-Istat Membru tal-inqas fi żmien tmien ġimgħat wara li jitilqu minn hemm;

    (c)      tkun irreġistrata fir-reġistru tal-kumpaniji kummerċjali ta’ dak l-Istat Membru jew f’reġistru simili kull meta jkun meħtieġ skont il-liġi nazzjonali;

    (d)      tkun suġġetta għal taxxa fuq id-dħul u, kull meta meħtieġ skont il-liġi nazzjonali, ikollha numru ta’ reġistrazzjoni validu tat-taxxa fuq il-valur miżjud;

    (e)      ladarba tingħata awtorizzazzjoni, ikollha għad-dispożizzjoni tagħha vettura waħda jew aktar li jkunu rreġistrati jew imqegħdin fiċ-ċirkolazzjoni u awtorizzati biex jintużaw f’konformità mal-leġiżlazzjoni ta’ dak l-Istat Membru, kemm jekk dawk il-vetturi jkunu totalment proprjetà tagħha kif ukoll jekk, pereżempju, ikunu miżmuma taħt ftehim ta’ lokazzjoni b’opzjoni ta’ xiri jew taħt kuntratt ta’ kiri jew leasing;

    (f)      twettaq b’mod effettiv u kontinwu l-attivitajiet amministrattivi u kummerċjali tagħha bit-tagħmir u l-faċilitajiet xierqa f’bini kif imsemmi fil-punt (a) li jkun jinsab f’dak l-Istat Membru u tamministra l-operazzjonijiet tat-trasport tagħha b’mod effettiv u kontinwu bl-użu tal-vetturi msemmija fil-punt (g) permezz tat-tagħmir tekniku xieraq li jkun jinsab f’dak l-Istat Membru;

    (g)      fuq bażi kontinwa, ikollha għad-dispożizzjoni regolari tagħha għadd ta’ vetturi li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (e) u xufiera li normalment ikunu bbażati f’ċentru operattiv f’dak l-Istat Membru, fiż-żewġ każijiet proporzjonat għall-volum tal-operazzjonijiet ta’ trasport imwettqa mill-impriża.

    […]’”

    9.        L-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1055 jipprovdi:

    “Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 huwa emendat kif ġej:

    […]

    (4)      l-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

    (a)      jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

    ‘2a.      L-operaturi tat-trasport m’humiex [permessi jwettqu] operazzjonijiet ta’ kabotaġġ, bl-istess vettura, jew, fil-każ ta’ vetturi kombinati, bil-vettura bil-mutur ta’ dik l-istess vettura, fl-istess Stat Membru fi żmien erbat ijiem wara t-tmiem tal-aħħar operazzjoni ta’ kabotaġġ tagħha f’dak l-Istat Membru.’;

    (b)      fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

    ‘3.      Is-servizzi nazzjonali ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq imwettqa fl-Istat Membru ospitanti minn operatur tat-trasport tal-merkanzija mhux residenti għandhom jitqiesu konformi ma’ dan ir-Regolament biss jekk l-operatur tat-trasport tal-merkanzija ikun jista’ jagħti evidenza ċara tat-trasport internazzjonali li jkun sar qabel u ta’ kull operazzjoni ta’ kabotaġġ konsekuttiva li tkun ġiet [imwettqa]. Fil-każ li l-vettura kienet fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti fi żmien il-perijodu ta’ erbat ijiem ta’ qabel it-trasport internazzjonali, l-operatur tat-trasport għandu jipproduċi wkoll evidenza ċara tal-operazzjonijiet kollha li saru matul dak il-perijodu.’;

    […]

    (5)      l-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

    […]

    (b)      jiżdied il-paragrafu li ġej:

    ‘7.      Barra mill-paragrafi 1 sa 6 ta’ dan l-Artikolu u bħala deroga mill-Artikolu 4 tad-Direttiva 92/106/KEE, l-Istati Membri jistgħu, fejn meħtieġ biex jiġi evitat l-użu ħażin tad-dispożizzjoni tal-aħħar permezz tal-għoti ta’ servizzi bla limitu u kontinwi li jikkonsistu minn vjaġġi inizjali jew finali bit-triq fi Stat Membru ospitanti li jifformaw parti minn operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat bejn l-Istati Membri, jipprevedu li l-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament japplika għat-trasportaturi tal-merkanzija meta jwettqu tali partijiet minn vjaġġi inizjali u/jew finali tat-trasport tal-merkanzija bit-triq f’dak l-Istat Membru. Fir-rigward ta’ tali partijiet minn vjaġġi ta’ trasport ta’ merkanzija bit-triq, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu perijodu itwal mill-perijodu ta’ sebat ijiem previst fl-Artikolu 8(2) ta’ dan ir-Regolament u jistgħu jipprevedu perijodu iqsar mill-perijodu ta’ erbat ijiem previst fl-Artikolu 8(2a) ta’ dan ir-Regolament. L-applikazzjoni tal-Artikolu 8(4) ta’ dan ir-Regolament għal tali operazzjonijiet ta’ trasport għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti li ġejjin mid-Direttiva 92/106/KEE. L-Istati Membri li jagħmlu użu mid-deroga prevista f’dan il-paragrafu għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dan qabel ma japplikaw il-miżuri nazzjonali rilevanti tagħhom. Huma għandhom jirrevedu dawk il-miżuri mill-inqas kull ħames snin u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-riżultati ta’ dik ir-reviżjoni. Huma għandhom jagħmlu r-regoli, inkluż it-tul tal-perijodi rispettivi, pubblikament disponibbli b’mod trasparenti.’”

    C.      IdDirettiva 2020/1057 (ilPakkett dwar ilMobbiltà, ilkomponent tal“kollokament talħaddiema”)

    10.      L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2020/1057, intitolat “Regoli speċifiċi dwar l-istazzjonar [kollokament] tax-xufiera”, huwa fformulat, fir-rigward tal-paragrafi 1 sa 7 tiegħu, kif ġej:

    “1.       Dan l-Artikolu jistabbilixxi regoli speċifiċi fir-rigward ta’ ċerti aspetti tad-Direttiva 96/71/KE [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-istazzjonar [il-kollokament] ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 431, rettifika fil-ĠU 2015, L 16, p. 66)] b’rabta mal-istazzjonar [kollokament] tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq u tad-Direttiva 2014/67/UE [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑15 ta’ Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71 u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (“ir-Regolament tal-IMI”) (ĠU 2014, L 159, p. 11)] b’rabta mar-rekwiżiti amministrattivi u mal-miżuri ta’ kontroll għall-istazzjonar ta’ dawk ix-xufiera.

    2.       Dawn ir-regoli speċifiċi japplikaw għax-xufiera impjegati minn intrapriżi stabbiliti fi Stat Membru li jieħdu l-miżura tranżnazzjonali msemmija fl-Artikolu 1(3)(a) tad-Direttiva 96/71.

    3.       Minkejja l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 96/71/KE, xufier ma għandux jitqies stazzjonat [ikkollokat] għall-fini tad-Direttiva 96/71/KE meta jwettaq operazzjonijiet ta’ trasport bilaterali fir-rigward ta’ merkanzija.

    Għall-fini ta’ din id-Direttiva, operazzjoni ta’ trasport bilaterali fir-rigward ta’ merkanzija tfisser il-moviment ta’ merkanzija, abbażi ta’ kuntratt ta’ trasport, mill-Istat Membru ta’ stabbiliment, kif definit fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009, lejn Stat Membru ieħor jew lejn pajjiż terz, jew minn Stat Membru ieħor jew pajjiż terz lejn l-Istat Membru ta’ stabbiliment.

    Mit‑2 ta’ Frar 2022, li hija d-data li minnha x-xufiera huma meħtieġa, skont l-Artikolu 34(7) tar-Regolament (UE) Nru 165/2014, li jirreġistraw manwalment id-data dwar il-qsim tal-fruntieri, l-Istati Membri għandhom japplikaw l-eżenzjoni għall-operazzjonijiet ta’ trasport bilaterali fir-rigward tal-merkanzija stabbilita fl-ewwel u t-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu anki meta, minbarra li jwettaq operazzjoni ta’ trasport bilaterali, ix-xufier iwettaq attività waħda ta’ tagħbija u/jew ħatt fl-Istati Membri jew f’pajjiżi terzi li x-xufier jgħaddi minnhom, dment li x-xufier ma jgħabbix merkanzija u jħottha fl-istess Stat Membru.

    Meta operazzjoni ta’ trasport bilaterali li tibda mill-Istat Membru ta’ stabbiliment u li matulha ma tkun twettqet ebda attività addizzjonali tkun segwita minn operazzjoni ta’ trasport bilaterali lejn l-Istat Membru ta’ stabbiliment, l-eżenzjoni għal attivitajiet addizzjonali stabbilita fit-tielet subparagrafu għandha tapplika għal massimu ta’ żewġ attivitajiet addizzjonali ta’ tagħbija u/jew ħatt, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tielet subparagrafu.

    L-eżenzjonijiet għall-attivitajiet addizzjonali stabbiliti fit-tielet u fir-raba’ subparagrafi ta’ dan il-paragrafu għandhom japplikaw biss sad-data li minnha jridu jitwaħħlu għall-ewwel darba takografi intelliġenti li jikkonformaw mar-rekwiżit ta’ reġistrazzjoni tal-qsim tal-fruntieri u l-attivitajiet addizzjonali msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 fil-vetturi reġistrati fi Stat Membru, skont ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 8(1) ta’ dak ir-Regolament. Minn dik id-data l-eżenzjonijiet għall-attivitajiet addizzjonali stabbiliti fit-tielet u fir-raba’ subparagrafi ta’ dan il-paragrafu għandhom japplikaw biss għax-xufiera li jużaw vetturi li jkollhom takografi intelliġenti, kif previst fl-Artikoli 8, 9 u 10 ta’ dak ir-Regolament.

    4.       Minkejja l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 96/71/KE, xufier ma għandux jitqies stazzjonat għall-fini tad-Direttiva 96/71/KE meta jwettaq operazzjonijiet ta’ trasport bilaterali fir-rigward ta’ passiġġieri.

    Għall-fini ta’ din id-Direttiva, operazzjoni ta’ trasport bilaterali fit-trasport internazzjonali okkażjonali jew regolari ta’ passiġġieri, fit-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 (ĠU 2009, L 300, p. 88, rettifiki fil-ĠU 2015, L 272, p. 15, u fil-ĠU 2018, L 243, p. 21)], hija meta xufier iwettaq kwalunkwe waħda mill-operazzjonijiet li ġejjin:

    (a)      jiġbor passiġġieri fl-Istat Membru ta’ stabbiliment u jniżżilhom fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz;

    (b)      jiġbor passiġġieri fi Stat Membru jew f’pajjiż terz u jniżżilhom fl-Istat Membru ta’ stabbiliment; jew

    (c)      jiġbor u jniżżel passiġġieri fl-Istat Membru ta’ stabbiliment għall-fini tat-twettiq ta’ eskursjonijiet lokali fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1073/2009.

    Mit‑2 ta’ Frar 2022, li tkun id-data li minnha x-xufiera jkunu meħtieġa, skont l-Artikolu 34(7) tar-Regolament (UE) Nru 165/2014, li jirreġistraw manwalment id-data dwar il-qsim tal-fruntieri, l-Istati Membri għandhom japplikaw l-eżenzjoni għall-operazzjonijiet tat-trasport bilaterali fir-rigward ta’ passiġġieri stabbilita fl-ewwel u t-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu wkoll meta, minbarra t-twettiq ta’ operazzjoni ta’ trasport bilaterali, ix-xufier jiġbor passiġġieri darba u/jew iniżżel passiġġieri darba fl-Istati Membri jew pajjiżi terzi li x-xufier jgħaddi minnhom, dment li x-xufier ma joffrix servizzi tat-trasport tal-passiġġieri bejn żewġ postijiet fi ħdan l-Istat Membru li jkun għadda minnu. L-istess għandu japplika għall-vjaġġ ta’ ritorn.

    L-eżenzjoni għal attivitajiet addizzjonali stabbilita fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha tapplika biss sad-data li minnha jridu jitwaħħlu għall-ewwel darba takografi intelliġenti li jikkonformaw mar-rekwiżit tar-reġistrazzjoni tal-qsim tal-fruntieri u l-attivitajiet addizzjonali msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 fil-vetturi reġistrati fi Stat Membru, skont ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 8(1) ta’ dak ir-Regolament. Minn dik id-data l-eżenzjoni għall-attivitajiet addizzjonali stabbilita fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha tapplika biss għax-xufiera li jużaw vetturi li jkollhom takografi intelliġenti, kif previst fl-Artikoli 8, 9 u 10 ta’ dak ir-Regolament.

    5.      Minkejja l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 96/71/KE, xufier ma għandux jiġi kkunsidrat bħala stazzjonat għall-fini tad-Direttiva 96/71/KE meta x-xufier jgħaddi minn territorju ta’ Stat Membru mingħajr ma jgħabbi jew iħott merkanzija u mingħajr ma jtella’ jew iniżżel passiġġieri.

    6.      Minkejja l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 96/71/KE, xufier ma għandux ikun ikkunsidrat stazzjonat għall-fini tad-Direttiva 96/71/KE meta jkun qed iwettaq il-parti tal-vjaġġ inizjali jew finali ta’ operazzjoni ta’ trasport ikkombinata kif definita fid-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE, jekk il-parti tal-vjaġġ waħidha tikkonsisti f’operazzjonijiet ta’ trasport bilaterali, kif definiti fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

    7.       Xufier li jwettaq operazzjonijiet ta’ kabotaġġ kif definit fir-Regolamenti (KE) Nru 1072/2009 u (KE) Nru 1073/2009 għandu jitqies bħala stazzjonat skont id-Direttiva 96/71/KE.”

    II.    Ilfatti li wasslu għallkawża

    11.      Fil‑31 ta’ Mejju 2017, il-Kummissjoni Ewropea adottat diversi proposti li jagħmlu parti minn “Pakkett dwar il-Mobbiltà” bl-għan li jiġu emendati ċerti aspetti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni applikabbli għas-settur tat-trasport. Fost dawn kien hemm, b’mod partikolari, il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/22/KE fir-rigward ta’ rekwiżiti tal-infurzar u li tistabbilixxi regoli speċifiċi rigward id-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE għall-istazzjonar [kollokament] tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq (COM(2017) 278 final, iktar ’il quddiem il-“Proposta għal Direttiva dwar il-kollokament”), il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 fir-rigward tar-rekwiżiti minimi dwar il-ħinijiet tas-sewqan ta’ kuljum u fil-ġimgħa, il-pawżi minimi u l-perjodi ta’ mistrieħ ta’ kuljum u fil-ġimgħa u r-Regolament (UE) Nru 165/2014 fir-rigward tal-pożizzjonament permezz ta’ takografi (COM(2017) 277 final, iktar ’il quddiem il-“Proposta għal Regolament dwar il-ħin tax-xogħol”) u l-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1071/2009, (KE) Nru 1072/2009 u (UE) Nru 1024/2012 bl-għan li jiġu adattati għall-iżviluppi fis-settur tat-trasport bit-triq (COM(2017) 281 final, iktar ’il quddiem il-“Proposta għal Regolament dwar l-istabbiliment”). Dawn il-proposti kienu akkumpanjati minn żewġ valutazzjonijiet tal-impatt (6).

    12.      Wara diskussjonijiet twal kemm fi ħdan il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea kif ukoll bejn dawn iż-żewġ istituzzjonijiet, intlaħaq kompromess dwar it-tliet atti kkontestati matul in-negozjati li saru fil‑11 u fit‑12 ta’ Diċembru 2019 fil-kuntest tat-trilogu interistituzzjonali bejn il-Kunsill, il-Parlament u l-Kummissjoni.

    13.      Fis‑7 ta’ April 2020, waqt il-vot fi ħdan il-Kunsill dwar l-adozzjoni ta’ dawn l-atti, dawn kisbu l-appoġġ ta’ maġġoranza kkwalifikata ta’ Stati Membri, iżda disgħa minnhom, jiġifieri r-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Ungerija, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja u r-Rumanija oġġezzjonaw għal din l-adozzjoni.

    14.      Fil‑15 ta’ Lulju 2020, il-Parlament u l-Kunsill adottaw it-test finali tat-tliet atti kkontestati.

    III. Ittalbiet talpartijiet u lproċedura quddiem ilQorti talĠustizzja

    15.      Fil-Kawża C‑541/20, ir-Repubblika tal-Litwanja, sostnuta mir-Repubblika tal-Latvja u mir-Rumanija (7), titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha, l-ewwel, tannulla, primarjament, il-punt 6(d) tal-Artikolu 1 u l-Artikolu 3 tar-Regolament 2020/1054 jew, sussidjarjament, ir-Regolament fl-intier tiegħu u, it-tieni, tannulla, primarjament, l-Artikolu 1(3) u (7) tad-Direttiva 2020/1057 jew, sussidjarjament, din id-direttiva fl-intier tagħha.

    16.      Fil-Kawża C‑542/20, ir-Repubblika tal-Litwanja, sostnuta mir-Repubblika tal-Estonja, mir-Repubblika tal-Latvja u mir-Rumanija (8), titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tannulla l-punt 3 tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1055, sa fejn dan jintroduċi l-paragrafu 1(b) fl-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1071/2009, u tannulla l-punt 4(a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1055.

    17.      Fil-Kawża C‑543/20, ir-Repubblika tal-Bulgarija, sostnuta mir-Rumanija u mir-Repubblika tal-Latvja (9), titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tannulla, primarjament, il-punt 6(c) u (d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 jew, sussidjarjament, ir-Regolament fl-intier tiegħu.

    18.      Fil-Kawża C‑544/20, ir-Repubblika tal-Bulgarija, sostnuta mir-Repubblika tal-Estonja, mir-Repubblika tal-Latvja u mir-Rumanija (10), titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tannulla d-Direttiva 2020/1057.

    19.      Fil-Kawża C‑545/20, ir-Repubblika tal-Bulgarija, sostnuta mir-Repubblika tal-Estonja, mir-Repubblika tal-Latvja, mir-Repubblika tal-Litwanja u mir-Rumanija (11), titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tannulla l-punt 3 tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1055, sa fejn dan jintroduċi l-paragrafu 1(b) fl-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1071/2009, jew, sussidjarjament, tannulla l-imsemmi punt 3 tal-Artikolu 1 fl-intier tiegħu; tannulla l-punt 4(a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1055 jew, sussidjarjament, tannulla l-imsemmi punt 4 tal-Artikolu 2 fl-intier tiegħu; u, iktar sussidjarjament, tannulla r-Regolament 2020/1055 fl-intier tiegħu.

    20.      Fil-Kawża C‑546/20, ir-Rumanija, sostnuta mir-Repubblika tal-Latvja (12), titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tannulla, primarjament, il-punt 6(c) u (d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 jew, sussidjarjament, ir-Regolament fl-intier tiegħu.

    21.      Fil-Kawża C‑547/20, ir-Rumanija, sostnuta mir-Repubblika tal-Estonja, mir-Repubblika tal-Latvja u mir-Repubblika tal-Litwanja (13), titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tannulla l-punt 3 tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1055, sa fejn dan jintroduċi l-paragrafu 1(b) fl-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1071/2009; tannulla l-punt 4(a), (b) u (c) tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1055; sussidjarjament, tannulla r-Regolament 2020/1055 fl-intier tiegħu.

    22.      Fil-Kawża C‑548/20, ir-Rumanija, sostnuta mir-Repubblika tal-Estonja u mir-Repubblika tal-Latvja (14), titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tannulla, primarjament, l-Artikolu 1(3) sa (6) tad-Direttiva 2020/1057 jew, sussidjarjament, din id-direttiva fl-intier tagħha, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li dawn id-dispożizzjonijiet ma jistgħux jiġu sseparati mid-dispożizzjonijiet l-oħra tal-imsemmija direttiva.

    23.      Fil-Kawża C‑549/20, ir-Repubblika ta’ Ċipru, sostnuta mir-Repubblika tal-Estonja, mir-Repubblika tal-Latvja, mir-Repubblika tal-Litwanja u mir-Rumanija (15), titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tannulla l-punt 3 tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1055, sa fejn dan jintroduċi l-paragrafu 1(b) fl-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1071/2009, jew, sussidjarjament, tannulla dan il-punt 3 tal-Artikolu 1 fl-intier tiegħu; u, iktar sussidjarjament, tannulla r-Regolament 2020/1055 fl-intier tiegħu.

    24.      Fil-Kawża C‑550/20, ir-Repubblika ta’ Ċipru, sostnuta mir-Repubblika tal-Estonja, mir-Repubblika tal-Latvja u mir-Rumanija (16), titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tannulla d-Direttiva 2020/1057.

    25.      Fil-Kawża C‑551/20, l-Ungerija, sostnuta mir-Repubblika tal-Estonja, mir-Repubblika tal-Latvja, mir-Repubblika tal-Litwanja u mir-Rumanija (17), titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha, l-ewwel, tannulla l-punt 6(c) tal-Artikolu 1 u l-punt 2 tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1054 kif ukoll, jekk ikun il-każ, id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament li ma jistgħux jiġu sseparati minnhom; it-tieni, tannulla l-punt 3 tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1055, sa fejn dan jintroduċi l-paragrafu 1(b) fl-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1071/2009, kif ukoll, jekk ikun il-każ, id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament li ma jistgħux jiġu sseparati minnu, u, it-tielet, tannulla, primarjament, l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2020/1057 jew, sussidjarjament, l-Artikolu 1(6) tagħha, kif ukoll, jekk ikun il-każ, id-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva li ma jistgħux jiġu sseparati minnu.

    26.      Fil-Kawża C‑552/20, ir-Repubblika ta’ Malta, sostnuta mir-Renju tal-Belġju, mir-Repubblika tal-Estonja, mir-Repubblika tal-Latvja, mir-Repubblika tal-Litwanja u mir-Rumanija (18), titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tannulla l-punt 3 tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1055, sa fejn dan jintroduċi l-paragrafu 1(b) fl-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1071/2009, u tannulla l-punt 4 tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1055 (19).

    27.      Fil-Kawża C‑553/20, ir-Repubblika tal-Polonja, sostnuta mir-Rumanija u mir-Repubblika tal-Latvja (20), titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tannulla, primarjament, il-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 jew, sussidjarjament, ir-Regolament fl-intier tiegħu.

    28.      Fil-Kawża C‑554/20, ir-Repubblika tal-Polonja, sostnuta mir-Repubblika tal-Estonja, mir-Repubblika tal-Latvja, mir-Repubblika tal-Litwanja u mir-Rumanija (21), titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tannulla l-punt 3 tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1055, sa fejn dan iżid il-paragrafu 1(b) u (g) fl-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 1071/2009; tannulla l-punt 4(a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1055; tannulla l-punt 5(b) tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament, jew, sussidjarjament, tannulla r-Regolament 2020/1055 fl-intier tiegħu.

    29.      Fil-Kawża C‑555/20, ir-Repubblika tal-Polonja, sostnuta mir-Repubblika tal-Estonja, mir-Repubblika tal-Latvja u mir-Rumanija (22), titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tannulla l-Artikolu 1(3), (4), (6) u (7), kif ukoll l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2020/1057, jew, sussidjarjament, din id-direttiva fl-intier tagħha.

    30.      F’dawn il-kawżi kollha, l-Istati Membri rikorrenti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tikkundanna lill-Parlament u lill-Kunsill għall-ispejjeż.

    31.      Il-Parlament u l-Kunsill jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tiċħad ir-rikorsi kollha msemmija iktar ’il fuq, u tikkundanna lill-Istati Membri rikorrenti għall-ispejjeż.

    32.      Permezz ta’ deċiżjonijiet tat‑13, tal‑21, tat‑22, tas‑26, tas‑27 u tad‑29 ta’ April 2021 kif ukoll tat‑12 ta’ Mejju 2022, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja awtorizza, rispettivament, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Repubblika tal-Awstrija, lir-Renju tal-Isvezja, lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu, lir-Repubblika Ellenika, lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, lir-Repubblika Franċiża, lir-Renju tad-Danimarka u lir-Repubblika Taljana sabiex jintervjenu insostenn tat-talbiet tal-Parlament u tal-Kunsill.

    33.      Ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Litwanja, l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Rumanija, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Latvja, minn naħa, kif ukoll il-Kunsill, il-Parlament, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana u r-Renju tal-Isvezja, min-naħa l-oħra, instemgħu fis-sottomissjonijiet orali tagħhom waqt is-seduta organizzata quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fl‑24 u fil‑25 ta’ April 2023.

    34.      Permezz ta’ deċiżjoni tal-President tat‑13 ta’ Ottubru 2023, il-Kawżi C‑241/20 sa C‑555/20 ġew magħquda skont l-Artikolu 54(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja.

    IV.    Analiżi

    A.      Osservazzjonijiet preliminari

    35.      Il-ħmistax-il rikors ippreżentati mis-seba’ Stati Membri rikorrenti kontra t-tliet atti kkontestati jirrigwardaw b’mod trażversali ċertu numru ta’ dispożizzjonijiet u ta’ prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni.

    36.      F’dan il-kuntest, inqis li huma opportuni, preliminarjament, kunsiderazzjonijiet ta’ natura ġenerali fuq dawn id-dispożizzjonijiet u prinċipji, fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Fuq il-bażi ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet ser niżviluppa sussegwentement l-analiżi tal-imsemmija rikorsi fir-rigward ta’ kull wieħed mit-tliet atti kkontestati.

    37.      Fil-punti li ġejjin ser nanalizza, l-ewwel nett, il-qafas ġuridiku speċjali li taħtu jaqa’ l-qasam tat-trasport fil-kuntest tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-suq intern. Sussegwentement, ser nanalizza, rispettivament, il-prinċipju ta’ proporzjonalità u l-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni, kif żviluppati fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Dawn il-prinċipji, fil-fatt, ġew invokati diversi drabi minn diversi Stati Membri fir-rikorsi tagħhom. Fl-aħħar nett, ser nagħmel xi kunsiderazzjonijiet dwar id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni dwar l-ambjent li l-ksur tagħhom ġie invokat ukoll b’mod trażversali minn diversi Stati Membri rikorrenti.

    Fuq ilqafas ġuridiku speċjali tattrasport fissuq intern

    38.      Il-qasam tat-trasport, b’mod partikolari dak tat-trasport bit-triq, huwa settur kruċjali għas-soċjetà, għall-ekonomija u għall-integrazzjoni Ewropea. La d-dritt tal-Unjoni u lanqas il-Qorti tal-Ġustizzja ma jipprovdu definizzjoni ġenerali u eżawrjenti tal-kunċett ta’ “trasport” (23). Madankollu, fil-ġurisprudenza tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja tirreferi għas-servizz tat-trasport bħala “att fiżiku ta’ moviment ta’ persuni jew ta’ merkanzija minn post għal ieħor permezz ta’ mezz ta’ trasport” (24).

    39.      Il-qasam tat-trasport huwa kkaratterizzat minn ċerti karatteristiċi li huma speċifiċi għal dan is-settur ekonomiku u li jiġġustifikaw l-issuġġettar tiegħu għal qafas ġuridiku speċjali fil-kuntest tas-suq intern (25).

    40.      Fid-dritt primarju tal-Unjoni, in-neċessità tat-teħid inkunsiderazzjoni tal-karatteristiċi speċifiċi tal-qasam tat-trasport tissarraf, fl-ewwel lok, fir-rekwiżit impost espliċitament u b’mod ġenerali fuq il-leġiżlatur tal-Unjoni mill-Artikolu 91(1) TFUE – li jikkostitwixxi l-bażi legali għall-implimentazzjoni tal-politika komuni tat-trasport – biex jieħu inkunsiderazzjoni l-“fatturi partikolari” tat-trasport fl-implementazzjoni ta’ din il-politika komuni.

    41.      Dispożizzjonijiet oħra li jaqgħu taħt it-Titolu VI tat-Tielet Parti tat-Trattat FUE (Artikoli 90 sa 100) dwar il-politika komuni tat-trasport – dispożizzjonijiet li l-ksur tagħhom huwa invokat diversi drabi mill-Istati Membri rikorrenti – jikkonkretizzaw, barra minn hekk, ċerti fatturi li l-leġiżlatur irid speċifikament jieħu inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-implimentazzjoni ta’ din il-politika. Għalhekk, skont l-Artikolu 91(2) TFUE, fl-adozzjoni tal-miżuri li jaqgħu taħt l-imsemmija politika komuni, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-impatt gravi fuq il-livell tal-għajxien u l-impjieg f’ċerti reġjuni, kif ukoll fuq it-tħaddim tat-tagħmir tat-trasport, u, skont l-Artikolu 94 TFUE, fl-adozzjoni ta’ miżuri dwar prezzijiet u kundizzjonijiet tat-trasport, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni ekonomika tal-operaturi tat-trasport.

    42.      Barra minn hekk, fil-ġurisprudenza stabbilita tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet li t-Trattati jħallu lil-leġiżlatur tal-Unjoni setgħa ta’ evalwazzjoni wiesgħa fir-rigward tal-għan u tal-mezzi tal-politika komuni tat-trasport (26) kif ukoll fl-adozzjoni tal-miżuri xierqa fid-dawl ta’ din il-politika komuni (27).

    43.      F’dan il-kuntest, għandu jiġi enfasizzat ukoll li l-Artikolu 91(1) TFUE jiddistingwi, fil-punti (a) u (b) tiegħu, minn naħa, bejn trasport internazzjonali u trasport nazzjonali u, min-naħa l-oħra, bejn trasportaturi residenti u trasportaturi mhux residenti. B’mod speċifiku, filwaqt li l-punt (a) ta’ dan il-paragrafu 1 jipprevedi l-adozzjoni ta’ “regoli komuni” li japplikaw għat-trasport internazzjonali, id-dispożizzjoni tal-punt (b) tal-imsemmi paragrafu tipprevedi sempliċement l-istabbiliment ta’ “kondizzjonijiet li jirregolaw il-mod li bih trasportaturi mhux residenti jistgħu joperaw servizzi ta’ trasport f’xi Stat Membru”. Id-dritt tal-Unjoni jipprevedi għalhekk, fil-livell tad-dritt primarju, approċċ differenti fil-kuntest tal-politika komuni tat-trasport bejn ir-regolamentazzjoni tat-trasport internazzjonali u dik tat-trasport nazzjonali.

    44.      Fit-tieni lok, ir-rekwiżit li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-karatteristiċi speċifiċi tal-qasam tat-trasport wassal lill-awturi tat-Trattat sabiex jagħtu lil dan il-qasam status speċjali fil-kuntest tal-leġiżlazzjoni tas-suq intern, b’mod partikolari fir-rigward tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi (28).

    45.      Għalhekk, fil-qasam tat-trasport, il-moviment liberu tas-servizzi ma huwiex irregolat mid-dispożizzjoni tal-Artikolu 56 TFUE, li tikkonċerna l-libertà li jiġu pprovduti servizzi b’mod ġenerali, iżda mid-dispożizzjoni speċifika tal-Artikolu 58(1) TFUE, li tipprovdi li “[i]l-moviment liberu tas-servizzi fil-qasam tat-trasport għandu jiġi regolat mid-dispożizzjonijiet ta’ l-intestatura dwar it-trasport” (29).

    46.      Minn dan isegwi li, kif irrikonoxxiet il-Qorti tal-Ġustizzja f’diversi okkażjonijiet fil-ġurisprudenza tagħha, fil-qasam tat-trasport, l-applikazzjoni tal-prinċipji tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi għandha ssir, skont it-Trattat FUE, bl-implimentazzjoni tal-politika komuni tat-trasport (30). Il-libertà li jiġu pprovduti servizzi kif iggarantita mill-Artikoli 56 u 57 TFUE tista’ għalhekk tapplika għas-servizzi tat-trasport biss sa fejn id-dritt sekondarju jkun għamilha applikabbli (31). Is-servizzi tat-trasport mhux illiberalizzati għandhom għalhekk jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 56 TFUE (32).

    47.      Min-naħa l-oħra, l-awturi tat-Trattati ma ssuġġettawx it-trasport għal xi sistema speċjali f’dak li jirrigwarda l-libertà ta’ stabbiliment. Fil-fatt, kif il-Qorti tal-Ġustizzja kellha l-okkażjoni tenfasizza espliċitament, id-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE fil-qasam tal-libertà ta’ stabbiliment japplikaw direttament għat-trasport (33).

    48.      Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-istatus speċjali tat-trasport fil-kuntest tal-leġiżlazzjoni tad-dritt primarju tas-suq intern huwa kkaratterizzat mit-tagħqid ta’ dritt ta’ stabbiliment fi kwalunkwe Stat Membru bbażat fuq it-Trattat FUE u ta’ dritt tal-operaturi tat-trasport għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi ta’ trasport li huwa ggarantit esklużivament sa fejn dan id-dritt ikun ingħata permezz ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt sekondarju adottati mil-leġiżlatur tal-Unjoni fil-kuntest tal-politika komuni tat-trasport.

    49.      Issa, f’dak li jirrigwarda speċifikament il-qasam tat-trasport bit-triq, l-azzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni sabiex tiġi implimentata l-politika komuni tat-trasport, minn naħa, kellha l-għan li tilliberalizza s-settur u li tappoġġja t-tlestija tas-suq intern tat-trasport bit-triq, l-effiċjenza tiegħu u l-kompetittività tiegħu. Filwaqt li l-operazzjonijiet tat-trasport internazzjonali kienu kompletament illiberalizzati, it-trasport nazzjonali għadu parzjalment ristrett għall-operaturi tat-trasport mhux residenti minn restrizzjonijiet fuq l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ, f’konformità mal-istatus speċjali tat-trasport skont id-dritt primarju stabbilit mill-Artikolu 58(1) TFUE (34).

    50.      Dan l-istatus speċjali għalhekk jillimita l-possibbiltà li jiġu pprovduti temporanjament servizzi ta’ trasport bit-triq fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru ta’ stabbiliment, filwaqt li jħalli, min-naħa l-oħra, kompletament miftuħa l-possibbiltà għaċ-ċittadini tal-Istati Membri kollha li jistabbilixxu ruħhom fi Stat Membru ieħor fuq bażi permanenti u li jeżerċitaw hemmhekk il-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq taħt l-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini tal-imsemmi Stat Membru.

    51.      Min-naħa l-oħra, il-leġiżlatur tal-Unjoni żviluppa qafas wiesa’ ta’ regoli soċjali għall-operaturi tat-trasport bit-triq u għall-operaturi tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq, bl-għan, b’mod partikolari, li jtejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema mobbli fis-settur tat-trasport bit-triq (jiġifieri x-xufiera), li jtejjeb is-sigurtà fit-toroq għall-utenti kollha tat-triq u li jiżgura kompetizzjoni leali bejn l-operaturi tat-trasport bit-triq fis-suq uniku (35).

    1.      Fuq ilprinċipju ta’ proporzjonalità

    a)      Fuq ilprinċipju ta’ proporzjonalità, ilmarġni ta’ evalwazzjoni wiesa’ talleġiżlatur u listħarriġ ġudizzjarju 

    52.      Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-prinċipju ta’ proporzjonalità, li jagħmel parti mill-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, jeżiġi li l-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jkunu xierqa sabiex jintlaħqu l-għanijiet leġittimi mfittxija mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni u ma jaqbżux il-limiti ta’ dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, bil-kundizzjoni li meta jkun hemm possibbiltà ta’ għażla bejn diversi miżuri xierqa, għandha tintgħażel l-inqas waħda restrittiva u li l-inkonvenjenzi li jinħolqu ma jkunux sproporzjonati meta mqabbla mal-għanijiet previsti (36). Dan il-prinċipju jitfakkar fl-Artikolu 5(4) TUE, kif ukoll fl-Artikolu 1 tal-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità anness mat-Trattati.

    53.      Fir-rigward tal-istħarriġ ġudizzjarju tal-konformità ma’ dawn il-kundizzjonijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet li l-leġiżlatur tal-Unjoni, fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-kompetenzi mogħtija lilu, għandu setgħa ta’ evalwazzjoni wiesgħa f’oqsma bħalma hija l-politika komuni tat-trasport (37) fejn l-azzjoni tiegħu tinvolvi għażliet ta’ natura kemm politika u kemm ekonomika jew soċjali, u fejn ikun meħtieġ jagħmel evalwazzjonijiet kumplessi. Għalhekk, il-kwistjoni ma hijiex jekk miżura adottata f’tali qasam kinitx l-unika jew l-aħjar waħda possibbli, iżda hija biss in-natura manifestament inadegwata tagħha meta mqabbla mal-għan li l-istituzzjonijiet kompetenti jridu jilħqu li tista’ taffettwa l-legalità ta’ din il-miżura (38).

    54.      Barra minn hekk, is-setgħa ta’ evalwazzjoni wiesgħa tal-leġiżlatur tal-Unjoni, li timplika stħarriġ ġudizzjarju limitat tal-eżerċizzju tagħha, ma tapplikax biss għan-natura u għall-portata tad-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati, iżda wkoll, sa ċertu punt, għall-konstatazzjoni tad-data użata bħala bażi (39).

    55.      Madankollu, anki bis-setgħa ta’ evalwazzjoni wiesgħa tiegħu, il-leġiżlatur tal-Unjoni għandu jibbaża l-għażla tiegħu fuq kriterji oġġettivi u għandu jeżamina jekk l-għanijiet imfittxija permezz tal-miżura magħżula jkunux tali li jiġġustifikaw konsegwenzi ekonomiċi negattivi, anki dawk sostanzjali, għal ċerti operaturi. Fil-fatt, skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità, anness mat-Trattati, l-abbozzi ta’ atti leġiżlattivi għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni l-ħtieġa li jiġi żgurat li kwalunkwe piż fuq l-operaturi ekonomiċi jkun l-iktar baxx possibbli u proporzjonat mal-għan li għandu jintlaħaq (40).

    56.      Fir-rigward tas-suġġett tal-istħarriġ ġudizzjarju li għandu jitwettaq, il-Qorti tal-Ġustizzja ċċarat li ma huwiex il-kompitu tagħha li tissostitwixxi l-evalwazzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni b’dik tagħha fl-eżerċizzju ta’ kompetenza li tinvolvi għażliet ta’ natura politika, ekonomika u soċjali u evalwazzjonijiet kumplessi (41). Fil-fatt, fid-dawl tal-ġurisprudenza msemmija fil-punti 53 sa 55 iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tivverifika jekk il-leġiżlatur tal-Unjoni qabiżx manifestament is-setgħa ta’ evalwazzjoni wiesgħa li għandu fir-rigward tal-evalwazzjonijiet kumplessi li kellu jwettaq billi għażel miżuri li huma manifestament inadegwati fid-dawl tal-għan imfittex (42).

    57.      Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, l-iktar l-iktar, tiċċensura l-għażla normattiva tal-leġiżlatur biss jekk din tkun tidher li hija manifestament żbaljata jew jekk l-iżvantaġġi li jirriżultaw minn din l-għażla għal ċerti atturi ekonomiċi ma jkunux proporzjonati mal-vantaġġi li jirriżultaw banda oħra minn din l-għażla (43).

    58.      Barra minn hekk, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li anki stħarriġ ġudizzjarju ta’ portata limitata jirrikjedi li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, li jkunu l-awturi tal-att inkwistjoni, ikunu f’pożizzjoni li jistabbilixxu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja li l-att ġie adottat permezz ta’ eżerċizzju effettiv tas-setgħa ta’ evalwazzjoni tagħhom, li jimplika li jkunu tqiesu l-elementi u ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha tas-sitwazzjoni li dan l-att kien intiż li jirregola. Minn dan isegwi li dawn l-istituzzjonijiet għandhom, mill-inqas, ikunu kapaċi jipproduċu u jistabbilixxu b’mod ċar u inekwivoku d-data bażika li kellha tittieħed inkunsiderazzjoni bħala bażi għall-miżuri kkontestati tal-imsemmi att u li minnha kien jiddependi l-eżerċizzju tas-setgħa ta’ evalwazzjoni tagħhom (44).

    59.      Madankollu, huwa r-rikorrent li għandu juri li l-iżvantaġġi li jirriżultaw mill-għażla normattiva tal-leġiżlatur tal-Unjoni huma sproporzjonati meta mqabbla mal-vantaġġi li jirriżultaw banda oħra minn din l-għażla (45).

    60.      Barra minn hekk, il-leġiżlatur tal-Unjoni ma huwiex obbligat jieħu inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni partikolari ta’ Stat Membru meta l-att tal-Unjoni kkonċernat ikollu konsegwenzi fl-Istati Membri kollha u jippreżupponi li jkun ġie żgurat bilanċ bejn l-interessi differenti involuti fid-dawl tal-għanijiet imfittxija minn dan l-att. Għaldaqstant, it-tfittxija għal tali bilanċ, li jieħu inkunsiderazzjoni mhux is-sitwazzjoni partikolari ta’ Stat Membru wieħed, iżda dik tal-Istati Membri kollha tal-Unjoni, ma tistax, fiha nnifisha, titqies li tmur kontra l-prinċipju ta’ proporzjonalità (46).

    b)      Fuq iddata li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni filproċess leġiżlattiv u fuq ilvalutazzjoni talimpatt

    61.      F’diversi rikorsi, l-Istati Membri rikorrenti jikkontestaw l-assenza jew l-insuffiċjenza tal-valutazzjonijiet tal-impatt imwettqa mill-Kummissjoni (47) fir-rigward tat-tliet atti kkontestati jew ta’ wħud mid-dispożizzjonijiet tagħhom. Il-kwistjoni dwar jekk il-leġiżlatur ħax inkunsiderazzjoni l-elementi u ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha tas-sitwazzjoni li l-att kien intiż li jirregola u jekk kellux iwettaq jew ilesti valutazzjoni tal-impatt taqa’ taħt il-prinċipju ta’ proporzjonalità (48).

    62.      Ir-regoli dwar il-valutazzjonijiet tal-impatt huma stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat‑13 ta’ April 2016 (49) (iktar ’il quddiem il-“Ftehim Interistituzzjonali”) u speċifikament fil-Parti III ta’ dan il-ftehim.

    63.      Minn dan il-ftehim jirriżulta li l-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni tal-impatt tal-inizjattivi leġiżlattivi tagħha li jista’ jkollhom impatt ekonomiku, ambjentali jew soċjali sinjifikattiv (50). B’hekk, il-preparazzjoni tal-valutazzjonijiet tal-impatt tikkostitwixxi stadju tal-proċess leġiżlattiv li għandu, bħala regola ġenerali, iseħħ meta inizjattiva leġiżlattiva jista’ jkollha tali impatt (51).

    64.      Madankollu, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza, id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali ma humiex vinkolanti (52). Għalkemm il-valutazzjonijiet tal-impatt huma għodda importanti u utli fil-proċess leġiżlattiv, peress li jiffaċilitaw it-tfassil ta’ leġiżlazzjoni motivata u trasparenti, il-Ftehim Interistituzzjonali fl-ebda ċirkustanza ma jagħmilhom prerekwiżit għall-proposta jew għall-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni (53). F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat espliċitament li mit-termini tal-Ftehim Interistituzzjonali fl-ebda ċirkustanza ma jirriżulta obbligu li titwettaq tali analiżi (54).

    65.      F’dan il-kuntest, il-Qorti tal-Ġustizzja rrilevat li l-ommissjoni ta’ valutazzjoni tal-impatt ma tistax tiġi kklassifikata bħala ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità meta l-leġiżlatur tal-Unjoni jkun jinsab f’sitwazzjoni partikolari li ma tkunx teħtieġ azzjoni ulterjuri u jkollu biżżejjed elementi li jippermettulu jevalwa l-proporzjonalità ta’ miżura adottata (55).

    66.      Fir-rigward tal-portata tal-valutazzjoni tal-impatt, għalkemm mill-Ftehim Interistituzzjonali u mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-Parlament u l-Kunsill, meta jeżaminaw il-proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni, għandhom iqisu bis-sħiħ il-valutazzjonijiet tal-impatt tal-Kummissjoni (56), il-Qorti tal-Ġustizzja, madankollu, iċċarat b’mod espliċitu li valutazzjoni tal-impatt ma hijiex vinkolanti la fuq il-Parlament u lanqas fuq il-Kunsill (57). F’dan ir-rigward, mill-Ftehim Interistituzzjonali jirriżulta li l-Parlament u l-Kunsill stess jistgħu, meta jqisu li dan ikun xieraq u meħtieġ, iwettqu valutazzjonijiet tal-impatt jekk jintroduċu emendi sostanzjali għal proposta tal-Kummissjoni (58).

    67.      Minn dan isegwi li l-leġiżlatur tal-Unjoni jista’ bħala prinċipju jaġixxi wkoll fl-annessa ta’ valutazzjoni tal-impatt (59) u li l-assenza ta’ valutazzjoni tal-impatt ma jwassalx awtomatikament għall-invalidità tal-leġiżlazzjoni tad-dritt tal-Unjoni adottata sussegwentement (60).

    68.      Il-kunsiderazzjonijiet preċedenti, żviluppati fil-każ ta’ nuqqas totali ta’ valutazzjoni tal-impatt fir-rigward tal-adozzjoni ta’ att leġiżlattiv, japplikaw, a fortiori, fir-rigward tal-adozzjoni ta’ dispożizzjoni speċifika ta’ att li ma kinitx, bħala tali, is-suġġett tal-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-proposta ta’ att tal-Kummissjoni.

    69.      Fil-fatt, fir-rigward ta’ miżuri adottati mil-leġiżlatur tal-Unjoni li ma kinux fost dawk inizjalment previsti mill-Kummissjoni fil-proposta tagħha għal att leġiżlattiv, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet b’mod espliċitu li l-imsemmi leġiżlatur jibqa’ liberu li jadotta miżuri differenti minn dawk li kienu s-suġġett tal-valutazzjoni tal-impatt u li, għalhekk, is-sempliċi fatt li adotta miżura differenti u, jekk ikun il-każ, iktar vinkolanti minn dawk previsti mill-Kummissjoni fil-valutazzjoni tal-impatt ma huwiex ta’ natura li juri li manifestament qabeż il-limiti ta’ dak li kien meħtieġ biex jintlaħaq l-għan imfittex (61).

    70.      Sa fejn, kif jirriżulta mill-punti 64 u 66 iktar ’il fuq, il-valutazzjonijiet tal-impatt huma dokumenti tal-Kummissjoni li jesponu s-soluzzjoni ppreferuta fil-livell politiku minn din l-istituzzjoni u ma jorbtux lill-Parlament u lill-Kunsill, dawn tal-aħħar, fil-kapaċità tagħhom bħala koleġiżlaturi, huma liberi, skont l-Artikolu 294 TFUE u fil-limiti imposti mir-rispett tad-dritt ta’ inizjattiva tal-Kummissjoni, li jaslu għal evalwazzjoni differenti tas-sitwazzjoni u, għaldaqstant, li jadottaw pożizzjoni politika differenti. Minn dan isegwi li anki meta l-Parlament u l-Kunsill, billi jitbiegħdu mill-proposta tal-Kummissjoni u mill-valutazzjoni tal-impatt li tkun ibbażata fuqha, jibdlu elementi sostanzjali ta’ din il-proposta, il-fatt li huma ma jkunux aġġornaw il-valutazzjoni tal-impatt ma jwassalx awtomatikament u neċessarjament għall-invalidità tal-leġiżlazzjoni tad-dritt tal-Unjoni adottata (62).

    71.      B’dan premess, u kif jirriżulta mill-punti 58 u 65 iktar ’il fuq, l-eżerċizzju effettiv tas-setgħa ta’ evalwazzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni jippreżupponi t-teħid inkunsiderazzjoni tal-elementi u taċ-ċirkustanzi rilevanti kollha tas-sitwazzjoni li dan l-att kien intiż li jirregola.

    72.      F’dan il-kuntest, mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-forma li fiha tkun ippreżentata d-data bażika ikkunsidrata mil-leġiżlatur tal-Unjoni hija irrilevanti, b’tali mod li l-leġiżlatur tal-Unjoni jista’ jqis mhux biss il-valutazzjoni tal-impatt, iżda wkoll kull sors ieħor ta’ informazzjoni (63).

    73.      Madankollu, mill-ġurisprudenza jirriżulta li, sabiex jeżerċitaw b’mod effettiv is-setgħa ta’ evalwazzjoni tagħhom, il-koleġiżlaturi għandhom iqisu, matul il-proċedura leġiżlattiva, id-data xjentifika u konstatazzjonijiet oħra li jkunu saru disponibbli, inklużi dokumenti xjentifiċi użati mill-Istati Membri fil-laqgħat tal-Kunsill li ma jkunux miżmuma mill-Kunsill innifsu (64). Il-leġiżlatur jista’ jqis ukoll informazzjoni li tinsab fid-dominju pubbliku u li tkun aċċessibbli għal kwalunkwe persuna jew impriża interessata fis-suġġett inkwistjoni (65).

    74.      Barra minn hekk, minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-validità ta’ att tal-Unjoni għandha tiġi evalwata fid-dawl tal-elementi li l-leġiżlatur tal-Unjoni kellu quddiemu fil-mument tal-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni (66).

    2.      Fuq ilprinċipji ta’ ugwaljanza fittrattament u ta’ nondiskriminazzjoni

    75.      F’diversi kawżi, ċerti Stati Membri jsostnu li wħud mid-dispożizzjonijiet tat-tliet atti kkontestati ġew adottati bi ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni.

    76.      F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament jikkostitwixxi prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, li issa huwa minqux fl-Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”) (67) u li l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni stabbilit fl-Artikolu 21(1) tal-Karta huwa espressjoni partikolari tiegħu (68).

    77.      Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-imsemmi prinċipju ġenerali jeżiġi li sitwazzjonijiet paragunabbli ma jiġux ittrattati b’mod differenti u li sitwazzjonijiet differenti ma jiġux ittrattati bl-istess mod, sakemm dan ma jkunx oġġettivament iġġustifikat (69).

    78.      Differenza fit-trattament hija ġġustifikata meta tkun ibbażata fuq kriterju oġġettiv u raġonevoli, jiġifieri meta tkun marbuta ma’ għan legalment ammissibbli mfittex mil-leġiżlazzjoni kkonċernata, u meta din id-differenza tkun proporzjonata għall-għan imfittex permezz tat-trattament ikkonċernat (70).

    79.      In-natura paragunabbli ta’ sitwazzjonijiet differenti għandha tiġi evalwata fid-dawl tal-elementi kollha li jikkaratterizzawhom. Dawn l-elementi għandhom, b’mod partikolari, jiġu ddeterminati u evalwati fid-dawl tas-suġġett u tal-għan tal-att tal-Unjoni li jistabbilixxi d-distinzjoni inkwistjoni. Barra minn hekk, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-prinċipji u l-għanijiet tal-qasam ikkonċernat mill-att inkwistjoni (71).

    80.      Bħalma huwa l-każ – kif jirriżulta mill-punt 53 iktar ’il fuq – għall-evalwazzjoni tal-proporzjonalità tal-miżuri adottati f’oqsma li fihom il-leġiżlatur għandu setgħa ta’ evalwazzjoni wiesgħa, bħalma huwa l-qasam tal-politika tat-trasport (72), il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet ukoll, f’dak li jirrigwarda l-osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, stħarriġ ġudizzjarju limitat fir-rigward ta’ dawn il-miżuri, filwaqt li ppreċiżat li, f’kuntest bħal dan, il-qorti tal-Unjoni ma tistax tissostitwixxi l-evalwazzjoni tagħha għal dik tal-leġiżlatur tal-Unjoni, iżda għandha tillimita ruħha sabiex teżamina jekk din l-evalwazzjoni hijiex ivvizzjata minn żball manifest jew minn użu ħażin ta’ poter jew jekk l-awtorità inkwistjoni qabżitx manifestament il-limiti tas-setgħa normattiva tagħha (73).

    3.      Fuq iddispożizzjonijiet taddritt talUnjoni dwar ilpolitika filqasam talambjent 

    81.      Uħud mill-Istati Membri rikorrenti sostnew, diversi drabi fir-rikorsi tagħhom, li wħud mid-dispożizzjonijiet tat-tliet atti kkontestati ġew adottati bi ksur tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni dwar il-politika fil-qasam tal-ambjent. Dawn l-Istati Membri jinvokaw speċifikament ksur tal-Artikolu 3(3) TUE, tal-Artikolu 11 TFUE u tal-Artikolu 191(1) TFUE, kif ukoll tal-Artikolu 37 tal-Karta.

    82.      Qabelxejn għandu jiġi rrilevat li l-ġurisprudenza b’mod kostanti tfakkar l-importanza tal-għan tal-protezzjoni tal-ambjent, deskritt bħala “essenzjali” (74), kif ukoll in-natura trażversali u fundamentali tiegħu (75).

    83.      F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Artikolu 191(1) TFUE jiddefinixxi l-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent bħala li għandha tikkontribwixxi għas-salvagwardja, għall-ħarsien u għat-titjib tal-kwalità tal-ambjent, għall-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem, għall-użu għaqli u razzjonali tar-riżorsi naturali u għall-promozzjoni ta’ miżuri fil-livell internazzjonali sabiex jittrattaw problemi ambjentali reġjonali jew globali, u b’mod partikolari għall-ġlieda kontra l-bidla fil-klima.

    84.      L-Artikolu 191(2) TFUE jipprovdi li l-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent għandha timmira għal “protezzjoni ta’ livell għoli”, billi tieħu inkunsiderazzjoni d-diversità tas-sitwazzjonijiet fid-diversi reġjuni tal-Unjoni. Bl-istess mod, l-Artikolu 3(3) TUE jipprevedi li l-Unjoni għandha taħdem b’mod partikolari favur “livell għoli ta’ protezzjoni u ta’ titjib tal-kwalità ta’ l-ambjent” (76).

    85.      Barra minn hekk, skont l-Artikolu 191(3) TFUE, fit-tfassil tal-politika tagħha fil-qasam tal-ambjent, l-Unjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni d-data xjentifika disponibbli dwar ir-relazzjoni bejn il-vantaġġi u l-piżijiet li jistgħu jirriżultaw minn azzjoni jew min-nuqqas ta’ azzjoni kif ukoll l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-Unjoni b’mod ġenerali u l-iżvilupp ibbilanċjat tar-reġjuni tagħha. L-Artikolu 192 TFUE jispeċifika l-kundizzjonijiet li fihom l-Unjoni tista’ taġixxi sabiex tilħaq l-għanijiet tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent.

    86.      L-Artikolu 11 TFUE jipprevedi, min-naħa tiegħu, li “[i]l-ħtiġijiet għall-ħarsien ta’ l-ambjent għandhom ikunu integrati fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika u l-attivitajiet ta’ l-Unjoni, partikolarment bl-għan li jinkoraġixxu żvilupp sostenibbli”. F’dak li jirrigwarda l-portata tal-Artikolu 11 TFUE, il-partijiet iċċitaw ħafna u kkummentaw dwar il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Geelhoed (77) li kien ppropona interpretazzjoni tal-Artikolu 6 TKE, issostitwit bl-Artikolu 11 TFUE, li għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid.

    87.      Fir-rigward tal-Artikolu 37 tal-Karta, dan jistabbilixxi li “[l]ivell għoli ta’ protezzjoni ta’ l-ambjent u t-titjib fil-kwalità ta’ l-ambjent għandhom jiġu integrati fil-politika ta’ l-Unjoni u għandhom jiġu żgurati skond il-prinċipju ta’ żvilupp sostenibbli”.

    88.      L-Artikolu 52(2) tal-Karta jipprovdi li d-drittijiet irrikonoxxuti minn din tal-aħħar li huma s-suġġett ta’ dispożizzjonijiet fit-Trattati għandhom jiġu eżerċitati skont il-kundizzjonijiet u fil-limiti ddefiniti fihom. Dan huwa l-każ tal-Artikolu 37 tal-Karta, li huwa bbażat, essenzjalment, fuq l-Artikolu 3(3) TUE u l-Artikoli 11 u 191 TFUE. Konsegwentement, l-argumenti tal-Istati Membri rikorrenti dwar l-Artikolu 37 tal-Karta għandhom jiġu eżaminati fid-dawl tal-kundizzjonijiet u tal-limiti li jirriżultaw mill-Artikolu 191 TFUE (78).

    B.      Fuq irRegolament 2020/1054 (Kawżi C541/20, C543/20, C546/20, C551/20 u C553/20)

    89.      Ħames Stati Membri, jiġifieri r-Repubblika tal-Litwanja (Kawża C‑541/20), ir-Repubblika tal-Bulgarija (Kawża C‑543/20), ir-Rumanija (Kawża C‑546/20), l-Ungerija (Kawża C‑551/20) u r-Repubblika tal-Polonja (Kawża C‑553/20) jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tannulla diversi dispożizzjonijiet tar-Regolament 2020/1054 jew, sussidjarjament, dan ir-regolament fl-intier tiegħu. Ir-rikorsi tagħhom jirrigwardaw erba’ dispożizzjonijiet tal-imsemmi regolament.

    90.      L-ewwel, ir-rikorsi tar-Repubblika tal-Bulgarija, tar-Rumanija u tal-Ungerija jirrigwardaw il-punt 6(c) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054, li emenda l-Artikolu 8(8) tar-Regolament Nru 561/2006. Din id-dispożizzjoni tipprojbixxi lix-xufiera milli jieħdu l-perijodi ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa tagħhom u kwalunkwe perijodu ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa ta’ iktar minn 45 siegħa fil-vettura (iktar ’il quddiem il-“projbizzjoni tal-mistrieħ regolari ta’ kull ġimgħa fil-kabina”).

    91.      It-tieni, ir-rikorsi tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika tal-Bulgarija, tar-Rumanija u tar-Repubblika tal-Polonja jirreferu għall-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054, li introduċa paragrafu 8a ġdid fl-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 561/2006. Din id-dispożizzjoni tipprevedi l-obbligu għall-impriżi tat-trasport bit-triq li jorganizzaw ix-xogħol tax-xufiera b’tali mod li x-xufiera jkunu jistgħu jirritornaw, normalment, kull erba’ ġimgħat, fiċ-ċentru operazzjonali tal-persuna li timpjegahom fejn ix-xufier ikun normalment ibbażat, li jkun jinsab fl-Istat Membru ta’ stabbiliment tal-persuna li timpjegahom, sabiex iqattgħu hemmhekk il-perijodu ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa tagħhom jew jirritornaw lejn il-post ta’ residenza tagħhom (iktar ’il quddiem l-“obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera”).

    92.      It-tielet, ir-rikors ippreżentat mill-Ungerija jirrigwarda wkoll il-punt 2 tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1054, li mexxa ’l quddiem id-data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligu li jiġu installati takografi intelliġenti tat-tieni ġenerazzjoni (iktar ’il quddiem it-“takografi V2”).

    93.      Ir-raba’, ir-rikors tar-Repubblika tal-Litwanja jirrigwarda wkoll l-Artikolu 3 tar-Regolament 2020/1054. Din id-dispożizzjoni tistabbilixxi d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament għall-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu (jiġifieri l‑20 ta’ Awwissu 2020), mingħajr ma tipprevedi perijodu tranżitorju għad-dħul fis-seħħ tal-projbizzjoni tal-mistrieħ regolari ta’ kull ġimgħa fil-kabina u għall-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera.

    94.      Ser nibda l-analiżi tiegħi billi neżamina l-motivi mqajma kontra d-dispożizzjoni tar-Regolament 2020/1054 dwar l-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera. Imbagħad ser nanalizza l-motivi mqajma kontra d-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan ir-regolament.

    1.      Fuq ilmotivi li jikkonċernaw lobbligu dwar irritorn taxxufiera

    95.      Ir-Repubblika tal-Litwanja (Kawża C‑541/20), ir-Repubblika tal-Bulgarija (Kawża C‑543/20), ir-Rumanija (Kawża C‑546/20) u r-Repubblika tal-Polonja (Kawża C‑553/20) jikkontestaw il-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 li jipprevedi l-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera. Dawn l-erba’ Stati Membri jqajmu diversi motivi kontra din id-dispożizzjoni.

    96.      Qabel ma nanalizza dawn id-diversi motivi, għandha tiġi eżaminata l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kunsill fil-Kawża C‑543/20.

    a)      Fuq lammissibbiltà tarrikors filKawża C543/20 fir-rigward talpunt 6(d) tal-Artikolu 1 tarRegolament 2020/1054 

    1)      Largumenti talpartijiet

    97.      Fil-Kawża C‑543/20, il-Kunsill iqajjem eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà fir-rigward tar-rikors ippreżentat mir-Repubblika tal-Bulgarija sa fejn dan jikkonċerna l-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054. Skont il-Kunsill, fil-fatt, ir-rikors ta’ dan l-Istat Membru ma huwiex intiż li jikkontesta l-validità tal-imsemmija dispożizzjoni, iżda jipprova jiċċara l-interpretazzjoni eżatta tagħha. Barra minn hekk, l-imsemmi Stat Membru jafferma li, jekk id-dispożizzjoni inkwistjoni għandha tiġi interpretata b’ċertu mod, ma jkunx hemm lok li l-Qorti tal-Ġustizzja teżamina l-motivi li jikkontestaw din id-dispożizzjoni. Ir-Repubblika tal-Bulgarija tuża l-pożizzjoni privileġġata tagħha bis-saħħa tal-Artikolu 263 TFUE sabiex tikkontesta atti bl-għan biss li tiġi ċċarata t-tifsira tagħhom, ħaġa li tmur kontra r-ratio legis ta’ din id-dispożizzjoni. Kif iddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tal-Artikolu 267 TFUE, l-Artikolu 263 TFUE lanqas ma għandu jintuża sabiex jitqajmu kwistjonijiet ipotetiċi.

    98.      Ir-Repubblika tal-Bulgarija tqis li l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kunsill għandha tiġi miċħuda.

    2)      Analiżi

    99.      Qabelxejn, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, l-għan tar-rikors għal annullament previst fl-Artikolu 263 TFUE huwa li tiġi żgurata l-osservanza tad-dritt fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tat-Trattat (79).

    100. Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikolu 21 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u mal-Artikolu 120(c) tar-Regoli tal-Proċedura, kull rikors promotur għandu jindika s-suġġett tal-kawża, il-motivi u l-argumenti invokati kif ukoll espożizzjoni fil-qosor tal-motivi. Mill-ġurisprudenza jirriżulta li din l-indikazzjoni għandha tkun ċara u preċiża biżżejjed sabiex tippermetti lill-konvenut jipprepara d-difiża tiegħu u lill-Qorti tal-Ġustizzja teżerċita l-istħarriġ tagħha, li l-punti essenzjali ta’ fatt u ta’ liġi li fuqhom ikun ibbażat rikors għandhom jirriżultaw b’mod koerenti u li jinftiehem mit-test tar-rikors innifsu u li t-talbiet ta’ dan tal-aħħar għandhom jiġu fformulati b’mod inekwivoku (80).

    101. F’dan il-każ, mit-talbiet u mit-test tar-rikors jirriżulta b’mod espliċitu li, permezz tar-rikors tagħha fil-Kawża C‑543/20, ir-Repubblika tal-Bulgarija titlob, b’mod partikolari, l-annullament tal-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 jew, sussidjarjament, l-annullament tal-imsemmi regolament fl-intier tiegħu. Dan l-Istat Membru jqajjem diversi motivi insostenn tat-talba tiegħu għal annullament.

    102. Madankollu, kif jenfasizza l-Kunsill, f’parti preliminari tar-rikors tagħha, ir-Repubblika tal-Bulgarija tressaq żewġ interpretazzjonijiet possibbli tad-dispożizzjoni inkwistjoni. Fil-fatt, l-imsemmi Stat Membru jsostni, minn naħa, li, kieku l-Qorti tal-Ġustizzja kellha tiddeċiedi li l-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 għandu jiġi interpretat fis-sens li x-xufiera huma obbligati jirritornaw fil-post ta’ residenza tagħhom jew fiċ-ċentru operazzjonali tal-persuna li timpjega fejn ix-xufiera jkunu normalment ibbażati, li jkun jinsab fl-Istat Membru ta’ stabbiliment tal-persuna li timpjegahom, allura din id-dispożizzjoni tikser il-libertajiet fundamentali tagħhom previsti fit-Trattat FUE, kif ukoll diversi prinċipji tad-dritt tal-Unjoni. Min-naħa l-oħra, ir-Repubblika tal-Bulgarija ssostni li, kieku l-Qorti tal-Ġustizzja kellha, minflok, tiddeċiedi li l-imsemmija dispożizzjoni ma toħloqx obbligu għax-xufiera li jirritornaw fl-imsemmija żewġ postijiet u li għalhekk dawn huma liberi li jagħżlu li jqattgħu l-perijodu ta’ mistrieħ tagħhom fejn iridu huma, ma jkunx hemm lok li jiġu eżaminati l-motivi bbażati fuq l-imsemmi ksur.

    103. F’dawn iċ-ċirkustanzi, inqis li, kif jirriżulta b’mod espliċitu mit-talbiet imressqa mir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-rikors ippreżentat minn dan l-Istat Membru huwa intiż sabiex jikkontesta l-legalità tal-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 fuq il-bażi tal-Artikolu 263 TFUE.

    104. Barra minn hekk, minn qari tar-rikors, fil-fehma tiegħi, ma hemmx dubju li r-Repubblika tal-Bulgarija tindika b’mod ċar u preċiż il-motivi u l-argumenti li hija tinvoka insostenn ta’ din it-talba għal annullament, kif ukoll l-espożizzjoni fil-qosor tal-motivi invokati għal dan l-għan. Minn dan isegwi li, fil-fehma tiegħi, ir-rekwiżiti previsti fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 120(c) tar-Regoli tal-Proċedura huma osservati.

    105. Is-sempliċi fatt li, f’dan il-kuntest, l-imsemmi Stat Membru jfittex li jiċċara l-interpretazzjoni tal-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 ma jistax, fil-fehma tiegħi, iwassal sabiex ir-rikors jiġi ddikjarat inammissibbli. Fil-fatt, f’konformità mal-għan tar-rikors għal annullament imsemmi fil-punt 2 ta’ dawn il-konklużjonijiet, l-istħarriġ tal-legalità skont l-Artikolu 263 TFUE neċessarjament jimplika li l-qorti tal-Unjoni, fl-eżerċizzju tal-kompetenza ta’ interpretazzjoni tagħha (81), tinterpreta d-dispożizzjonijiet li ntalab l-annullament tagħhom u possibbilment tiċċara l-portata tagħhom.

    106. Għalhekk, għall-kuntrarju ta’ dak li jippreżupponi l-argument tal-Kunsill, id-determinazzjoni tal-portata preċiża tal-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera, kif previst fil-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054, ma tikkonċernax l-ammissibbiltà tar-rikors, iżda pjuttost il-fondatezza tiegħu.

    107. Fil-fehma tiegħi, minn dawn il-kunsiderazzjonijiet isegwi li r-rikors ippreżentat mir-Repubblika tal-Bulgarija fil-Kawża C‑543/20 fir-rigward tal-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 għandu jitqies li huwa ammissibbli.

    108. Madankollu, mill-affermazzjoni li tinsab fir-rikors ippreżentat mill-imsemmi Stat Membru, imsemmija fil-punt 102 iktar ’il fuq, jirriżulta li kieku l-Qorti tal-Ġustizzja kellha tadotta interpretazzjoni tal-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 fis-sens li din id-dispożizzjoni ma toħloqx obbligu għax-xufiera li jirritornaw fil-post ta’ residenza tagħhom jew fiċ-ċentru operazzjonali fejn ix-xufiera jkunu normalment ibbażati, li jkun jinsab fl-Istat Membru ta’ stabbiliment tal-persuna li timpjegahom, ma jibqax iktar neċessarju li jiġu analizzati fil-mertu l-motivi invokati mir-Repubblika tal-Bulgarija fir-rigward ta’ din id-dispożizzjoni.

    109. F’dawn iċ-ċirkustanzi, inqis li qabelxejn għandhom jiġu analizzati l-motivi invokati minn ċerti Stati Membri bbażati fuq il-fatt li l-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 jikser il-prinċipju ta’ ċertezza legali. Fil-fatt, din l-analiżi ser tippermetti li tiġi ddeterminata l-portata preċiża tal-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera, kif previst f’din id-dispożizzjoni.

    b)      Fuq ksur talprinċipju ta’ ċertezza legali

    1)      Largumenti talpartijiet

    110. Fir-rikorsi tagħhom, ir-Repubblika tal-Litwanja (Kawża C‑541/20), ir-Repubblika tal-Bulgarija (Kawża C‑543/20) u r-Repubblika tal-Polonja (Kawża C‑553/20) isostnu li l-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 ma josservax ir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-prinċipju ta’ ċertezza legali.

    111. Ir-Repubblika tal-Litwanja (82) ssostni li l-leġiżlatur ma speċifikax kif id-dispożizzjoni li tipprevedi l-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera għandha tiġi applikata fil-prattika. Għalhekk, la l-modalitajiet tar-ritorn tax-xufier, bħalma huma l-ispejjeż u l-prova tar-ritorn, u lanqas dawk ta’ rifjut ta’ ritorn u l-konsegwenzi tiegħu f’termini ta’ sanzjonijiet għall-persuna li timpjega u, jekk ikun il-każ, għall-ħaddiem ma huma ppreċiżati. Bl-istess mod, l-espressjoni “post ta’ residenza” tax-xufier ma hijiex iddefinita b’mod ċar. B’mod partikolari, ma huwiex ċar jekk xufier minn pajjiż terz għandux jirritorna lejn dan il-pajjiż jew lejn il-post ta’ residenza temporanju fl-Istat Membru kkonċernat u, b’mod iktar ġenerali, ma huwiex ċert jekk din l-espressjoni tirreferix għall-Istat Membru kkonċernat jew għal indirizz preċiż tal-post ta’ residenza. Dawn l-inċertezzi kollha jagħmlu l-applikazzjoni uniformi tar-Regolament 2020/1054 impossibbli.

    112. Ir-Repubblika tal-Bulgarija ssostni li hemm nuqqas ta’ ċarezza fundamentali fir-rigward tal-interpretazzjoni eżatta tal-imsemmija dispożizzjoni u tal-obbligi imposti fuq ix-xufiera u l-operaturi tat-trasport. Għalhekk, ma huwiex ċar: fl-ewwel lok, jekk l-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera jibqax limitat għaż-żewġ postijiet indikati fl-istess dispożizzjoni (jiġifieri ċ-ċentru operazzjonali tal-impriża jew il-post ta’ residenza tax-xufier) jew jekk ix-xufiera jistgħux jagħżlu post ieħor; fit-tieni lok, jekk dan l-obbligu huwiex impost fuq ix-xufiera jew fuq l-operaturi tat-trasport, u, fit-tielet lok, f’dan l-aħħar każ, jekk dan huwiex obbligu f’termini ta’ mezzi jew ta’ riżultat. L-interpretazzjoni tad-dispożizzjoni inkwistjoni proposta mill-Kunsill u mill-Parlament fis-sottomissjonijiet bil-miktub tagħhom tikkontradixxi l-pożizzjonijiet espressi f’dokumenti preċedenti, kemm minn dawn l-istituzzjonijiet kif ukoll mill-Kummissjoni. In-nuqqas ta’ ċertezza legali huwa barra minn hekk ipprovat mill-interpretazzjoni tal-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 magħmula fil-livell nazzjonali. Għalhekk, minn rapport tal-pulizija Belġjana jirriżulta li ġew imposti sanzjonijiet għas-sempliċi raġuni li xufier ma kienx irritorna wara 13-il ġimgħa, mingħajr ma ġie evalwat jekk kienx għażel li jqatta’ l-perijodu ta’ mistrieħ tiegħu xi mkien ieħor (83).

    113. Ir-Repubblika tal-Polonja ssostni, fl-ewwel lok, li n-natura stess tal-obbligu impost fuq l-operatur tat-trasport previst fil-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 ma hijiex iddefinita b’mod ċar. Ma huwiex ċar jekk l-impriża hijiex obbligata biss li tipprovdi lix-xufier mezz ta’ trasport sabiex huwa jkun jista’ jqatta’ l-perijodu ta’ mistrieħ tiegħu f’wieħed mill-postijiet indikati jew jekk – kif tidher li tissuġġerixxi l-premessa 14 ta’ dan ir-regolament – din l-impriża għandhiex tiżgura li x-xufier fil-fatt imur f’wieħed minn dawn il-postijiet. F’dan l-aħħar każ, ma huwiex ċar b’liema mod l-operatur tat-trasport għandu jobbliga lix-xufier jirrikorri għall-possibbiltà ta’ ritorn li joffrilu, u lanqas liema vettura għandha tintuża għal dan l-għan. Għalhekk, din id-dispożizzjoni tirriskja li timponi fuq l-operaturi tat-trasport obbligi li huma ma jkunux f’pożizzjoni li jwettqu mingħajr ma jiksru l-libertà individwali tal-ħaddiema.

    114. Fit-tieni lok, skont ir-Repubblika tal-Polonja, il-kwistjoni dwar jekk ir-ritorn lejn il-post ta’ residenza għandux ikun ippreċedut mir-ritorn lejn iċ-ċentru operazzjonali tqajjem dubji. Ma huwiex ċar jekk, billi tippermetti lix-xufiera jirritornaw direttament lejn il-post ta’ residenza tagħhom, l-impriża tkunx qiegħda tissodisfa l-obbligu li tiggarantilhom perijodu ta’ mistrieħ, peress li x-xufiera “jibd[ew i]l-perijodu ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa” tagħhom fiċ-ċentru operazzjonali.

    115. Fit-tielet lok, skont ir-Repubblika tal-Polonja, it-tielet subparagrafu tad-dispożizzjoni inkwistjoni wkoll iqajjem dubji. Għalhekk, ma huwiex ċar jekk it-takografu li r-reġistrazzjonijiet tiegħu jikkostitwixxu l-provi meħtieġa minn din id-dispożizzjoni huwiex dak tal-vettura li permezz tagħha x-xufier jirritorna lejn iċ-ċentru operazzjonali jew lejn il-post ta’ residenza tiegħu jew dak tal-vettura ġeneralment użata mix-xufier. Id-dispożizzjoni kkontestata ma tippreċiżax il-perijodu ta’ żamma tad-dokumenti li, skont il-premessa 14 tar-Regolament 2020/1054, l-impriża tista’ tuża sabiex turi l-osservanza tal-obbligu. Ir-Repubblika tal-Polonja tqis li n-nuqqas ta’ preċiżjoni fir-rigward tad-dispożizzjoni li tinsab f’dan is-subparagrafu jimpedixxi l-implimentazzjoni tagħha. Ir-regolamenti għandhom jiddeterminaw bi preċiżjoni suffiċjenti l-kontenut tal-miżuri nazzjonali ta’ implimentazzjoni. Dan ma huwiex il-każ hawnhekk, peress li d-dispożizzjoni inkwistjoni tistabbilixxi marġni ta’ evalwazzjoni wiesa’ wisq għall-awtoritajiet nazzjonali. Il-kjarifiki magħmula dwar id-dispożizzjonijiet tar-Regolament 2020/1054 minn dawn l-awtoritajiet ser iwasslu għal applikazzjonijiet diverġenti, li jenfasizzaw l-istat ta’ inċertezza legali, li jmur kontra l-għan ta’ dan ir-regolament li tissaħħaħ iċ-ċertezza legali fir-rigward tal-obbligi tal-operaturi tat-trasport sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi fis-suq intern.

    116. Il-Kunsill u l-Parlament, kif ukoll l-intervenjenti insostenn tagħhom, jitolbu li dawn il-motivi kollha jiġu miċħuda.

    2)      Analiżi

    117. Skont ġurisprudenza stabbilita, il-prinċipju ta’ ċertezza legali jeżiġi, minn naħa, li d-dispożizzjonijiet legali jkunu ċari u preċiżi u, min-naħa l-oħra, li l-applikazzjoni tagħhom tkun prevedibbli għall-persuni suġġetti għalihom, b’mod partikolari meta dawn jista’ jkollhom konsegwenzi sfavorevoli. L-imsemmi prinċipju jeżiġi b’mod partikolari li leġiżlazzjoni għandha tippermetti lill-persuni kkonċernati jkunu jafu b’ċertezza l-portata tal-obbligi li hija timponi fuqhom u li jkunu jistgħu jsiru jafu d-drittijiet u l-obbligi tagħhom mingħajr ambigwità u li jaġixxu fid-dawl tagħhom (84), b’mod partikolari meta dawn jista’ jkollhom konsegwenzi sfavorevoli fuq l-individwi u l-impriżi (85).

    118. Madankollu, ir-rekwiżiti ta’ ċertezza legali ma jistgħux jinftiehmu bħala li jipprekludu lil-leġiżlatur tal-Unjoni, fil-kuntest ta’ regola li jadotta, milli juża kunċett ġuridiku astratt, u lanqas bħala li jimponu li tali regola astratta ssemmi d-diversi ipoteżijiet konkreti li fihom tista’ tiġi applikata din ir-regola, sa fejn dawn l-ipoteżijiet kollha ma jkunux jistgħu jiġu ddeterminati minn qabel mil-leġiżlatur (86).

    119. Barra minn hekk, ma huwiex neċessarju li att leġiżlattiv jipprovdi huwa stess preċiżazzjonijiet ta’ natura teknika, peress li l-leġiżlatur tal-Unjoni jista’ juża qafas ġuridiku ġenerali li, jekk ikun meħtieġ, għandu jiġi ppreċiżat sussegwentement (87).

    120. Konsegwentement, il-fatt li att leġiżlattiv jagħti setgħa ta’ evalwazzjoni lill-awtoritajiet responsabbli għall-implimentazzjoni tiegħu ma jmurx, fih innifsu, kontra r-rekwiżit ta’ prevedibbiltà, sakemm il-portata u l-modalitajiet ta’ eżerċizzju ta’ tali setgħa jkunu ddefiniti b’mod ċar biżżejjed, fid-dawl tal-għan leġittimu inkwistjoni, sabiex ikun hemm protezzjoni adegwata kontra l-arbitrarjetà (88).

    121. F’dan il-każ, fil-kuntest ta’ rikorsi bħal dawk f’dawn il-kawżi, l-ebda sitwazzjoni konkreta ma għandha tiġi evalwata u huma biss sitwazzjonijiet ipotetiċi li għandhom jiġu kkunsidrati. F’tali kuntest, b’applikazzjoni tal-ġurisprudenza msemmija fil-punti preċedenti, sabiex tiġi evalwata l-konformità ta’ dispożizzjoni mal-prinċipju ta’ ċertezza legali, għandu, fil-fehma tiegħi, jiġi eżaminat jekk din id-dispożizzjoni hijiex suġġetta għal tali ambigwità li timpedixxi lid-destinatarji tagħha milli jneħħu b’ċertezza suffiċjenti l-eventwali dubji dwar il-portata jew it-tifsira tagħha, b’tali mod li ma jkunux f’pożizzjoni li jiddeterminaw, b’mod inekwivoku, id-drittijiet u l-obbligi tagħhom li jirriżultaw mill-imsemmija dispożizzjoni (89).

    122. Qabelxejn, għandhom jiġu eżaminati l-argumenti bbażati fuq l-allegazzjoni li l-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 ma jippermettix li jinftiehem, minn naħa, jekk l-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera huwiex impost fuq ix-xufiera jew fuq l-operaturi tat-trasport u, min-naħa l-oħra, jekk ix-xufiera humiex liberi li jagħżlu post differenti miċ-ċentru operazzjonali tal-impriża jew mill-post ta’ residenza tagħhom sabiex jibdew il-perijodi ta’ mistrieħ tagħhom.

    123. F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 jipprevedi, fl-ewwel subparagrafu tiegħu, li “[i]mpriżi tat-trasport għandhom jorganizzaw ix-xogħol tax-xufiera b’tali mod li x-xufiera jkunu jistgħu jirritornaw fiċ-ċentru operazzjonali tal-impjegatur fejn ix-xufier ikun normalment ibbażat u fejn jibda l-perijodu ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa tax-xufier, fl-Istat Membru ta’ stabbiliment tal-impjegatur, jew ikunu jistgħu jirritornaw fil-post ta’ residenza tax-xufiera f’kull perijodu ta’ erba’ ġimgħat konsekuttivi, sabiex iqattgħu mill-inqas perijodu regolari wieħed ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa jew perijodu ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa ta’ aktar minn 45 siegħa meħud bħala kumpens għal perijodu mnaqqas ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa.”

    124. Barra minn hekk, f’konformità mat-tieni subparagrafu ta’ din id-dispożizzjoni, moqri flimkien mal-punt 6(a) tal-Artikolu 1 tal-imsemmi regolament, meta xufier ikun ħa żewġ perijodi mnaqqsa konsekuttivi ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa, ix-xufier għandu jkun jista’ jirritorna fit-tielet ġimgħa sabiex jieħu bħala kumpens il-perijodu ta’ mistrieħ regolari ta’ kull ġimgħa ta’ iktar minn 45 siegħa.

    125. Issa, fil-fehma tiegħi, mill-formulazzjoni tal-imsemmija dispożizzjoni jirriżulta b’mod ċar li din ma hijiex indirizzata lix-xufiera, iżda lill-impriżi tat-trasport, billi tobbligahom jorganizzaw ix-xogħol tax-xufiera b’tali mod biex dawn ikollhom il-possibbiltà, skont il-każ, kull tliet ġimgħat jew erba’ ġimgħat, li jibdew il-perijodi regolari ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa tagħhom jew fiċ-ċentru operazzjonali tal-persuna li timpjega, jew fil-post ta’ residenza tax-xufier.

    126. Minn dan isegwi li l-obbligu li jirriżulta mid-dispożizzjoni inkwistjoni jaqa’ mingħajr dubju fuq l-operaturi tat-trasport. Dan huwa obbligu ta’ organizzazzjoni, fis-sens li l-operatur tat-trasport huwa obbligat jorganizza r-ritorn tax-xufier lejn wieħed miż-żewġ postijiet indikati, jiġifieri ċ-ċentru operazzjonali tal-impriża jew il-post ta’ residenza tax-xufier. Barra minn hekk, mill-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni jirriżulta li l-obbligu impost fuq l-impriża tat-trasport huwa limitat għall-organizzazzjoni tar-ritorn lejn wieħed minn dawn iż-żewġ postijiet u għalhekk ma jestendix għal postijiet oħra.

    127. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-obbligu impost fuq l-operatur tat-trasport permezz tad-dispożizzjoni inkwistjoni ma għandu l-ebda effett fuq il-libertà tax-xufier li jagħżel il-post li fih huwa jkun beħsiebu jibda u jqatta’ l-perijodu ta’ mistrieħ tiegħu. Skont il-kontenut ta’ din id-dispożizzjoni, ix-xufier għandu jkollu l-possibbiltà li jibda l-perijodu regolari ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa tiegħu f’wieħed minn dawn iż-żewġ postijiet, iżda ċertament ma huwiex obbligat li jagħmel dan. Ix-xufiera huma għalhekk liberi li jibdew u li jqattgħu l-perijodu regolari ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa tagħhom fil-post fejn jixtiequ jagħmlu dan, iżda dan ma jaffettwax l-obbligu tal-organizzazzjoni impost fuq l-impriża tat-trasport.

    128. Barra minn hekk, il-portata tad-dispożizzjoni inkwistjoni kif deskritta fiż-żewġ punti preċedenti ma tirriżultax biss b’mod espliċitu mill-formulazzjoni tagħha, iżda hija kkonfermata mill-premessa 14 tar-Regolament 2020/1054. Fil-fatt, minn din il-premessa jirriżulta b’mod espliċitu, minn naħa, li huma “l-impriżi tat-trasport [li] jorganizzaw” ix-xogħol tax-xufier u li għandhom “obbligi […] rigward l-organizzazzjoni tar-ritorn regolari”. Din il-premessa tikkonferma għalhekk li l-imsemmi obbligu huwa impost fuq l-operatur tat-trasport. Min-naħa l-oħra, mill-imsemmija premessa jirriżulta li “[j]enħtieġ li l-organizzazzjoni tar-ritorn tippermetti l-wasla f’ċentru operazzjonali tal-impriża tat-trasport fl-Istat Membru ta’ stabbiliment tagħha jew il-post ta’ residenza tax-xufier, u li s-xufiera jkunu liberi li jagħżlu fejn iqattgħu l-perijodu ta’ mistrieħ tagħhom” (90). L-użu tat-terminu “tippermetti” jikkonferma wkoll li l-imsemmija dispożizzjoni tipprevedi biss possibbiltà u mhux obbligu għax-xufiera.

    129. Il-kunsiderazzjonijiet preċedenti jippermettu wkoll li tingħata tweġiba għall-argumenti mressqa mill-Istati Membri fir-rigward tal-allegat nuqqas ta’ ċarezza fir-rigward tan-natura tal-obbligu. Fil-fatt, minn naħa, bi tweġiba għad-dubji mqajma mir-Repubblika tal-Bulgarija, mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera huwa obbligu ta’ riżultat fir-rigward tal-organizzazzjoni tar-ritorn tax-xufier, iżda mhux fir-rigward tar-ritorn fih innifsu, peress li x-xufier jibqa’ liberu li jagħżel li ma jirritornax f’wieħed miż-żewġ postijiet indikati u li jibda l-perijodu ta’ mistrieħ tiegħu fejn jixtieq jagħmel dan.

    130. Min-naħa l-oħra, bi tweġiba għall-ewwel ilment tar-Repubblika tal-Polonja, minn dawn il-kunsiderazzjonijiet jirriżulta li l-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 bl-ebda mod ma jimponi fuq l-operaturi tat-trasport l-obbligu li jġiegħlu lix-xufier jirrikorri għall-possibbiltà ta’ ritorn offruta lilu u għalhekk ma jimponix obbligi li dawn l-operaturi ma jkunux f’pożizzjoni li jwettqu mingħajr ma jiksru d-dritt fundamentali tax-xufiera għal-libertà individwali.

    131. Mill-imsemmija kunsiderazzjonijiet jirriżulta wkoll li, għall-kuntrarju ta’ dak li tipprevedi r-Repubblika tal-Litwanja, ma jistax ikun hemm sanzjonijiet fuq ix-xufier fil-każ li dan jirrifjuta li jirritorna. Lanqas ma jista’ jkun hemm sanzjonijiet fuq l-operatur tat-trasport fil-każ li x-xufier ma jirritornax, jekk l-imsemmi operatur ikun issodisfa l-obbligu ta’ organizzazzjoni impost fuqu.

    132. Barra minn hekk, kif jirrilevaw kemm ir-Repubblika tal-Litwanja kif ukoll ir-Repubblika tal-Polonja, il-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 la jispeċifika l-modalitajiet ta’ ritorn tax-xufier, u lanqas il-mezz ta’ trasport li x-xufier għandu juża għar-ritorn. Madankollu, din l-għażla tal-leġiżlatur ma toħloqx inċertezza legali, iżda hija intiża sabiex tħalli lill-operaturi tat-trasport il-flessibbiltà neċessarja sabiex jorganizzaw ir-ritorn tax-xufier bl-iktar mod raġonevoli f’termini ta’ spejjeż fid-dawl tal-bżonnijiet tal-impriża u tal-modalitajiet organizzattivi tagħha.

    133. Permezz tat-tieni lment tagħha, ir-Repubblika tal-Polonja ssostni wkoll li ma huwiex ċar jekk ir-ritorn lejn il-post ta’ residenza għandux ikun ippreċedut minn ritorn lejn iċ-ċentru operazzjonali. F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, skont il-kontenut tal-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054, huwa possibbli li l-persuna li timpjega tissodisfa l-obbligu tagħha ta’ ritorn tax-xufier billi titlob lix-xufier jirritorna lejn iċ-ċentru operazzjonali tagħha fl-Istat Membru ta’ stabbiliment. Fil-kuntest tal-kuntratt tax-xogħol, l-impriża tat-trasport, bħala l-persuna li timpjega, dejjem tista’ tobbliga lix-xufier jirritorna lejn iċ-ċentru operazzjonali matul il-ħin tax-xogħol tiegħu (91), qabel ma dan jibda l-perijodu ta’ mistrieħ tiegħu.

    134. F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat, l-ewwel, li r-relazzjoni ta’ subordinazzjoni bejn l-operatur tat-trasport u x-xufier hija rregolata mid-dritt nazzjonali tax-xogħol applikabbli għall-imsemmi kuntratt ta’ xogħol. Huwa għalhekk f’konformità ma’ dan id-dritt li għandhom jiġu ddeterminati l-modalitajiet ta’ subordinazzjoni. It-tieni, ir-Regolament 2020/1054 ma jipprojbixxix lill-persuna li timpjega milli tobbliga lix-xufier jirritorna lejn iċ-ċentru operazzjonali sakemm tali obbligu jiġi impost matul il-ħin tax-xogħol u ma jaffettwax il-perijodi ta’ mistrieħ tax-xufier. Madankollu, dan l-obbligu huwa bla ħsara għad-dritt tax-xufier li jagħżel il-post fejn jixtieq iqatta’ l-perijodu ta’ mistrieħ tiegħu. It-tielet, il-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 ma jimponix fuq l-operatur tat-trasport l-obbligu li jġiegħel lix-xufier jirritorna lejn iċ-ċentru operazzjonali sabiex ikun jista’ jissodisfa l-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera. L-imsemmija dispożizzjoni tuża l-kelma “jew” u mhux il-kelma “u”. Din tħalli lill-operatur tat-trasport ċerta flessibbiltà fir-rigward tal-għażla ta’ waħda jew l-oħra mid-destinazzjonijiet imsemmija hawnhekk.

    135. Fir-rigward tal-ilment tar-Repubblika tal-Litwanja li l-espressjoni post ta’ residenza ma hijiex iddefinita b’mod ċar, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li skont ġurisprudenza stabbilita l-post ta’ residenza jikkorrispondi għall-post fejn jinsab iċ-ċentru abitwali tal-interessi tal-persuna kkonċernata (92). Minn din id-definizzjoni jirriżulta li l-kunċett ta’ “residenza” jirreferi għal post speċifiku u ma jkoprix it-territorju ta’ Stat Membru fl-intier tiegħu, kif iqis dan l-Istat Membru. Fir-rigward tas-sitwazzjoni speċifika tax-xufiera minn pajjiżi terzi, fid-dawl tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 118 iktar ’il fuq u tal-kunsiderazzjonijiet żviluppati fil-punti 142 u 143 iktar ’il quddiem, ma jistax jiġi sostnut li l-fatt li d-dispożizzjoni inkwistjoni ma tirregolax din is-sitwazzjoni jimplika ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali. Din is-sitwazzjoni tista’ tiġi rregolata fil-livell nazzjonali. Fi kwalunkwe każ, ma jidhirx li huwa raġonevoli li l-obbligu ta’ ritorn impost fuq l-operaturi tat-trasport jiġi estiż sal-punt li jiġi impost fuqhom ir-ritorn barra mill-Unjoni. F’dan ir-rigward, infakkar li, kif enfasizzajt fil-punt preċedenti, l-impriża tat-trasport għandha għażla bejn iż-żewġ postijiet indikati fid-dispożizzjoni inkwistjoni, b’tali mod li jekk ir-ritorn lejn il-post ta’ residenza jidher li ma huwiex ekonomikament vijabbli, l-imsemmija impriża dejjem tista’ tissodisfa l-obbligu tagħha billi torganizza r-ritorn lejn iċ-ċentru operazzjonali.

    136. Fit-tielet ilment tagħha, ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li hemm nuqqas ta’ ċarezza fit-tielet subparagrafu tal-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 dwar il-mod kif l-operaturi tat-trasport għandhom juru li ssodisfaw l-obbligu tagħhom dwar ir-ritorn tax-xufiera previst fis-subparagrafi preċedenti.

    137. F’dan ir-rigward, infakkar li t-tielet subparagrafu tal-imsemmija dispożizzjoni jipprovdi li “[l]-impriża għandha tiddokumenta kif tissodisfa dak l-obbligu u għandha żżomm id-dokumentazzjoni fil-bini tagħha sabiex tippreżentaha fuq talba tal-awtoritajiet ta’ kontroll”.

    138. Dwar dan il-punt, il-premessa 14 tar-Regolament 2020/1054 tispeċifika li, “[s]abiex jintwera li l- impriża tat-trasport tissodisfa l-obbligi tagħha rigward l-organizzazzjoni tar-ritorn regolari, l-impriża tat-trasport jenħtieġ li tkun tista’ tuża rekords tat-takografu, rosters tax-xogħol tax-xufiera jew dokumentazzjoni oħra. Tali evidenza jenħtieġ li tkun disponibbli fil-bini tal-impriża tat-trasport biex tiġi ppreżentata jekk mitluba mill-awtoritajiet ta’ kontroll”.

    139. Ir-Repubblika tal-Polonja ssostni, essenzjalment, li n-nuqqas ta’ preċiżjoni fir-rigward tad-dispożizzjoni f’dan it-tielet subparagrafu jimpedixxi lill-impriżi tat-trasport milli jimplimentawha. L-imsemmi Stat Membru jenfasizza b’mod partikolari dubji dwar ir-reġistrazzjonijiet tat-takografu li jistgħu jintużaw sabiex tiġi ddokumentata l-osservanza tal-obbligu ta’ ritorn tax-xufier, kif ukoll in-nuqqas ta’ determinazzjoni tat-tul ta’ żmien taż-żamma tad-dokumenti li jistgħu jipprovaw l-imsemmija osservanza.

    140. Madankollu, mill-qari tad-dispożizzjoni kkontestata, interpretata fid-dawl tal-parti rilevanti tal-premessa 14 tar-Regolament 2020/1054, jirriżulta li l-leġiżlatur tal-Unjoni ried joffri lill-operaturi tat-trasport marġni ta’ flessibbiltà billi jagħtihom il-possibbiltà li jagħtu prova tal-osservanza tal-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera billi jużaw kwalunkwe dokumentazzjoni rilevanti għal dan l-għan. Din il-flessibbiltà dwar kif għandha tingħata prova tal-osservanza tal-imsemmi obbligu hija barra minn hekk konsistenti mal-flessibbiltà li, kif jirriżulta mill-punt 132 iktar ’il fuq, il-leġiżlatur tal-Unjoni offra lill-operaturi tat-trasport fir-rigward tal-organizzazzjoni tar-ritorn tax-xufier bl-iktar mod raġonevoli f’termini ekonomiċi u organizzattivi.

    141. F’dan ir-rigward, il-fatt li t-tielet subparagrafu tal-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 ma jippreċiżax il-mod kif l-operaturi tat-trasport għandhom juru li jissodisfaw l-obbligu tagħhom dwar ir-ritorn tax-xufiera ma jfissirx li din id-dispożizzjoni tikser il-prinċipju ta’ ċertezza legali.

    142. Fil-fatt, l-ewwel, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza msemmija fil-punti 118 sa 120 iktar ’il fuq, ir-rekwiżiti tal-prinċipju ta’ ċertezza legali ma jistgħux jinftiehmu bħala li jimponu li regola għandha ssemmi dejjem id-diversi ipoteżijiet konkreti li fihom hija tista’ tiġi applikata, sa fejn dawn l-ipoteżijiet ma jistgħux jiġu kollha ddeterminati minn qabel mil-leġiżlatur. Dispożizzjoni bħal dik tat-tielet subparagrafu tal-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 li tapplika għal bosta sitwazzjonijiet differenti ma tistax, u lanqas ma għandha, tispeċifika fid-dettall is-sitwazzjonijiet kollha li tapplika fihom.

    143. It-tieni, mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri għall-applikazzjoni ta’ regolament anki jekk dan ma jawtorizzahomx espressament, jekk ma jostakolawx l-applikabbiltà diretta tiegħu, kemm-il darba ma jaħbux in-natura tiegħu ta’ att ta’ dritt tal-Unjoni u kemm-il darba jispeċifikaw l-eżerċizzju tal-marġni ta’ evalwazzjoni mogħti lilhom minn dan ir-regolament filwaqt li jibqgħu fil-parametri tad-dispożizzjonijiet tiegħu (93). Minn dan isegwi li, f’dawn il-limiti, l-Istati Membri, jekk iqisu li jkun meħtieġ li jinkorporaw din id-dispożizzjoni u jipprovdu iktar indikazzjonijiet lill-operaturi tat-trasport, jistgħu jagħmlu dan, filwaqt li jirrispettaw madankollu l-flessibbiltà li din tagħtihom dwar kif jistgħu jipprovaw l-osservanza tal-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera.

    144. It-tielet, fin-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni preċiża fil-livell tal-Unjoni jew fil-livell nazzjonali fir-rigward tal-mod kif l-operaturi tat-trasport għandhom juru li jissodisfaw l-obbligu tagħhom dwar ir-ritorn tax-xufiera, huma l-operaturi tat-trasport stess li għandhom jagħżlu, fil-kuntest tal-flessibbiltà offruta mil-leġiżlatur tal-Unjoni, il-metodu affidabbli li jista’ jiżgura l-osservanza tar-rekwiżit ta’ prova li jirriżulta mill-imsemmija dispożizzjoni (94).

    145. Fir-rigward, sussegwentement, tal-argument tar-Repubblika tal-Bulgarija li l-interpretazzjoni proposta mill-Kunsill u mill-Parlament fis-sottomissjonijiet bil-miktub tagħhom quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja hija differenti minn dik li huma pproponew f’atti preċedenti, l-imsemmi Stat Membru jirreferi għal atti intermedjarji adottati minn dawn l-istituzzjonijiet matul il-proċedura leġiżlattiva li l-għan tagħhom huwa biss li jippreparaw l-adozzjoni ta’ att finali mingħajr ma jiffissaw definittivament il-pożizzjoni tal-istituzzjoni inkwistjoni (95) u li għalhekk ma jistgħu joħolqu ebda inċertezza legali. Bl-istess mod, id-dokumenti intitolati “Mistoqsijiet u tweġibiet dwar l-implimentazzjoni tal-Pakkett dwar il-Mobbiltà”, ippubblikati mill-Kummissjoni fuq is-sit internet tad-DĠ “Mobbilità u Trasport” tagħha, li għalih għamlu riferiment kemm ir-Repubblika tal-Bulgarija kif ukoll ir-Repubblika tal-Polonja, ma humiex ta’ natura legalment vinkolanti (96) u ma jistgħux, għalhekk, juru li d-dispożizzjoni kkontestata ma tosservax ir-rekwiżiti ta’ ċertezza legali.

    146. Fl-aħħar, fir-rigward tal-interpretazzjonijiet tad-dispożizzjoni inkwistjoni li saru fil-livell nazzjonali u li ġew invokati mir-Repubblika tal-Litwanja u mir-Repubblika tal-Bulgarija, kif ukoll ir-rapport tal-pulizija Belġjana prodott bħala prova tan-nuqqas ta’ ċertezza legali mir-Repubblika tal-Bulgarija, għandu jiġi rrilevat, minn naħa, li, fin-nuqqas ta’ elementi oħra, l-informazzjoni pprovduta mill-imsemmija Stati Membri u, b’mod partikolari, minn dan l-aħħar dokument ma tippermettix li jiġi stabbilit jekk, fil-każijiet iċċitati, il-multi ġewx imposti abbażi ta’ interpretazzjoni korretta jew żbaljata tal-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054. Min-naħa l-oħra, anki jekk, fil-każijiet iċċitati, il-multi kienu ġew imposti abbażi ta’ interpretazzjoni żbaljata ta’ din id-dispożizzjoni, applikazzjoni possibbilment żbaljata tad-dispożizzjoni inkwistjoni bl-ebda mod ma tista’ turi, fiha nnifisha, nuqqas ta’ ċertezza legali. Fil-fatt, dawn jistgħu jkunu sempliċiment żbalji mwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali fl-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, li jistgħu jiġu rrettifikati bl-użu tar-rimedji disponibbli fis-sistemi legali nazzjonali inkwistjoni.

    147. Minn dak kollu li ntqal iktar ’il fuq, fil-fehma tiegħi, jirriżulta li l-motivi mqajma mir-Repubblika tal-Litwanja, mir-Repubblika tal-Bulgarija u mir-Repubblika tal-Polonja bbażati fuq ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali mill-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 għandhom jiġu miċħuda.

    148. Mill-interpretazzjoni tal-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera, previst fil-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054, mogħtija fil-punti 125 sa 129 iktar ’il fuq, jirriżulta wkoll li, f’konformità ma’ dak li ġie rrilevat fil-punti 102 u 108 iktar ’il fuq, fil-fehma tiegħi, ma huwiex meħtieġ li l-Qorti tal-Ġustizzja tanalizza fil-mertu l-motivi l-oħra invokati mir-Repubblika tal-Bulgarija fir-rigward ta’ din id-dispożizzjoni tar-Regolament 2020/1054.

    149. Bl-istess mod, ir-Repubblika tal-Litwanja, kemm fir-replika tagħha (97) kif ukoll fis-seduta, tidher li llimitat il-portata tar-rikors tagħha kontra l-imsemmija dispożizzjoni għall-każ biss li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li din timponi obbligu fuq ix-xufiera li jirritornaw, li, kif irrilevat fil-punti preċedenti ta’ dawn il-konklużjonijiet, ma huwiex il-każ. F’dawn iċ-ċirkustanzi, inqis li l-Qorti tal-Ġustizzja lanqas ma għandha tanalizza fil-mertu l-motivi l-oħra invokati mir-Repubblika tal-Litwanja fir-rigward ta’ din l-istess dispożizzjoni tar-Regolament 2020/1054.

    150. Konsegwentement, fil-kumplament ta’ dawn il-konklużjonijiet, ser nanalizza l-motivi mqajma minn dawn iż-żewġ Stati Membri kontra d-dispożizzjoni inkwistjoni biss sussidjarjament.

    c)      Fuq ksur tallibertajiet fundamentali ggarantiti mitTrattat FUE 

    1)      Largumenti talpartijiet

    151. Fir-rikorsi tagħhom, ir-Repubblika tal-Litwanja (Kawża C‑541/20), ir-Repubblika tal-Bulgarija (Kawża C‑543/20) u r-Rumanija (Kawża C‑546/20), sostnuti f’dan ir-rigward mir-Repubblika tal-Latvja, isostnu li l-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 jikser diversi libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat FUE.

    152. Fl-ewwel lok, ir-Repubblika tal-Litwanja ssostni li l-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054, sa fejn jimponi r-ritorn obbligatorju tax-xufiera lejn il-post ta’ residenza tagħhom jew lejn iċ-ċentru operazzjonali tal-impriża, mingħajr ma jipprevedi l-possibbiltà għax-xufiera li jagħżlu huma stess fejn iridu jqattgħu l-perijodu ta’ mistrieħ tagħhom, jikser il-moviment liberu tal-ħaddiema previst fl-Artikolu 45 TFUE u d-dritt tax-xufiera li jqattgħu kif jixtiequ huma l-perijodu ta’ mistrieħ tagħhom. Bl-istess mod, ir-Repubblika tal-Litwanja ssostni ksur tal-Artikolu 26 TFUE. Fuq l-istess linja, ir-Repubblika tal-Bulgarija ssostni ksur tal-Artikolu 21(1) TFUE, tal-Artikolu 45 TFUE, kif ukoll tal-Artikolu 45(1) tal-Karta.

    153. Fit-tieni lok, ir-Rumanija, sostnuta f’dan ir-rigward mir-Repubblika tal-Latvja, issostni li l-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 jirrestrinġi b’mod mhux iġġustifikat il-libertà ta’ stabbiliment u għalhekk jikser l-Artikolu 49 TFUE.

    154. Skont ir-Rumanija, din id-dispożizzjoni timponi fuq l-operaturi tat-trasport bit-triq, minn naħa, obbligi amministrattivi ġodda fir-rigward tal-prova tar-ritorn regolari tax-xufiera u, min-naħa l-oħra, żieda fl-ispejjeż u telf ta’ dħul. Fil-fatt, lil hinn mill-ispejjeż addizzjonali li jirriżultaw mill-osservanza tar-rekwiżiti l-ġodda fir-rigward tal-prova, l-operaturi tat-trasport ser ikollhom iġarrbu l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tax-xufiera, kif ukoll tnaqqis fid-dħul fid-dawl tal-perijodi li matulhom ix-xufiera ma jwettqu l-ebda attività li trendi qligħ minħabba r-ritorn tagħhom, li normalment isir mingħajr tagħbija. Peress li l-parti l-kbira tal-operaturi tat-trasport bit-triq huma impriżi żgħar u ta’ daqs medju (iktar ’il quddiem “SMEs”), il-ħtieġa tal-konformità mal-imsemmija dispożizzjoni għandha riperkussjonijiet iktar sinjifikattivi.

    155. Minn dan isegwi li l-ħolqien ta’ impriża fi Stat li jinsab fil-periferija ġeografika tal-Unjoni ser ikun inqas profittabbli mill-ħolqien ta’ impriża fi Stat fl-Ewropa Ċentrali u fl-Ewropa tal-Punent, fid-dawl tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar li jinvolvu eluf ta’ kilometri addizzjonali kull erba’ ġimgħat sabiex jiġi organizzat ir-ritorn mill-pajjiżi fejn id-domanda għat-trasport tkun ikkonċentrata, kif ukoll fid-dawl tal-imsemmija spejjeż amministrattivi addizzjonali u t-telf ta’ dħul imsemmi iktar ’il fuq.

    156. Għalhekk, il-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054, b’mod partikolari sa fejn jagħti lok għal spejjeż li jvarjaw bejn Stat Membru u ieħor, minn naħa, jinkoraġġixxi lill-operaturi tat-trasport stabbiliti fl-Istati Membri fil-periferija ġeografika tal-Unjoni biex jistabbilixxu impriżi sussidjarji jew fergħat, jew saħansitra jirrilokaw l-attività tagħhom, fl-Istati Membri tal-Ewropa Ċentrali u tal-Ewropa tal-Punent. Issa, din ir-rilokazzjoni ma tirriżultax minn għażla reali tal-impriżi. Dawn tal-aħħar ser ikunu, fid-dawl tal-kundizzjonijiet il-ġodda, obbligati jiċċaqalqu. Min-naħa l-oħra, din id-dispożizzjoni għandha effett dissważiv fuq l-operaturi stabbiliti fl-Istati Membri tal-Ewropa Ċentrali u tal-Ewropa tal-Punent fir-rigward tal-ħolqien ta’ kumpanniji fl-Istati Membri fil-periferija ġeografika tal-Unjoni. Għalkemm tapplika mingħajr distinzjoni, l-imsemmija dispożizzjoni b’dan il-mod taffettwa l-aċċess għas-suq għall-impriżi minn Stati Membri oħra.

    157. Fl-argumenti tagħha bbażati fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, ir-Rumanija ssostni wkoll li l-obbligu għall-operaturi tat-trasport li jorganizzaw l-attività tagħhom b’tali mod li l-perijodi ta’ mistrieħ jittieħdu skont ir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 jista’ jwassal għal restrizzjonijiet mhux iġġustifikati fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi.

    158. Il-Kunsill u l-Parlament, kif ukoll l-intervenjenti insostenn tagħhom, jitolbu li dawn il-motivi kollha jiġu miċħuda.

    2)      Analiżi

    159. Qabelxejn, għandu jiġi rrilevat li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-projbizzjoni fuq restrizzjonijiet għal-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat FUE tapplika mhux biss għall-miżuri nazzjonali, iżda wkoll għall-miżuri li jinħarġu mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni (98).

    160. Minn dan isegwi li l-miżura inkwistjoni, jiġifieri l-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera, previst fil-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054, għandha tirrispetta d-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE invokati mill-Istati Membri rikorrenti.

    161. F’dak li jirrigwarda, l-ewwel nett, il-motivi bbażati fuq ksur tal-Artikoli 26 u 45 TFUE mqajma mir-Repubblika tal-Litwanja u l-motivi bbażati fuq ksur tal-Artikolu 21(1) TFUE, tal-Artikolu 45 TFUE, u tal-Artikolu 45(1) tal-Karta mqajma mir-Repubblika tal-Bulgarija, dawn kollha huma bbażati b’mod espliċitu fuq qari tal-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 fis-sens li din id-dispożizzjoni timponi r-ritorn obbligatorju tax-xufiera lejn il-post ta’ residenza tagħhom jew lejn iċ-ċentru operazzjonali tal-impriża, mingħajr ma tipprevedi l-possibbiltà għax-xufiera li jagħżlu huma stess fejn iridu jqattgħu l-perijodu ta’ mistrieħ tagħhom. Issa, mill-punti 125 sa 129 iktar ’il fuq jirriżulta li din ma hijiex il-portata tal-imsemmija dispożizzjoni. Minn dan isegwi li, peress li huma bbażati fuq qari żbaljat tad-dispożizzjoni inkwistjoni, l-imsemmija motivi għandhom jiġu miċħuda kollha kemm huma bħala infondati.

    162. F’dak li jirrigwarda, sussegwentement, il-motiv imqajjem mir-Rumanija bbażat fuq ksur tal-Artikolu 49 TFUE, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, għandhom jitqiesu li huma restrizzjonijiet għal-libertà ta’ stabbiliment il-miżuri kollha li jipprojbixxu, jostakolaw jew jagħmlu inqas attraenti l-eżerċizzju tal-libertà ggarantita fl-Artikolu 49 TFUE (99).

    163. B’mod partikolari, il-kunċett ta’ “restrizzjoni” (jew ostakolu) imur lil hinn mid-diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità u jkopri l-miżuri li, minkejja li japplikaw mingħajr distinzjoni, jaffettwaw l-aċċess għas-suq għall-operaturi ekonomiċi ta’ Stati Membri u b’hekk jostakolaw il-kummerċ intra-Komunitarju (100). Tali restrizzjoni teżisti, b’mod partikolari, jekk l-aċċess għas-suq fl-Istat Membru ospitanti jsir iktar diffiċli minħabba l-miżura inkwistjoni (101) jew jekk l-operaturi ekonomiċi jiġu mċaħħda mill-possibbiltà ta’ aċċess għas-suq ta’ dan l-Istat Membru ospitanti taħt kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni normali u effettivi (102).

    164. Barra minn hekk, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-libertà ta’ stabbiliment hija distinta mil-libertà li jiġu pprovduti servizzi l-ewwel u qabel kollox minħabba l-istabbiltà u l-kontinwità tal-attività inkwistjoni, meta mqabbla ma’ attività ta’ natura temporanja (103).

    165. Il-kunċett ta’ “stabbiliment”, fis-sens tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE dwar il-libertà ta’ stabbiliment, jimplika l-eżerċizzju effettiv ta’ attività ekonomika permezz ta’ installazzjoni stabbli fl-Istat Membru ospitanti għal tul ta’ żmien indeterminat. Konsegwentement, dan jippreżupponi l-istabbiliment reali tal-operatur ikkonċernat f’dan l-Istat Membru u l-eżerċizzju ta’ attività ekonomika effettiva fih (104).

    166. Fl-aħħar nett, skont ġurisprudenza stabbilita sew, restrizzjoni fuq il-libertà ta’ stabbiliment tista’ tiġi aċċettata biss jekk, fl-ewwel lok, tkun iġġustifikata minn raġuni prevalenti ta’ interess ġenerali u, fit-tieni lok, jekk jiġi osservat il-prinċipju ta’ proporzjonalità, li jimplika li din ir-restrizzjoni tkun xierqa sabiex tiggarantixxi, b’mod koerenti u sistematiku, il-kisba tal-għan imfittex u li ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dan l-għan (105).

    167. F’dan il-każ, huwa paċifiku li d-dispożizzjoni li tipprevedi l-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera tapplika mingħajr distinzjoni għal kull impriża tat-trasport li twettaq trasport bit-triq li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 561/2006 (106).

    168. Din id-dispożizzjoni, bħala tali, la tirregola u lanqas tillimita b’xi mod il-libertà tal-operaturi ekonomiċi stabbiliti fi Stat Membru li jistabbilixxu ruħhom fi Stat Membru ieħor, pereżempju billi joħolqu aġenziji jew stabbilimenti oħra f’dan it-territorju.

    169. Id-dritt ta’ stabbiliment, jekk ikun il-każ, permezz tal-ħolqien ta’ sussidjarji, fi kwalunkwe Stat Membru tal-għażla tagħha sabiex torganizza bl-aħjar mod ix-xogħol f’konformità mal-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera huwa għall-kuntrarju ggarantit lil kull impriża tat-trasport mill-Artikolu 49 TFUE li, kif jirriżulta mill-punt 47 iktar ’il fuq, japplika direttament għas-settur tat-trasport bit-triq u ġie implimentat, f’dan is-settur, mir-Regolament Nru 1071/2009.

    170. Barra minn hekk, ir-Rumanija tikkonferma hija stess li din id-dispożizzjoni ma tillimitax il-possibbiltà għall-impriżi tat-trasport ta’ Stat Membru li jistabbilixxu ruħhom fi Stat Membru ieħor meta tallega, bħala parti mill-argumenti tagħha, li dan l-obbligu ser iwassal lill-impriżi tat-trasport stabbiliti fir-Rumanija sabiex joħolqu sussidjarji u fergħat fi Stati Membri oħra.

    171. Madankollu, l-imsemmi Stat Membru jsostni li l-imsemmi obbligu jista’ jimponi fuq l-operaturi tat-trasport spejjeż differenzjati bejn Stat Membru u ieħor li, minn naħa, ser iġiegħlu lill-operaturi tat-trasport stabbiliti fl-Istati Membri fil-periferija tal-Unjoni jirrilokaw lejn l-Istati Membri fl-Ewropa Ċentrali u fl-Ewropa tal-Punent u, min-naħa l-oħra, ser ikollhom effett dissważiv fuq l-operaturi stabbiliti f’dawn l-Istati Membri tal-aħħar sabiex jistabbilixxu ruħhom fl-Istati Membri fil-periferija. Minn dan isegwi li dan l-istess obbligu jagħmilha iktar diffiċli għal dawn l-istabbilimenti biex jaċċessaw is-swieq ta’ Stati Membri oħra.

    172. F’dan ir-rigward, nirrileva li, għalkemm japplika mingħajr distinzjoni għall-impriżi li jwettqu trasport bit-triq fis-sens indikat fil-punt 167 iktar ’il fuq, ma hemmx dubju li l-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera jista’ jkollu impatt ikbar fuq l-impriżi tat-trasport li x-xufiera tagħhom iwettqu għal perijodi twal vjaġġi ’l bogħod mill-post fejn ikunu bbażati jew fejn ikollhom ir-residenza tagħhom.

    173. Madankollu, fil-fehma tiegħi, din il-konstatazzjoni bl-ebda mod ma timplika li d-dispożizzjoni inkwistjoni tikser il-libertà ta’ stabbiliment tagħhom skont l-Artikolu 49 TFUE billi ċċaħħad lil dawn l-impriżi mill-possibbiltà li jaċċessaw is-swieq ta’ Stati Membri oħra taħt kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni normali u effettivi, kif indikat fil-ġurisprudenza msemmija fil-punt 163 iktar ’il fuq.

    174. Fil-fatt, kif irrileva ġustament il-Kunsill, l-iżvantaġġi organizzattivi, amministrattivi u ekonomiċi li jirriżultaw mill-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera li r-Rumanija tinvoka fil-kuntest tal-argumenti tagħha – jiġifieri l-ispejjeż tal-vjaġġi li jagħmlu x-xufiera għar-ritorn tagħhom, l-eventwali telf ta’ dħul u l-oneri u l-ispejjeż amministrattivi addizzjonali – huma pjuttost il-konsegwenza tal-fatt li impriża tat-trasport tkun għażlet, għal raġunijiet kummerċjali partikolari għaliha, li tistabbilixxi ruħha fi Stat Membru fil-periferija tal-Unjoni filwaqt li teżerċita, madankollu, għalkollox jew fil-parti l-kbira, l-attivitajiet tagħha fi Stati Membri ’l bogħod fejn tipprovdi l-parti l-kbira tas-servizzi ta’ trasport tagħha.

    175. Madankollu, id-dispożizzjoni inkwistjoni bl-ebda mod ma tillimita l-libertà ta’ din l-impriża li tistabbilixxi ruħha f’dawn l-Istati Membri, billi tibbaża ruħha hemmhekk u billi teżerċita hemmhekk b’mod effettiv l-attività ta’ operatur tat-trasport permezz ta’ installazzjoni stabbli għal żmien indeterminat. Fil-fatt, minkejja l-imsemmi obbligu, dawn l-impriżi jibqgħu dejjem liberi, jekk jixtiequ, li jistabbilixxu ruħhom fi kwalunkwe Stat Membru tal-għażla tagħhom. L-iktar l-iktar, din id-dispożizzjoni tista’ tirrendi inqas attraenti mudell ekonomiku bħal dak indikat fil-punt preċedenti.

    176. Issa, anki jekk jitqies li l-imsemmija dispożizzjoni setgħet tirrendi inqas attraenti l-provvista ta’ servizzi ta’ trasport li jaqgħu taħt il-mudell ekonomiku msemmi iktar ’il fuq, dan ma jikkostitwixxix ksur tar-regoli tat-Trattat FUE fil-qasam tal-libertajiet fundamentali. Fil-fatt, kif ġie rrilevat fid-dettall fil-punti 44 et seq. iktar ’il fuq, il-libertà li jiġu pprovduti servizzi fil-qasam tat-trasport hija suġġetta għal regoli speċjali. L-operaturi tat-trasport għandhom dritt għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi ta’ trasport (f’dan il-każ, bit-triq) esklużivament sa fejn dan id-dritt ingħata permezz ta’ miżuri tad-dritt sekondarju adottati mil-leġiżlatur tal-Unjoni fil-kuntest tal-politika komuni tat-trasport.

    177. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-leġiżlatur tal-Unjoni għandu kull dritt, billi jadatta att leġiżlattiv sabiex iżid il-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema kkonċernati, li jemenda l-kundizzjonijiet li fihom tiġi eżerċitata l-libertà li jiġu pprovduti servizzi fil-qasam tat-trasport bit-triq, peress li l-grad ta’ liberalizzazzjoni, skont l-Artikolu 58(1) TFUE, ma huwiex iddeterminat direttament mill-Artikolu 56 TFUE iżda mil-leġiżlatur tal-Unjoni stess fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-politika komuni tat-trasport, kif ġie espost fil-punti 45 u 46 iktar ’il fuq.

    178. F’dan ir-rigward, nirrileva li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà enfasizzat li, fil-qasam tal-moviment liberu, b’mod partikolari, tas-servizzi, il-miżuri adottati mil-leġiżlatur tal-Unjoni jistgħu mhux biss ikollhom l-għan li jiffaċilitaw l-eżerċizzju ta’ din il-libertà, iżda jistgħu wkoll ikunu intiżi sabiex jiżguraw, jekk ikun il-każ, il-protezzjoni ta’ interessi fundamentali oħra rrikonoxxuti mill-Unjoni li din il-libertà tista’ taffettwa (107).

    179. F’dan il-kuntest, nirrileva b’mod partikolari l-Artikolu 9 TFUE li jipprovdi li, fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politiki u tal-azzjonijiet tal-Unjoni, il-leġiżlatur għandu jieħu inkunsiderazzjoni l-garanzija ta’ protezzjoni soċjali adegwata.

    180. Minn dan isegwi li, fil-kuntest tal-miżuri adottati għall-implimentazzjoni tal-politika komuni tat-trasport, il-leġiżlatur tal-Unjoni jista’, sabiex jevita li jmorru għall-agħar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tax-xufiera bħala riżultat ta’ mudell ta’ organizzazzjoni ekonomika bħall-mudell imsemmi fil-punt 174 iktar ’il fuq, jadotta miżuri intiżi li jiżguraw protezzjoni soċjali adegwata għal dawn ix-xufiera, b’għarfien tal-fatt li l-leġiżlatur tal-Unjoni għandu d-dritt jibbilanċja l-interessi involuti, f’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Il-kwistjoni tal-osservanza ta’ dan il-prinċipju hija indirizzata fit-taqsima li ġejja.

    181. Fil-fehma tiegħi, mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li, għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni r-Rumanija, il-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 la jikser l-Artikolu 49 TFUE u lanqas id-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE fil-qasam tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Konsegwentement, il-motivi kollha mqajma mill-Istati Membri rikorrenti bbażati fuq ksur tal-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat FUE għandhom jiġu miċħuda.

    d)      Fuq ksur talprinċipju ta’ proporzjonalità

    182. Fir-rikorsi tagħhom, ir-Repubblika tal-Litwanja (Kawża C‑541/20), ir-Repubblika tal-Bulgarija (Kawża C‑543/20), ir-Rumanija (Kawża C‑546/20) u r-Repubblika tal-Polonja (Kawża C‑553/20) isostnu li l-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 ma josservax ir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-prinċipju ta’ proporzjonalità ddefiniti fl-Artikolu 5(4) TUE.

    183. Dawn l-erba’ Stati Membri, minn naħa, jikkontestaw il-proporzjonalità bħala tali tal-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera, previst f’din id-dispożizzjoni. Huma jsostnu, b’mod partikolari, li din il-miżura hija manifestament inadegwata sabiex jintlaħqu l-għanijiet leġittimi mfittxija mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni u tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet iddikjarati.

    184. Min-naħa l-oħra, ir-Rumanija u r-Repubblika tal-Polonja jikkontestaw ukoll l-eżami mwettaq mil-leġiżlatur tal-Unjoni tal-proporzjonalità u, b’mod partikolari, l-assenza ta’ twettiq ta’ valutazzjoni tal-impatt fir-rigward tal-verżjoni finali tal-imsemmija dispożizzjoni kif finalment ġiet adottata.

    185. Dawn iż-żewġ aspetti għandhom jiġu analizzati separatament.

    1)      Fuq ilmotivi dwar ilproporzjonalità talobbligu dwar irritorn taxxufiera

    i)      Largumenti talpartijiet

    186. Fl-ewwel lok, skont ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Rumanija u r-Repubblika tal-Polonja, l-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera ma huwiex konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità fid-dawl tar-riperkussjonijiet negattivi li dan għandu fuq ix-xufiera.

    187. L-ewwel, dawn l-erba’ Stati Membri jsostnu li l-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera jikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità sa fejn, billi jillimita d-dritt tagħhom li jagħżlu huma stess fejn jixtiequ jqattgħu l-perijodu ta’ mistrieħ tagħhom u billi b’hekk jaffettwa l-libertà ta’ moviment tagħhom, dan l-obbligu huwa miżura manifestament inadegwata, li tmur lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq l-għan li jittejbu l-kundizzjonijiet tal-mistrieħ tal-ħaddiema. F’dan il-kuntest, ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li dan l-obbligu għalhekk imur kontra l-Artikolu 4(f) tar-Regolament Nru 561/2006, li jipprovdi li “‘perijodu ta’ mistrieħ’ tfisser kwalunkwe perijodu bla interruzzjoni li fih ix-xufier jista’ jagħmel li jrid bil-ħin tiegħu”. Sussegwentement, ir-Repubblika tal-Polonja ssostni wkoll li l-leġiżlatur tal-Unjoni ddetermina b’mod arbitrarju, fid-dispożizzjoni inkwistjoni, il-postijiet fejn ix-xufiera huma obbligati jqattgħu l-perijodi ta’ mistrieħ tagħhom.

    188. It-tieni, l-imsemmija erba’ Stati Membri jsostnu li l-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera jimplika numru ogħla ta’ vjaġġi li jwasslu għal għeja fost ix-xufiera, li huma obbligati jirritornaw lejn l-Istati Membri li jinsabu fil-periferija ġeografika tal-Unjoni. L-iżbilanċ għax-xufiera maħluq minn dan l-obbligu jaffettwalhom saħħithom u l-kapaċità tagħhom li jaħdmu, fid-dawl tal-eżawriment li jikkawżalhom ir-ritmu intensiv tar-ritorn. Din is-sitwazzjoni għandha konsegwenzi negattivi wkoll għas-sigurtà fit-toroq. Minn dan isegwi li l-miżura inkwistjoni ma hijiex adegwata sabiex jintlaħqu l-għanijiet tar-Regolament 2020/1054 li jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tax-xufiera fl-Unjoni u s-sigurtà fit-toroq.

    189. It-tielet, ir-Rumanija ssostni li minkejja li wieħed mill-għanijiet tar-Regolament 2020/1054, kif jirriżulta mill-premessa 1 tiegħu, huwa li jiġu attirati ħaddiema kkwalifikati fil-qasam tat-trasport bit-triq, minħabba r-rilokalizzazzjoni forzata tal-impriżi tat-trasport minħabba spejjeż marbuta mal-obbligu l-ġdid, numru kbir minnhom fir-realtà jinsabu f’riskju li jitilfu l-impjieg tagħhom jew li jkollhom jemigraw lejn Stat Membru ieħor sabiex ikunu jistgħu jkomplu jeżerċitaw l-attività li għaliha huma kkwalifikati. Skont l-informazzjoni disponibbli għar-Rumanija, iktar minn 45 % tal-impriżi tat-trasport fir-Rumanija jipprevedu li ser jistabbilixxu kumpanniji jew sussidjarji fi Stati oħra fl-Ewropa tal-Punent, jew li ser jirrilokaw l-attività tagħhom lejn dawn l-Istati, sabiex itaffu l-effetti negattivi tal-miżuri tal-ewwel pakkett ta’ miżuri dwar il-mobbiltà. Dawn l-effetti negattivi ser jinħolqu f’settur ta’ importanza kruċjali għall-ekonomija nazzjonali, peress li s-servizzi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq huma fost is-setturi li jiġġeneraw l-iktar esportazzjonijiet Rumeni sinjifikattivi u jikkontribwixxu b’mod sinjifikattiv għall-ibbilanċjar tal-bilanċ kummerċjali nazzjonali.

    190. Fit-tieni lok, skont ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Rumanija u r-Repubblika tal-Polonja, l-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera ma huwiex konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità fid-dawl tar-riperkussjonijiet negattivi li dan għandu fuq l-operaturi tat-trasport. Dawn l-Istati Membri jsostnu li dan l-obbligu jiġġenera spejjeż finanzjarji kunsiderevoli għall-operaturi tat-trasport. Minn naħa, l-imsemmi obbligu joħloq spejjeż operazzjonali marbuta mal-organizzazzjoni tar-ritorn, kif ukoll telf ta’ dħul marbut maż-żmien meħtieġ għar-ritorn lejn l-Istat Membru ta’ stabbiliment li matulu x-xufiera, li jivvjaġġaw mingħajr tagħbija, ma jeżerċitaw ebda attività li tirrendi qligħ, li jirriżulta f’limitazzjoni tal-attività kummerċjali u f’tnaqqis fid-dħul. Min-naħa l-oħra, ir-rekwiżit impost fuq l-operaturi tat-trasport mit-tielet subparagrafu tad-dispożizzjoni inkwistjoni li jiddokumentaw il-mod kif dawn jissodisfaw l-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera joħloq ukoll spejjeż addizzjonali sinjifikattivi. Issa, il-parti l-kbira tal-operaturi tat-trasport huma SMEs, li għalihom dawn il-piżijiet kollha huma partikolarment tqal. Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) enfasizza l-ħtieġa li l-proċeduri jiġu limitati u l-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) ukoll indika li l-Istati Membri fil-periferija tal-Unjoni kellhom diffikultajiet iktar sinjifikattivi biex jilħqu l-qalba tas-suq intern. Barra minn hekk, id-dispożizzjoni kkontestata ġiet adottata f’perijodu ta’ kriżi ekonomika li rriżultat mill-pandemija tal-COVID‑19, u dan jamplifika l-effetti negattivi tagħha.

    191. Fit-tielet lok, skont ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Rumanija u r-Repubblika tal-Polonja, l-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera ma huwiex konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità fid-dawl tar-riperkussjonijiet negattivi li dan għandu fuq l-ambjent. Dawn it-tliet Stati Membri jsostnu li dan l-obbligu jimplika l-iskedar ta’ vjaġġi addizzjonali għat-tluq u r-ritorn ta’ eluf ta’ xufiera kuljum. Ix-xufiera li ġejjin minn pajjiżi fil-periferija ġeografika tal-Unjoni huma oġġettivament obbligati jivvjaġġaw distanzi twal ħafna, ferm itwal minn dawk li jagħmlu l-kontropartijiet tagħhom fl-Ewropa Ċentrali u fl-Ewropa tal-Punent, fejn issir il-parti l-kbira tat-trasport fl-Unjoni. Barra minn hekk, ir-ritorni x’aktarx li jsiru b’tagħbija mnaqqsa jew saħansitra mingħajr tagħbija, u b’hekk iġiegħlu lil eluf ta’ vetturi jivvjaġġaw mhux mgħobbija. Din iż-żieda sinjifikattiva fin-numru ta’ vjaġġi timplika żieda fl-emissjonijiet ta’ CO2 u ser ikollha impatt sinjifikattiv fuq l-ambjent.

    192. Fir-raba’ lok, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Rumanija u r-Repubblika tal-Polonja jsostnu li kienu jeżistu alternattivi inqas restrittivi għax-xufiera u għall-operaturi tat-trasport. Dawn l-Istati Membri jsostnu li l-libertà tax-xufiera setgħet titħares billi jiġi previst obbligu fuq l-operaturi tat-trasport li jorganizzaw ir-ritorn biss fil-każijiet fejn ix-xufiera jkunu jixtiequ jirritornaw. B’dan il-mod, l-operaturi tat-trasport ma jġarrbux spejjeż addizzjonali eċċessivi. Din l-alternattiva kienet tiżgura flessibbiltà ikbar u b’hekk protezzjoni xierqa tad-drittijiet tax-xufiera. Ir-Repubblika tal-Polonja tirreferi speċifikament għal miżura f’dan is-sens proposta mill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali tal-Parlament.

    193. Il-Kunsill u l-Parlament, kif ukoll l-intervenjenti insostenn tagħhom, jitolbu li dawn il-motivi kollha jiġu miċħuda.

    ii)    Analiżi

    194. Mill-ġurisprudenza msemmija fil-punti 52 et seq. iktar ’il fuq jirriżulta li, f’dan il-każ, sabiex tkun tista’ twieġeb għall-motivi bbażati fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità mill-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tivverifika jekk il-leġiżlatur tal-Unjoni, meta ppreveda obbligu li jġiegħel lill-impriżi tat-trasport jorganizzaw ix-xogħol tax-xufiera b’tali mod li dawn ikunu jistgħu jirritornaw lejn iċ-ċentru operazzjonali fejn normalment ikunu bbażati, fl-Istat Membru ta’ stabbiliment tal-persuna li timpjega, jew lejn il-post ta’ residenza tagħhom, qabiżx manifestament is-setgħa ta’ evalwazzjoni wiesgħa li huwa għandu fil-qasam tal-politika komuni tat-trasport (108), billi għażel miżura manifestament mhux xierqa meta mqabbla mal-għanijiet li huwa kellu l-intenzjoni li jfittex jew li tikkawża żvantaġġi sproporzjonati meta mqabbla mal-għanijiet imfittxija.

    195. F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandhom, qabelxejn, jiġu ddeterminati l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni u, b’mod partikolari, mill-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 – għanijiet li l-leġittimità tagħhom ma hijiex ikkontestata mill-Istati Membri rikorrenti – sabiex sussegwentement tkun tista’ ssir analiżi tal-motivi bbażati fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

    –       Fuq lgħanijiet talleġiżlazzjoni inkwistjoni

    196. Ir-Regolament 2020/1054 ġie adottat fil-kuntest tal-Pakkett dwar il-Mobbiltà sabiex jadatta l-qafas leġiżlattiv tal-qasam tat-trasport bit-triq għall-iżviluppi fis-settur (109), fid-dawl tan-natura speċifika tiegħu u, b’mod partikolari, tan-natura estremament mobbli tiegħu.

    197. F’dan il-kuntest, ir-Regolament 2020/1054 introduċa emendi għar-Regolament Nru 561/2006 intiżi sabiex jintlaħqu tliet għanijiet iddefiniti bħala “ta’ politika”. Għalhekk, mill-premessi 1, 6 u 36 tiegħu jirriżulta li dan ir-regolament huwa intiż, l-ewwel, li jtejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol tax-xufiera, it-tieni, li jiggarantixxi kompetizzjoni mingħajr distorsjoni u leali u kundizzjonijiet kummerċjali ġusti għall-impriżi tat-trasport bit-triq u, it-tielet, li jikkontribwixxi għas-sigurtà fit-toroq għall-utenti kollha tat-triq.

    198. Dawn l-għanijiet huma marbuta mill-qrib ma’ xulxin, peress li l-kwistjonijiet soċjali u l-kwistjonijiet tal-kompetizzjoni huma b’mod ċar interdipendenti, sa fejn il-prattiki kummerċjali li jippermettu lill-operaturi jiksbu vantaġġ kompetittiv inġust spiss iċaħħdu lix-xufiera mid-drittijiet fundamentali tagħhom għall-protezzjoni soċjali u għal kundizzjonijiet tax-xogħol xierqa, u sa fejn il-prattiki illegali jfixklu wkoll il-funzjonament tajjeb tas-suq intern (110).

    199. Kif jirriżulta mill-komponent soċjali tal-valutazzjoni tal-impatt, l-emendi leġiżlattivi fil-Proposta għal Regolament dwar il-ħin tax-xogħol kienu maħsuba biex jikkontribwixxu għall-għanijiet ta’ politika li ġejjin li jirriżultaw mit-Trattat FUE: l-iżvilupp sostenibbli tas-suq intern, ibbażat fuq ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna (l-Artikolu 3 TUE); il-libertà li jiġu pprovduti servizzi lil hinn mill-fruntieri (l-Artikolu 56 TFUE); it-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol (l-Artikolu 151 TFUE), u l-istabbiliment ta’ regoli komuni, ġusti u siguri applikabbli għat-trasport internazzjonali mwettaq (l-Artikolu 91 TFUE) (111).

    200. F’dan il-kuntest, id-dispożizzjoni li tipprevedi l-obbligu impost fuq l-operaturi tat-trasport li jorganizzaw ix-xogħol tax-xufiera b’tali mod li dawn ikunu jistgħu jirritornaw regolarment lejn iċ-ċentru operazzjonali fejn normalment huma bbażati jew fil-post ta’ residenza tagħhom hija intiża, kif jirriżulta mill-premessa 14 tar-Regolament 2020/1054, għall-għan speċifiku li jiġi żgurat li l-ħin imqatta’ mix-xufiera ’l bogħod mill-post ta’ residenza tagħhom ma jkunx twil iżżejjed.

    201. Din id-dispożizzjoni hija intiża speċifikament sabiex tirrimedja l-assenza fil-leġiżlazzjoni preċedenti ta’ regoli dwar ir-ritorn tax-xufiera lejn il-post ta’ residenza tagħhom. Din l-assenza, minn naħa, kienet ġiet identifikata bħala wieħed mill-fatturi li jikkontribwixxu għad-deterjorament tal-kundizzjonijiet soċjali tax-xufiera. Fil-fatt, fil-valutazzjoni tal-impatt, il-Kummissjoni kienet irrilevat li l-perijodi twal li x-xufiera kienu jqattgħu ’l bogħod mill-post ta’ residenza tagħhom kienu qegħdin jikkontribwixxu għall-istress u għall-għeja tax-xufiera u, konsegwentement, għad-deterjorament tal-istat tas-saħħa tagħhom u għal żbilanċ bejn il-ħajja professjonali u l-ħajja privata tagħhom (112).

    202. Min-naħa l-oħra, l-assenza ta’ regoli dwar ir-ritorn tax-xufiera wkoll kienet ġiet identifikata bħala wieħed mill-elementi li kienu wasslu għal interpretazzjonijiet u prattiki ta’ kontroll diverġenti fost l-Istati Membri (113).

    203. Għalhekk, id-dispożizzjoni li tipprevedi l-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera impost fuq l-operaturi tat-trasport taqa’ taħt l-għan ta’ politika iktar ġenerali tar-Regolament 2020/1054 li jiġu żgurati kundizzjonijiet tax-xogħol tajbin għax-xufiera u li dawn il-kundizzjonijiet jittejbu, għan li fih innifsu huwa marbut mar-rekwiżit li tiġi żgurata protezzjoni soċjali xierqa previst fl-Artikolu 9 TFUE, imsemmi fil-punt 179 iktar ’il fuq.

    204. F’dan il-kuntest, l-għan tal-miżura inkwistjoni li ttejjeb il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tax-xufiera, u, għaldaqstant, il-livell ta’ għajxien tagħhom, jikkontribwixxi wkoll għall-għan li jiġu attirati ħaddiema kkwalifikati (114), fid-dawl tan-nuqqas ġenerali ta’ xufiera kkwalifikati fl-Unjoni. Kif jirriżulta mill-valutazzjoni tal-impatt, dan in-nuqqas huwa, tal-inqas parzjalment, ir-riżultat tad-deterjorament fil-kundizzjonijiet tax-xogħol, li huwa ta’ detriment għall-immaġni u għall-attraenza tal-professjoni ta’ xufier (115).

    205. Fl-aħħar nett, fid-dawl tar-rabta diretta bejn l-iżgurar ta’ perijodu ta’ mistrieħ xieraq għax-xufiera u s-sigurtà fit-toroq, l-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera huwa wkoll parti mill-għan ta’ politika tar-Regolament 2020/1054 li “jkun hemm kontribuzzjoni għas-sikurezza fit-toroq għall-utenti kollha tat-toroq” (116). Dan l-għan ta’ politika huwa konformi mal-għan, imsemmi fl-Artikolu 91(1)(c) TFUE, li tittejjeb is-sigurtà tat-trasport.

    206. Huwa għalhekk fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti li għandha ssir l-analiżi tal-motivi bbażati fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità mqajma mir-Repubblika tal-Litwanja, mir-Repubblika tal-Bulgarija, mir-Rumanija u mir-Repubblika tal-Polonja. Dawn l-Istati Membri jsostnu li d-dispożizzjoni inkwistjoni ma hijiex konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità fir-rigward tar-riperkussjonijiet negattivi li hija ser ikollha, fl-ewwel lok, fuq ix-xufiera, fit-tieni lok, fuq l-operaturi tat-trasport, fit-tielet lok, fuq l-ambjent u, fir-raba’ lok, fir-rigward tal-eżistenza ta’ alternattivi inqas restrittivi.

    –       Fuq irriperkussjonijiet negattivi fuq ixxufiera

    207. Fir-rigward, l-ewwel, tal-ilment li l-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera jikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità peress li jillimita d-dritt tax-xufiera li jagħżlu fejn iridu jqattgħu l-perijodu ta’ mistrieħ tagħhom, dan l-ilment huwa bbażat fuq il-premessa żbaljata li d-dispożizzjoni inkwistjoni tillimita l-libertà tax-xufiera li jqattgħu l-perijodu ta’ mistrieħ tagħhom fil-post tal-għażla tagħhom. Fil-fatt, mill-punti 125 sa 129 iktar ’il fuq jirriżulta li din id-dispożizzjoni ma għandha l-ebda effett fuq l-għażla libera tax-xufiera fir-rigward tal-post fejn jixtiequ jqattgħu l-perijodu ta’ mistrieħ tagħhom. Għaldaqstant, dan l-ilment għandu jiġi miċħud bħala infondat (117).

    208. Barra minn hekk, inqis li għandu jiġi miċħud ukoll l-ilment mqajjem mir-Repubblika tal-Polonja u bbażat fuq in-natura arbitrarja taż-żewġ postijiet alternattivi magħżula mil-leġiżlatur fil-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054, jiġifieri ċ-ċentru operazzjonali fejn ix-xufiera normalment ikunu bbażati li jinsab fl-Istat Membru ta’ stabbiliment tal-persuna li timpjega, u l-post ta’ residenza tax-xufier.

    209. Qabelxejn, għandu jiġi rrilevat li, kif jenfasizza l-Kunsill, dawn iż-żewġ postijiet kienu diġà msemmija fir-Regolament Nru 561/2006, speċifikament fl-Artikolu 9(2) u (3), anki fil-verżjoni ta’ qabel l-emendi magħmula mir-Regolament 2020/1054, bħala żewġ postijiet li normalment ikollhom rabta mal-bidu jew mat-tmiem tal-perijodu ta’ mistrieħ tax-xufier (118). Minn dan isegwi li r-riferiment għal dawn iż-żewġ postijiet fid-dispożizzjoni inkwistjoni bħala postijiet li fihom jibda l-perijodu ta’ mistrieħ ma tikkostitwixxix novità, iżda hija bbażata fuq il-leġiżlazzjoni diġà eżistenti.

    210. Barra minn hekk, speċifikament fir-rigward tar-riferiment għaċ-ċentru operazzjonali fejn ix-xufiera normalment ikunu bbażati, mill-ġurisprudenza jirriżulta li dan jikkorrispondi għall-post fejn ix-xufier imur b’mod regolari fl-eżerċizzju normali tal-funzjonijiet tiegħu sabiex jiġbor u jsuq il-vettura mgħammra b’apparat ta’ reġistrazzjoni (119). Il-Qorti tal-Ġustizzja ċċarat li l-post speċifiku li fih ix-xufier huwa bbażat huwa l-faċilità tal-impriża tat-trasport li minnha huwa jwettaq regolarment is-servizz tiegħu u li jirritorna fiha meta jispiċċa s-servizz tiegħu, fil-kuntest tal-eżerċizzju normali tal-funzjonijiet tiegħu u mingħajr ma jsegwi istruzzjonijiet speċifiċi mingħand il-persuna li timpjegah (120). Dan il-post jikkorrispondi wkoll għall-post imsemmi fl-Artikolu 5(1)(b) u (g) tar-Regolament Nru 1071/2009, kif emendat bir-Regolament 2020/1055, fejn ix-xufiera jkunu normalment ibbażati u fejn il-vetturi jirritornaw regolarment.

    211. Issa, bl-ebda mod ma jidher arbitrarju li l-leġiżlatur għażel il-post speċifiku li fih ix-xufier huwa bbażat u fejn jirritorna fl-eżerċizzju normali tal-funzjonijiet tiegħu bħala wieħed mill-postijiet fejn ix-xufier għandu jkollu d-dritt li jirritorna sabiex jibda l-perijodu ta’ mistrieħ tiegħu. Fil-fatt, minkejja l-fatt li x-xogħol tax-xufiera huwa kkaratterizzat minn mobbiltà estrema u li dawn għalhekk ikollhom jipprovdu servizzi f’postijiet differenti f’mumenti differenti, dan ma jneħħi xejn mill-fatt li dawn il-ħaddiema huma bbażati b’mod permanenti f’ċentru operazzjonali fejn imorru, normalment, biex jiġbru u jirritornaw il-vettura. Għaldaqstant, dan il-post mingħajr dubju jikkostitwixxi post b’rabta reali mal-bidu u mat-tmiem tas-servizzi offruti mix-xufier fil-kuntest tar-relazzjoni tax-xogħol tiegħu mal-persuna li timpjegah, jiġifieri l-operatur tat-trasport.

    212. Fir-rigward tar-riferiment għall-post ta’ residenza tax-xufier, dan lanqas ma jidher li huwa r-riżultat ta’ għażla arbitrarja. Mid-definizzjoni tal-kunċett ta’ “residenza” fil-ġurisprudenza msemmija fil-punt 135 iktar ’il fuq, jirriżulta li dan huwa post stabbli fejn, probabbilment, ix-xufier imur regolarment sabiex iqatta’ l-ħin ta’ mistrieħ tiegħu. Jekk ix-xufier kultant ikun jixtieq imur f’postijiet oħra għal finijiet ta’ rikreazzjoni jew għal finijiet oħra, huwa jista’ jagħmel dan mingħajr ma l-impriża tkun obbligata li tħallih imur f’tali postijiet, li jistgħu jinbidlu spiss. Madankollu, dan ma jnaqqas xejn mill-konstatazzjoni li l-post ta’ residenza wkoll jikkostitwixxi, mingħajr dubju, post b’rabta reali mal-ħin ta’ mistrieħ.

    213. Minn dan isegwi li l-għażla tal-leġiżlatur taċ-ċentru operazzjonali u tal-post ta’ residenza tax-xufier bħala l-postijiet li l-operatur tat-trasport għandu l-obbligu li jorganizza r-ritorn tax-xufiera lejhom fil-kuntest tal-obbligu organizzattiv impost fuqu la hija arbitrarja u lanqas manifestament mhux xierqa.

    214. F’dak li jirrigwarda, it-tieni, l-ilment ibbażat fuq in-natura mhux xierqa tal-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera sabiex jintlaħqu l-għanijiet tar-Regolament 2020/1054 fid-dawl tal-eżawriment u tal-għeja li n-numru ikbar ta’ vjaġġi relatati mar-ritorn jikkawża lix-xufiera, għandu jiġi kkunsidrat li, kif ġie rrilevat fil-punt 201 iktar ’il fuq, huwa preċiżament bl-għan li jittejbu l-kundizzjonijiet soċjali tax-xufiera li ġiet adottata d-dispożizzjoni inkwistjoni, preċiżament sabiex jiġu evitati l-perijodi twal ’il bogħod mill-post ta’ residenza li jikkontribwixxu għall-istress, għall-għeja u, għalhekk, għad-deterjorament tal-istat tas-saħħa tagħhom.

    215. F’dan ir-rigward, għandu, qabelxejn, jiġi rrilevat li l-perijodu ta’ mistrieħ jibda biss ladarba x-xufier ikun wasal fil-post ta’ residenza tiegħu jew fiċ-ċentru operazzjonali tal-persuna li timpjegah, kif jirriżulta proprju mill-kontenut tad-dispożizzjoni inkwistjoni, li tagħmel riferiment espliċitu għall-bidu tal-perijodu ta’ mistrieħ. Barra minn hekk, mill-Artikolu 9(2) u (3) tar-Regolament Nru 561/2006 jirriżulta li t-tul ta’ ħin tas-sewqan neċessarju sabiex ix-xufier imur fil-post fejn jiġbor jew jirritorna l-vettura, bħala prinċipju, ma huwiex ikkunsidrat bħala perijodu ta’ mistrieħ. Għalhekk, il-ħin li matulu tinsaq il-vettura, jekk din tkun il-mezz użat għar-ritorn tax-xufier lejn iċ-ċentru operazzjonali jew il-post ta’ residenza, jingħadd bħala ħin tas-sewqan, u għalhekk bħala ħin tax-xogħol, bl-istess mod bħal kull ħin ieħor li fih isuq il-vettura fi kwalunkwe post ieħor. Minn dan isegwi li l-obbligu ta’ ritorn bl-ebda mod ma jinvolvi ħin tas-sewqan addizzjonali, u għalhekk ma jistax joħloq għeja addizzjonali għax-xufiera. Minn dan isegwi wkoll li din il-miżura lanqas ma ser ikollha riperkussjonijiet negattivi fuq is-sigurtà fit-toroq.

    216. It-tielet, fir-rigward tal-argumenti mqajma mir-Rumanija dwar il-konsegwenzi negattivi fuq ix-xufiera u fuq l-ekonomija Rumena minħabba t-telf possibbli tal-impjiegi fir-Rumanija bħala riżultat tal-allegata rilokazzjoni forzata tal-impriżi tat-trasport lejn l-Istati Membri tal-Ewropa tal-Punent, irrilevajt, fil-punti 172 u 174 iktar ’il fuq, li l-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera, filwaqt li huwa applikabbli mingħajr distinzjoni, jista’ madankollu jkollu impatt ikbar fuq ċerti impriżi tat-trasport li l-mudell tal-organizzazzjoni ekonomika tagħhom jipprevedi li x-xufiera jagħmlu vjaġġi twal ’il bogħod mill-post fejn ikun ibbażat jew fejn ikollhom ir-residenza tagħhom.

    217. Madankollu, minn naħa, mill-valutazzjoni tal-impatt jirriżulta li l-biċċa l-kbira tax-xufiera, b’mod partikolari tal-Istati Membri msejħa “tal-UE‑13” (121) kienu diġà, qabel l-adozzjoni tad-dispożizzjoni inkwistjoni, qegħdin iqattgħu inqas minn erba’ ġimgħat ’il bogħod mill-post ta’ residenza tagħhom (122), tant li jista’ jiġi preżunt li l-impriżi li jagħżlu tali mudell ekonomiku jirrappreżentaw numru mhux negliġibbli, iżda ta’ minoranza. Minn dan isegwi li kwalunkwe impatt possibbli fuq l-impjiegi li jirriżulta minn allegata bidla forzata tal-mudell tal-organizzazzjoni ekonomika jidher li se jkun pjuttost limitat fin-natura tiegħu.

    218. Min-naħa l-oħra, kif irrilevajt fil-punt 201 iktar ’il fuq, mill-valutazzjoni tal-impatt jirriżulta li intervent normattiv f’dan ir-rigward tqies neċessarju sabiex tiġi miġġielda d-degradazzjoni fil-kundizzjonijiet tax-xogħol għax-xufiera li jqattgħu perijodi twal lil hinn mill-post ta’ residenza tagħhom. Diġà ġie rrilevat ukoll li l-previżjoni tal-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera impost fuq l-operaturi tat-trasport tifforma parti mill-għan ta’ politika iktar ġenerali li jiġu żgurati kundizzjonijiet tax-xogħol tajbin għax-xufiera u li jittejbu dawn il-kundizzjonijiet f’konformità mal-għan ġenerali imfittex mill-Artikolu 9 TFUE (123).

    219. Issa, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-leġiżlatur tal-Unjoni ma jistax jiġi mċaħħad mill-possibbiltà li jadatta att leġiżlattiv, b’mod partikolari fis-settur tal-politika komuni tat-trasport, għal kwalunkwe bidla fiċ-ċirkustanzi jew kwalunkwe żvilupp fl-għarfien, fid-dawl tal-kompitu tiegħu li jiżgura l-protezzjoni tal-interessi ġenerali rrikonoxxuti mit-Trattat FUE u li jieħu inkunsiderazzjoni l-għanijiet trażversali tal-Unjoni minquxa fl-Artikolu 9 TFUE, fosthom ir-rekwiżiti marbuta mal-promozzjoni ta’ livell għoli ta’ impjieg kif ukoll il-garanzija ta’ protezzjoni soċjali xierqa (124).

    220. B’mod partikolari, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà rrikonoxxiet f’dan ir-rigward li, fid-dawl tal-iżviluppi importanti li affettwaw is-suq intern, fosthom prinċipalment it-tkabbir suċċessiv tal-Unjoni, il-leġiżlatur tal-Unjoni kellu d-dritt li jadatta att leġiżlattiv sabiex jibbilanċja mill-ġdid l-interessi involuti bl-għan li tiżdied il-protezzjoni soċjali tax-xufiera permezz ta’ tibdil fil-kundizzjonijiet li taħthom tiġi eżerċitata l-libertà li jiġu pprovduti servizzi (125).

    221. Minn dan, fil-fehma tiegħi, isegwi li l-leġiżlatur, fil-kuntest tal-marġni ta’ evalwazzjoni wiesa’ li huwa għandu fil-qasam tal-politika komuni tat-trasport, filwaqt li jibbilanċja l-għanijiet u l-interessi differenti inkwistjoni, jista’ jqis li għandha tiġi adottata miżura speċifika intiża sabiex ittejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol tax-xufiera minkejja l-konsegwenzi negattivi possibbli fi Stat Membru wieħed jew iktar u minkejja l-ispejjeż ogħla li l-miżura tista’ tikkawża għal numru minoritarju, anki jekk mhux negliġibbli, ta’ impriżi stabbiliti f’dawn l-Istati Membri li jużaw xufiera nomadiċi sabiex jipprovdu servizzi fuq bażi bejn wieħed u ieħor permanenti fi Stati Membri oħra u li għalhekk jista’ jkollhom jibdlu l-mudell tal-organizzazzjoni ekonomika tagħhom, b’impatt potenzjali limitat fuq l-impjiegi. Tali approċċ jidher li huwa konformi mal-ambizzjonijiet soċjali tal-Unjoni kif stabbiliti, fost l-oħrajn, fl-Artikolu 9 TFUE u ma jidhirx li huwa r-riżultat ta’ qbiż manifest tal-limiti tas-setgħa ta’ evalwazzjoni wiesgħa li għandu l-leġiżlatur tal-Unjoni.

    222. Barra minn hekk, mill-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 60 iktar ’il fuq jirriżulta li meta l-att tal-Unjoni kkonċernat ikollu konsegwenzi fl-Istati Membri kollha u jippreżupponi li jiġi żgurat bilanċ bejn id-diversi interessi involuti, fid-dawl tal-għanijiet imfittxija minn dan l-att, il-leġiżlatur tal-Unjoni ma huwiex obbligat jieħu inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni partikolari ta’ kull Stat Membru. Għaldaqstant, it-tfittxija għal tali bilanċ li tieħu inkunsiderazzjoni mhux is-sitwazzjoni partikolari ta’ Stati Membri differenti, iżda dik tal-Istati Membri kollha tal-Unjoni, ma tistax, fiha nnifisha, titqies li tmur kontra l-prinċipju ta’ proporzjonalità.

    223. Mill-kunsiderazzjonijiet iktar ’il fuq, fil-fehma tiegħi, jirriżulta li l-ilmenti kollha mqajma dwar l-allegat ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità fir-rigward tar-riperkussjonijiet negattivi li għandu l-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera fir-rigward tax-xufiera għandhom jiġu miċħuda.

    –       Fuq irriperkussjonijiet negattivi fuq loperaturi tattrasport

    224. Tlieta mill-Istati Membri rikorrenti jsostnu li l-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 jikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità fid-dawl tar-riperkussjonijiet negattivi li l-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera previst fih għandu fuq l-operaturi tat-trasport fid-dawl taż-żieda fl-ispejjeż u tat-telf ta’ dħul li dan l-obbligu jiġġeneralhom.

    225. Dawn l-Istati Membri jsemmu żewġ tipi ta’ spejjeż marbuta mal-osservanza tal-obbligu msemmi: minn naħa, l-ispejjeż addizzjonali u t-telf ta’ dħul li jirriżultaw mill-organizzazzjoni tar-ritorn tax-xufiera; min-naħa l-oħra, l-ispejjeż li jirriżultaw mir-rekwiżit impost fuq l-operaturi tat-trasport mit-tielet subparagrafu tal-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 li jiddokumentaw il-mod li bih jissodisfaw l-obbligu ta’ ritorn.

    226. F’dak li jirrigwarda, l-ewwel, l-ispejjeż addizzjonali li l-operaturi tat-trasport għandhom iġarrbu sabiex jorganizzaw ir-ritorn tax-xufiera, għandu, qabelxejn, jiġi rrilevat li l-leġiżlatur iggarantixxa ċertu livell ta’ flessibbiltà lill-operaturi tat-trasport fir-rigward tal-eżekuzzjoni tal-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera. Minn naħa, kif imsemmi fil-punt 134 iktar ’il fuq, l-operaturi tat-trasport jistgħu jagħżlu bejn żewġ postijiet sabiex jorganizzaw ir-ritorn tax-xufier, li wieħed minnhom huwa ċ-ċentru operazzjonali tal-impriża u għalhekk post li għandu konnessjoni diretta mal-operatur tat-trasport innifsu. Min-naħa l-oħra, kif diġà rrilevajt fil-punt 132 iktar ’il fuq, billi ma speċifikax b’mod preċiż il-modalitajiet tat-twettiq tal-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera, il-leġiżlatur ħalla marġni ta’ manuvra lill-impriża billi ppermettielha tagħżel il-mod li hija tqis l-aħjar sabiex tosserva l-imsemmi obbligu. Barra minn hekk, nirrileva wkoll li t-tul imsemmi fid-dispożizzjoni inkwistjoni għar-ritorn regolari tax-xufiera ma jidhirx li huwa manifestament sproporzjonat u fil-fatt ma huwa kkontestat mill-ebda Stat Membru.

    227. Barra minn hekk, il-leġiżlatur assoċja l-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera ma’ miżuri li jiffaċilitaw dan ir-ritorn. Huwa żied mal-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 561/2006, kif emendat bir-Regolament 2020/1054, erba’ paragrafi ġodda li jippermettu lil xufier jaqbeż il-ħin ta’ sewqan ta’ kuljum u ta’ kull ġimgħa b’mhux iktar minn siegħa sabiex jasal fiċ-ċentru operazzjonali tal-persuna li timpjega jew fil-post ta’ residenza tiegħu sabiex jieħu perijodu ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa. Kemm-il darba jiġu ssodisfatti kundizzjonijiet addizzjonali, dan il-ħin żejjed jista’ jiżdied għal sagħtejn fir-rigward ta’ perijodu regolari ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa. Mill-valutazzjoni tal-impatt jirriżulta li l-ġustifikazzjoni għal din l-emenda kienet li x-xufiera, b’mod partikolari dawk li jagħmlu vjaġġi internazzjonali twal, ikunu jistgħu jaslu fil-post ta’ residenza jew fil-bażi tagħhom sabiex jieħdu perijodu ta’ mistrieħ regolari ta’ kull ġimgħa fil-post ta’ residenza tagħhom (jew f’post ieħor privat tal-għażla tagħhom) (126).

    228. Minn dawn il-kunsiderazzjonijiet jirriżulta li, billi ħalla flessibbiltà sinjifikattiva fir-rigward tal-modalitajiet ta’ twettiq in concreto tal-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera, il-leġiżlatur kellu l-intenzjoni, b’mod koerenti mal-ġurisprudenza msemmija fil-punt 55 iktar ’il fuq, li jiżgura li kwalunkwe piż fuq l-operaturi ekonomiċi jkun baxx kemm jista’ jkun u proporzjonat mal-għan imfittex.

    229. Barra minn hekk, kif irrilevajt fil-punt 217 iktar ’il fuq, mill-valutazzjoni tal-impatt jirriżulta, minn naħa, li l-parti l-kbira tax-xufiera, b’mod partikolari mill-Istati Membri tal-UE‑13, diġà kienu jqattgħu inqas minn erba’ ġimgħat ’il bogħod mill-post ta’ residenza tagħhom qabel l-adozzjoni tad-dispożizzjoni inkwistjoni (127). F’dawn iċ-ċirkustanzi, jista’ jitqies b’mod raġonevoli li l-impatt ta’ din il-miżura, f’termini ta’ spejjeż addizzjonali meta mqabbla mas-sitwazzjoni li kien hemm qabel, ser ikun pjuttost limitat.

    230. F’dan ir-rigward, nosserva li, għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni r-Repubblika tal-Polonja, din il-konstatazzjoni ma tqajjimx dubju dwar il-ħtieġa tal-miżura inkwistjoni. Fil-fatt, minn naħa, kif issemma fil-punti 201 u 203 iktar ’il fuq, il-miżura kienet neċessarja sabiex jiġi miġġieled il-fenomenu tan-“nomadiżmu tax-xufiera” li kien jaffettwa lil numru kunsiderevoli, anki jekk minoritarju, ta’ xufiera u li kien ġie identifikat bħala wieħed mill-fatturi li jikkontribwixxu għad-deterjorament tal-kundizzjonijiet soċjali tax-xufiera, iżda wkoll bħala wieħed mill-elementi li wasslu għal interpretazzjonijiet u għal prattiki ta’ kontroll diverġenti fl-Istati Membri. Barra minn hekk, il-valutazzjoni tal-impatt uriet żieda fil-perijodi mqatta’ ’l bogħod mill-postijiet ta’ residenza u għalhekk xejra ta’ żieda f’dan il-fenomenu ta’ “nomadiżmu” (128).

    231. Min-naħa l-oħra, il-valutazzjoni tal-impatt uriet ukoll li kien saħansitra possibbli li, minħabba żidiet fl-effiċjenza fl-organizzazzjoni tax-xogħol, ikun hemm tnaqqis fl-ispejjeż (129). Minn din il-perspettiva, fir-rigward tal-argument ibbażat fuq it-telf ta’ dħul, nirrileva li l-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera jikkostitwixxi obbligu organizzattiv. Issa, minbarra l-kunsiderazzjonijiet li ser nagħmel fil-punt 234 iktar ’il quddiem, bl-ebda mod ma huwa evidenti, u wisq inqas ipprovat, li l-operaturi ma jistgħux jorganizzaw ix-xogħol b’mod ekonomikament profittabbli, filwaqt li jħallu lix-xufiera jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ ritorn.

    232. F’dak li jirrigwarda, it-tieni, l-ispejjeż li jirriżultaw mir-rekwiżit, imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054, li jiġi ddokumentat il-mod kif l-operaturi tat-trasport jissodisfaw l-obbligu ta’ ritorn, għandu jiġi enfasizzat li, kif ġie rrilevat fil-punt 140 iktar ’il fuq, hawnhekk ukoll il-leġiżlatur tal-Unjoni ħalla marġni ta’ manuvra lill-impriżi. Fil-fatt, huwa għażel li ma jippreċiżax eżattament id-dokumentazzjoni meħtieġa sabiex jiġi ssodisfatt ir-rekwiżit li tiġi pprovata l-osservanza tal-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera, u b’hekk ippermetta wkoll lill-Istati Membri jadottaw eventwali miżuri ta’ implimentazzjoni. Il-premessa 14 tar-Regolament 2020/1054 madankollu ssemmi żewġ dokumenti, li flimkien ma’ kwalunkwe “dokumentazzjoni oħra”, jistgħu jintużaw mill-impriża tat-trasport sabiex turi li hija tissodisfa l-obbligi tagħha fir-rigward tal-organizzazzjoni tar-ritorn normali: ir-rekords tat-takografu u r-rosters tax-xogħol tax-xufiera.

    233. Issa, f’konformità mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ anki qabel l-adozzjoni tar-Regolament 2020/1054 (130), impriża tat-trasport kienet diġà obbligata żżomm fil-bini tagħha r-rekords tat-takografi u r-rosters tax-xogħol tax-xufiera tagħha. Minn dan isegwi li, bħala prinċipju, ma hija meħtieġa l-ebda proċedura ġdida għall-konformità mar-rekwiżiti ta’ prova tal-osservanza tal-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera. Għall-kuntrarju, il-leġiżlatur introduċa grad addizzjonali ta’ flessibbiltà billi ta lill-impriżi l-possibbiltà li jikkonformaw mal-imsemmija rekwiżiti bi kwalunkwe mod ieħor u billi ħalla lill-Istati Membri jipprevedu, jekk ikun meħtieġ, modalitajiet ta’ implimentazzjoni addizzjonali billi jieħdu inkunsiderazzjoni eventwali karatteristiċi speċifiċi tal-kuntest nazzjonali. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma jistax jitqies li d-dispożizzjoni inkwistjoni ħolqot, f’dan ir-rigward, konsegwenzi manifestament sproporzjonati għall-operaturi tat-trasport.

    234. Fl-aħħar nett, u, fi kwalunkwe każ, nirrimarka wkoll, fir-rigward taż-żewġ kategoriji ta’ spejjeż imsemmija iktar ’il fuq, li, kif diġà ġie rrilevat diversi drabi, id-dispożizzjoni prevista fil-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 ġiet adottata preċiżament biex tipproteġi u tippromwovi d-drittijiet soċjali tax-xufiera u biex tiżgura li l-ħin imqatta’ ’l bogħod mill-post ta’ residenza tagħhom ma jkunx twil iżżejjed. Madankollu, kwalunkwe għoti ta’ drittijiet soċjali jinvolvi spejjeż. Għalhekk ma huwiex sorprendenti li l-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera jista’ possibbilment joħloq spejjeż addizzjonali għall-impriżi li huma obbligati josservawh. Madankollu, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza msemmija fil-punti 57 u 60 iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiċċensura l-għażla normattiva tal-leġiżlatur biss jekk din tidher li hija manifestament żbaljata jew jekk l-iżvantaġġi li jirriżultaw għal ċerti atturi ekonomiċi ma jkunux proporzjonati mal-vantaġġi li din iġġib, fatt li għandu jiġi pprovat mir-rikorrent. Issa, l-Istati Membri rikorrenti ma pproduċew l-ebda prova li l-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera jikkawża tali żvantaġġi lill-operaturi tat-trasport.

    –       Fuq irriperkussjonijiet negattivi fuq lambjent

    235. Ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Rumanija u r-Repubblika tal-Polonja jsostnu wkoll li l-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 jikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità fir-rigward tar-riperkussjonijiet negattivi li l-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera previst f’din id-dispożizzjoni għandu fuq l-ambjent.

    236. Fir-rigward tal-argument li dan l-obbligu jinvolvi l-iskedar ta’ vjaġġi addizzjonali għar-ritorn ta’ eluf ta’ xufiera kuljum, għandu jiġi osservat li, kif irrilevajt fil-punti 217 u 229 iktar ’il fuq, il-valutazzjoni tal-impatt uriet li l-parti l-kbira tax-xufiera, b’mod partikolari tal-Istati Membri tal-UE‑13, kienu diġà, qabel l-adozzjoni tad-dispożizzjoni inkwistjoni, jirritornaw lejn il-post ta’ residenza f’perijodu ta’ inqas minn kull erba’ ġimgħat. Minn dan isegwi li l-impatt tal-miżura fuq l-ambjent minħabba ż-żieda fl-emissjonijiet ta’ CO2 huwa limitat għar-ritorni addizzjonali li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-miżura inkwistjoni.

    237. F’dan ir-rigward, għandu jingħad ukoll li, għall-kuntrarju ta’ dak li jidhru li jippreżumu l-imsemmija tliet Stati Membri, ma huwiex inevitabbli li x-xufiera jużaw vetturi vojta sabiex jeżerċitaw id-dritt ta’ ritorn tagħhom, sa fejn, fil-kuntest tal-flessibbiltà li d-dispożizzjoni inkwistjoni tħalli lill-operaturi tat-trasport sabiex jorganizzaw ir-ritorn tax-xufier (131), huwa possibbli li x-xufiera jirrikorru għal mezzi oħra ta’ trasport għar-ritorn, bħalma huwa t-trasport pubbliku, li l-użu tiegħu ma jwassalx għal emissjonijiet addizzjonali. Barra minn hekk, ma huwiex eskluż li d-dritt għar-ritorn jista’ jingħaqad mar-ritorn tal-vetturi tal-impriża lejn iċ-ċentru operazzjonali fil-kuntest ta’ attivitajiet kummerċjali ordinarji. Għaldaqstant, din hija pjuttost kwistjoni ta’ organizzazzjoni tar-ritorn, peress li l-emissjonijiet possibbilment jiżdiedu biss skont l-għażliet organizzattivi li jagħmlu l-operaturi tat-trasport.

    238. Mill-istess perspettiva, mill-fatt li l-miżura inkwistjoni jista’ jkollha effett ikbar fuq ċerti impriżi tat-trasport li għażlu mudell ta’ organizzazzjoni ekonomika bħal dak imsemmi fil-punti 172 u 174 iktar ’il fuq mingħajr ma jeżerċitaw id-dritt tagħhom – iggarantit mid-dritt tal-Unjoni (132) – li jistabbilixxu ruħhom fl-Istati Membri li fihom joffru l-maġġoranza tas-servizzi tat-trasport tagħhom, jirriżulta li kwalunkwe żieda possibbli fl-emissjonijiet ma għandhiex rabta diretta mal-miżura inkwistjoni, iżda hija pjuttost ir-riżultat tal-għażla organizzattiva ekonomika tal-impriżi.

    239. F’tali kuntest, inqis li, skont il-ġurisprudenza (133), il-leġiżlatur, fil-kuntest tal-marġni ta’ evalwazzjoni wiesa’ li huwa għandu fil-qasam tal-politika komuni tat-trasport u wara l-ibbilanċjar tad-diversi għanijiet u interessi inkwistjoni, jista’, mingħajr ma jaqbeż manifestament din is-setgħa ta’ evalwazzjoni wiesgħa li għandu, jadotta miżura speċifika intiża sabiex ittejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol tax-xufiera abbażi tal-konklużjoni li eventwali żieda relattivament moderata fl-emissjonijiet minħabba d-dispożizzjoni inkwistjoni tista’ tiġi kkumpensata mill-benefiċċji offruti mill-miżura lix-xufiera fil-livell soċjali.

    240. Fil-fatt, huwa l-leġiżlatur – mingħajr ma l-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tissostitwixxi l-evalwazzjoni tiegħu b’dik tagħha (134) – li għandu jsib bilanċ bejn, b’mod partikolari, l-għanijiet soċjali u l-għanijiet ambjentali, filwaqt li jitqies li, kif ser jiġi espost f’iktar dettall fil-punti 317 u 318 iktar ’il quddiem, id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari l-Artikolu 11 TFUE, li għandu bħala għan l-iżvilupp sostenibbli, ma jipprevedix obbligu sistematiku, fir-rigward tal-adozzjoni ta’ kwalunkwe dispożizzjoni individwali, li r-rekwiżiti marbuta mal-ħarsien tal-ambjent jipprevalu dejjem fuq rekwiżiti oħra li l-leġiżlatur għandu wkoll jieħu inkunsiderazzjoni u li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet tad-dritt primarju bħalma huwa r-rekwiżit li tiġi ggarantita protezzjoni soċjali adegwata prevista fl-Artikolu 9 TFUE (135).

    –       Fuq leżistenza ta’ alternattivi inqas restrittivi

    241. Uħud mill-Istati Membri jsostnu l-eżistenza ta’ alternattivi inqas restrittivi mill-impożizzjoni ta’ obbligu ta’ ritorn bħal dak previst fil-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054. Dawn l-Istati Membri jagħmlu riferiment b’mod partikolari għall-possibbiltà li jiġi introdott obbligu fuq l-operaturi tat-trasport li jorganizzaw ir-ritorn biss fil-każijiet fejn ix-xufiera jkunu jixtiequ jirritornaw.

    242. F’dan ir-rigward, għandu, qabelxejn, jiġi rrilevat, kif uħud mill-imsemmija Stati Membri rrilevaw huma stess u kif jirriżulta mill-proċess, li din l-alternattiva ġiet ikkunsidrata waqt il-proċess leġiżlattiv, iżda finalment ġiet imwarrba. Il-proposta tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali tal-Parlament, imsemmija mir-Repubblika tal-Polonja fir-rikors tagħha, hija prova ta’ dan.

    243. Sussegwentement, kif jenfasizza ġustament il-Kunsill, ix-xufier jikkostitwixxi l-parti dgħajfa fir-relazzjoni kuntrattwali bejn il-persuna li timpjega (l-operatur tat-trasport) u l-impjegat (ix-xufier). Issa, soluzzjoni leġiżlattiva bħal dik ikkunsidrata minn dawn l-istess Stati Membri tirriskja li twassal sabiex l-għażla tal-ħaddiem, bħala l-parti dgħajfa fir-relazzjoni tax-xogħol mal-operatur tat-trasport, ma tkunx kompletament libera u sabiex dan tal-aħħar jista’ jkun taħt pressjoni sabiex jagħmel għażla li tiffavorixxi l-interessi tal-persuna li timpjega. Il-valutazzjoni tal-impatt, barra minn hekk, enfasizzat id-diffikultà li tintwera l-libertà effettiva tal-għażla eżerċitata mix-xufiera (136).

    244. Minn dan isegwi li l-alternattiva kkunsidrata minn ċerti Stati Membri ma tidhirx li hija miżura xierqa sabiex jintlaħqu l-għanijiet speċifiċi mfittxija mill-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054.

    245. Bħala konklużjoni, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, inqis li hemm lok li jiġu miċħuda l-motivi kollha bbażati fuq l-argument li l-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera huwa manifestament mhux xieraq sabiex jintlaħqu l-għanijiet leġittimi mfittxija mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni u jmur lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet.

    2)      Fuq ilmotivi dwar leżami milleġiżlatur talUnjoni talproporzjonalità talobbligu dwar irritorn taxxufiera

    i)      Largumenti talpartijiet

    246. Ir-Rumanija u r-Repubblika tal-Polonja jsostnu li l-leġiżlatur tal-Unjoni ma analizzax diversi ċirkustanzi rilevanti għas-sitwazzjoni li l-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 huwa intiż li jirregola, minħabba l-assenza ta’ valutazzjoni tal-impatt xierqa. Fil-fatt, il-verżjoni finali tad-dispożizzjoni inkwistjoni ma kinitx suġġetta għal valutazzjoni tal-impatt u għalhekk l-effetti ta’ din il-verżjoni finali ma ttieħdux inkunsiderazzjoni, bi ksur tal-Ftehim Interistituzzjonali.

    247. L-ewwel, ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li l-leġiżlatur ma wettaqx valutazzjoni xierqa tal-impatt tal-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera fuq is-sigurtà tax-xufiera. Il-leġiżlatur injora opinjoni tal-KESE li esprimiet dispjaċir li l-emendi proposti ma kinux akkumpanjati minn valutazzjoni bir-reqqa tas-sigurtà tax-xufiera, tal-passiġġieri jew tal-ambjent tat-triq fir-rigward tal-għeja tax-xufiera (137). Ir-Rumanija ssostni li l-impatt fuq il-ħaddiema ta’ vjaġġi twal repetuti fuq perijodi qosra ta’ żmien ma kienx ittieħed inkunsiderazzjoni meta ġie adottat il-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054.

    248. It-tieni, ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li l-leġiżlatur ma analizzax il-kwistjoni dwar jekk it-twettiq tal-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera kienx ser jikkontribwixxi għal intensifikazzjoni tat-traffiku. Fil-prattika, dan l-obbligu jitwettaq permezz tat-trasport bit-triq b’tali mod li l-osservanza tal-imsemmi obbligu twassal għal 8 880 000 vjaġġ ta’ ritorn fuq sena. Barra minn hekk, il-leġiżlatur ma ħax inkunsiderazzjoni d-distanzi kunsiderevoli li x-xufiera tal-Istati fil-periferija tal-Unjoni ser ikollhom jagħmlu sabiex iwettqu l-imsemmi obbligu.

    249. It-tielet, ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li, b’differenza mill-verżjoni inizjali tagħha, it-test finali tad-dispożizzjoni inkwistjoni jobbliga, fit-tielet subparagrafu ta’ din id-dispożizzjoni, lill-operaturi tat-trasport jiddokumentaw il-mod li bih huma jissodisfaw l-obbligu previst fiha u jżommu tali dokumentazzjoni sabiex ikunu jistgħu jippreżentawha jekk issir spezzjoni, mingħajr ma twettqet valutazzjoni tal-impatt f’dan ir-rigward. Piżijiet ta’ dan it-tip għandhom ikunu ppreċeduti minn valutazzjoni eżawrjenti tal-impatti, filwaqt li jitqies il-fatt li l-operaturi tat-trasport huma fil-parti l-kbira tagħhom SMEs.

    250. Il-Kunsill u l-Parlament, kif ukoll l-intervenjenti insostenn tagħhom, jitolbu li dawn il-motivi kollha jiġu miċħuda.

    ii)    Analiżi

    251. Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li, f’dan il-każ, huwa paċifiku li l-leġiżlatur tal-Unjoni kellu valutazzjoni tal-impatt għad-dispożizzjoni tiegħu meta adotta r-Regolament 2020/1054 u li d-dispożizzjoni li tipprevedi l-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera kienet koperta minn din il-valutazzjoni tal-impatt.

    252. Madankollu, il-leġiżlatur tal-Unjoni adotta verżjoni finali ta’ din id-dispożizzjoni li kienet differenti minn dik li tinsab fil-Proposta għal Regolament dwar il-ħin tax-xogħol (138) u li ma kinitx is-suġġett ta’ valutazzjoni tal-impatt speċifika.

    253. Din il-verżjoni finali kien fiha, fundamentalment, tliet differenzi meta mqabbla mad-dispożizzjoni kif proposta mill-Kummissjoni.

    254. L-ewwel, il-Proposta għal Regolament dwar il-ħin tax-xogħol kienet timponi fuq l-impriżi tat-trasport l-obbligu li jorganizzaw ix-xogħol b’mod li jippermetti lix-xufier jirritorna esklużivament “fil-post ta’ residenza tiegħu”. Il-verżjoni finali tal-imsemmija dispożizzjoni adottata fir-Regolament 2020/1054 tipprevedi l-possibbiltà għall-impriżi tat-trasport li jagħżlu bejn żewġ postijiet sabiex jorganizzaw ir-ritorn tax-xufier, jiġifieri l-post ta’ residenza tax-xufier u ċ-ċentru operazzjonali, analizzati fid-dettall fil-punti 210 sa 212 iktar ’il fuq.

    255. It-tieni, din il-proposta tal-Kummissjoni kienet teżiġi li l-impriża tippermetti r-ritorn tax-xufier wara kull perijodu ta’ tliet ġimgħat konsekuttivi. Il-verżjoni finali tad-dispożizzjoni inkwistjoni, min-naħa l-oħra, tippermetti r-ritorn tax-xufier, normalment (139), wara kull perijodu ta’ erba’ ġimgħat konsekuttivi.

    256. It-tielet, il-verżjoni finali tad-dispożizzjoni inkwistjoni żiedet it-tielet subparagrafu, li ma kienx previst fil-Proposta tal-Kummissjoni, li jipprovdi li l-impriża għandha tiddokumenta l-mod li bih hija tissodisfa l-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera u żżomm din id-dokumentazzjoni fil-bini tagħha sabiex tippreżentaha fuq talba tal-awtoritajiet ta’ kontroll.

    257. Minn dan isegwi li, minbarra l-introduzzjoni tat-tielet subparagrafu, il-verżjoni finali ta’ din id-dispożizzjoni adottata mil-leġiżlatur tikkorrispondi fil-parti l-kbira tagħha għal dik prevista mill-Kummissjoni fil-Proposta tagħha mfassla abbażi tal-valutazzjoni tal-impatt. Kif jenfasizza l-Kunsill, din il-verżjoni finali hija, madankollu, inqas restrittiva għall-impriżi tat-trasport. Fil-fatt, billi tipprevedi t-tieni post fejn jista’ jsir ir-ritorn u perijodu itwal, il-verżjoni finali toffri lill-imsemmija impriżi livell ogħla ta’ flessibbiltà għat-twettiq tal-obbligu ta’ ritorn impost fuqhom.

    258. Huwa f’dan il-kuntest li għandu jiġi vverifikat, fid-dawl tal-ilmenti mqajma mill-Istati Membri, jekk il-leġiżlatur, f’dan il-każ, kisirx il-prinċipju ta’ proporzjonalità fir-rigward tal-fatt li l-verżjoni finali tad-dispożizzjoni inkwistjoni ma kinitx is-suġġett ta’ aġġornament tal-valutazzjoni tal-impatt u tal-fatt li t-tielet subparagrafu miżjud ma kienx is-suġġett ta’ valutazzjoni tal-impatt speċifika.

    259. F’dak li jirrigwarda, fl-ewwel lok, l-ilment li l-leġiżlatur ma wettaqx valutazzjoni xierqa tal-impatt tal-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera fuq is-sigurtà tagħhom, b’rabta mal-għeja addizzjonali li l-vjaġġi ta’ ritorn kienu ser jikkawżawlhom, nirreferi għall-kunsiderazzjonijiet li għamilt fil-punti 214 u 215 ta’ dawn il-konklużjonijiet. Minn dawn il-kunsiderazzjonijiet jirriżulta li l-obbligu ta’ ritorn bl-ebda mod ma jinvolvi ħin tas-sewqan addizzjonali u ma jistax joħloq għeja addizzjonali għax-xufiera, u għalhekk lanqas ma jinkludi riskji għas-sigurtà tagħhom. Għall-kuntrarju, kif diġà ġie rrilevat diversi drabi, l-imsemmija dispożizzjoni hija intiża preċiżament sabiex ittejjeb il-kundizzjoni soċjali tagħhom.

    260. Barra minn hekk, kif ġie rrilevat fil-punti 217 u 229 iktar ’il fuq, il-valutazzjoni tal-impatt uriet li l-parti l-kbira tax-xufiera, b’mod partikolari tal-Istati Membri tal-UE‑13, diġà kienu, qabel l-adozzjoni tad-dispożizzjoni inkwistjoni, iqattgħu inqas minn erba’ ġimgħat ’il bogħod mill-post ta’ residenza tagħhom, b’tali mod li raġonevolment seta’ jkun mistenni, abbażi tal-imsemmija valutazzjoni tal-impatt, li l-adozzjoni tal-obbligu ta’ ritorn tax-xufiera kien ser ikollha impatt fuq numru limitat, anki jekk mhux negliġibbli, ta’ xufiera.

    261. Fir-rigward tar-riferiment li sar mir-Repubblika tal-Polonja għall-opinjoni tal-KESE, nirrileva li, għalkemm dan il-kumitat għandu rwol importanti ħafna fil-proċedura leġiżlattiva, mill-Artikolu 13(4) TUE u mill-Artikolu 300(1) TFUE madankollu jirriżulta li dan il-kumitat jeżerċita funzjonijiet konsultattivi. Minn dan isegwi li l-leġiżlatur ma huwiex obbligat isegwi f’kull każ ir-rakkomandazzjonijiet inklużi f’opinjoni ta’ dan il-kumitat, b’mod partikolari jekk huwa jqis li għandu informazzjoni suffiċjenti sabiex iwettaq emendi mhux sostanzjali ta’ dispożizzjoni meta mqabbla ma’ dik prevista fil-Proposta tal-Kummissjoni abbażi ta’ valutazzjoni tal-impatt.

    262. Fit-tieni lok, l-Istati Membri jqajmu lment ibbażat fuq l-argument li l-leġiżlatur ma analizzax il-kwistjoni dwar jekk it-twettiq tal-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera kienx ser jikkontribwixxi għal intensifikazzjoni tat-traffiku li ser tkun ta’ dannu, b’mod partikolari, għall-ambjent (140).

    263. F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat, l-ewwel, li l-valutazzjoni tal-impatt ikkonkludiet b’mod espliċitu li “ma [kien] ġie identifikat l-ebda impatt ambjentali” (141). Issa, fl-assenza ta’ spjegazzjonijiet oħra, tali affermazzjoni ma tidhirx li hija suffiċjenti sabiex tiġġustifika valutazzjoni tal-impatt tad-dispożizzjoni inkwistjoni fuq l-ambjent li tagħmilha possibbli, fil-kuntest tal-kunsiderazzjoni neċessarja tal-għanijiet u tal-interessi differenti inkwistjoni, li jiġi konkluż li l-imsemmija miżura hija proporzjonata fir-rigward tal-impatt tagħha fuq l-ambjent. Madankollu, fil-fehma tiegħi, mill-proċess jirriżulta li abbażi ta’ informazzjoni oħra li l-leġiżlatur kellu fil-mument tal-adozzjoni tad-dispożizzjoni inkwistjoni, huwa seta’ jwettaq tali evalwazzjoni.

    264. Fil-fatt, it-tieni, kif irrilevajt diversi drabi (142), il-valutazzjoni tal-impatt turi li l-maġġoranza tax-xufiera, kemm fl-Istati Membri msejħa tal-“UE‑15” kif ukoll f’dawk tal-UE‑13, diġà kienu, qabel l-adozzjoni tad-dispożizzjoni inkwistjoni, iqattgħu inqas minn erba’ ġimgħat ’l bogħod mill-post ta’ residenza tagħhom, b’tali mod li l-impatt tal-miżura fuq l-ambjent minħabba ż-żieda fl-emissjonijiet ta’ CO2 ser ikun limitat għar-ritorni addizzjonali li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-miżura inkwistjoni.

    265. It-tielet, mill-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-leġiżlatur jirriżulta wkoll, mingħajr ma din l-informazzjoni ġiet ikkontestata fil-prattika mill-Istati Membri kkonċernati, li l-applikazzjoni tal-miżura inkwistjoni x’aktarx li kienet ser iżżid it-traffiku tat-trakkijiet b’inqas minn 0.1 % (143).

    266. F’dawn iċ-ċirkustanzi, inqis li l-leġiżlatur ma jistax jiġi kkritikat li ma bbażax l-analiżi tiegħu fuq l-elementi u ċ-ċirkustanzi rilevanti tas-sitwazzjoni li d-dispożizzjoni inkwistjoni kellha l-intenzjoni li tirregola.

    267. Fit-tielet lok, ir-Repubblika tal-Polonja tinvoka l-assenza ta’ valutazzjoni tal-impatt fir-rigward tat-tielet subparagrafu tal-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 li jobbliga lill-operaturi tat-trasport jiddokumentaw il-mod li bih huma jissodisfaw l-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera.

    268. F’dan ir-rigward, madankollu, nirrileva, l-ewwel, li fil-valutazzjoni tal-impatt tagħha, il-Kummissjoni kienet enfasizzat espressament, filwaqt li pprovdiet data preċiża, li n-nuqqas ta’ osservanza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fl-oqsma soċjali, kummerċjali u tal-impjieg, kif ukoll id-diffikultà sabiex jiġu osservati r-regoli applikabbli kienu fost il-problemi prinċipali fil-qasam tat-trasport bit-triq (144). Issa, id-dispożizzjoni tal-imsemmi tielet subparagrafu hija intiża sabiex tirrikjedi lil impriża turi li hija ssodisfat l-obbligi tagħha li joħorġu mil-liġi. L-introduzzjoni ta’ tali dispożizzjoni għalhekk tirrispondi għal problema enfasizzata b’mod ċar fil-valutazzjoni tal-impatt.

    269. It-tieni, mill-punti 232 u 233 iktar ’il fuq jirriżulta li l-imsemmija dispożizzjoni ma introduċiet l-ebda proċedura ġdida sabiex impriża tikkonforma ruħha mar-rekwiżiti ta’ prova tal-osservanza tal-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera, iżda li, għall-kuntrarju, il-leġiżlatur introduċa grad ta’ flessibbiltà sinjifikattiv għall-impriżi.

    270. F’dawn iċ-ċirkustanzi, fil-fehma tiegħi, ma jistax jitqies li l-leġiżlatur tal-Unjoni kiser il-prinċipju ta’ proporzjonalità billi ma wettaqx valutazzjoni tal-impatt speċifika fir-rigward ta’ dispożizzjoni li sempliċement tirrikjedi lil impriża turi li hija ssodisfat l-obbligi tagħha li joħorġu mil-liġi, mingħajr ma tintroduċi l-ebda proċedura ġdida għall-konformità mar-rekwiżiti ta’ prova. Din il-konklużjoni tapplika iktar u iktar f’sitwazzjoni fejn l-introduzzjoni tad-dispożizzjoni tindirizza problema enfasizzata b’mod espliċitu fil-valutazzjoni tal-impatt.

    271. Bħala konklużjoni, mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li, fil-fehma tiegħi, il-motivi kollha intiżi sabiex isostnu li l-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 ma josservax ir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-prinċipju ta’ proporzjonalità għandhom jiġu miċħuda.

    e)      Fuq ksur talArtikolu 91(2) TFUE u tal-Artikolu 94 TFUE

    1)      Largumenti talpartijiet

    272. Fir-rikorsi tagħhom, ir-Repubblika tal-Polonja (Kawża C‑553/20) u r-Rumanija (Kawża C‑546/20) isostnu li, meta adotta l-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054, il-leġiżlatur tal-Unjoni ma osservax ir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-Artikolu 91(2) TFUE u mill-Artikolu 94 TFUE.

    273. F’dak li jirrigwarda l-ksur tal-Artikolu 91(2) TFUE, ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li n-natura superfiċjali tal-valutazzjoni tal-impatt kif ukoll l-assenza ta’ tali valutazzjoni fir-rigward tad-dispożizzjoni inkwistjoni ma jagħmluhiex possibbli li jiġi kkunsidrat li ttieħed inkunsiderazzjoni l-impatt tagħha fuq il-livell ta’ għajxien u fuq l-impjiegi f’ċerti reġjuni, kif ukoll fuq it-tħaddim tat-tagħmir tat-trasport. Minkejja l-marġni ta’ diskrezzjoni tal-leġiżlatur, l-obbligu li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-elementi indikati fl-Artikolu 91(2) TFUE ma jistax ikun limitat għal għarfien ta’ dawn l-elementi, għaliex inkella l-imsemmija dispożizzjoni tiġi mċaħħda mill-effettività tagħha.

    274. Fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-effett fuq it-tħaddim tat-tagħmir tat-trasport, il-valutazzjoni tal-impatt, b’mod partikolari, ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-konsegwenzi li jirriżultaw miż-żieda fin-numru ta’ vjaġġi fuq ir-rotot prinċipali ta’ tranżitu tal-Unjoni bħala riżultat tal-obbligu li jitwettqu 8 880 000 vjaġġ ta’ ritorn fis-sena. Issa, dawn il-vjaġġi addizzjonali jżidu l-konġestjoni fit-toroq u b’hekk jaggravaw iktar id-degradazzjoni tal-istat tal-infrastruttura tat-toroq li diġà kien ġie kkonstatat mill-Kummissjoni. F’dan il-kuntest, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni l-“liġi tar-raba’ esponent” (145), li tgħid li l-effett ta’ deterjorament tat-toroq jikber b’mod esponenzjali maż-żieda fil-piż tal-vettura għolja għar-raba’ esponent. Għalkemm il-vetturi tqal tal-merkanzija huma inqas numerużi mill-vetturi tat-turiżmu, l-impatt tagħhom fuq l-infrastruttura huwa għalhekk ħafna ikbar.

    275. Fir-rigward, fit-tieni lok, tal-effett fuq l-impjiegi u l-livell ta’ għajxien, iż-żieda tat-traffiku fit-toroq tippreġudika wkoll il-kwalità tal-ħajja fiż-żoni li jinsabu qrib in-nodi prinċipali tat-trasport u s-sigurtà fit-toroq. Lanqas ma ttieħdu inkunsiderazzjoni l-konsegwenzi iebsa għax-xufiera u għall-impriżi stabbiliti fl-Istati fil-periferija tal-Unjoni, li għalihom it-tul medju tal-vjaġġi ta’ ritorn lejn iċ-ċentru operazzjonali huwa kunsiderevolment itwal, bħalma lanqas ma ttieħdu inkunsiderazzjoni l-piżijiet amministrattivi u organizzattivi addizzjonali imposti fuq l-impriżi tat-trasport, li iktar minn nofshom huma SMEs, u b’hekk x’aktarx hemm ir-riskju li jfallu diversi impriżi tat-trasport jew li jiġu ttrasferiti lejn Stati li jinsabu fiċ-ċentru tal-Unjoni. L-evalwazzjoni magħmula fil-valutazzjoni tal-impatt hija ristretta u sintetika u hija wisq superfiċjali sabiex tippermetti li jintlaħqu konklużjonijiet dwar l-effetti tad-dispożizzjoni inkwistjoni fuq l-impjiegi f’ċerti reġjuni.

    276. Fir-rigward tal-ksur tal-Artikolu 94 TFUE, ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li, meta adotta l-miżura inkwistjoni, il-leġiżlatur ma kienx qies is-sitwazzjoni ekonomika tal-operaturi tat-trasport, u li l-valutazzjoni tal-impatt eżaminat b’mod wisq superfiċjali l-effett tal-leġiżlazzjoni proposta fuq is-SMEs. Iż-żieda fin-numru ta’ kilometri li inevitabbilment tirriżulta mill-obbligu ta’ ritorn tax-xufiera għandha tiġi evalwata fil-kuntest tal-Pakkett dwar il-Mobbiltà kollu kemm hu, li jagħmel parti minnu wkoll ir-Regolament 2020/1055. Issa, skont ir-Repubblika tal-Polonja, l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament twassal għal 2 035 200 000 kilometru ta’ vjaġġi fis-sena għall-vetturi li jirritornaw lejn iċ-ċentri operazzjonali fil-Polonja biss. Jekk wieħed jassumi li 60 % ta’ dawn il-vjaġġi jsiru mingħajr tagħbija, dawn il-vetturi ser jivvjaġġaw 1 221 120 000 kilometru mingħajr tagħbija fis-sena. Ir-Repubblika tal-Polonja tqis li, fost id-diversi miżuri disponibbli intiżi sabiex jiggarantixxu li l-ħaddiema jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal mistrieħ, il-leġiżlatur tal-Unjoni kien għalhekk għażel dik li hija l-iktar oneruża għall-impriżi.

    277. Wieħed mill-effetti ta’ din is-sitwazzjoni huwa l-irtirar mis-suq ta’ parti mill-kumpanniji tat-trasport li ġejjin mis-settur tas-SMEs stabbiliti fl-Istati fil-periferija tal-Unjoni, li għalihom, minħabba d-distanza tagħhom miċ-ċentru ġeografiku tal-Unjoni, ikun partikolarment diffiċli li jissodisfaw ir-rekwiżiti organizzattivi relatati mal-obbligu ta’ ritorn tax-xufiera lejn iċ-ċentru operazzjonali jew lejn il-post ta’ residenza tagħhom. Uħud mill-impriżi jistgħu jiddeċiedu wkoll li jittrasferixxu ċ-ċentru operazzjonali tagħhom lejn l-Istati li jinsabu fiċ-ċentru tal-Unjoni. Il-premessa li d-deċiżjoni kummerċjali ta’ rilokazzjoni tal-impriża ma tistax tikkawżalhom preġudizzju ma tistax tiġi aċċettata. It-trasferiment tas-sede tal-impriża jirrappreżenta piż kbir ħafna għall-funzjonament tal-impriża. Barra minn hekk, b’differenza mill-kumpanniji multinazzjonali, il-karatteristika speċifika tas-SMEs tinsab, fost l-oħrajn, fil-fatt li huma marbuta mal-post li minnu jipprovdu s-servizzi tagħhom.

    278. L-adozzjoni tad-dispożizzjoni kkontestata matul il-pandemija tal-COVID‑19 turi wkoll li s-sitwazzjoni ekonomika tal-operaturi tat-trasport ma tteħditx inkunsiderazzjoni. Issa, l-effetti ekonomiċi tal-pandemija jinħassu b’mod partikolari fis-settur tat-trasport peress li dan huwa espost għat-tnaqqis fid-domanda u għar-restrizzjonijiet tal-qsim tal-fruntieri interni introdotti mill-ġdid mill-Istati Membri. Issa, dawn l-effetti kienu diġà preżenti matul il-proċedura leġiżlattiva, peress li l-Pakkett dwar il-Mobbiltà ġie adottat f’Lulju 2020.

    279. Ir-Rumanija ssostni wkoll li s-soluzzjoni leġiżlattiva adottata tmur kontra r-rekwiżiti tal-Artikolu 91(2) TFUE u tal-Artikolu 94 TFUE sa fejn tippreġudika s-sitwazzjoni tal-operaturi tat-trasport. Fil-fatt, peress li l-organizzazzjoni tar-ritorn tax-xufiera tinvolvi telf ikbar għall-impriżi stabbiliti fi Stati Membri li jinsabu fil-periferija ġeografika tal-Unjoni, dawn ser ikunu mġiegħla, sabiex inaqqsu l-ispejjeż tagħhom, jidderieġu l-attivitajiet tagħhom lejn l-Istati tal-Ewropa tal-Punent billi joħolqu sussidjarji jew fergħat hemmhekk, jew saħansitra billi jirrilokaw l-attività tagħhom hemmhekk. Issa, is-settur tat-trasport jikkostitwixxi settur essenzjali għall-ekonomija nazzjonali, speċjalment għar-Rumanija kif ukoll għal Stati Membri oħra fil-periferija ġeografika tal-Unjoni, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-esportazzjonijiet.

    280. Il-Kunsill u l-Parlament, kif ukoll l-intervenjenti insostenn tagħhom, jitolbu li dawn il-motivi kollha jiġu miċħuda.

    2)      Analiżi

    i)      Fuq ilportata talArtikolu 91(2) TFUE u tal-Artikolu 94 TFUE

    281. Kemm l-Artikolu 91(2) TFUE kif ukoll l-Artikolu 94 TFUE huma inklużi fit-Titolu VI tat-Tielet Parti tat-Trattat FUE dwar il-politika komuni tat-trasport u jipprevedu li, fil-kuntest tal-adozzjoni ta’ miżuri li jaqgħu taħt din il-politika, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni ċerti elementi indikati f’dawn id-dispożizzjonijiet.

    282. Fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-Artikolu 91(2) TFUE, din id-dispożizzjoni tipprevedi li, fl-adozzjoni tal-miżuri intiżi sabiex tiġi implimentata l-politika komuni tat-trasport, imsemmija fl-Artikolu 91(1) TFUE, għandu jittieħed kont tal-każijiet fejn l-applikazzjoni tagħhom taf tolqot b’mod gravi l-livell tal-għajxien u l-impjieg f’ċerti reġjuni, kif ukoll it-tħaddim tat-tagħmir tat-trasport.

    283. Din id-dispożizzjoni tat-Trattat FUE ġiet irriveduta b’mod sostanzjali mit-Trattat ta’ Lisbona. Filwaqt li d-dispożizzjoni preċedenti, jiġifieri l-Artikolu 71(2) KE, kienet tipprevedi proċedura leġiżlattiva speċjali li teħtieġ l-unanimità għall-miżuri li jaffettwaw b’mod gravi l-livell tal-għajxien u l-impjieg f’ċerti reġjuni, kif ukoll it-tħaddim tat-tagħmir tat-trasport, l-Artikolu 91(2) TFUE issa jipprevedi biss li “jittieħed kont” tal-każijiet fejn l-applikazzjoni tal-miżura taffettwa b’mod gravi dawn il-parametri.

    284. La t-Trattat FUE u lanqas il-ġurisprudenza ma jiddefinixxu l-kunċetti ta’ “livell tal-għajxien u l-impjieg f’ċerti reġjuni”, jew ta’ “tħaddim tat-tagħmir tat-trasport”. F’dan ir-rigward, jista’ madankollu jiġi rrilevat li r-“reġjuni” li fihom għandu jiġi kkunsidrat l-effett gravi fuq il-livell tal-għajxien u l-impjieg jistgħu jikkonsistu fi Stat Membru wieħed jew iktar. Barra minn hekk, il-kunċett ta’ “tħaddim tat-tagħmir tat-trasport” jista’, fil-fehma tiegħi, jinftiehem bħala li jinkludi l-infrastrutturi tat-trasport fuq l-art, bil-baħar u bl-ajru li jitħaddmu bħala faċilitajiet miftuħa għall-utenti.

    285. Fi kwalunkwe każ, kif jirriżulta mill-użu tat-terminu “b’mod gravi”, l-effett tal-applikazzjoni tal-miżura inkwistjoni fuq il-parametri indikati fid-dispożizzjoni għandu jkun ta’ grad pjuttost importanti. Sempliċi impatt fuq dawn il-parametri permezz ta’ miżura ma huwiex biżżejjed sabiex jiskatta l-applikazzjoni tal-imsemmija dispożizzjoni.

    286. Fir-rigward, fit-tieni lok, tal-Artikolu 94 TFUE, din id-dispożizzjoni tipprevedi li kull miżura dwar prezzijiet u kundizzjonijiet tat-trasport, adottata fil-kuntest tat-Trattati, għandha tqis kif xieraq is-sitwazzjoni ekonomika tal-operaturi tat-trasport. Din id-dispożizzjoni hija intiża sabiex miżura fil-qasam tal-prezzijiet u tal-kundizzjonijiet tat-trasport ma ssegwix biss l-interessi tal-utenti tat-triq jew interessi pubbliċi oħra (146), u b’hekk tinjora kompletament is-sitwazzjoni ekonomika tal-impriżi tat-trasport.

    287. Fir-rigward tal-kontenut tal-obbligu previst fl-Artikolu 94 TFUE, il-Kunsill isostni li l-iffissar tal-prezzijiet fil-qasam tat-trasport tal-merkanzija bit-triq ġie dderegolat (147) u li d-dispożizzjoni inkwistjoni, jiġifieri l-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054, ma tirrigwardax il-prezzijiet tat-trasport bħala tali. F’dan ir-rigward, wieħed jista’ madankollu jistaqsi jekk l-imsemmi obbligu previst fl-Artikolu 94 TFUE jikkonċernax biss il-miżuri li jkollhom direttament bħala suġġett il-prezzijiet u l-kundizzjonijiet tat-trasport, jew jekk jikkonċernax ukoll dawk li jżidu l-ispejjeż u li jkollhom effett fuq il-profittabbiltà tal-impriżi tat-trasport, fi kliem ieħor li jinfluwenzaw indirettament il-prezzijiet (148). Jekk din hija l-interpretazzjoni li għandha tiġi segwita, anki miżura li jkollha impatt indirett fuq il-prezzijiet tat-trasport taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 94 TFUE.

    288. Kemm l-Artikolu 91(2) TFUE kif ukoll l-Artikolu 94 TFUE jipprevedu sempliċi obbligi ta’ “teħid inkunsiderazzjoni” u għalhekk ma għandhomx valur assolut (149).

    289. Dawn id-dispożizzjonijiet jobbligaw lil-leġiżlatur tal-Unjoni, fil-kuntest tal-adozzjoni ta’ miżuri fil-qasam tal-politika komuni tat-trasport, jieħu inkunsiderazzjoni l-parametri u l-għanijiet speċifiċi indikati fihom. Huma joħolqu l-istess grad ta’ obbligu legali bħall-klawżoli trażversali tal-Artikoli 8 et seq. TFUE, li jistabbilixxu wkoll l-obbligu għall-imsemmi leġiżlatur li “jieħu inkunsiderazzjoni” ċerti għanijiet politiċi fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politiki u tal-azzjonijiet kollha tiegħu (150).

    290. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 91(2) TFUE u tal-Artikolu 94 TFUE jeżiġu u għaldaqstant jippreżupponu l-ibbilanċjar mil-leġiżlatur tal-għanijiet imfittxija minn miżura u tal-interessi inkwistjoni (151).

    291. Madankollu, kif irrilevaw ġustament il-Parlament u r-Repubblika tal-Ġermanja, l-obbligu, previst f’dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet, li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-elementi msemmija fihom, ma jimplika l-ebda restrizzjoni tas-setgħa diskrezzjonali li għandu l-leġiżlatur fil-kuntest tal-kompetenzi mogħtija lilu fl-oqsma, bħalma hija l-politika komuni tat-trasport (152), fejn l-azzjoni tiegħu tinvolvi għażliet ta’ natura politika, ekonomika jew soċjali u fejn jintalab jagħmel evalwazzjonijiet u eżamijiet kumplessi billi jipprova jistabbilixxi bilanċ bejn id-diversi interessi inkwistjoni.

    292. In-neċessità li jinstab dan il-bilanċ għalhekk bl-ebda mod ma teskludi l-possibbiltà għal-leġiżlatur li jadotta atti li jkollhom effetti negattivi fuq il-parametri indikati fl-imsemmija żewġ dispożizzjonijiet. L-obbligu tal-leġiżlatur li jirriżulta minn dawn l-istess dispożizzjonijiet huwa dak li jieħu inkunsiderazzjoni l-effetti dannużi fuq dawn il-parametri – fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 91(2) TFUE, fil-każijiet biss ta’ effett “gravi” fuq l-imsemmija parametri – fl-ibbilanċjar tal-għanijiet imfittxija minn miżura u tal-interessi inkwistjoni, li jaqa’, fl-aħħar mill-aħħar, taħt l-evalwazzjoni tal-proporzjonalità tal-miżura.

    293. F’dan il-kuntest, minħabba n-neċessità li jiġu bbilanċjati dawn id-diversi għanijiet u interessi, kif ukoll minħabba l-kumplessità tal-implimentazzjoni ta’ dawn il-kriterji, l-istħarriġ ġudizzjarju għandu neċessarjament ikun limitat għall-eżami ta’ jekk il-leġiżlatur tal-Unjoni wettaqx żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 91(2) TFUE u tal-Artikolu 94 TFUE (153).

    294. Huwa fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet li għandhom jiġu analizzati l-motivi bbażati fuq ksur tal-Artikolu 91(2) TFUE u tal-Artikolu 94 TFUE.

    ii)    Fuq lallegat ksur talArtikolu 91(2) TFUE u talArtikolu 94 TFUE

    295. F’dak li jirrigwarda, l-ewwel, l-allegat ksur tar-rekwiżit previst fl-Artikolu 91(2) TFUE li jittieħed inkunsiderazzjoni l-effett gravi fuq it-tagħmir tat-trasport, imqajjem mir-Repubblika tal-Polonja, għandu jiġi kkonstatat li dan l-Istat Membru la pprova li l-applikazzjoni tal-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera previst fil-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 tagħti lok għal tali effett gravi, u lanqas li l-leġiżlatur wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni, f’dan ir-rigward, meta adotta l-miżura inkwistjoni.

    296. Ir-Repubblika tal-Polonja tinvoka żieda sinjifikattiva fin-numru ta’ vjaġġi fuq ir-rotot ta’ tranżitu ewlenin tal-Unjoni, iżda ma tikkontestax verament l-affermazzjoni tal-Kunsill li mill-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-leġiżlatur jirriżulta li l-applikazzjoni tal-miżura inkwistjoni x’aktarx li kienet ser iżżid it-traffiku tat-trakkijiet b’inqas minn 0.1 % (154). Madankollu, anki jekk wieħed jassumi li din iċ-ċifra kellha tiġi aġġustata b’applikazzjoni tal-“liġi tar-raba’ esponent” imsemmija mir-Repubblika tal-Polonja, għandu jiġi kkonstatat li, taħt tali kundizzjonijiet, ma jistax jiġi affermat li d-dispożizzjoni inkwistjoni x’aktarx li tipproduċi effetti gravi fuq l-infrastruttura tat-toroq.

    297. Għall-kumplament, ir-Repubblika tal-Polonja sempliċement issostni li l-imsemmija żieda fin-numru tal-vjaġġi taggrava l-istat tal-infrastrutturi tat-trasport li diġà jinsabu fi stat mhux sodisfaċenti. Madankollu, hija ma tipprovdix provi li l-effett li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-miżura inkwistjoni fuq l-imsemmija infrastrutturi huwa ta’ livell daqstant sinjifikattiv li jiġġustifika l-konstatazzjoni ta’ effett “gravi” fis-sens tal-Artikolu 91(2) TFUE.

    298. F’dak li jirrigwarda, it-tieni, l-allegat ksur tar-rekwiżit previst fl-Artikolu 91(2) TFUE li jittieħed inkunsiderazzjoni l-effett gravi fuq il-livell tal-għajxien u l-impjieg f’ċerti reġjuni, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet u taċ-ċifri msemmija fil-punt 265 iktar ’il fuq, lanqas ma jista’ jiġi affermat li d-dispożizzjoni inkwistjoni tipproduċi effetti gravi fuq il-kwalità tal-ħajja fiż-żoni li jinsabu qrib ir-rotot ewlenin ta’ trasport bit-triq u fuq is-sigurtà fit-toroq.

    299. Fir-rigward tal-ilment li ma ġewx ikkunsidrati l-konsegwenzi diffiċli għax-xufiera, nagħmel riferiment għall-punti 201 et seq. kif ukoll għall-punti 214 u 215 iktar ’il fuq li minnhom jirriżulta li, għall-kuntrarju, id-dispożizzjoni inkwistjoni ġiet adottata preċiżament biex ittejjeb il-kundizzjonijiet soċjali tax-xufiera. Barra minn hekk, anki jekk l-Artikolu 91(2) TFUE jirreferi għall-impjieg u għal-livell tal-għajxien f’ċerti reġjuni li, kif semmejt (155), jistgħu jikkorrispondu għal Stat Membru wieħed jew iktar, dan ma jneħħi xejn mill-fatt li l-leġiżlatur tal-Unjoni ma jistax jinjora reġjuni oħra jew is-sitwazzjoni tal-Unjoni kollha kemm hi (156).

    300. Fir-rigward tal-ilment li ma ttieħdux inkunsiderazzjoni l-konsegwenzi kkawżati għall-impriżi tat-trasport stabbiliti fl-Istati Membri li jinsabu fil-periferija tal-Unjoni minħabba ż-żieda fl-ispejjeż tagħhom, nagħmel riferiment għall-punti 224 sa 234 u għall-punti 216 et seq. ta’ dawn il-konklużjonijiet li minnhom jirriżulta li, fl-ibbilanċjar tal-interessi mwettaq mil-leġiżlatur tal-Unjoni fil-kuntest tal-marġni ta’ evalwazzjoni wiesa’ tiegħu fil-qasam tal-politika komuni tat-trasport – ibbilanċjar li l-Artikolu 91(2) TFUE jippreżupponi (157) – l-effetti negattivi li jistgħu jirriżultaw mid-dispożizzjoni inkwistjoni għal impriżi li għażlu mudell ekonomiku partikolari, bħal dak deskritt fil-punt 174 iktar ’il fuq, ma jistgħux iwasslu għal ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

    301. Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li l-istruttura tal-provvista u tad-domanda tax-xogħol ġiet eżaminata wkoll fil-valutazzjoni tal-impatt (158). L-istruttura tas-suq, inkluż il-proporzjon kbir ta’ SMEs, tqieset ukoll b’mod espliċitu fil-valutazzjoni tal-impatt, li wriet li l-miżura inkwistjoni kien ser ikollha effetti differenti fuq partijiet differenti tal-Unjoni (159).

    302. F’dak li jirrigwarda, it-tielet, l-allegat ksur tal-Artikolu 94 TFUE, l-argumenti bbażati fuq in-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-operaturi tat-trasport u l-kritika għall-valutazzjoni tal-impatt fir-rigward tat-teħid inkunsiderazzjoni tas-SMEs ġew eżaminati fil-punti preċedenti ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    303. Għall-kumplament, nirrileva li l-argumenti bbażati fuq ir-Regolament 2020/1055 ser jiġu eżaminati fil-parti ta’ dawn il-konklużjonijiet iddedikata għar-rikorsi diretti kontra dan ir-regolament. F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, għalkemm ir-Regolamenti 2020/1055 u 2020/1054 jagħmlu parti minn pakkett ta’ miżuri adottati b’mod ikkoordinat, huma jsegwu għanijiet li ma jikkoinċidux kompletament. Filwaqt li l-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera jikkonċerna, fil-kuntest tal-għanijiet ġenerali tar-Regolament 2020/1054, l-għanijiet ta’ natura fundamentalment soċjali msemmija fid-dettall fil-punti 196 sa 205 iktar ’il fuq, ir-Regolament 2020/1055 jirrigwarda l-għanijiet differenti msemmija fil-punti 578 u 693 iktar ’il quddiem. Minn dan isegwi li l-analiżi dwar l-ibbilanċjar tal-interessi mwettqa mil-leġiżlatur u l-proporzjonalità tal-miżuri adottati f’dawn iż-żewġ regolamenti ma humiex neċessarjament l-istess u li, b’hekk, bħala prinċipju, ma jistgħux jinsiltu argumenti minn regolament sabiex titpoġġa fid-dubju l-legalità tal-ieħor.

    304. Fir-rigward tal-ilment li l-leġiżlatur tal-Unjoni għażel l-iktar alternattiva oneruża għall-impriżi tat-trasport, għandu jiġi kkonstatat li, minbarra l-alternattiva diskussa fil-punti 241 sa 244, ir-Repubblika tal-Polonja ma tispeċifikax liema alternattivi oħra inqas onerużi kienu possibbli.

    305. Fir-rigward tal-argumenti dwar ir-riskji ta’ rtirar mis-suq jew ta’ rilokazzjoni ta’ parti mill-kumpanniji tat-trasport li joriġinaw mis-settur tas-SMEs stabbiliti fl-Istati fil-periferija tal-Unjoni, nagħmel riferiment għall-argumenti fil-punti 172 sa 180, fil-punti 216 et seq. kif ukoll fil-punt 234 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    306. Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-argumenti mressqa mir-Repubblika tal-Polonja fir-rigward tal-pandemija tal-COVID‑19, nirrileva li għalkemm din il-pandemija kellha konsegwenzi serji fuq diversi setturi ekonomiċi, fosthom ukoll is-settur tat-trasport bit-triq, din madankollu hija sitwazzjoni eċċezzjonali u temporanja li ma tistax tiddevja lil-leġiżlatur tal-Unjoni milli jadotta regoli soċjali xierqa li japplikaw fit-tul. Minn dan isegwi li l-pandemija tal-COVID‑19 ma tistax tiġi invokata sabiex jiġi invokat allegat ksur tal-Artikolu 94 TFUE.

    307. Minn dak kollu li ntqal iktar ’il fuq jirriżulta, fil-fehma tiegħi, li l-motivi bbażati fuq ksur tal-Artikolu 91(2) TFUE u tal-Artikolu 94 TFUE għandhom jiġu miċħuda.

    f)      Fuq ksur taddispożizzjonijiet taddritt talUnjoni dwar ilpolitika tal-ambjent u tattibdil filklima

    1)      Largumenti talpartijiet

    308. Fir-rikorsi tagħhom, ir-Repubblika tal-Litwanja (Kawża C‑541/20) u r-Repubblika tal-Polonja (Kawża C‑553/20) isostnu li l-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 jikser diversi dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni dwar il-politika tal-ambjent u tat-tibdil fil-klima. Ir-Repubblika tal-Litwanja ssostni ksur tal-Artikolu 3(3) TUE u tal-Artikoli 11 TFUE u 191 TFUE. Ir-Repubblika tal-Polonja ssostni ksur tal-Artikolu 11 TFUE u tal-Artikolu 37 tal-Karta.

    309. Ir-Repubblika tal-Litwanja ssostni li l-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054, billi jimponi l-obbligu ta’ ritorn regolari tax-xufiera, jikser l-Artikolu 3(3) TUE, l-Artikoli 11 TFUE u 191 TFUE kif ukoll il-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent u tat-tibdil fil-klima, sa fejn dan ser ikun inkompatibbli magħha u mal-obbligu li tiġi żgurata l-kompatibbiltà tal-miżuri tal-politika tat-trasport tal-Unjoni mal-politiki l-oħra tal-Unjoni. Il-protezzjoni tal-ambjent hija wieħed mill-għanijiet essenzjali tal-Unjoni u r-rekwiżiti f’dan il-qasam għandhom jiġu integrati fl-implimentazzjoni tal-politika komuni tat-trasport. Barra minn hekk, filwaqt li l-proċedura ta’ adozzjoni tar-Regolament 2020/1054 kienet għadha għaddejja, il-Kummissjoni kienet diġà fasslet il-Patt Ekoloġiku Ewropew (160), li fih l-Unjoni stabbilixxiet l-għan li tinkiseb in-newtralità klimatika sas-sena 2050. Skont id-data tal-Kummissjoni, is-settur tat-trasport jirrappreżenta kwart tal-emissjonijiet totali ta’ gassijiet serra tal-Unjoni u dan is-sehem qiegħed ikompli jiżdied. Biex tinkiseb in-newtralità klimatika, l-emissjonijiet mis-settur tat-trasport iridu jitnaqqsu b’90 % sal‑2050 (161). Fit‑12 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill Ewropew approva dan l-objettiv u espressament talab lill-Kunsill biex ikompli jaħdem f’dan il-qasam (162). Madankollu, bl-adozzjoni tal-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054, il-leġiżlatur tal-Unjoni ma qiesx dawn l-għanijiet. Fil-fatt, fid-dawl tal-fatt li l-parti l-kbira tad-domanda għat-trasport tal-merkanzija bit-triq toriġina, skont id-data tal-Kummissjoni, mill-Istati Membri li jinsabu fiċ-ċentru tal-Unjoni jew madwar dan iċ-ċentru, u filwaqt li l-parti l-kbira tad-domanda għall-persunal tat-trasport tiġi minn Stati Membri fil-periferija tal-Unjoni, din id-dispożizzjoni timponi obbligu li jżid artifiċjalment iċ-ċirkulazzjoni fit-toroq, in-numru ta’ trakkijiet li jiċċirkulaw mingħajr merkanzija jew in-numru ta’ vetturi oħra intiżi għat-trasport tal-ħaddiema, il-konsum tal-karburant u l-emissjonijiet ta’ CO2 fl-ambjent, u b’hekk titnaqqas l-effettività tas-sistema tat-trasport u jiżdiedu t-tniġġis u l-konġestjoni. Il-problemi li se toħloq l-imsemmija dispożizzjoni għall-ambjent u għall-klima se jkunu bla dubju kbar peress li, skont id-data tal-Kummissjoni, is-settur tat-trasport jimpjega madwar 2.9 miljuni ħaddiema.

    310. Min-naħa tagħha, ir-Repubblika tal-Polonja ssostni, fil-Kawża C‑553/20, li l-Artikolu 11 TFUE u l-Artikolu 37 tal-Karta kienu nkisru sa fejn ir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-protezzjoni tal-ambjent ma ttieħdux inkunsiderazzjoni. Minn dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet jirriżulta li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni huma obbligati jastjenu milli jieħdu miżuri li jistgħu jikkompromettu t-twettiq tal-għanijiet ta’ protezzjoni tal-ambjent, u dan lil hinn mis-sempliċi miżuri marbuta mal-Artikoli 191 TFUE u 192 TFUE. Il-prinċipju ta’ integrazzjoni tar-rekwiżiti tal-ambjent fil-politiki l-oħra tal-Unjoni li jirriżulta mill-imsemmija dispożizzjonijiet jippermetti li jiġu kkonċiljati l-għanijiet u r-rekwiżiti ta’ protezzjoni tal-ambjent mal-interessi u mal-għanijiet l-oħra mfittxija mill-Unjoni kif ukoll il-mira ta’ żvilupp sostenibbli. Tali prinċipju jikkostitwixxi, fih innifsu, motiv għal annullament ta’ att tal-Unjoni meta l-interessi ambjentali ma jkunux manifestament ittieħdu inkunsiderazzjoni jew ikunu ġew kompletament injorati. Fid-dawl tan-natura orizzontali wiesgħa tal-Artikolu 11 TFUE, meta jiġi eżaminat jekk miżura partikolari tikkontribwixxix suffiċjentement għall-protezzjoni tal-ambjent, din ma għandhiex tiġi kkunsidrata b’mod iżolat meta mqabbla mal-miżuri l-oħra tal-Unjoni adottati għal dan l-għan u marbuta mal-attività kkonċernata, iżda huma l-miżuri kollha adottati mill-Unjoni f’dan il-qasam li jipprovdu l-kuntest xieraq għal tali evalwazzjoni. L-istħarriġ ġudizzjarju dwar l-evalwazzjoni tal-konformità tal-azzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni ma’ dan il-prinċipju ta’ integrazzjoni għandu jkun analogu għal dak imwettaq mill-Qorti Ġenerali meta jkollha tevalwa jekk l-azzjoni tal-Kummissjoni kinitx tosserva l-prinċipju ta’ solidarjetà enerġetika. Interpretazzjoni tal-Artikolu 11 TFUE fis-sens li dan jikkonċerna biss oqsma tad-dritt u mhux miżuri partikolari jkollha l-effett li tirrelativizza kunsiderevolment l-importanza tiegħu. Ir-rekwiżiti ta’ protezzjoni tal-ambjent għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni anki meta jiġu ddeterminati d-diversi miżuri li jagħmlu parti mill-qasam ikkonċernat tad-dritt tal-Unjoni. F’dawn iċ-ċirkustanzi, kien l-imsemmi leġiżlatur li kellu jieħu inkunsiderazzjoni r-rekwiżiti ambjentali qabel ma adotta l-obbligu ta’ ritorn, li kien jinvolvi b’mod partikolari li ssir valutazzjoni tal-impatt tar-regoli ppjanati fuq l-ambjent u li jiġi żgurat li dawn tal-aħħar ma jkunux ta’ ħsara għall-kisba tal-għanijiet stabbiliti fl-atti l-oħra tad-dritt sekondarju adottati fil-qasam tal-ambjent. Il-Parlament u l-Kunsill kienu sussegwentement obbligati jibbilanċjaw l-interessi kunfliġġenti u jagħmlu, jekk ikun il-każ, l-emendi xierqa.

    311. Huwa magħruf sew li t-tniġġis tal-arja mill-emissjonijiet tat-trasport joħloq diversi problemi tas-saħħa li għalihom jikkontribwixxi prinċipalment it-trasport bit-triq. L-obbligu ta’ ritorn stabbilit fil-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 joħloq vjaġġi addizzjonali li jiġġeneraw żieda fl-emissjonijiet ta’ CO2 u ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja, emissjonijiet li jista’ jkollhom effett sinjifikattiv fuq il-kisba tal-għanijiet ambjentali tal-Unjoni li joħorġu b’mod partikolari mill-Patt Ekoloġiku Ewropew, mill-għan ta’ Unjoni newtrali għall-klima sal‑2050 permezz ta’ tnaqqis ta’ 90 % fl-emissjonijiet globali tat-trasport meta mqabbla mal-livelli tal‑1990 u mill-għanijiet assenjati lill-Istati Membri mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni f’dan il-qasam. L-emissjonijiet addizzjonali ta’ ossidu tan-nitroġenu u tat-trab iġġenerati skont din id-dispożizzjoni u l-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat previst fir-Regolament 2020/1055 jistgħu jdaħħlu inkwistjoni l-effettività tal-azzjoni ddefinita mill-Istati Membri fil-pjanijiet nazzjonali għall-ambjent. Dawn l-effetti negattivi huma ddokumentati fil-valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali tal-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat ipprovduti matul il-proċedura leġiżlattiva b’mod partikolari mill-Istati Membri, permezz tal-ittra tal-IRU, tar-rapport KPMG ikkummissjonat minn assoċjazzjoni Bulgara u tan-nota tal-European Centre for International Political Economy (ECIPE). Il-Kummissjoni, permezz tal-Kummissarja Vălean (163), ikkontestat il-konformità tal-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat mal-ambizzjonijiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal‑2019. Minkejja dan, il-Parlament u l-Kunsill ma wettqux valutazzjoni xierqa tal-impatt tal-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera fuq it-twettiq tal-għanijiet ambjentali tal-Unjoni u l-osservanza tal-obbligi tal-Istati Membri skont l-atti fil-qasam tal-ambjent. Din l-assenza ta’ valutazzjoni tal-impatt tikkostitwixxi ksur manifest tal-obbligu tagħhom li jwettqu tali evalwazzjoni li jirriżulta mill-Artikolu 11 TFUE (164).

    312. Il-Kunsill u l-Parlament, kif ukoll l-intervenjenti insostenn tagħhom, jitolbu li dawn il-motivi kollha jiġu miċħuda.

    2)      Analiżi

    313. Il-kwistjoni tal-ksur tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent u tat-tibdil fil-klima ser tkun is-suġġett ta’ eżami eżawrjenti fil-kuntest tar-rikorsi diretti kontra l-punt 3(a) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1055, li jobbliga lill-operaturi tat-trasport jorganizzaw ir-ritorn tal-vetturi lejn l-Istat ta’ stabbiliment kull tmien ġimgħat, eżami li, fid-dawl tas-similarità tal-argumenti mressqa mir-Repubblika tal-Litwanja u mir-Repubblika tal-Polonja fir-rikorsi paralleli rispettivi tagħhom, nixtieq nirreferi għalih b’mod estensiv (165).

    314. Għalhekk, hawn ser nillimita ruħi sabiex nindika li ladarba l-Artikolu 52(2) tal-Karta li jipprovdi li d-drittijiet irrikonoxxuti minnha li huma s-suġġett ta’ dispożizzjonijiet fit-Trattati għandhom jiġu eżerċitati taħt il-kundizzjonijiet u fil-limiti ddefiniti minnhom, id-dritt għal livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent kif stabbilit fil-Karta għandu jinftiehem u jiġi interpretat fil-kundizzjonijiet u l-limiti, jekk ikun il-każ, previsti fl-Artikolu 3(3) TUE u fl-Artikoli 11 TFUE u 191 TFUE (166). Għaldaqstant, l-Artikolu 37 tal-Karta ma jikkostitwixxix regola ġuridika awtonoma indipendenti minn dawn id-dispożizzjonijiet l-oħra tad-dritt primarju.

    315. Fir-rigward tal-Artikolu 3(3) TUE, id-dimensjoni programmatika tiegħu teskludih mill-parametri li jippermettu li tiġi evalwata l-konformità mad-dritt primarju ta’ dispożizzjoni tad-dritt sekondarju. Fil-fehma tiegħi, dan l-artikolu ma jistax jiġi applikat b’mod awtonomu mid-dispożizzjonijiet speċifiċi tat-Trattat li jikkonkretizzaw l-għanijiet ġenerali li jelenka (167).

    316. F’dak li jirrigwarda l-Artikolu 11 TFUE, minkejja formulazzjoni li tidher imperattiva, m’iniex konvint li din id-dispożizzjoni hija ta’ natura li toħloq obbligi fir-rigward tal-leġiżlatur tal-Unjoni preċiżi daqs dawk invokati mir-rikorrenti, peress li huwa meħtieġ biss li jkunu integrati r-rekwiżiti marbuta mal-protezzjoni tal-ambjent, mingħajr iktar dettalji. Minn din l-impreċiżjoni jirriżulta li l-ilment imqajjem mir-Repubblika tal-Polonja u bbażat fuq ksur tal-Artikolu 11 TFUE minħabba l-allegata assenza ta’ valutazzjoni tal-impatt – li barra minn hekk ma huwiex magħruf jekk jikkonċernax l-obbligu ta’ ritorn tax-xufiera bħala tali jew inkella l-obbligu distint ta’ ritorn tal-vetturi – ma jistax jintlaqa’ (168).

    317. Barra minn hekk, għalkemm l-Artikolu 11 TFUE jirreferi għall-politiki u għall-azzjonijiet tal-Unjoni, tali riferiment ma jistax madankollu jiġi interpretat bħala obbligu sistematiku, għall-adozzjoni ta’ kull dispożizzjoni individwali, li jiġu integrati r-rekwiżiti marbuta mal-protezzjoni tal-ambjent, jew li dawn jiġu invokati. Fid-dawl tan-natura trażversali tal-Artikolu 11 TFUE, huwa, finalment, il-mod li bih l-Unjoni tintegra u tieħu inkunsiderazzjoni fil-politiki tagħha dawn ir-rekwiżiti li jippermetti li jiġi ddeterminat jekk din taġixxix f’konformità ma’ dak li tipprevedi din id-dispożizzjoni u jekk il-leġiżlatur tagħha eżerċitax il-kompetenzi tiegħu b’osservanza tal-għan stabbilit mill-imsemmija dispożizzjoni.

    318. Tali interpretazzjoni jidhirli li hija kkorroborata min-natura stess tal-azzjoni leġiżlattiva, li għandha sservi ta’ arbitru, f’qasam partikolari, bejn interessi diverġenti u li għandha tibbilanċja għanijiet ta’ spiss kontradittorji. Għalhekk, anki jekk l-obbligu ta’ ritorn tax-xufiera, ikkunsidrat waħdu, ikollu konsegwenzi negattivi għall-ambjent (169), din il-konstatazzjoni waħedha ma hijiex suffiċjenti sabiex jiġi konkluż li hemm ksur tal-Artikolu 11 TFUE peress li, barra minn hekk, il-leġiżlatur tal-Unjoni ħa diversi azzjonijiet sabiex jipprova jillimita l-effetti negattivi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq (170) u peress li dawn l-allegati konsegwenzi jikkostitwixxu l-kost ambjentali ta’ progress soċjali.

    319. Nirrileva wkoll li d-diversi studji u analiżijiet ċċitati mir-Repubblika tal-Polonja, b’mod partikolari, huma intiżi sabiex jiddeskrivu u jevalwaw l-effetti negattivi fuq l-ambjent li huma allegati li jirriżultaw mill-adozzjoni mil-leġiżlatur tal-Unjoni tal-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat fl-Istat Membru ta’ stabbiliment. Dawn huma l-istess bħal dawk li huma kkwotati u kkummentati b’mod abbundanti fil-kuntest tar-rikorsi ppreżentati kontra l-punt 3(a) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1055 li nagħmel riferiment għalihom. Madankollu, l-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera ma għandux jitħallat ma’ dak dwar ir-ritorn tal-vetturi (171).

    320. Fir-rigward tal-Artikolu 191 TFUE, nirrimarka li r-Regolament 2020/1054 ma huwiex miżura adottata skont il-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent u ma ġiex sostnut li l-istituzzjonijiet konvenuti wettqu żball fir-rigward tal-bażi legali. Barra minn hekk, miżura ma tistax taqa’ fil-qasam tal-ambjent sempliċiment minħabba li għandha tqis ir-rekwiżiti ambjentali (172). F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-invokazzjoni tal-Artikolu 191 TFUE tidher irrilevanti.

    321. Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-allegazzjoni li l-obbligu ta’ ritorn imur kontra l-għanijiet barra minn hekk stabbiliti mill-Kunsill Ewropew, mill-Patt Ekoloġiku Ewropew u mill-istrumenti l-oħra tad-dritt sekondarju, għandu jitfakkar dan li ġej. L-ewwel, il-legalità interna ta’ att tad-dritt sekondarju ma tistax tiġi eżaminata fid-dawl ta’ att ieħor tal-Unjoni tal-istess livell leġiżlattiv (173), sakemm ma jkunx ġie adottat b’applikazzjoni ta’ dan l-aħħar att jew sakemm ma jkunx espressament previst, f’wieħed minn dawn iż-żewġ atti, li wieħed minnhom ikun jipprevali fuq l-ieħor (174), li ma huwiex il-każ għar-Regolament 2020/1054.  Barra minn hekk, kwalunkwe tensjoni possibbli, bejn l-Istati Membri, bejn l-għanijiet assenjati lilhom mid-diversi leġiżlazzjonijiet tal-Unjoni li japplikaw għalihom jistgħu jwasslu biss għall-konstatazzjoni ta’ ksur minn Stat Membru tal-obbligi tiegħu taħt waħda jew l-oħra minn dawn il-leġiżlazzjonijiet, mingħajr madankollu ma jkun jista’ jiġi ddikjarat li waħda minn dawn il-leġiżlazzjonijiet hija kuntrarja għal oħra tal-istess livell leġiżlattiv (175). It-tieni, minħabba n-natura essenzjalment politika tagħhom u n-nuqqas ta’ setgħa leġiżlattiva mgħoddija lill-Kunsill Ewropew, ma tista’ ssir l-ebda konklużjoni utli għall-eżitu tar-rikorsi ineżami fil-każ li l-allegata kontradizzjoni mal-konklużjonijiet ta’ dan tal-aħħar tiġi kkonfermata (176). It-tielet, il-Patt Ekoloġiku Ewropew huwa r-riżultat ta’ komunikazzjoni tal-Kummissjoni li ma hijiex waħda mill-parametri li l-leġiżlatur tal-Unjoni kien obbligat li jqis meta ġie adottat l-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera.

    322. Għaldaqstant, il-motivi bbażati fuq il-ksur tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent u tat-tibdil fil-klima għandhom jiġu miċħuda.

    g)      Fuq ksur talprinċipji ta’ ugwaljanza fittrattament u ta’ nondiskriminazzjoni

    1)      Largumenti talpartijiet

    323. Fir-rikorsi tagħhom, ir-Repubblika tal-Litwanja (Kawża C‑541/20), ir-Repubblika tal-Bulgarija (Kawża C‑543/20) u r-Rumanija (Kawża C‑546/20) isostnu li l-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 ma josservax ir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, previst fl-Artikolu 18 TFUE. Ir-Repubblika tal-Bulgarija tagħmel riferiment ukoll għall-Artikoli 20 u 21 tal-Karta, għall-prinċipju tal-ugwaljanza tal-Istati Membri, stabbilit fl-Artikolu 4(2) TUE kif ukoll għall-Artikolu 95(1) TFUE u għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi.

    324. Fl-ewwel lok, dawn it-tliet Stati Membri jsostnu li l-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 jikser il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni sa fejn jippermetti diskriminazzjoni bejn l-operaturi tat-trasport stabbiliti fl-Istati Membri li jinsabu fil-periferija ġeografika tal-Unjoni u dawk li huma stabbiliti fl-Istati Membri li jinsabu fiċ-ċentru tal-Unjoni. Fil-fatt, l-organizzazzjoni tax-xogħol tal-vetturi tqal b’tali mod li jkunu jistgħu jirritornaw lejn il-post tad-domiċilju tagħhom jew fl-Istat Membru ta’ stabbiliment tal-inqas kull erba’ ġimgħat hija ferm inqas restrittiva għall-operaturi tat-trasport stabbiliti fi Stati Membri li għandhom suq nazzjonali kbir, li x-xufiera tagħhom iwettqu operazzjonijiet ta’ trasport fl-Istat Membru ta’ stabbiliment tal-operatur tat-trasport, qrib il-post ta’ residenza tagħhom, milli għall-operaturi tat-trasport stabbiliti fi Stati Membri fil-periferija, li s-suq nazzjonali tagħhom huwa limitat u li jikkonċentraw fuq it-trasport internazzjonali. B’mod partikolari, ir-Rumanija ssostni li l-obbligu li jiġi żgurat ir-ritorn tax-xufiera jwassal għal telf kbir għall-kumpanniji stabbiliti fl-Istati Membri li jinsabu fil-periferija ġeografika tal-Unjoni, li fi kwalunkwe każ ikun ferm ogħla minn dak għall-kumpanniji stabbiliti fl-Ewropa Ċentrali jew fl-Ewropa tal-Punent.

    325. Barra minn hekk, ir-Repubblika tal-Litwanja ssostni li d-diskriminazzjoni maħluqa mid-dispożizzjoni inkwistjoni fil-konfront tal-impriżi tal-Istati Membri li jinsabu fil-periferija tal-Unjoni tostakola l-eżerċizzju tal-libertajiet tas-suq intern peress li dawn l-impriżi jinsabu f’sitwazzjoni sfavorevoli meta mqabbla mal-impriżi taċ-ċentru tal-Unjoni u tar-reġjuni madwar dan iċ-ċentru. Il-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 huwa għalhekk miżura protezzjonista, li permezz tagħha l-impriżi tal-Istati fil-periferija jiġu esklużi mis-suq tat-trasport ta’ parti mit-territorju tal-Unjoni, intiża sabiex tnaqqas il-volum tal-attivitajiet ta’ dawn l-impriżi, peress li dawn mhux biss iridu joffru lix-xufiera kundizzjonijiet tax-xogħol li jirrestrinġu l-moviment liberu tagħhom, iżda wkoll jorganizzaw l-attività tagħhom b’tali mod li parti mill-vjaġġi mwettqa mill-vetturi ma jkunux profittabbli jew li l-vetturi jibqgħu vojta sakemm ix-xufiera jiġu ssostitwiti jew jirritornaw miċ-ċentru operazzjonali jew mill-Istat ta’ residenza wara l-perijodu ta’ mistrieħ tagħhom.

    326. Fit-tieni lok, ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Repubblika tal-Litwanja jsostnu li d-dispożizzjoni kkontestata twassal għal diskriminazzjoni bejn ix-xufiera li jaħdmu għal operaturi tat-trasport stabbiliti fi Stati Membri li jinsabu fil-periferija ġeografika tal-Unjoni u dawk li jaħdmu għal operaturi tat-trasport ta’ Stati Membri li jinsabu fiċ-ċentru tal-Unjoni, peress li r-ritorn lejn l-Istat ta’ residenza jimponi vjaġġ itwal għal perijodi qosra ta’ żmien, li x’aktarx ma jkunux mixtieqa u jaggravaw is-sitwazzjoni tax-xufier. Fil-kuntest tal-istess Stat Membru, ir-rekwiżit inkwistjoni joħloq diskriminazzjoni bejn ix-xufiera lokali u dawk ta’ Stati Membri oħra. Barra minn hekk, il-ħaddiema tal-Istati Membri li jinsabu fil-periferija tal-Unjoni jitqiegħdu f’sitwazzjoni oġġettivament iktar ikkumplikata, billi, sabiex jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal-leave, ikollhom jivvjaġġaw distanzi ikbar u jitilfu iktar ħin meta mqabbla mal-ħaddiema mir-reġjuni li jinsabu madwar iċ-ċentru tal-Unjoni.

    327. Fit-tielet lok, ir-Repubblika tal-Bulgarija ssostni li l-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera jikser ukoll il-prinċipju tal-ugwaljanza tal-Istati Membri minħabba l-pożizzjoni ħafna iktar sfavorevoli li fiha jitqiegħdu l-Istati Membri li jinsabu fil-periferija tal-Unjoni.

    328. Il-Kunsill u l-Parlament, kif ukoll l-intervenjenti insostenn tagħhom, jitolbu li dawn il-motivi kollha jiġu miċħuda.

    2)      Analiżi

    329. Ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija jsostnu li l-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera jikser il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni minn tliet perspettivi: l-ewwel, dan joħloq diskriminazzjoni bejn l-operaturi tat-trasport; it-tieni, dan iwassal għal diskriminazzjoni bejn ix-xufiera, u, it-tielet, dan joħloq diskriminazzjoni bejn id-diversi Stati Membri.

    330. Preliminarjament, għandu jitfakkar li, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza msemmija fil-punt 79 iktar ’il fuq, in-natura paragunabbli tas-sitwazzjonijiet differenti għandha tiġi evalwata fid-dawl tas-suġġett u tal-għan tal-att tal-Unjoni li jistabbilixxi d-distinzjoni inkwistjoni. L-għanijiet tad-dispożizzjoni inkwistjoni ġew esposti fil-punti 196 et seq. iktar ’il fuq, li nagħmel riferiment għalihom.

    331. Fir-rigward, fl-ewwel lok, tad-diskriminazzjoni bejn l-operaturi tat-trasport, allegatament maħluqa mill-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera, għandu, qabel kollox, jiġi rrilevat li, kif ġie osservat fil-punt 167 iktar ’il fuq, l-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera japplika mingħajr distinzjoni u bl-istess mod għal kull impriża tat-trasport li twettaq trasport bit-triq li jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 561/2006. Id-dispożizzjoni tapplika irrispettivament min-nazzjonalità tal-persuna li timpjega (kif ukoll tax-xufier).

    332. Minn dan isegwi li dan l-obbligu, bħala tali, ma jistabbilixxix b’mod espliċitu distinzjoni bejn impriżi ta’ trasport.

    333. Madankollu, l-imsemmija tliet Stati Membri jsostnu, essenzjalment, li, minkejja l-fatt li japplika mingħajr distinzjoni għall-impriżi kollha tat-trasport, l-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera jaffettwa iktar lill-impriżi tat-trasport stabbiliti fl-Istati Membri li jinsabu fil-periferija ġeografika tal-Unjoni, u dan iwassal għal diskriminazzjoni pprojbita mid-dritt tal-Unjoni.

    334. F’dan ir-rigward, fil-punt 174 iktar ’il fuq irrilevajt li l-obbligu dwar ix-xufiera x’aktarx li jaffettwa iktar lill-impriżi tat-trasport li għażlu, għal raġunijiet kummerċjali speċifiċi għalihom, li jistabbilixxu ruħhom fi Stat Membru fil-periferija tal-Unjoni filwaqt li jeżerċitaw, madankollu, b’mod permanenti jew fil-parti l-kbira, l-attivitajiet tagħhom fi Stati Membri oħra li jinsabu ’l bogħod, fejn jipprovdu l-parti l-kbira tas-servizzi ta’ trasport tagħhom, mingħajr madankollu ma jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jistabbilixxu ruħhom f’dawn l-Istati Membri, kif jiggarantilhom id-dritt tal-Unjoni (177).

    335. Barra minn hekk, mill-valutazzjoni tal-impatt, kif ġie rrilevat fil-punt 229 iktar ’il fuq, jirriżulta li parti kbira mill-impriżi tat-trasport, inklużi dawk li jinsabu fil-periferija tal-Unjoni, diġà kienu jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom b’mod kompatibbli mal-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera.

    336. F’dawn iċ-ċirkustanzi, kif ġie osservat fil-punt 230 iktar ’il fuq, kienu preċiżament il-prattiki ta’ “nomadiżmu tax-xufiera” li kienu jikkonċernaw lil għadd mhux negliġibbli ta’ xufiera u li kienu ġew identifikati bħala wieħed mill-fatturi li jikkontribwixxu għad-deterjorament tal-kundizzjonijiet soċjali tax-xufiera, li l-leġiżlatur tal-Unjoni kellu l-għan li jirregola sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ politika tar-Regolament 2020/1054, jiġifieri li jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tax-xufiera, li tiġi ggarantita kompetizzjoni leali u mingħajr distorsjoni bejn l-operaturi tat-trasport, u li jkun hemm kontribuzzjoni għas-sigurtà fit-toroq għall-utenti kollha tat-toroq (178).

    337. Issa, kif irrilevajt fil-punt 220 iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà rrikonoxxiet li l-leġiżlatur tal-Unjoni għandu d-dritt li jadatta att leġiżlattiv sabiex jibbilanċja mill-ġdid l-interessi involuti bl-għan li tiżdied il-protezzjoni soċjali tax-xufiera permezz ta’ tibdil fil-kundizzjonijiet li fihom tiġi eżerċitata l-libertà li jiġu pprovduti servizzi.

    338. Madankollu, miżura ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni inevitabbilment ikollha effetti diverġenti fid-diversi Stati Membri (179). Il-leġiżlatur ma jistax ikun obbligat jikkumpensa d-differenzi fl-ispejjeż bejn l-operaturi ekonomiċi, li jirriżultaw mill-għażliet tagħhom tal-mudell ekonomiku u mill-kundizzjonijiet differenti li fihom jitqiegħdu (180) minħabba din l-għażla, bħal dawk li jirriżultaw minn realtajiet ġeografiċi (181).

    339. Sussegwentement, fil-kuntest tal-istħarriġ ġudizzjarju limitat li, f’qasam bħalma hija l-politika tat-trasport, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet ukoll fir-rigward tal-osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament (182), il-qorti tal-Unjoni ma tistax tissostitwixxi l-evalwazzjoni tagħha għal dik tal-leġiżlatur tal-Unjoni billi tqiegħed f’dubju l-għażla tal-leġiżlatur li jiġġieled, billi jadotta dispożizzjoni applikabbli mingħajr distinzjoni għal kull impriża tat-trasport, ċerti prattiki identifikati bħala li jikkontribwixxu għad-deterjorament tal-kundizzjonijiet soċjali tax-xufiera, anki jekk din l-għażla tkun tfisser li ċerti impriżi li jkunu għażlu tip ta’ mudell ekonomiku jkollhom iġarrbu spejjeż ogħla.

    340. Fir-rigward tal-argumenti tar-Repubblika tal-Litwanja fis-sens li l-allegata diskriminazzjoni maħluqa mid-dispożizzjoni inkwistjoni fil-konfront tal-impriżi tal-Istati Membri li jinsabu fil-periferija tal-Unjoni tostakola l-eżerċizzju tal-libertajiet tas-suq intern, nagħmel riferiment għall-kunsiderazzjonijiet magħmula fil-punti 167 sa 180 iktar ’il fuq, li fihom spjegajt ir-raġunijiet għaliex l-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera ma jiksirx id-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE fil-qasam tal-libertajiet fundamentali.  

    341. Fir-rigward, fit-tieni lok, tad-diskriminazzjoni bejn ix-xufiera, li, skont ir-Repubblika tal-Litwanja u r-Repubblika tal-Bulgarija, joħloq l-obbligu ta’ ritorn tax-xufiera, nirrileva, sussidjarjament (183), li s-sitwazzjoni tax-xufiera impjegati f’impriżi tat-trasport stabbiliti fi Stati Membri li jinsabu fil-periferija ġeografika tal-Unjoni u dik tax-xufiera li jaħdmu għall-operaturi tat-trasport stabbiliti fi Stati Membri li jinsabu fiċ-ċentru tal-Unjoni huma komparabbli fir-rigward tad-dritt li jkollhom il-possibbiltà li jirritornaw lejn il-post ta’ residenza tagħhom fi żmien raġonevoli.

    342. F’dawn iċ-ċirkustanzi, huwa diffiċli li jitqies li l-leġiżlatur tal-Unjoni wettaq żball manifest jew li eċċeda b’mod ċar is-setgħa ta’ evalwazzjoni tiegħu meta naqas milli jagħmel distinzjoni bejn il-ħaddiema differenti skont id-distanza itwal jew iqsar li dawn il-ħaddiema jkollhom jivvjaġġaw sabiex jirritornaw lejn darhom jew lejn iċ-ċentru operazzjonali tal-persuna li timpjegahom, u b’hekk ċaħad jew illimita għal grupp ta’ ħaddiema d-dritt ta’ ritorn minħabba l-mudell ekonomiku magħżul mill-persuna li timpjegahom.

    343. F’dan ir-rigward, jiena naqbel mal-opinjoni tal-Kunsill, fis-sens li x-xufiera kollha tas-settur tat-trasport bit-triq jinsabu f’sitwazzjoni komparabbli fir-rigward tad-dritt tagħhom għar-ritorn u konsegwentement għandhom jingħataw l-istess drittijiet minkejja l-piżijiet differenti li l-eżerċizzju ta’ dan id-dritt jinvolvi għall-persuni rispettivi li jimpjegawhom skont il-mudelli ekonomiċi li dawn ikunu għażlu.

    344. Fit-tielet lok, fir-rigward tad-diskriminazzjoni bejn Stati Membri differenti allegatament maħluqa mill-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera, anki jekk jiġi preżunt li ċerti Stati Membri huma indirettament affettwati iktar minn oħrajn mid-dispożizzjoni inkwistjoni, kif għadni kif irrilevajt, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li att tal-Unjoni li għandu l-għan li jrendi ugwali r-regoli tal-Istati Membri, sa fejn dan japplika b’mod ugwali għall-Istati Membri kollha, ma jistax jiġi kkunsidrat bħala diskriminatorju, peress li tali att ta’ armonizzazzjoni inevitabbilment joħloq effetti diverġenti skont l-istat preċedenti tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali differenti (184).

    345. Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, inqis li l-motivi mqajma kontra l-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 ibbażati fuq ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni għandhom jiġu miċħuda kollha.

    h)      Konklużjoni fuq ilmotivi li jikkonċernaw lobbligu dwar irritorn taxxufiera

    346. Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li, fil-fehma tiegħi, il-motivi kollha mqajma mir-Repubblika tal-Litwanja fil-Kawża C‑541/20, mir-Repubblika tal-Bulgarija fil-Kawża C‑543/20, mir-Rumanija fil-Kawża C‑546/20 u mir-Repubblika tal-Polonja fil-Kawża C‑553/20, kontra l-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054, li jipprevedi l-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera, għandhom jiġu miċħuda.

    2.      Fuq ilmotivi li jikkonċernaw ilprojbizzjoni talmistrieħ regolari ta’ kull ġimgħa filkabina

    347. Ir-Repubblika tal-Bulgarija (Kawża C‑543/20), ir-Rumanija (Kawża C‑546/20) u l-Ungerija (Kawża C‑551/20) jikkontestaw il-punt 6(c) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 li jipprevedi l-projbizzjoni tal-mistrieħ regolari ta’ kull ġimgħa fil-kabina (185). Dawn it-tliet Stati Membri jqajmu diversi motivi kontra din id-dispożizzjoni.

    a)      Fuq ksur talprinċipju ta’ proporzjonalità

    1)      Largumenti talpartijiet

    348. Ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Ungerija jsostnu li l-punt 6(c) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 ma josservax ir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-prinċipju ta’ proporzjonalità.

    349. Dawn it-tliet Stati Membri, minn naħa, jikkontestaw il-proporzjonalità bħala tali tal-projbizzjoni tal-mistrieħ regolari ta’ kull ġimgħa fil-kabina, prevista fl-imsemmija dispożizzjoni. Huma jsostnu, b’mod partikolari, li din il-miżura hija manifestament inadegwata sabiex jintlaħqu l-għanijiet leġittimi mfittxija mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni, li ma hijiex neċessarja sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet u tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet iddikjarati. Min-naħa l-oħra, ir-Rumanija u l-Ungerija jikkontestaw ukoll l-eżami tal-proporzjonalità mwettaq mil-leġiżlatur tal-Unjoni.  Dawn l-Istati Membri jsostnu, b’mod partikolari, li l-leġiżlatur tal-Unjoni naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni elementi essenzjali fl-adozzjoni tad-dispożizzjoni inkwistjoni.

    350. F’dak li jirrigwarda, fl-ewwel lok, il-motivi dwar il-proporzjonalità tal-projbizzjoni tal-mistrieħ regolari ta’ kull ġimgħa fil-kabina, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Ungerija jsostnu li l-punt 6(c) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 jikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità sa fejn, minħabba l-istat attwali tal-faċilitajiet fl-Ewropa, l-imsemmija projbizzjoni prevista f’dan il-punt tikkostitwixxi obbligu li huwa eċċessivament diffiċli, jekk mhux impossibbli, li jiġi osservat. Fil-fatt, fid-dawl tan-numru insuffiċjenti ta’ żoni ta’ parkeġġ siguri u ta’ akkomodazzjoni xierqa li jinsabu qrib tagħhom, ix-xufiera u l-impriżi tat-trasport spiss isibu ruħhom jiffaċċjaw rekwiżiti li huma impossibbli li jiġu osservati. F’dawn iċ-ċirkustanzi, din il-miżura ma tistax tiġi implimentata b’tali mod li jintlaħqu l-għanijiet imfittxija, u dan juri n-natura manifestament mhux xierqa tagħha. Barra minn hekk, din hija ta’ piż manifestament sproporzjonat fuq ix-xufiera u l-impriżi tat-trasport. Konsegwentement, billi ppreveda tali rekwiżit li ma jistax jiġi applikat fil-prattika, il-leġiżlatur tal-Unjoni wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni.

    351. Ir-Repubblika tal-Bulgarija u l-Ungerija jirrilevaw li, fil-komponent soċjali tal-valutazzjoni tal-impatt, il-Kummissjoni diġà kienet indikat f’diversi partijiet li l-Unjoni ġeneralment ma għandhiex faċilitajiet xierqa ta’ mistrieħ u żoni ta’ parkeġġ siguri (186). L-istat insuffiċjenti tal-faċilitajiet fl-Unjoni joħroġ ukoll minn studju ppubblikat mill-Kummissjoni fi Frar 2019 dwar żoni ta’ parkeġġ sikuri u siguri (iktar ’il quddiem l-“istudju tal‑2019”) (187), li jagħmlu riferiment għalih it-tliet Stati Membri msemmija hawn fuq. Skont dan l-istudju, minn 300 000 żona ta’ parkeġġ għall-vetturi tqal fl-Unjoni, huma biss madwar 47 000 li huma parzjalment siguri u 7 000 biss għandhom livell ta’ sigurtà ċċertifikat. Peress li d-domanda medja għal żoni ta’ parkeġġ matul il-lejl hija stmata għal kważi 400 000 post, dan iwassal għal defiċit ta’ madwar 100 000 post, b’wisq ftit żoni eżistenti li jiggarantixxu, barra minn hekk, livell xieraq ta’ sigurtà u ta’ sikurezza. Barra minn hekk, dan l-istess studju juri li hemm tqassim inugwali taż-żoni ta’ parkeġġ sikuri u siguri meta mqabbla mal-kurituri ta’ tranżitu Ewropej, peress li s‑7 000 żona ta’ parkeġġ iċċertifikati jinsabu biss f’ċerti Stati Membri. Barra minn hekk, il-KESE kif ukoll diversi Stati Membri enfasizzaw din is-sitwazzjoni matul il-proċedura leġiżlattiva.

    352. Il-kwistjoni taż-żoni ta’ parkeġġ u dik tal-akkomodazzjoni adegwata, minkejja li huma differenti, huma marbuta mill-qrib, fis-sens li, għax-xufier, hija adegwata biss akkomodazzjoni li tinsab qrib żona ta’ parkeġġ adegwata u sigura li fiha huwa jkun jaf li l-merkanzija tiegħu ser tkun sigura. In-numru limitat ta’ tali żoni ta’ parkeġġ ikompli jillimita n-numru ta’ akkomodazzjonijiet potenzjali li x-xufier jista’ juża sabiex jieħu l-perijodu ta’ mistrieħ tiegħu ta’ kull ġimgħa.

    353. Ir-Repubblika tal-Bulgarija tirrileva wkoll li l-insuffiċjenza tal-faċilitajiet hija enfasizzata mill-obbligu tal-Kummissjoni, skont il-punt 7 tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054, li tirrapporta lill-Parlament u lill-Kunsill dwar id-disponibbiltà ta’ faċilitajiet ta’ mistrieħ xierqa għax-xufiera sa mhux iktar tard mill‑31 ta’ Diċembru 2024. Ir-Rumanija żżid li dan l-artikolu jimponi fuq il-Kummissjoni l-obbligu li tippubblika lista taż-żoni kollha ta’ parkeġġ. Madankollu, sal-lum, għadu ma nħoloq l-ebda sit internet għal dan l-għan.

    354. Ir-Rumanija ssostni wkoll li, sabiex tiġi osservata d-dispożizzjoni inkwistjoni, ix-xufiera li jinsabu fuq vjaġġi mingħajr żoni ta’ parkeġġ sikuri u siguri ma għandhomx għażla oħra ħlief li jużaw żoni mhux siguri, li jħallu l-vetturi fihom mingħajr sorveljanza matul il-perijodu ta’ mistrieħ tagħhom imqatta’ f’post ta’ akkomodazzjoni xieraq, u b’hekk jesponu l-vettura għall-kriminalità. Issa, skont il-Konvenzjoni dwar il-Kuntratt ta’ Trasport Internazzjonali tal-Merkanzija bit-Triq (CMR), iffirmata f’Genève fid‑19 ta’ Mejju 1956, l-operatur tat-trasport huwa responsabbli għat-telf totali jew parzjali, jew għall-ħsara, li jseħħu bejn il-mument li jieħu f’idu l-merkanzija u dak tal-kunsinna, kif ukoll għad-dewmien fil-kunsinna. Fl-istat attwali tal-faċilitajiet, is-soluzzjoni leġiżlattiva adottata għalhekk ma ttejjibx il-kundizzjonijiet tax-xogħol tax-xufiera, iżda, għall-kuntrarju, jista’ jkollha l-effett li żżid l-għeja u l-istress tagħhom, kif ukoll ir-riskji għas-sigurtà, għall-merkanzija u għall-vettura tagħhom. Bl-istess mod, ir-Repubblika tal-Bulgarija ssostni li n-nuqqas ta’ żoni ta’ parkeġġ siguri għall-vetturi tqal fl-Unjoni jżid ir-riskju ta’ serq u joħloq problemi ta’ assigurazzjoni għall-operaturi tat-trasport.

    355. Ir-Repubblika tal-Bulgarija żżid ukoll li l-impossibbiltà li tiġi osservata l-projbizzjoni tal-mistrieħ regolari ta’ kull ġimgħa fil-kabina tesponi lix-xufiera u lill-operaturi tat-trasport għar-riskju li jiġu imposti fuqhom sanzjonijiet li jistgħu jwasslu għat-telf tar-reputazzjoni tajba u, għaldaqstant, tal-aċċess għas-suq tat-trasport bit-triq tal-merkanzija fl-Unjoni. F’dan ir-rigward, huwa irrilevanti li l-lista tal-iktar ksur gravi tar-regoli tal-Unjoni ma tinkludix il-ksur tal-projbizzjoni li jittieħed il-perijodu ta’ mistrieħ regolari ta’ kull ġimgħa fil-vettura.

    356. F’dan il-kuntest, ir-Rumanija u l-Ungerija jagħmlu riferiment għar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 (188), b’mod partikolari għall-Artikolu 38(3) u għall-Artikolu 39(2)(c) tiegħu, kif ukoll għal-Linji Gwida rreveduti għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport stabbiliti fih u msemmija fil-premessa 19 tar-Regolament 2020/1054. Dawn id-dispożizzjonijiet juru wkoll l-insuffiċjenza tal-istat attwali tal-infrastruttura Ewropea.

    357. L-Ungerija tirrileva wkoll li l-Artikolu 8a(3) u (4) tar-Regolament 2020/1054 fih appelli repetuti għall-ħolqien ta’ żoni ta’ parkeġġ sikuri u siguri (189). Barra minn hekk, il-miżuri għall-ħolqien ta’ żoni ta’ parkeġġ sikuri u siguri jistgħu jipproduċu l-effetti tagħhom biss fil-futur, filwaqt li ebda perijodu ta’ tranżizzjoni adegwat ma ġie previst, peress li l-projbizzjoni inkwistjoni hija barra minn hekk assoluta. Ir-Repubblika tal-Bulgarija tikkontesta wkoll in-nuqqas ta’ perijodu tranżitorju għad-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjoni inkwistjoni.

    358. Ir-Repubblika tal-Bulgarija ssostni sussegwentement li l-Istati Membri ma għandhom ebda obbligu li jiggarantixxu, tal-inqas mhux sa ċertu data, postijiet suffiċjenti ta’ akkomodazzjoni xierqa kif ukoll żoni ta’ parkeġġ sikuri u siguri. Stat Membru jista’ għalhekk ikun inċentivat li ma jżidx in-numru ta’ faċilitajiet sabiex jillimita l-provvista fit-territorju tiegħu ta’ servizzi tat-trasport minn trasportaturi barranin.

    359. Ir-Repubblika tal-Bulgarija ssostni wkoll li l-projbizzjoni tal-mistrieħ regolari ta’ kull ġimgħa fil-kabina timplika spejjeż addizzjonali sinjifikattivi għall-operaturi tat-trasport, li fil-parti l-kbira huma SMEs, peress li l-operatur tat-trasport huwa obbligat iħallas għal akkomodazzjoni xierqa għall-perijodu ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa tax-xufiera meta dawn ikunu ’l bogħod mid-dar tagħhom (190). Minn dan jirriżultaw ukoll spejjeż għad-devjazzjonijiet u possibbilment għal vjaġġi mhux mgħobbija ġġustifikati biss mix-xewqa li tinstab akkomodazzjoni adegwata. L-ispejjeż li jkollhom iġarrbu l-operaturi tat-trasport Bulgari minħabba din il-miżura huma stmati li ser jammontaw għal EUR 143 miljun. Bl-istess mod, ir-Rumanija ssostni li l-imsemmija miżura hija manifestament mhux xierqa fid-dawl tal-għan tat-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi u finanzjarji fuq l-impriżi tat-trasport.

    360. Ir-Repubblika tal-Bulgarija ssostni wkoll li l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “akkomodazzjoni xierqa” twassal għal inċertezza legali, li, fil-fehma tal-Kummissjoni stess, twassal għal problemi ta’ applikazzjoni (191). Min-naħa tagħha, ir-Rumanija ssostni li d-diverġenza bejn l-Istati Membri fir-rigward ta’ sanzjonijiet għall-ksur tal-projbizzjoni tal-mistrieħ regolari ta’ kull ġimgħa fil-kabina, enfasizzata fil-komponent soċjali tal-valutazzjoni tal-impatt (192), ma hijiex riżolta fir-Regolament 2020/1054, u għalhekk l-Istati Membri ser ikomplu japplikaw sanzjonijiet differenti, u b’hekk jestendu s-sitwazzjoni ta’ inċertezza legali għall-operaturi tat-trasport u għax-xufiera. Is-soluzzjoni leġiżlattiva ser tkun għalhekk inadegwata wkoll minn din il-perspettiva peress li tmur kontra l-għan tar-Regolament 2020/1054 li jagħmel uniformi l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tar-regoli u li jiffaċilita l-applikazzjoni lil hinn mill-fruntieri tal-leġiżlazzjoni soċjali b’mod koerenti.

    361. It-tliet Stati Membri msemmija hawn fuq imbagħad jixħtu dubju fuq ir-rilevanza tas-sentenza Vaditrans (193). F’dan ir-rigward, skont l-Ungerija u r-Rumanija, din is-sentenza hija irrilevanti għal dawn il-kawżi. Il-qari tal-imsemmija sentenza jindika pjuttost li, matul il-proċedura ġudizzjarja, ebda data dwar il-faċilitajiet ta’ mistrieħ disponibbli fl-Istati Membri ma kienet ġiet prodotta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u lanqas, minħabba f’hekk, ma kienet ittieħdet inkunsiderazzjoni minnha. Għaldaqstant, jista’ jiġi preżunt li l-Qorti tal-Ġustizzja ma eżaminatx il-kwistjoni tal-proporzjonalità, peress li hija ma evalwatx ċirkustanza rilevanti għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni, jiġifieri li l-projbizzjoni tal-mistrieħ ta’ kull ġimgħa fil-kabina spiss tkun impossibbli li tiġi applikata fil-prattika minħabba n-numru insuffiċjenti ta’ faċilitajiet ta’ mistrieħ disponibbli fl-Istati Membri. Il-Qorti tal-Ġustizzja rrispondiet għal domanda ta’ interpretazzjoni, filwaqt li, f’dan il-każ, għandu jiġi ddeterminat jekk, fid-dawl tal-elementi disponibbli, il-leġiżlatur eżerċitax b’mod korrett is-setgħa ta’ evalwazzjoni tiegħu u osservax ir-rekwiżit tal-proporzjonalità.

    362. Ir-Rumanija tirrileva wkoll li, wara din l-istess sentenza, ir-Regolament Nru 561/2006 għandu, fi kwalunkwe każ, jiġi interpretat fis-sens li jipprojbixxi li l-perijodu regolari ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa jittieħed fil-kabina tal-vettura. Madankollu, il-punt 6(c) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 jinkorpora din il-projbizzjoni, filwaqt li jagħmel preċiżazzjonijiet addizzjonali. Ir-Repubblika tal-Bulgarija wkoll issostni li r-Regolament 2020/1054 ma jillimitax ruħu għall-eżekuzzjoni tas-sentenza Vadritans, iżda jżid ir-rekwiżit li l-perijodi ta’ mistrieħ għandhom jittieħdu f’akkomodazzjoni xierqa kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel, li jkollha faċilitajiet għall-irqad u faċilitajiet sanitarji adegwati.

    363. Fl-aħħar nett, ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija jsostnu li jeżistu miżuri alternattivi xierqa li huma inqas restrittivi. Għalhekk, l-ewwel, skont il-Kummissjoni stess, ix-xufiera għandhom jitħallew jieħdu l-perijodu ta’ mistrieħ regolari tagħhom ta’ kull ġimgħa fil-kabina, kemm-il darba din tkun għażla libera tax-xufier jew tkun iġġustifikata fid-dawl taċ-ċirkustanzi (194). It-tieni, miżura possibbli oħra tkun l-introduzzjoni ta’ deroga f’każijiet fejn ikun hemm nuqqas ta’ akkomodazzjoni xierqa f’distanza determinata mill-post fejn ikun jinsab ix-xufier. It-tielet, approċċ ieħor possibbli, kif propost mill-KtR, ikun li ma tiġix applikata l-projbizzjoni tal-mistrieħ fil-kabina jekk il-perijodu ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa ta’ 45 siegħa jitqatta’ f’post fejn hemm livell suffiċjenti ta’ sigurtà u faċilitajiet sanitarji adegwati u jekk il-kabina tax-xufier tkun tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kumitat għat-Trasport bit-Triq. Ir-raba’, huwa possibbli li jiġi stabbilit perijodu tranżitorju li fi tmiemu l-Kummissjoni tikkonstata n-natura suffiċjenti tal-postijiet ta’ akkomodazzjoni u ta’ żoni sikuri u siguri ta’ parkeġġ fl-Unjoni kollha. Dan il-perijodu tranżitorju jista’ jkun akkumpanjat minn obbligu għall-Istati Membri li jiżguraw li jieħdu l-passi meħtieġa biex jinħolqu faċilitajiet xierqa.

    364. F’dak li jirrigwarda, fit-tieni lok, il-motivi dwar l-eżami tal-proporzjonalità mwettaq mil-leġiżlatur tal-Unjoni tal-projbizzjoni tal-mistrieħ fil-kabina, ir-Rumanija u l-Ungerija jsostnu li l-leġiżlatur tal-Unjoni naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni numru ta’ elementi essenzjali fl-adozzjoni tad-dispożizzjoni inkwistjoni.

    365. Dawn iż-żewġ Stati Membri jsostnu li mill-informazzjoni disponibbli fil-mument tal-adozzjoni tal-punt 6(c) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 jirriżulta li l-leġiżlatur tal-Unjoni kien jaf bl-istat inadegwat attwali tal-infrastruttura Ewropea. Issa, il-valutazzjoni tal-impatt tippreżenta n-nuqqas ta’ żoni ta’ parkeġġ u ta’ akkomodazzjoni xierqa bħala fattur li jiffavorixxi l-prattika li tikkonsisti fit-teħid tal-perijodu ta’ mistrieħ fil-kabina tal-vettura. Il-Kummissjoni saħansitra anki speċifikat li, minħabba din is-sitwazzjoni, ix-xufiera jkollhom kundizzjonijiet aħjar ta’ mistrieħ fil-kabina milli kieku jirrikorru għas-soluzzjonijiet l-oħra disponibbli (195). Barra minn hekk, il-portata ta’ dan in-nuqqas kienet ġiet irrilevata mill-Kummissjoni fl-istudju tal‑2019. Minbarra dan, l-Artikolu 8a(3) u (4) tar-Regolament Nru 561/2006, kif emendat bir-Regolament 2020/1054, jinkludi appelli repetuti għall-ħolqien ta’ żoni ta’ parkeġġ sikuri u siguri, u dan juri li l-leġiżlatur adotta r-rekwiżit ikkontestat filwaqt li kien konxju min-numru insuffiċjenti ta’ żoni ta’ parkeġġ ta’ kwalità xierqa. Minn dan isegwi li l-leġiżlatur tal-Unjoni wettaq żball manifest meta naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni l-elementi essenzjali, jiġifieri d-data dwar in-nuqqas ta’ postijiet ta’ parkeġġ sikuri u siguri, u ma evalwax il-provi rilevanti.

    366. Il-Kunsill u l-Parlament, kif ukoll l-intervenjenti insostenn tagħhom, jitolbu li dawn il-motivi kollha jiġu miċħuda.

    2)      Analiżi

    i)      Osservazzjonijiet preliminari

    367. Il-punt 6(c) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054, li l-proporzjonalità tiegħu hija kkontestata mir-Repubblika tal-Bulgarija, mir-Rumanija u mill-Ungerija, emenda l-Artikolu 8(8) tar-Regolament Nru 561/2006.

    368. Fil-verżjoni preċedenti tiegħu, l-Artikolu 8(8) tar-Regolament Nru 561/2006 kien jipprovdi li “[f]ejn xufier jagħżel li jagħmel dan, perijodi ta’ mistrieħ ta’ kuljum [(196)] u perijodi imnaqqsa ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa [(197)] ’il bogħod mill-bażi jistgħu jittieħdu f’vettura, kemm-il darba din ikollha faċilitajiet għall-irqad xierqa għal kull xufier u l-vettura tkun wieqfa”.

    369. Kif jirriżulta mill-formulazzjoni tagħha, din id-dispożizzjoni kienet tkopri esklużivament il-perijodi ta’ mistrieħ ta’ kuljum u l-perijodi mnaqqsa ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa billi tippermetti, f’ċerti kundizzjonijiet, lix-xufiera jieħdu dawn il-perijodi ta’ mistrieħ fil-vettura. Min-naħa l-oħra, hija ma kinitx tirreferi espliċitament għall-perijodu regolari ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa.

    370. Fis-sentenza Vaditrans, madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-imsemmija dispożizzjoni, peress li kienet tippermetti espressament, skont il-formulazzjoni tagħha, it-teħid biss ta’ perijodi ta’ mistrieħ ta’ kuljum u perijodi ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa mnaqqsa abbord il-vettura (sakemm tkun mgħammra b’faċilitajiet għall-irqad xierqa għal kull xufier u sakemm tkun wieqfa), għandha tiġi interpretata bħala li tipprojbixxi t-teħid ta’ perijodi regolari ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa abbord il-vettura (198).

    371. Wara din is-sentenza, il-punt 6(c) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 – dispożizzjoni li l-legalità tagħha hija kkontestata f’dawn il-kawżi – emenda l-Artikolu 8(8) tar-Regolament Nru 561/2006 billi issa jipprevedi b’mod espliċitu l-projbizzjoni tal-mistrieħ regolari ta’ kull ġimgħa fil-kabina. Il-verżjoni l-ġdida ta’ din id-dispożizzjoni kif emendata għalhekk tipprovdi li “l-perijodi regolari ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa u kwalunkwe perijodu ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa ta’ aktar minn 45 siegħa meħuda bħala kumpens għal perijodi mnaqqas preċedenti ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa ma għandhomx jittieħdu f’vettura”, iżda għandhom jittieħdu “f’akkomodazzjoni xierqa u li tirrispetta l-ġeneri, b’faċilitajiet tal-irqad u sanitarji adegwati”. Huwa ppreċiżat ukoll li “[k]walunkwe spiża għall-akkomodazzjoni barra mill-vettura għandu jagħmel tajjeb għaliha l-impjegatur”.

    372. Huwa f’tali kuntest li r-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Ungerija jikkontestaw il-proporzjonalità ta’ din id-dispożizzjoni. F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza msemmija fil-punti 52 et seq. iktar ’il fuq jirriżulta li, sabiex tiġi eżaminata l-proporzjonalità ta’ miżura, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tivverifika jekk, meta adotta tali miżura, il-leġiżlatur tal-Unjoni qabiżx manifestament is-setgħa ta’ evalwazzjoni wiesgħa li huwa għandu fil-qasam tal-politika komuni tat-trasport (199), billi għażel miżura manifestament mhux xierqa meta mqabbla mal-għanijiet li huwa kellu l-intenzjoni li jfittex jew li tikkawża żvantaġġi sproporzjonati meta mqabbla mal-għanijiet imfittxija.

    373. Fir-rigward tal-għanijiet tad-dispożizzjoni inkwistjoni, huwa paċifiku li din hija intiża li tilħaq l-għanijiet ta’ politika tar-Regolament 2020/1054, li diġà semmejt fil-punt 197 iktar ’il fuq. B’mod partikolari, kif jirriżulta mill-premessa 13 tar-Regolament 2020/1054 (200), din id-dispożizzjoni tfittex l-għan li tippromwovi l-progress soċjali, billi ttejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol tax-xufiera, li jikkontribwixxi wkoll għat-titjib tas-sigurtà fit-toroq u għall-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni tat-trasport bit-triq.

    374. It-tliet Stati Membri msemmija hawn fuq ma jixħtux dubji fuq il-leġittimità ta’ dawn l-għanijiet. Huma jikkontestaw, għall-kuntrarju, in-natura xierqa u neċessarja ta’ din il-miżura u jsostnu wkoll li tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu l-imsemmija għanijiet iddikjarati.

    375. Il-Kunsill u l-Parlament jirribattu, madankollu, li l-punt 6(c) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 fir-realtà ma introduċiex il-projbizzjoni tal-mistrieħ regolari ta’ kull ġimgħa fil-kabina fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, peress li din il-projbizzjoni kienet diġà teżisti skont il-verżjoni preċedenti tal-Artikolu 8(8) tar-Regolament Nru 561/2006, kif interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Vaditrans. Il-leġiżlatur tal-Unjoni għalhekk sempliċement ikkodifika din l-interpretazzjoni.

    376. L-imsemmija tliet Stati Membri madankollu jikkontestaw ir-rilevanza tas-sentenza Vaditrans għal dawn il-kawżi. F’dawn iċ-ċirkustanzi, inqis li, qabel ma nanalizza fid-dettall l-argumenti bbażati fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità mqajma minn dawn l-istess Stati Membri, jeħtieġ, preliminarjament, li tiġi analizzata din is-sentenza u li tiġi ċċarata r-rilevanza tagħha għal dawn il-kawżi.

    ii)    Fuq issentenza Vaditrans u fuq ilportata tagħha

    377. Fil-kawża Vaditrans, ir-Raad Van State (il-Kunsill tal-Istat, il-Belġju) kien għamel domandi preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest ta’ kawża pendenti quddiemu mressqa minn impriża tat-trasport, Vaditrans, li talbet l-annullament ta’ Digriet Irjali li permezz tiegħu setgħet tiġi imposta multa meta x-xufier ta’ trakk jieħu l-perijodu ta’ mistrieħ regolari tiegħu ta’ kull ġimgħa abbord il-vettura.

    378. F’dan il-kuntest, ir-Raad Van State (il-Kunsill tal-Istat) staqsa lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk l-Artikolu 8(8) tar-Regolament Nru 561/2006, fil-verżjoni preċedenti tiegħu msemmija fil-punt 368 iktar ’il fuq, kellux jiġi interpretat fis-sens li l-perijodi ta’ mistrieħ regolari ta’ kull ġimgħa ma setgħux jittieħdu fil-vettura.

    379. Kif irrilevajt fil-punt 370 iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja, fis-sentenza tagħha, iddeċidiet li din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata bħala li tipprojbixxi t-teħid ta’ perijodi regolari ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa abbord il-vettura (201). Wara li indikat li tali interpretazzjoni kienet ikkorroborata mill-oriġini tal-imsemmija dispożizzjoni u l-kuntest tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat li din l-interpretazzjoni “hija manifestament intiża biex tilħaq l-għanijiet [tar-Regolament Nru 561/2006] li jikkonsistu fit-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tax-xufiera u tas-sigurtà fit-toroq” (202). F’dan ir-rigward, hija mbagħad iċċarat li, anki jekk id-disinn tal-vetturi u l-kabini tjieb kunsiderevolment, jibqa’ l-fatt li kabina ta’ trakk “ma tidhirx li tikkostitwixxi post ta’ mistrieħ adattat għal perijodi ta’ mistrieħ itwal mill-perijodi ta’ mistrieħ ta’ kuljum u mill-perijodi ta’ mistrieħ imnaqqsa ta’ kull ġimgħa” u li x-xufiera għandu jkollhom l-opportunità li jqattgħu l-perijodi normali ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa “f’post li jipprovdi kundizzjonijiet ta’ abitazzjoni adatti u xierqa” (203).

    380. Il-Qorti tal-Ġustizzja rrilevat ukoll li interpretazzjoni kuntrarja kienet timplika li xufier jista’ jieħu l-perijodu ta’ mistrieħ kollu tiegħu fil-kabina tal-vettura u li, b’hekk, il-perijodi ta’ mistrieħ ta’ dan ix-xufier jittieħdu f’post li ma jipprovdix kundizzjonijiet ta’ akkomodazzjoni xierqa, u dan x’aktarx li ma jikkontribwixxix sabiex jintlaħaq l-għan ta’ titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tax-xufiera (204).

    381. Sussegwentement, il-Qorti tal-Ġustizzja żiedet li l-eventwali deterjorament tal-kundizzjonijiet li fihom ix-xufiera jistgħu jieħdu l-perijodu ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa tagħhom jew id-diffikultà li tiġi prodotta prova tal-osservanza ta’ dan ir-rekwiżit ma jistgħux jiġġustifikaw in-nuqqas ta’ osservanza tad-dispożizzjonijiet imperattivi tar-Regolament Nru 561/2006 dwar il-perijodi ta’ mistrieħ tax-xufiera (205).

    382. It-tliet Stati Membri li jikkontestaw il-proporzjonalità tad-dispożizzjoni inkwistjoni jqajmu, madankollu, diversi argumenti intiżi li jikkontestaw ir-rilevanza tas-sentenza Vaditrans f’dawn il-kawżi.

    383. Fl-ewwel lok, l-Ungerija u r-Rumanija jsostnu li l-kawża Vaditrans ma hijiex rilevanti għaliex, f’din il-kawża, li kienet tikkonċerna rinviju għal deċiżjoni preliminari ta’ interpretazzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja ma eżaminatx il-kwistjoni tal-proporzjonalità tal-obbligu stabbilit mir-Regolament Nru 561/2006 fir-rigward tal-possibbiltajiet konkreti ta’ implimentazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni. Il-Qorti tal-Ġustizzja ma evalwatx l-impossibbiltà li tiġi applikata l-projbizzjoni ta’ mistrieħ regolari ta’ kull ġimgħa fil-kabina.

    384. Madankollu, inqis li tali argument huwa ekwivalenti, essenzjalment, għal kontestazzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u huwa intiż li jikkontesta, ex post, il-validità tal-imsemmija dispożizzjoni tar-Regolament Nru 561/2006, li hija s-suġġett tal-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja f’din is-sentenza. Fil-fatt, permezz ta’ dan l-argument l-imsemmija Stati Membri jsostnu, fl-aħħar mill-aħħar, li l-verżjoni l-antika tal-Artikolu 8(8) tar-Regolament Nru 561/2006, kif interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Vaditrans, kienet invalida, minħabba li tmur kontra l-prinċipju ta’ proporzjonalità, peress li l-Qorti tal-Ġustizzja ma ħaditx inkunsiderazzjoni, fl-analiżi tagħha, l-impossibbiltà jew id-diffikultà eċċessiva tal-osservanza tal-projbizzjoni tal-mistrieħ regolari ta’ kull ġimgħa fil-vettura li tirriżulta mill-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni li hija adottat f’din is-sentenza.

    385. Issa, argument imqajjem fil-kuntest ta’ rikors għal annullament ippreżentat kontra dispożizzjoni u bbażat fuq l-invalidità tal-verżjoni preċedenti ta’ din id-dispożizzjoni kif interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja f’sentenza preċedenti huwa, fil-fehma tiegħi, mingħajr dubju inammissibbli. F’dan il-każ, is-suġġett tar-rikorsi ppreżentati mill-Istati Membri inkwistjoni huwa t-talba għall-annullament tal-punt 6(c) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 u mhux talba għall-annullament tal-verżjoni preċedenti tal-Artikolu 8(8) tar-Regolament Nru 561/2006, li ġie ssostitwit bl-imsemmija dispożizzjoni.

    386. Barra minn hekk, u f’perspettiva analoga, fil-kuntest ta’ rikors għal annullament ippreżentat kontra dispożizzjoni ta’ att tad-dritt tal-Unjoni, Stat Membru lanqas ma jista’, fil-fehma tiegħi, jipprova jikkontesta l-interpretazzjoni tal-verżjoni preċedenti ta’ din id-dispożizzjoni adottata mill-Qorti tal-Ġustizzja f’sentenza preliminari.

    387. F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li, skont l-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-gvernijiet tal-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li jipparteċipaw fil-proċedura għal deċiżjoni preliminari u, b’mod partikolari, li jippreżentaw osservazzjonijiet f’din il-proċedura. Jekk Stat Membru jkun jixtieq isostni li dispożizzjoni tal-Unjoni li tkun is-suġġett ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari hija invalida jew ikun jixtieq jargumenta favur ċerta interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, dan l-Istat Membru jista’ jintervjeni fil-proċedura għal deċiżjoni preliminari u jressaq l-argumenti tiegħu. Madankollu, huwa ma jistax jagħmel dan f’rikors sussegwenti li jkollu bħala suġġett talba għall-annullament ta’ dispożizzjoni ġdida li emendat l-imsemmija dispożizzjoni preċedenti.

    388. Minn dan isegwi li jekk l-Istati Membri msemmija iktar ’il fuq kienu jqisu li l-verżjoni preċedenti tal-Artikolu 8(8) tar-Regolament Nru 561/2006 kienet invalida jew kellha tiġi interpretata b’ċertu mod, huma setgħu, u kellhom, iressqu l-argumenti tagħhom billi jintervjenu fil-kawża Vaditrans. Dawn l-Istati Membri ma jistgħux jixħtu dubju fuq il-validità tal-imsemmija dispożizzjoni, u lanqas fuq l-interpretazzjoni adottata mill-Qorti tal-Ġustizzja f’din is-sentenza fil-kuntest ta’ dawn ir-rikorsi li għandhom bħala suġġett talba għall-annullament, b’mod partikolari, tal-punt 6(c) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054.

    389. Fit-tieni lok, ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija jsostnu wkoll li l-punt 6(c) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 ma jillimitax ruħu li jikkodifika s-sentenza Vaditrans, iżda jżid rekwiżiti addizzjonali.

    390. Issa, f’dan ir-rigward, mill-formulazzjoni tal-punt 6(c) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 jirriżulta li, meta mqabbla mal-verżjoni preċedenti tal-Artikolu 8(8) tar-Regolament Nru 561/2006, kif interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Vaditrans, id-dispożizzjoni l-ġdida tidher li żżid tliet rekwiżiti addizzjonali. L-ewwel, il-verżjoni l-ġdida ta’ din id-dispożizzjoni ma tagħmilx riferiment biss għall-“perijodi regolari ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa” iżda wkoll għal “kwalunkwe perijodu ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa ta’ aktar minn 45 siegħa meħuda bħala kumpens għal perijodi mnaqqas preċedenti ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa”. It-tieni, hija tippreċiża li dawn il-perijodi ta’ mistrieħ għandhom jittieħdu “f’akkomodazzjoni xierqa u li tirrispetta l-ġeneri, b’faċilitajiet tal-irqad u sanitarji adegwati”. It-tielet, hija tippreċiża li “[k]walunkwe spiża għall-akkomodazzjoni barra mill-vettura għandu jagħmel tajjeb għaliha l-impjegatur”.

    391. Fir-rigward tal-ewwel rekwiżit, għandu jiġi kkonstatat li dan huwa kopert mill-interpretazzjoni tal-verżjoni preċedenti tal-Artikolu 8(8) tar-Regolament Nru 561/2006 adottata mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Vaditrans. Tabilħaqq, kif irrilevajt fil-punt 379 iktar ’il fuq, f’din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet b’mod espliċitu li l-kabina ta’ trakk ma hijiex post ta’ mistrieħ xieraq għal perijodi ta’ mistrieħ itwal mill-perijodi ta’ mistrieħ ta’ kuljum u mill-perijodi mnaqqsa  ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa (206). Minn dan isegwi li, anki qabel l-adozzjoni tar-Regolament 2020/1054, perijodu ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa ta’ iktar minn 45 siegħa meħud bħala kumpens għal perijodu mnaqqas preċedenti ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa ma kellux jittieħed abbord il-vettura.

    392. Bl-istess mod, it-tieni rekwiżit, imsemmi fil-punt 390 iktar ’il fuq, jirriżulta direttament mis-sentenza Vaditrans. Fil-fatt, f’din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet b’mod espliċitu li x-xufiera għandu jkollhom l-opportunità li jqattgħu l-perijodi regolari ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa tagħhom “f’post li jipprovdi kundizzjonijiet ta’ abitazzjoni adatti u xierqa” (207). Dan jinkludi, b’mod impliċitu iżda mingħajr dubju, ir-rekwiżit li dan il-post ikun adattat kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel, kif ukoll, sa fejn ikun post ta’ akkomodazzjoni xieraq, li dan il-post ikollu faċilitajiet għall-irqad u faċilitajiet sanitarji adegwati.

    393. F’dak li jirrigwarda, it-tielet, ir-rekwiżit li l-persuna li timpjega tħallas l-ispejjeż kollha tal-akkomodazzjoni barra mill-vettura, fil-fehma tiegħi, dan jirriżulta wkoll b’mod impliċitu mill-projbizzjoni tal-mistrieħ regolari ta’ kull ġimgħa fil-kabina kif tirriżulta mis-sentenza Vaditrans, moqrija fid-dawl tal-għan tad-dispożizzjoni inkwistjoni. Fil-fatt, minn naħa, il-“post ta’ mistrieħ adattat għal perijodi ta’ mistrieħ itwal” imsemmi mill-Qorti tal-Ġustizzja f’din is-sentenza għandu jissostitwixxi l-kabina tat-trakk għall-perijodi ta’ mistrieħ regolari ta’ kull ġimgħa. Issa, il-kabina hija bħala prinċipju magħmula disponibbli mill-persuna li timpjega, iżda hija rrikonoxxuta mill-Qorti tal-Ġustizzja bħala post li ma jipprovdix kundizzjonijiet ta’ akkomodazzjoni xierqa għal tali perjodi (208). Loġikament, il-“post ta’ mistrieħ adattat”, li suppost jissostitwixxiha, għandu għalhekk jiġi magħmul disponibbli wkoll mill-persuna li timpjega. Min-naħa l-oħra, jekk l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni f’“post ta’ mistrieħ adattat għal perijodi ta’ mistrieħ itwal” jiġu imposti fuq ix-xufier, fil-fehma tiegħi, dan imur kontra l-għanijiet tal-imsemmija dispożizzjoni, irrikonoxxuti mill-Qorti tal-Ġustizzja bħala li jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persunal fis-settur tat-trasport bit-triq u li tittejjeb is-sigurtà fit-toroq b’mod ġenerali (209).

    394. Minn dak kollu li ntqal iktar ’il fuq jirriżulta li, meta adotta l-punt 6(c) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054, il-leġiżlatur ma introduċiex fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni l-projbizzjoni tal-perijodu ta’ mistrieħ regolari ta’ kull ġimgħa fil-kabina kif prevista f’din id-dispożizzjoni, iżda sempliċement ikkodifika d-dritt eżistenti li jirriżulta mill-verżjoni preċedenti tal-Artikolu 8(8) tar-Regolament Nru 561/2006, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Vaditrans.

    395. F’dawn iċ-ċirkustanzi, f’konformità mal-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 52 et seq., u f’konformità mal-punt 372 iktar ’il fuq, l-eżami tal-motivi mqajma mir-Repubblika tal-Bulgarija, mir-Rumanija u mill-Ungerija bbażati fuq ksur tal-prinċipju tal-proporzjonalità, għandu jkun intiż sabiex jivverifika jekk, meta kkodifika d-dritt eżistenti, il-leġiżlatur tal-Unjoni qabiżx manifestament is-setgħa ta’ evalwazzjoni wiesgħa li huwa għandu fil-qasam tal-politika komuni tat-trasport, billi għażel miżura manifestament mhux xierqa meta mqabbla mal-għanijiet li huwa kellu l-intenzjoni li jfittex jew li tikkawża żvantaġġi sproporzjonati meta mqabbla mal-għanijiet imfittxija. Huwa għalhekk f’din il-perspettiva li għandhom jiġu eżaminati d-diversi argumenti mressqa mit-tliet Stati Membri kkonċernati intiżi li jikkontestaw il-proporzjonalità tal-punt 6(c) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054.

    iii) Fuq ilproporzjonalità tal-punt 6(c) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054

    396. Dawn it-tliet Stati Membri jressqu, qabelxejn, argumenti bbażati fuq in-natura mhux xierqa u sproporzjonata tal-miżura inkwistjoni minħabba l-istat attwali tal-infrastruttura Ewropea u, speċifikament, in-numru insuffiċjenti ta’ żoni ta’ parkeġġ siguri u ta’ postijiet ta’ akkomodazzjoni xierqa li jinsabu fil-qrib tagħhom, li jagħmluha eċċessivament diffiċli, jekk mhux impossibbli, li tiġi osservata l-projbizzjoni tal-mistrieħ regolari ta’ kull ġimgħa fil-kabina.

    397. F’dan ir-rigward, fir-rigward tan-natura xierqa ta’ din il-miżura sabiex tilħaq l-għanijiet imfittxija, li l-leġittimità tagħhom ma hijiex ikkontestata, din diġà ġiet ikkonfermata mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 43 tas-sentenza Vaditrans, fejn il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-projbizzjoni tal-mistrieħ regolari ta’ kull ġimgħa fil-vettura hija manifestament intiża sabiex jintlaħqu l-għanijiet tar-Regolament Nru 561/2006 li jikkonsistu fit-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tax-xufiera u tas-sigurtà fit-toroq.

    398. Fir-rigward tal-eventwali natura sproporzjonata tal-għażla tal-leġiżlatur li jikkodifika d-dritt eżistenti, għandu jiġi rrilevat li kull approċċ ieħor għajr dak li tinżamm il-projbizzjoni li l-perijodi regolari ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa jittieħdu fil-vettura kien iwassal għal tnaqqis fil-protezzjoni soċjali tax-xufiera u, għalhekk, għal deterjorament tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom meta mqabbla ma’ dawk eżistenti, li jmur kontra l-għanijiet tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni, kif ukoll kontra s-sentenza Vaditrans.

    399. F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet espliċitament li l-kabina tal-vettura tikkostitwixxi post li ma jipprovdix kundizzjonijiet ta’ akkomodazzjoni xierqa għal perijodi ta’ mistrieħ itwal mill-perijodi ta’ mistrieħ ta’ kuljum u mill-perijodi mnaqqsa ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa (210). Għaldaqstant, kull soluzzjoni leġiżlattiva oħra li tippermetti li tali perijodi ta’ mistrieħ jitqattgħu fil-kabina tkun inkompatibbli ma’ din l-evalwazzjoni.

    400. Issa, eventwali nuqqas attwali ta’ faċilitajiet xierqa ma jistax, fil-fehma tiegħi, jikkostitwixxi ġustifikazzjoni li tippermetti (jew timponi) li, bil-liġi, ix-xufiera jitħallew jieħdu l-perijodu regolari ta’ mistrieħ tagħhom ta’ kull ġimgħa fil-vettura, jiġifieri f’post li ma huwiex adattat biex jitqattgħu tali perijodi twal ta’ mistrieħ. Il-problemi infrastrutturali li jista’ jkun hemm ma għandhomx jiġu solvuti għad-detriment tad-drittijiet soċjali tax-xufiera u fl-aħħar mill-aħħar ta’ saħħithom. Minn dan isegwi li, fil-fehma tiegħi, il-leġiżlatur ma jistax jiġi kkritikat li kiser il-prinċipju ta’ proporzjonalità minħabba li ma emendax id-dritt eżistenti, billi jnaqqas id-drittijiet soċjali tax-xufiera, biex jippermettilhom jieħdu l-perijodu ta’ mistrieħ regolari tagħhom ta’ kull ġimgħa f’post mhux xieraq.

    401. Barra minn hekk, għandu jiġi enfasizzat ukoll li d-dispożizzjoni inkwistjoni ma tipprojbixxix lix-xufiera milli jieħdu kwalunkwe perijodu ta’ mistrieħ, ikun xi jkun, fil-vettura, iżda tapplika esklużivament għall-perijodu ta’ mistrieħ regolari ta’ kull ġimgħa. Dawn il-perijodi ta’ mistrieħ jittieħdu biss kull ġimagħtejn jew tliet ġimgħat (211). Barra minn hekk, dawn jikkostitwixxu t-tip ta’ mistrieħ li, skont l-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054, ix-xufiera għandhom ikunu jistgħu jqattgħu fil-post ta’ residenza tagħhom skont l-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera, li jnaqqas il-pressjoni allegatament eżerċitata mill-miżura inkwistjoni fuq iż-żoni ta’ parkeġġ.

    402. Barra minn hekk, is-soluzzjonijiet leġiżlattivi alternattivi kollha msemmija mill-Istati Membri kkonċernati ma humiex xierqa sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-protezzjoni soċjali previsti fil-leġiżlazzjoni inkwistjoni u kollha jinvolvu tnaqqis ta’ din il-protezzjoni soċjali għax-xufiera. Fir-rigward, l-ewwel, tal-possibbiltà li x-xufiera jitħallew liberi li jieħdu l-perijodu ta’ mistrieħ regolari ta’ kull ġimgħa tagħhom fil-kabina, inqis li din ma hijiex xierqa abbażi ta’ kunsiderazzjonijiet analogi għal dawk li esponejt fil-punt 243 iktar ’il fuq, dwar ir-riskju li l-għażla tal-ħaddiem, bħala l-parti dgħajfa fir-relazzjoni tax-xogħol mal-operatur tat-trasport, ma tkunx kompletament libera u li jista’ jkun li dan jitpoġġa taħt pressjoni biex jagħmel għażla xierqa għall-interessi tal-persuna li timpjegah. It-tieni, l-introduzzjoni ta’ derogi, bħal dawk previsti fit-tieni u fit-tielet soluzzjonijiet alternattivi msemmija fil-punt 363 iktar ’il fuq, timplika li x-xufiera jistgħu jieħdu l-perijodu regolari ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa f’post mhux xieraq, li jimplika tnaqqis tad-drittijiet soċjali tax-xufiera. It-tielet, il-previżjoni ta’ perijodu tranżitorju lanqas ma tidher xierqa għar-raġunijiet żviluppati fid-dettall iktar ’il quddiem, fil-punti 499 et seq. ta’ dawn il-konklużjonijiet, fil-kuntest tal-analiżi tal-motivi mqajma kontra l-Artikolu 3 tar-Regolament 2020/1054 dwar id-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

    403. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-argumenti l-oħra mqajma mit-tliet Stati Membri kkonċernati u intiżi li jikkontestaw il-proporzjonalità tal-miżura ma jistgħux, fil-fehma tiegħi, jintlaqgħu.

    404. L-argumenti bbażati, l-ewwel, fuq ir-riskji għas-sigurtà tal-merkanzija u, għalhekk, fuq ir-responsabbiltà tal-operaturi tat-trasport għat-telf tagħha, it-tieni, fuq ir-riskju għall-operaturi tat-trasport u għax-xufiera li jiġu imposti sanzjonijiet fuqhom u, it-tielet, fuq l-allegati spejjeż addizzjonali għall-operaturi tat-trasport li jirriżultaw mid-dispożizzjoni inkwistjoni, lanqas ma jistgħu juru ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità mil-leġiżlatur tal-Unjoni. Fil-fatt, minn naħa, peress li l-punt 6(c) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 sempliċement ikkodifika d-dritt diġà eżistenti, l-adozzjoni tiegħu bl-ebda mod ma setgħet tinvolvi żieda ta’ tali riskji u spejjeż. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma jistax jiġi sostnut li l-adozzjoni ta’ din id-dispożizzjoni ser ikollha effetti detrimentali fuq l-operaturi kkonċernati meta mqabbla mas-sitwazzjoni preċedenti. Min-naħa l-oħra, l-Istati Membri inkwistjoni ma wrewx li, skont il-ġurisprudenza msemmija fil-punt 57 iktar ’il fuq, l-iżvantaġġi għall-impriżi tat-trasport, li jirriżultaw mill-adozzjoni tal-imsemmija dispożizzjoni, ma humiex proporzjonati, b’tali mod li l-għażla tal-leġiżlatur li jikkodifika d-dritt eżistenti hija manifestament żbaljata.

    405. Barra minn hekk, fir-rigward b’mod partikolari tas-sanzjonijiet, mill-punt 16 tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 jirriżulta li l-leġiżlatur ippreveda b’mod espliċitu li dawn is-sanzjonijiet għandhom ikunu proporzjonati (212). F’dan ir-rigward, filwaqt li huwa minnu, kif tinnota r-Rumanija, li r-Regolament 2020/1054 ma jarmonizzax is-sanzjonijiet, dan ma jfissirx li din l-għażla mil-leġiżlatur ser twassal għal inċertezza legali li twassal għal ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Fil-fatt, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza msemmija fil-punt 119 iktar ’il fuq, il-leġiżlatur tal-Unjoni jista’ tabilħaqq jirrikorri għal qafas legali ġenerali li, jekk ikun meħtieġ, għandu jiġi ppreċiżat sussegwentement, b’mod partikolari mill-Istati Membri.

    406. Fuq il-bażi ta’ raġunament analogu, hemm lok, fil-fehma tiegħi, li jiġi miċħud ukoll l-argument imressaq mir-Repubblika tal-Bulgarija bbażat fuq l-inċertezza legali fir-rigward tal-kunċett ta’ “akkomodazzjoni xierqa”, peress li l-leġiżlatur ma huwiex obbligat jiddefinixxi fid-dettall kull kunċett ta’ leġiżlazzjoni. Barra minn hekk, billi ma ddefinixxiex b’mod preċiż dan il-kunċett, il-leġiżlatur tal-Unjoni ħalla marġni ta’ flessibbiltà fl-applikazzjoni tad-dispożizzjoni fir-rigward tat-tip ta’ akkomodazzjoni li x-xufiera jistgħu jużaw, u dan jippermetti li jittaffew il-konsegwenzi possibbli ta’ kwalunkwe nuqqas li jista’ jkun hemm fil-faċilitajiet Ewropej.

    407. F’dak li jirrigwarda, qabelxejn, l-argument li l-Kummissjoni ma ppubblikatx il-lista taż-żoni kollha ta’ parkeġġ iċċertifikati li hija obbligata tippubblika skont l-Artikolu 8a(1) il-ġdid tar-Regolament Nru 561/2006, kif emendat bil-punt 7 tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054, għalkemm jista’ forsi jservi sabiex jiġi invokat nuqqas possibbli min-naħa tal-Kummissjoni, tali argument bl-ebda mod ma jista’ juri li l-leġiżlatur tal-Unjoni eċċeda manifestament is-setgħa ta’ evalwazzjoni wiesgħa tiegħu meta adotta l-punt 6(c) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054.

    408. Fir-rigward tal-obbligu speċjali ta’ rapportar tal-Kummissjoni, previst fl-Artikolu 8a(4) tar-Regolament Nru 561/2006, kif emendat bir-Regolament 2020/1054, li jipprovdi li din għandha tippreżenta, sa mhux iktar tard mill‑31 ta’ Diċembru 2024, rapport lill-Parlament u lill-Kunsill dwar, inter alia, id-disponibbiltà ta’ faċilitajiet ta’ mistrieħ xierqa għax-xufiera u ta’ żoni ta’ parkeġġ siguri, dan l-obbligu bl-ebda mod ma juri n-natura sproporzjonata tal-miżura inkwistjoni. Juri biss li l-leġiżlatur indika li dan huwa qasam li fir-rigward tiegħu huwa jixtieq jinżamm informat dwar kull sitwazzjoni li tista’ teħtieġ evalwazzjoni ġdida.

    409. F’dak li jirrigwarda, sussegwentement, l-argument tar-Repubblika tal-Bulgarija li Stat Membru jista’ jiġi inċentivat li ma jżidx in-numru ta’ faċilitajiet sabiex jillimita l-provvista fit-territorju tiegħu ta’ servizzi tat-trasport minn operaturi tat-trasport barranin, nirrileva li dan l-argument huwa manifestament ipotetiku u ma huwa bbażat fuq l-ebda element li jissuġġerixxi li tali sitwazzjoni tista’ sseħħ. Fi kwalunkwe każ, l-imsemmi argument jikkonċerna l-aġir possibbli tal-Istati Membri, u mhux qbiż manifest mil-leġiżlatur tal-Unjoni tas-setgħa ta’ evalwazzjoni wiesgħa tiegħu.

    410. Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-motivi relatati mal-eżami tal-proporzjonalità mwettaq mil-leġiżlatur tal-Unjoni, nirrileva li l-Kunsill u l-Parlament ma jiċħdux li, meta adotta l-punt 6(c) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054, il-leġiżlatur kien konxju mill-kwistjoni ġenerali tan-nuqqas ta’ faċilitajiet adegwati fl-Unjoni kollha. Kif jirrilevaw ir-Rumanija u l-Ungerija, din il-problema kienet, fil-fatt, ġiet enfasizzata matul il-proċedura leġiżlattiva kemm fil-valutazzjoni tal-impatt, kif ukoll fi studji oħra, bħalma huwa l-istudju tal‑2019.

    411. Madankollu, għandu jiġi rrilevat li, minkejja din il-problema, il-Kummissjoni fil-Proposta tagħha għal Regolament dwar il-ħin tax-xogħol, ibbażata fuq ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt, kienet ipprevediet dispożizzjoni ekwivalenti għal dik finalment adottata fil-punt 6(c) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054, li kienet tipprevedi wkoll il-projbizzjoni li l-perijodi ta’ mistrieħ itwal, u għalhekk il-perijodi regolari ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa, jittieħdu fil-vettura (213).

    412. Sadanittant, il-Qorti tal-Ġustizzja tat is-sentenza Vaditrans li neħħiet kull inċertezza fir-rigward tal-portata tal-verżjoni l-antika tal-Artikolu 8(8) tar-Regolament Nru 561/2006 u interpretat, ex tunc (214), din id-dispożizzjoni fis-sens imsemmi fil-punt 370 iktar ’il fuq, billi ċċarat li projbizzjoni bħal dik prevista fl-imsemmija proposta tal-Kummissjoni – u finalment adottata fir-Regolament 2020/1054 – kienet diġà teżisti fid-dritt tal-Unjoni.

    413. F’dawn iċ-ċirkustanzi, inqis li ma jistax jiġi sostnut li, meta adotta l-punt 6(c) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 u, għalhekk, billi kkodifika d-dritt eżistenti, barra minn hekk, f’konformità mal-Proposta għal Regolament dwar il-ħin tax-xogħol, abbażi ta’ valutazzjoni tal-impatt, il-leġiżlatur tal-Unjoni naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni elementi essenzjali, jiġifieri d-data dwar in-nuqqas ta’ żoni ta’ parkeġġ sikuri u siguri, li kienet ġiet enfasizzata matul il-proċedura leġiżlattiva.

    414. Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li, fil-fehma tiegħi, il-motivi kollha intiżi sabiex isostnu li l-punt 6(c) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 ma josservax ir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-prinċipju ta’ proporzjonalità għandhom jiġu miċħuda.

    b)      Fuq ksur talArtikolu 91(2) TFUE u talArtikolu 94 TFUE 

    1)      Largumenti talpartijiet

    415. Ir-Rumanija ssostni li l-punt 6(c) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 jikser ir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-Artikolu 91(2) TFUE u mill-Artikolu 94 TFUE, peress li din id-dispożizzjoni tippreġudika b’mod gravi l-interessi tal-operaturi tat-trasport u tax-xufiera.

    416. F’dak li għandu x’jaqsam, qabelxejn, mal-operaturi tat-trasport, l-ispejjeż tagħhom ser ikunu ferm iktar mill-ispejjeż biex jagħmlu disponibbli akkomodazzjoni għax-xufiera. Fil-fatt, dawn l-ispejjeż għandhom ikopru wkoll il-bidliet fir-rotot skont id-disponibbiltà ta’ postijiet ta’ akkomodazzjoni u ta’ żoni ta’ parkeġġ xierqa, iż-żieda fil-primjums tal-assigurazzjoni minħabba ż-żieda fir-riskji marbuta mas-sigurtà tal-merkanzija ttrasportata, il-ħtieġa għax-xufiera li jivvjaġġaw distanzi addizzjonali sabiex isibu żona xierqa, kif ukoll l-ispiża tat-trasferiment tax-xufier miż-żona ta’ parkeġġ lejn il-post ta’ akkomodazzjoni, li jista’ jkun jinsab f’distanza kunsiderevolment ’il bogħod, fid-dawl tas-sitwazzjoni deskritta fl-istudju tal‑2019. Barra minn hekk, l-operaturi tat-trasport ser isofru tnaqqis fid-dħul, peress li n-nuqqas ta’ faċilitajiet għandu impatt fuq il-possibbiltà konkreta li jiġu ppjanati vjaġġi itwal u li jsir trasport fuq ċerti rotot siguri.

    417. Sussegwentement, fir-rigward tax-xufiera, ir-riperkussjonijiet sostnuti mill-operaturi tat-trasport ser iwasslu għal telf ta’ impjiegi u għall-ħtieġa li jemigraw lejn l-Istati fl-Ewropa tal-Punent. Barra minn hekk, id-dispożizzjoni inkwistjoni, minħabba n-nuqqas ta’ faċilitajiet, iżżid l-għeja u l-istress tax-xufiera.

    418. Il-Kunsill u l-Parlament, kif ukoll l-intervenjenti insostenn tagħhom, jitolbu li dan il-motiv jiġi miċħud.

    2)      Analiżi

    419. Fir-rigward tal-analiżi tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 91(2) TFUE u tal-Artikolu 94 TFUE u tal-portata tagħhom, nagħmel riferiment għall-kunsiderazzjonijiet li għamilt fil-punti 281 sa 293 iktar ’il fuq.

    420. Fir-rigward tal-ilmenti tar-Rumanija, fil-punt 394 iktar ’il fuq irrilevajt li, meta adotta l-punt 6(c) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054, il-leġiżlatur ma introduċiex fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni l-projbizzjoni tal-mistrieħ regolari ta’ kull ġimgħa fil-kabina, iżda sempliċement ikkodifika d-dritt eżistenti li jirriżulta mill-verżjoni preċedenti tal-Artikolu 8(8) tar-Regolament Nru 561/2006, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Vaditrans.

    421. F’dawn iċ-ċirkustanzi, peress li l-projbizzjoni tal-mistrieħ regolari ta’ kull ġimgħa fil-kabina kienet diġà fis-seħħ qabel l-adozzjoni tal-punt 6(c) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054, ma jistax jiġi sostnut li l-adozzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tinvolvi żieda fl-ispejjeż jew tnaqqis fid-dħul għall-operaturi tat-trasport jew konsegwenzi dannużi għax-xufiera.

    422. Minn dan isegwi li l-motiv ibbażat fuq l-argument li, peress li tippreġudika serjament l-interessi tal-operaturi tat-trasport u tax-xufiera, l-adozzjoni tal-punt 6(c) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 tikser ir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-Artikolu 91(2) TFUE u mill-Artikolu 94 TFUE għandu jiġi miċħud.

    c)      Fuq ksur talprinċipji ta’ ugwaljanza fittrattament u ta’ nondiskriminazzjoni

    1)      Largumenti talpartijiet

    423. Fir-rikorsi tagħhom, ir-Repubblika tal-Bulgarija (Kawża C‑543/20) u r-Rumanija (Kawża C‑546/20) isostnu li l-punt 6(c) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 ma josservax ir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, previst fl-Artikolu 18 TFUE. Ir-Repubblika tal-Bulgarija tagħmel riferiment ukoll għall-Artikoli 20 u 21 tal-Karta, għall-prinċipju tal-ugwaljanza tal-Istati Membri, stabbilit fl-Artikolu 4(2) TUE, kif ukoll għall-Artikolu 95(1) TFUE.

    424. Ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija jsostnu li l-projbizzjoni tal-mistrieħ regolari ta’ kull ġimgħa fil-kabina tikser il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni kemm għall-impriżi tat-trasport li jinsabu fil-periferija ġeografika tal-Unjoni kif ukoll għax-xufiera li jaħdmu għal dawn l-impriżi. Fil-fatt, ser ikun ferm iktar faċli għal impriżi tat-trasport stabbiliti fi Stati Membri li jinsabu fiċ-ċentru tal-Unjoni u għax-xufiera tagħhom li josservaw l-imsemmija projbizzjoni milli għall-operaturi tat-trasport stabbiliti fi Stati Membri li jinsabu fil-periferija tal-Unjoni u għax-xufiera tagħhom. Fi ħdan l-istess Stat Membru, il-projbizzjoni toħloq diskriminazzjoni bejn ix-xufiera lokali u dawk ta’ Stati Membri oħra. Ix-xufiera nazzjonali ma humiex affettwati min-nuqqas ta’ postijiet ta’ akkomodazzjoni xierqa u ta’ żoni ta’ parkeġġ sikuri u siguri, peress li jistgħu jorqdu f’darhom u jipparkjaw it-trakkijiet tagħhom fiċ-ċentru operazzjonali tal-operatur tat-trasport. Dan ma huwiex il-każ għax-xufiera impjegati minn operaturi tat-trasport stabbiliti fi Stati li jinsabu fil-periferija tal-Unjoni li, minħabba n-nuqqas ta’ postijiet ta’ akkomodazzjoni xierqa u ta’ żoni ta’ parkeġġ sikuri u siguri, ikunu mġiegħla ma josservawx l-imsemmija projbizzjoni, u jżidu l-ispejjeż tal-operaturi tat-trasport, li l-parti l-kbira tagħhom huma SMEs.

    425. Barra minn hekk, ma tistax titwettaq evalwazzjoni tal-effetti fuq is-suq tat-trasport tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament 2020/1054 mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjoni r-Regolament 2020/1055 u d-Direttiva 2020/1057 li jagħmlu wkoll parti mill-Pakkett dwar il-Mobbiltà. Evalwazzjoni globali tal-Pakkett dwar il-Mobbiltà I b’hekk turi n-natura diskriminatorja tal-leġiżlazzjoni għad-detriment ta’ dawn tal-aħħar fir-rigward tal-possibbiltà konkreta li jiġu pprovduti servizzi ta’ trasport fl-Unjoni.

    426. Il-Kunsill u l-Parlament, kif ukoll l-intervenjenti insostenn tagħhom, jitolbu li dawn il-motivi kollha jiġu miċħuda.

    2)      Analiżi

    427. Ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija jsostnu li, meta adotta l-punt 6(c) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 u, għalhekk, billi żamm il-projbizzjoni tal-mistrieħ regolari ta’ kull ġimgħa fil-kabina, il-leġiżlatur tal-Unjoni kiser il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni, peress li din il-projbizzjoni timplika diskriminazzjoni kemm bejn ix-xufiera kif ukoll bejn l-operaturi tat-trasport.

    428. F’dan ir-rigward, nirrileva, qabelxejn, li l-projbizzjoni tal-mistrieħ regolari ta’ kull ġimgħa fil-kabina tapplika mingħajr distinzjoni u bl-istess mod għal kull impriża tat-trasport li twettaq trasport bit-triq li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 561/2006 u għal kull xufier li jaqa’ taħt dan ir-regolament (215). Id-dispożizzjoni tapplika irrispettivament min-nazzjonalità tal-persuna li timpjega jew tax-xufier. Minn dan isegwi li dan l-obbligu, bħala tali, ma jistabbilixxix b’mod espliċitu distinzjoni, la bejn ix-xufiera u lanqas bejn l-impriżi ta’ trasport.

    429. Sussegwentement, fil-fehma tiegħi, ix-xufiera li jwettqu trasport internazzjonali bejn Stati Membri differenti u x-xufiera li jwettqu trasport nazzjonali fl-Istat Membru ta’ stabbiliment tal-persuna li timpjegahom ma humiex neċessarjament f’sitwazzjonijiet komparabbli, speċifikament fir-rigward tal-għanijiet tad-dispożizzjoni li tipprevedi l-projbizzjoni tal-mistrieħ regolari ta’ kull ġimgħa fil-kabina.

    430. F’dan ir-rigward, infakkar, minn naħa, li, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza msemmija fil-punt 79 iktar ’il fuq, in-natura paragunabbli tas-sitwazzjonijiet differenti għandha tiġi evalwata fid-dawl tas-suġġett u tal-għan tal-att tal-Unjoni kkontestat. Min-naħa l-oħra, mill-punt 373 iktar ’il fuq jirriżulta li l-projbizzjoni tal-mistrieħ regolari ta’ kull ġimgħa fil-kabina essenzjalment għandha l-għan li ttejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol tax-xufiera, ħaġa li tikkontribwixxi wkoll għat-titjib tas-sigurtà fit-toroq.

    431. Issa, il-projbizzjoni tal-mistrieħ regolari ta’ kull ġimgħa fil-kabina hija intiża sabiex tipproteġi lix-xufiera li jqattgħu perijodi twal ’il bogħod mill-post ta’ residenza tagħhom u li huma għalhekk obbligati, minħabba x-xogħol tagħhom, iqattgħu l-perijodi ta’ mistrieħ tagħhom ta’ kull ġimgħa ’l bogħod minn dan il-post. Meta xufier ikun jista’ jqatta’ l-perijodu ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa tiegħu f’daru, l-imsemmija projbizzjoni ma hijiex rilevanti. Minn din il-perspettiva, is-sitwazzjonijiet taż-żewġ tipi ta’ xufiera msemmija fil-punt 429 iktar ’il fuq għalhekk ma humiex paragunabbli.

    432. Barra minn hekk, infakkar li, kif ġie rrilevat fil-punt 43 iktar ’il fuq, id-distinzjoni, minn naħa, bejn trasport internazzjonali u trasport nazzjonali u, min-naħa l-oħra, bejn trasportaturi residenti u trasportaturi mhux residenti hija prevista b’mod espliċitu fl-Artikolu 91(1)(a) u (b) TFUE. Id-dritt tal-Unjoni jipprevedi għalhekk, fil-livell tad-dritt primarju, approċċ differenti fil-kuntest tal-politika komuni tat-trasport bejn ir-regolamentazzjoni tat-trasport internazzjonali u dik tat-trasport nazzjonali.

    433. Barra minn hekk, skont il-loġika taż-żewġ Stati Membri msemmija iktar ’il fuq, li kieku x-xufiera li jwettqu trasport internazzjonali kellhom jitħallew jieħdu l-perijodu ta’ mistrieħ regolari ta’ kull ġimgħa tagħhom fil-vettura, dan ikun jinvolvi livell saħansitra ogħla ta’ diskriminazzjoni bejn ix-xufiera nazzjonali, li jistgħu jieħdu l-perijodu regolari ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa tagħhom f’darhom, u x-xufiera ta’ Stati Membri oħra li jkollhom jieħdu l-perijodu regolari ta’ mistrieħ tagħhom ta’ kull ġimgħa fil-kabina, jiġifieri f’post li ma huwiex adattat sabiex jitqattgħu tali perijodi twal ta’ mistrieħ fih (216).

    434. Fl-aħħar nett, mill-argumenti mressqa miż-żewġ Stati Membri msemmija iktar ’il fuq jirriżulta li l-allegati diskriminazzjonijiet li huma jsostnu ma jirriżultawx mill-projbizzjoni tal-mistrieħ regolari ta’ kull ġimgħa fil-kabina bħala tali, iżda pjuttost mill-istat attwali tal-infrastruttura Ewropea u, speċifikament, min-numru insuffiċjenti ta’ żoni ta’ parkeġġ siguri u ta’ postijiet ta’ akkomodazzjoni xierqa li jinsabu fil-qrib tagħhom.

    435. Issa, fil-kuntest tal-istħarriġ ġudizzjarju limitat li, f’qasam bħalma huwa dak tal-politika tat-trasport, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet ukoll fir-rigward tal-osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament (217), il-qorti tal-Unjoni ma tistax tissostitwixxi l-evalwazzjoni tagħha għal dik tal-leġiżlatur tal-Unjoni billi tqiegħed fid-dubju – minħabba eventwali nuqqas attwali ta’ faċilitajiet xierqa – l-għażla tal-leġiżlatur li ma jemendax id-dritt eżistenti u li ma jnaqqasx id-drittijiet soċjali tax-xufiera billi jippermettilhom jieħdu l-ħin ta’ mistrieħ regolari tagħhom ta’ kull ġimgħa f’post mhux xieraq għal perijodi ta’ mistrieħ daqstant twal.

    436. Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, inqis li l-motivi mqajma kontra l-punt 6(c) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 ibbażati fuq ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni għandhom jiġu miċħuda.

    d)      Fuq ksur taddispożizzjonijiet taddritt talUnjoni filqasam tallibertà li jiġu pprovduti servizzi tattrasport u tassuq uniku

    1)      Largumenti talpartijiet

    437. Ir-Rumanija ssostni li l-punt 6(c) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 jikser id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi ta’ trasport u tas-suq uniku. Dan l-Istat Membru jsostni li, fir-rigward tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi fil-qasam tat-trasport, kif prevista fl-Artikolu 58(1) TFUE, l-implimentazzjoni tal-projbizzjoni tal-mistrieħ regolari ta’ kull ġimgħa fil-kabina ser twassal għal restrizzjoni ta’ din il-libertà, peress li r-rotot tat-trasport ser ikunu, għal żmien indeterminat, limitati għal vjaġġi li jistgħu jitwettqu f’ammont ta’ żmien li ma jobbligax lix-xufier jieħu perijodu ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa jew li ser jiġu ddeterminat skont il-preżenza ta’ żoni ta’ parkeġġ sikuri u siguri. Minħabba din il-limitazzjoni, il-miżura de facto ser twassal għall-frammentazzjoni tas-suq intern. Ir-riżultat ta’ dan ikun tfixkil fil-kisba tal-għan ta’ żvilupp sostenibbli ta’ dan is-suq, kif previst fl-Artikolu 3 TUE, li huwa wkoll wieħed mill-għanijiet iddefiniti mill-Kummissjoni fil-valutazzjoni tal-impatt tagħha (218).

    438. Il-Kunsill u l-Parlament, kif ukoll l-intervenjenti insostenn tagħhom, jitolbu li dan il-motiv jiġi miċħud.

    2)      Analiżi

    439. Kif jirriżulta mill-punti 44 et seq. iktar ’il fuq, fil-qasam tat-trasport, l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi għandha titwettaq, skont it-Trattat FUE, permezz tal-implimentazzjoni tal-politika komuni tat-trasport u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi ta’ trasport hija ggarantita esklużivament sa fejn dan id-dritt ingħata permezz ta’ miżuri tad-dritt sekondarju adottati mil-leġiżlatur tal-Unjoni fil-kuntest ta’ din il-politika komuni.

    440. Minn dan isegwi li, anki jekk jitqies li l-punt 6(c) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 iwassal, kif issostni r-Rumanija, għal restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, peress li l-leġiżlatur tal-Unjoni huwa liberu, fil-kuntest tal-marġni ta’ evalwazzjoni wiesa’ tiegħu, li permezz tal-implimentazzjoni tal-politika komuni tat-trasport jikseb il-grad ta’ liberalizzazzjoni ta’ dan is-settur li jqis xieraq, din iċ-ċirkustanza bl-ebda mod ma tinvolvi ksur tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni dwar il-libertà li jiġu pprovduti servizzi tat-trasport u dwar is-suq uniku. Minn dan isegwi, fil-fehma tiegħi, li dan il-motiv ukoll għandu jiġi miċħud.

    e)      Konklużjoni fuq ilmotivi li jikkonċernaw ilprojbizzjoni talmistrieħ ta’ kull ġimgħa filkabina

    441. Minn dak kollu li ntqal iktar ’il fuq jirriżulta li l-motivi kollha mqajma mir-Repubblika tal-Bulgarija (Kawża C‑543/20), mir-Rumanija (Kawża C‑546/20) u mill-Ungerija (Kawża C‑551/20) kontra l-punt 6(c) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 għandhom, fil-fehma tiegħi, jiġu miċħuda.

    3.      Fuq ilmotivi li jikkonċernaw ilpunt 2 talArtikolu 2 tar-Regolament 2020/1054

    442. Fir-rikors tagħha fil-Kawża C‑551/20, l-Ungerija titlob l-annullament tal-punt 2 tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1054, li permezz tiegħu d-data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligu li jiġu installati t-takografi V2, jiġifieri t-takografi intelliġenti tat-tieni ġenerazzjoni, tressqet ’il quddiem.

    443. Filwaqt li, skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ qabel l-adozzjoni tar-Regolament 2020/1054, kien possibbli li l-obbligu ta’ installazzjoni tat-takografi V2 jiġi ssodisfatt sal‑15 ta’ Ġunju 2034 (219), mill-punt 2 tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament, moqri flimkien mal-punt 8 ta’ dan l-artikolu, li jistabbilixxi t-termini għall-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-ispeċifikazzjonijiet dwar it-takografi V2, jirriżulta li, jekk din l-istituzzjoni tadotta u tapplika fit-termini previsti r-regolament ta’ implimentazzjoni li jinkludi l-imsemmija speċifikazzjonijiet, il-vetturi mgħammra b’takografi diġitali jew analoġiċi għandhom ikunu mgħammra b’takografi V2 sa mhux iktar tard mill‑31 ta’ Diċembru 2024, u dawk mgħammra b’takografi intelliġenti għandhom ikunu mgħammra b’takografi V2 sa mhux iktar tard mill‑2025. Il-Kummissjoni adottat l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għat-takografi intelliġenti fis‑16 ta’ Lulju 2021 (220) u emendathom fis‑16 ta’ Mejju 2023 (221).

    444. Insostenn tat-talba tagħha għall-annullament tal-punt 2 tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1054, l-Ungerija tinvoka tliet motivi, ibbażati, l-ewwel wieħed, fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, it-tieni wieħed, fuq ksur tal-prinċipji ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali, u, it-tielet wieħed, fuq ksur tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 151 TFUE.

    a)      Fuq ksur talprinċipju ta’ proporzjonalità

    1)      Largumenti talpartijiet

    445. Permezz tal-ewwel motiv tagħha, l-Ungerija, sostnuta mir-Rumanija, mir-Repubblika tal-Latvja u mir-Repubblika tal-Estonja, issostni li meta adotta l-punt 2 tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1054, il-leġiżlatur tal-Unjoni kiser il-prinċipju ta’ proporzjonalità u wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni billi ma evalwax il-konsegwenzi ekonomiċi tat-tmexxija ’l quddiem kunsiderevoli tat-terminu għall-installazzjoni tat-takografi V2. Peress li din id-dispożizzjoni ma tinsabx fil-Proposta għal Regolament dwar il-ħin tax-xogħol, ma saret l-ebda valutazzjoni tal-impatt fuq dan il-punt. Id-dispożizzjonijiet li jemendaw it-terminu għall-installazzjoni tat-takografu ġew introdotti fl-abbozz ta’ test skont il-ftehim konkluż mill-Parlament u l-Kunsill mingħajr ma saret ebda valutazzjoni tal-impatt minn dawn l-istituzzjonijiet.

    446. Issa, mill-ġurisprudenza jirriżulta li huwa possibbli li ma ssirx valutazzjoni tal-impatt meta l-leġiżlatur ikollu informazzjoni oġġettiva li tippermettilu jevalwa l-proporzjonalità tal-miżura. Madankollu, l-Ungerija ssostni li ma kinitx taf bl-eżistenza ta’ tali elementi ta’ informazzjoni, u lanqas bl-eżistenza ta’ valutazzjoni mwettqa mil-leġiżlaturi.

    447. L-Ungerija ssostni wkoll li d-dispożizzjonijiet proposti mill-Parlament u mill-Kunsill kienu jikkostitwixxu emendi sostanzjali għall-imsemmija proposta tal-Kummissjoni fis-sens tal-Ftehim Istituzzjonali msemmi fil-punti 62 et seq. iktar ’il fuq u li għalhekk kien iġġustifikat li titwettaq valutazzjoni tal-impatt addizzjonali, jew li l-Kummissjoni tiġi mqabbda twettaqha. Żewġ studji mwettqa fix-xhur ta’ Frar u Marzu 2018 eżaminaw l-ispejjeż meħtieġa għall-konformità, iżda dawn ma indirizzawx b’mod espliċitu l-kwistjoni tal-proporzjonalità, minkejja li t-tieni studju qajjem il-possibbiltà ta’ nuqqas ta’ proporzjonalità. Barra minn hekk, l-Ungerija tqis bħala partikolarment problematiku, f’dan ir-rigward, il-fatt li t-teknoloġija l-ġdida (V2) għadha ma hijiex fis-suq, u lanqas ma huwa ċert meta ser tkun.

    448. Il-Kunsill u l-Parlament, kif ukoll l-intervenjenti insostenn tagħhom, jitolbu li dan il-motiv jiġi miċħud.

    2)      Analiżi

    449. F’dan il-motiv, l-Ungerija tikkritika fundamentalment lil-leġiżlatur tal-Unjoni talli adotta l-punt 2 tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1054 u talli b’hekk ressaq ’il quddiem b’mod kunsiderevoli t-terminu għall-installazzjoni tat-takografi V2 mingħajr ma talab li ssir valutazzjoni tal-impatt u mingħajr ma kellu biżżejjed elementi li jippermettu li tiġi evalwata l-proporzjonalità tal-miżura finalment adottata.

    450. F’dan ir-rigward, għandu qabel kollox jiġi rrilevat li huwa paċifiku bejn il-partijiet li l-komponent soċjali tal-valutazzjoni tal-impatt, li l-Kummissjoni wettqet fid-dawl tar-reviżjoni tar-Regolamenti Nru 561/2006 u Nru 165/2014, ma kopriex it-terminu għall-installazzjoni tat-takografi V2, peress li din l-istituzzjoni ma pprevedietx, fil-Proposta tagħha għall-emenda ta’ dan l-aħħar regolament, it-tressiq ’il quddiem tad-data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligu li jirrigwarda l-installazzjoni ta’ takografi V2.

    451. Madankollu, mill-ġurisprudenza msemmija fil-punti 65 u 72 iktar ’il fuq jirriżulta, minn naħa, li l-ommissjoni ta’ valutazzjoni tal-impatt ma tistax tiġi kklassifikata bħala ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, inkwantu l-leġiżlatur tal-Unjoni jkollu biżżejjed elementi li jippermettulu jevalwa l-proporzjonalità ta’ miżura adottata u, min-naħa l-oħra, inkwantu, fl-eżerċizzju effettiv tas-setgħa ta’ evalwazzjoni tiegħu l-leġiżlatur tal-Unjoni jista’ jieħu inkunsiderazzjoni mhux biss il-valutazzjoni tal-impatt, iżda wkoll kwalunkwe sors ieħor ta’ informazzjoni.

    452. Issa, f’dan il-każ, kif isostnu l-Kunsill u l-Parlament, minkejja li l-miżura inkwistjoni ma kinitx tinsab fil-Proposta tal-Kummissjoni u fil-komponent soċjali tal-valutazzjoni tal-impatt, fix-xahar ta’ Marzu 2018, il-Kummissjoni ppubblikat ir-rapport finali ta’ studju dwar il-miżuri li jiffavorixxu l-implimentazzjoni tat-takografu intelliġenti. L-Ungerija ma tikkontestax li l-għan ta’ dan l-istudju kien li jiġu evalwati għażliet ta’ politika differenti biex titħaffef l-implimentazzjoni tat-takografu intelliġenti, u, b’mod partikolari, li jiġu evalwati l-impatti ekonomiċi, soċjali u tas-sigurtà fit-toroq li jeħtieġu l-konformità tal-vetturi rreġistrati qabel Ġunju 2019 (222). Dan l-istudju tal-Kummissjoni kien jinkludi analiżi ddettaljata tal-kostijiet u tal-benefiċċji li tqis l-effetti ekonomiċi fuq l-operaturi tat-trasport u l-awtoritajiet nazzjonali, l-effetti fuq is-sigurtà fit-toroq, l-effetti soċjali u l-effetti fuq is-suq intern. Barra minn hekk, matul l‑2018, il-Parlament ukoll wettaq studju biex jevalwa l-kostijiet u l-benefiċċji tal-installazzjoni, sa Jannar 2020, ta’ takografu intelliġenti għall-vetturi tqal tal-merkanzija fit-trasport internazzjonali (223). Mill-proċess jidher ukoll li l-leġiżlatur eżamina u qies dawn l-istudji matul il-proċedura leġiżlattiva li wasslet għall-adozzjoni tar-Regolament 2020/1054.

    453. F’dawn iċ-ċirkustanzi, inqis li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, li huma l-awturi tal-att inkwistjoni, stabbilixxew quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja li l-miżura inkwistjoni ġiet adottata permezz ta’ eżerċizzju effettiv tas-setgħa ta’ evalwazzjoni tagħhom u pproduċew u esponew b’mod ċar u inekwivoku d-data bażika li huma ħadu inkunsiderazzjoni sabiex jibbażaw fuqha l-miżura kkontestata.

    454. L-argumenti l-oħra mressqa mill-Ungerija ma jistgħux jikkontestaw din l-evalwazzjoni.

    455. Fil-fatt, l-ewwel, il-fatt, allegat mill-Ungerija, li ż-żewġ studji msemmija iktar ’il fuq ma eżaminawx speċifikament l-osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità huwa irrilevanti. Fil-fatt, huwa l-leġiżlatur li għandu jwettaq, abbażi tad-data disponibbli, l-ibbilanċjar neċessarju bejn id-diversi interessi involuti intiż li jiżgura bilanċ bejniethom, fid-dawl tal-għanijiet imfittxija mill-miżura inkwistjoni. Għaldaqstant, ma jistax ikun meħtieġ li d-data bażika li fuqha jkun ibbażat l-eżerċizzju tas-setgħa ta’ evalwazzjoni tal-leġiżlatur tiġi ppreżentata fil-kuntest ta’ evalwazzjoni speċifika tal-proporzjonalità. F’dan ir-rigward, infakkar ukoll li, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza msemmija fil-punt 72 iktar ’il fuq, il-forma li fiha tiġi ppreżentata d-data bażika meħuda inkunsiderazzjoni mil-leġiżlatur tal-Unjoni hija irrilevanti.

    456. It-tieni, il-fatt allegat mill-Ungerija li t-teknoloġija (V2) għadha ma hijiex fis-suq, anki jekk jitqies li dan huwa minnu – li ma huwiex il-każ – ma jistax jikkontesta l-proporzjonalità tal-miżura inkwistjoni.

    457. Fil-fatt, minn naħa, għandu jitfakkar li, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja msemmija fil-punt 74 iktar ’il fuq, il-validità ta’ att tal-Unjoni għandha tiġi evalwata fir-rigward tal-elementi li l-leġiżlatur tal-Unjoni kellu għad-dispożizzjoni tiegħu fil-mument tal-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni. Issa, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni stabbilixxew, mingħajr ma ġew kontradetti mill-Ungerija, li, matul il-proċedura leġiżlattiva, l-informazzjoni li l-leġiżlatur kellu kienet li t-teknoloġija inkwistjoni kienet ser tkun lesta fl‑2022 u li l-installazzjoni tat-takografi V2 setgħet titlesta sa tmiem is-sena 2024 (224).

    458. Min-naħa l-oħra, it-terminu għall-installazzjoni tat-takografi V2 ġie ddefinit fir-Regolament 2020/1054 b’mod pjuttost mhux tipiku, sa fejn ma ġiex stabbilit b’riferiment għal data partikolari, iżda għal terminu li jibda jiddekorri mill-adozzjoni mill-Kummissjoni tad-dispożizzjonijiet tekniċi ddettaljati li huma meħtieġa, b’tali mod li jiġi żgurat li jkun hemm terminu suffiċjenti sabiex jiġu żviluppati dawn it-takografi l-ġodda. Issa, kif irrilevajt fil-punt 443 iktar ’il fuq, il-Kummissjoni adottat l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dwar it-takografu intelliġenti fis‑16 ta’ Lulju 2021, u emendathom dan l-aħħar, sabiex tiżgura l-funzjonament komuni ta’ dawn it-takografi intelliġenti tat-tieni verżjoni minkejja ċertu dewmien dovut għal raġunijiet tekniċi. Dawn l-iżviluppi juru, fil-fehma tiegħi, in-natura xierqa tal-għażla tal-leġiżlatur fir-rigward tal-modalità tal-iffissar tat-terminu għall-installazzjoni tat-takografi V2, li kienet intiża li tiggarantixxi flessibbiltà fl-implimentazzjoni ta’ dan l-obbligu.

    459. Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti, fil-fehma tiegħi, jirriżulta li l-motiv ibbażat fuq l-argument li, bl-adozzjoni tal-punt 2 tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1054, il-leġiżlatur tal-Unjoni kiser il-prinċipju ta’ proporzjonalità, għandu jiġi miċħud.

    b)      Fuq ksur talprinċipji ta’ protezzjoni talaspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali

    1)      Largumenti talpartijiet

    460. Permezz tat-tieni motiv tagħha, l-Ungerija ssostni li t-tmexxija ’l quddiem tat-terminu għall-installazzjoni tat-takografi V2 tikser l-aspettattivi leġittimi tal-operaturi ekonomiċi u, għaldaqstant, il-prinċipji ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali. Fil-fatt, skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ qabel l-adozzjoni tar-Regolament 2020/1054 (225), l-operaturi ekonomiċi setgħu leġittimament jaħsbu li kellhom terminu ta’ ħmistax-il sena, wara l-adozzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet ta’ applikazzjoni, sabiex jissodisfaw ir-rekwiżit tal-installazzjoni ta’ takografi intelliġenti. L-operaturi ma kinux sempliċement fdaw li ser tinżamm sitwazzjoni eżistenti, iżda l-leġiżlatur, meta eżerċita s-setgħa ta’ evalwazzjoni tiegħu, kien stabbilixxa huwa stess terminu li fuqu dawn setgħu jibbażaw id-deċiżjonijiet ekonomiċi tagħhom. Għalhekk, dan it-terminu jista’ jiġi emendat biss għal raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali. Fl-Ungerija, minħabba t-termini antiċipati, l-obbligu tal-installazzjoni tat-takografu V2 jaffettwa lil madwar 60 % tal-flotta, bi spiża stmata, għal kull unità, ta’ madwar EUR 2 000.

    461. Peress li l-leġiżlatur adotta r-Regolament 2020/1054 fil‑15 ta’ Lulju 2020, huwa minn dak il-mument li d-data l-ġdida tal-obbligu ta’ konformità setgħet tkun magħrufa b’ċertezza. Konsegwentement, din id-data biss tista’ timmarka l-punt tat-tluq tal-perijodu li għandhom l-operaturi ekonomiċi sabiex jadattaw ruħhom, u mhux dik tal-pubblikazzjoni tal-istudji li ffokaw għall-ewwel darba fuq il-kwistjoni. L-operaturi ekonomiċi, anki jekk kienu jafu b’dawn l-istudji, ma setgħux ikunu jafu b’ċertezza x’kienet ser tkun is-soluzzjoni adottata.

    462. L-ebda waħda mir-raġunijiet indikati fil-premessa 27 tar-Regolament 2020/1054 bħala ġustifikazzjoni għall-emenda tat-termini għall-introduzzjoni tat-takografi V2 ma tikkostitwixxi raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali. F’dak li jirrigwarda, l-ewwel, l-effettività tal-monitoraġġ tal-applikazzjoni tar-regoli soċjali fir-rigward tal-ispejjeż, dan ma ġiex realment eżaminat matul il-proċess leġiżlattiv. It-tieni, il-ħeffa tal-evoluzzjoni tat-teknoloġiji l-ġodda u d-diġitalizzazzjoni fl-ekonomija kollha ma jikkostitwixxux raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali ta’ natura li jiġġustifikaw preġudizzju għall-aspettattivi leġittimi tal-operaturi ekonomiċi. Barra minn hekk, it-takografi V2 għadhom ma ġewx żviluppati u d-data tal-introduzzjoni tagħhom fis-suq ma hijiex magħrufa. It-tielet, fir-rigward tan-neċessità li jkun hemm kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għall-impriżi tas-settur tat-trasport bit-triq internazzjonali, huwa diffiċli li wieħed jifhem għaliex l-impriżi internazzjonali ta’ pajjiżi terzi ma humiex suġġetti għal dan l-obbligu. Fil-fatt, il-Ftehim Ewropew dwar il-Ħidma ta’ Ekwipaġġi ta’ Vetturi involuti fit-Trasport Internazzjonali bit-Triq (iktar ’il quddiem il-“Ftehim AETR”) attwalment jipprevedi l-obbligu tal-installazzjoni ta’ takografu diġitali.

    463. Il-Kunsill u l-Parlament, kif ukoll l-intervenjenti insostenn tagħhom, jitolbu li dan il-motiv jiġi miċħud.

    2)      Analiżi

    464. Fil-punti 117 et seq. ta’ dawn il-konklużjonijiet, li għalihom nagħmel riferiment, diġà analizzajt il-prinċipji esposti mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-ġurisprudenza tagħha fir-rigward tal-prinċipju ta’ ċertezza legali.

    465. Fir-rigward tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, li huwa korollarju tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li l-possibbiltà li jiġi invokat dan il-prinċipju hija miftuħa għal kull operatur ekonomiku li fir-rigward tiegħu istituzzjoni tkun nisslet aspettattivi fondati. Fis-sens ta’ din il-ġurisprudenza, tikkostitwixxi garanzija li tista’ tnissel tali aspettattivi informazzjoni preċiża, inkundizzjonata u koerenti li toriġina minn sorsi awtorizzati u affidabbli, irrispettivament mill-forma li fiha tiġi kkomunikata (226).

    466. Għall-kuntrarju, meta operatur ekonomiku prudenti u informat tajjeb ikun f’pożizzjoni fejn ikun jista’ jipprevedi l-adozzjoni ta’ miżura tal-Unjoni ta’ natura li taffettwa l-interessi tiegħu, huwa ma jkunx jista’ jinvoka l-benefiċċju tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi meta din il-miżura tiġi adottata (227).

    467. Fir-rigward tal-invokazzjoni tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi minħabba l-azzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni, għandu jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet lill-imsemmi leġiżlatur setgħa ta’ evalwazzjoni wiesgħa meta l-azzjoni tiegħu tkun tinvolvi għażliet ta’ natura politika, ekonomika u soċjali u meta jintalab iwettaq valutazzjonijiet u evalwazzjonijiet kumplessi (228).

    468. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li operatur ekonomiku ma jistax jibbaża l-aspettattivi tiegħu fuq l-assenza totali ta’ emenda leġiżlattiva, iżda jista’ biss jikkontesta l-modalitajiet ta’ applikazzjoni ta’ tali emenda (229).

    469. Bl-istess mod, il-prinċipju ta’ ċertezza legali ma jirrikjedix li ma jkunx hemm emenda leġiżlattiva, iżda jirrikjedi pjuttost li l-leġiżlatur iqis is-sitwazzjonijiet partikolari tal-operaturi ekonomiċi u jipprevedi, jekk ikun meħtieġ, adattamenti għall-applikazzjoni tar-regoli legali l-ġodda (230).

    470. Barra minn hekk, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi ma jistax jiġi estiż b’tali mod li jipprekludi, b’mod ġenerali, leġiżlazzjoni ġdida milli tapplika għall-effetti futuri ta’ sitwazzjonijiet li nħolqu taħt il-leġiżlazzjoni preċedenti (231), u dan b’mod partikolari f’oqsma li l-għan tagħhom jinvolvi ħtiġijiet ta’ adattament kostanti (232).

    471. F’dan il-każ, fil-fehma tiegħi, ma jistax jitqies li l-operaturi ekonomiċi kkonċernati ngħataw garanziji preċiżi, inkundizzjonati u konsistenti, skont il-ġurisprudenza msemmija iktar ’il fuq, li kienu jiġġustifikaw li dawn tal-aħħar kellhom aspettattivi leġittimi dwar il-fatt li l-ambjent regolatorju kien ser jibqa’ l-istess u li, għalhekk, huma kien ser ikollhom, fi kwalunkwe każ, terminu ta’ ħmistax-il sena, wara l-adozzjoni tal-modalitajiet ta’ applikazzjoni, sabiex jissodisfaw ir-rekwiżit tal-installazzjoni ta’ takografi intelliġenti.

    472. Fil-fatt, bl-ebda mod ma jirriżulta li l-leġiżlatur kien għamel impenn inkundizzjonat fis-sens li l-qafas regolamentari applikabbli għat-takografi kien ser jibqa’ l-istess għal perijodu ta’ ħmistax-il sena. F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li bl-ebda mod ma huwa rari li l-qafas regolamentari jiġi adattat diversi drabi, b’mod partikolari f’oqsma li jittrattaw kwistjonijiet tekniċi u/jew teknoloġiċi li jevolvu malajr, u li huma kkaratterizzati minn progress tekniku rapidu u kontinwu.

    473. Barra minn hekk, jiena naqbel mal-fehma tal-istituzzjonijiet li, fid-dawl taż-żewġ dokumenti msemmija fil-punt 452 iktar ’il fuq, li kienu bbażati fuq il-konsultazzjoni mar-rappreżentanti tas-settur ekonomiku kkonċernat u mal-partijiet ikkonċernati, operatur tat-trasport bit-triq prudenti u informat ma setax, tal-inqas wara l-pubblikazzjoni ta’ dawn l-istudji, jinjora l-fatt li l-leġiżlatur tal-Unjoni kien qiegħed jipprevedi emendi possibbli għal-leġiżlazzjoni dwar it-takografi. Tali operatur kien għalhekk f’pożizzjoni li jieħu inkunsiderazzjoni din il-possibbiltà fil-kuntest tad-deċiżjonijiet ekonomiċi tiegħu.

    474. Barra minn hekk, lanqas ma jista’ jiġi kkunsidrat li d-dispożizzjoni inkwistjoni neħħiet b’effett immedjat u mingħajr twissija xi vantaġġ speċifiku li l-leġiżlazzjoni kienet tagħti lill-operaturi kkonċernati. Għall-kuntrarju, skont ir-Regolament 2020/1054, l-operaturi ekonomiċi għandhom terminu ta’ bejn erba’ u ħames snin biex jikkonformaw ruħhom mar-regoli l-ġodda dwar it-takografi intelliġenti.

    475. Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, inqis li l-motiv imqajjem mill-Ungerija bbażat fuq l-argument li l-punt 2 tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1054 kien ġie adottat bi ksur tal-prinċipji ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali, għandu jiġi miċħud ukoll.

    c)      Fuq ksur tattieni paragrafu talArtikolu 151 TFUE

    1)      Largumenti talpartijiet

    476. L-Ungerija ssostni li l-punt 2 tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1054 jikser l-obbligu li tinżamm il-kompetittività ekonomika tal-Unjoni, kif previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 151 TFUE. Anki jekk dan ir-regolament ġie adottat fil-kuntest tal-politika tat-trasport u għandu bħala bażi legali l-Artikolu 91(1) TFUE, dan bla dubju jaqa’ taħt il-portata tal-politika soċjali. Issa, titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol permezz ta’ approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet ma jistax iseħħ mingħajr ma tittieħed inkunsiderazzjoni, fl-istess ħin, in-neċessità li tinżamm il-kompetittività tal-ekonomija tal-Unjoni. Madankollu, attwalment, rekwiżiti simili dwar it-takografi V2 ma japplikawx għall-vetturi ta’ impriżi li ma humiex stabbiliti fi Stat Membru, filwaqt li skont il-Ftehim AETR il-vetturi ta’ impriżi stabbiliti fil-pajjiżi li għalihom japplika dan il-ftehim irid ikollhom biss takografu diġitali, u b’hekk għandhom vantaġġ kompetittiv. Filwaqt li l-leġiżlatur stess irrikonoxxa n-neċessità li tinżamm il-kompetittività tal-impriżi tal-Unjoni fil-premessa 34 tar-Regolament 2020/1054, it-test leġiżlattiv ma jimponi fuq il-Kummissjoni l-ebda obbligu konkret jew terminu preċiż f’dan ir-rigward, tant li xejn ma jiggarantixxi li l-Ftehim AETR ser jiġi emendat konsegwentement jew, tal-inqas, li n-negozjati relatati jistgħu jibdew fil-futur qrib. Issa, il-leġiżlatur, għalkemm ma huwiex marbut b’obbligu ta’ riżultat, għandu obbligu ta’ diliġenza, fis-sens li huwa għandu jagħmel dak kollu fis-setgħa tiegħu sabiex jiżgura li l-Unjoni ma tispiċċax f’sitwazzjoni ta’ żvantaġġ kompetittiv. Sabiex jiġi ssodisfatt dan l-obbligu, ma huwiex biżżejjed li tiġi adottata premessa li ma għandha ebda effett vinkolanti.

    2)      Analiżi

    477. L-Artikolu 151 TFUE, li l-Ungerija tallega l-ksur tiegħu f’dan il-motiv, huwa l-ewwel artikolu tat-Titolu X tat-Tielet Parti tat-Ttrattat FUE, iddedikat għall-“Politika Soċjali”. Skont it-tieni paragrafu tiegħu, għall-finijiet tal-għanijiet ta’ politika soċjali indikati fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-artikolu “l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jimplimentaw miżuri li jieħdu kont tad-diversi forom ta’ prattiċi nazzjonali, partikolarment fil-qasam ta’ relazzjonijiet kontrattwalli, u l-ħtieġa li tinżamm il-kompetittività fl-ekonomija ta’ l-Unjoni”.

    478. Mill-formulazzjoni stess ta’ din id-dispożizzjoni jirriżulta li din tipprevedi sempliċi obbligu li “jieħdu kont”. Kif jirriżulta mill-punti 288 et seq. iktar ’il fuq – u kif, barra minn hekk, huwa l-każ għall-Artikolu 91(1) TFUE u għall-Artikolu 94 TFUE – tali obbligu ma għandux valur assolut, iżda sempliċement jobbliga lil-leġiżlatur tal-Unjoni jieħu inkunsiderazzjoni, għal miżuri adottati fil-kuntest tal-qasam tal-politika soċjali, il-parametri u l-għanijiet speċifiċi indikati fih, u b’mod partikolari l-ħtieġa li tinżamm il-kompetittività tal-ekonomija tal-Unjoni.

    479. Issa, l-Ungerija kkritikat lil-leġiżlatur li ma ħax inkunsiderazzjoni din in-neċessità fir-rigward tal-fatt li, skont il-Ftehim AETR, il-vetturi tal-impriżi stabbiliti fil-pajjiżi terzi li għalihom japplika dan il-ftehim ma għandhomx għalfejn ikollhom takografu V2, li jagħtihom vantaġġ kompetittiv.

    480. Madankollu, mill-premessa 34 tar-Regolament 2020/1054 jirriżulta li l-leġiżlatur ikkunsidra b’mod espliċitu li “[h]uwa importanti li l-impriżi tat-trasport bit-triq stabbiliti f’pajjiżi terzi jkunu suġġetti għal regoli ekwivalenti għar-regoli tal-Unjoni meta jwettqu operazzjonijiet ta’ trasport bit-triq fit-territorju tal-Unjoni” u li “[j]enħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa l-applikazzjoni ta’ dan il-prinċipju fil-livell tal-Unjoni u tipproponi soluzzjonijiet xierqa li jiġu nnegozjati fil-kuntest tal-[AETR]”.

    481. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma jistax jiġi sostnut li l-leġiżlatur naqas milli “jieħu inkunsiderazzjoni” d-differenzi li jeżistu fil-leġiżlazzjoni, inklużi dawk li jikkonċernaw it-takografi, applikabbli, rispettivament, għall-impriżi tat-trasport tal-Unjoni, minn naħa, u għall-impriżi ta’ trasport ta’ pajjiżi terzi meta jwettqu operazzjonijiet ta’ trasport bit-triq fit-territorju tal-Unjoni, min-naħa l-oħra.

    482. Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti, fil-fehma tiegħi, jirriżulta li t-tielet motiv imqajjem mill-Ungerija kontra l-punt 2 tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1054 għandu jiġi miċħud ukoll, u dan mingħajr ma hemm bżonn li tiġi indirizzata l-kwistjoni dwar jekk l-Artikolu 151 TFUE, dispożizzjoni li tinsab fit-Titolu X dwar il-“Politika Soċjali”, huwiex applikabbli għal att leġiżlattiv adottat fil-kuntest tal-politika komuni tat-trasport prevista fit-Titolu IV u li jkollu bħala bażi legali l-Artikolu 91(1) TFUE.

    483. Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, inqis li t-talba għall-annullament tal-punt 2 tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1054, imressqa mill-Ungerija fil-kuntest tal-Kawża C‑551/20, għandha tiġi miċħuda fl-intier tagħha.

    4.      Fuq ilmotivi li jikkonċernaw lArtikolu 3 tarRegolament 2020/1054

    484. Fir-rikors tagħha fil-Kawża C‑541/20, ir-Repubblika tal-Litwanja titlob l-annullament tal-Artikolu 3 tar-Regolament 2020/1054 li jipprovdi li dan ir-regolament – ħlief għal żewġ eċċezzjonijiet li ma humiex rilevanti f’dan il-kuntest (233) – jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-imsemmi regolament ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali fis‑17 ta’ Lulju 2020 u għalhekk daħal fis-seħħ fl‑20 ta’ Awwissu 2020.

    485. Insostenn tar-rikors tagħha, ir-Repubblika tal-Litwanja tinvoka tliet motivi. Qabel ma jiġu analizzati dawn il-motivi, għandha tiġi vverifikata, preliminarjament, in-natura effettiva tagħhom.

    a)      Fuq innatura effettiva talmotivi li jikkonċernaw lArtikolu 3 tarRegolament 2020/1054

    486. Permezz tat-tliet motivi tagħha, ir-Repubblika tal-Litwanja tikkontesta l-Artikolu 3 tar-Regolament 2020/1054 li jipprevedi terminu għad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament ta’ 20 jum. Madankollu, il-Kunsill u l-Parlament isostnu li, anki jekk dan l-artikolu jiġi annullat, fi kwalunkwe każ, skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 297(1) TFUE, id-data tad-dħul fis-seħħ tibqa’ tapplika għall-imsemmi regolament (234).

    487. F’dan ir-rigward, infakkar li, skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 297(1) TFUE, l-atti leġiżlattivi “għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data indikata fihom jew, fin-nuqqas ta’ dan, fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħhom”.

    488. Issa, kif irrilevat il-Viċi Presidenta tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-proċedura għal miżuri provviżorji mressqa mir-Repubblika tal-Litwanja, l-Artikolu 3 tar-Regolament 2020/1054 jikkostitwixxi biss sempliċi implimentazzjoni tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 297(1) TFUE (235).

    489. Madankollu, dan il-fatt ma jimplikax awtomatikament li l-annullament tal-imsemmi Artikolu 3 ser jimplika li, fi kwalunkwe każ, dan l-istess terminu għad-dħul fis-seħħ ta’ 20 jum ser japplika bis-saħħa tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 297(1) TFUE. Fil-fatt, din id-dispożizzjoni tat-Trattat FUE tipprevedi wkoll li l-leġiżlatur jista’, jekk iqis xieraq, jiddeċiedi li japplika terminu ieħor għad-dħul fis-seħħ ta’ att leġiżlattiv. Issa, fil-motivi tagħha, ir-Repubblika tal-Litwanja tikkontesta ġustament l-għażla tal-leġiżlatur tal-Unjoni li jżomm dan it-terminu “awtomatiku” ta’ 20 jum mill-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali għad-dħul fis-seħħ tar-Regolament 2020/1054, mingħajr ma ppreveda, għall-kuntrarju, terminu ta’ dħul fis-seħħ itwal, kif inhu permess espliċitament mill-imsemmija dispożizzjoni tat-Trattat FUE. Ir-Repubblika tal-Litwanja ssostni li, fil-fatt, huwa meħtieġ perijodu tranżitorju suffiċjenti sabiex l-Istati Membri u l-operaturi kkonċernati jkunu jistgħu jadattaw ruħhom għar-regoli l-ġodda previsti fl-imsemmi regolament, b’mod partikolari għal dawk marbuta mad-dispożizzjonijiet dwar il-projbizzjoni tal-mistrieħ regolari ta’ kull ġimgħa fil-kabina u dwar l-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera.

    490. Minn dan isegwi li, għall-kuntrarju ta’ dak li jsostnu l-imsemmija żewġ istituzzjonijiet tal-Unjoni, li kieku l-Qorti tal-Ġustizzja kellha tilqa’ l-motivi tar-Repubblika tal-Litwanja u tannulla l-Artikolu 3 tar-Regolament 2020/1054 billi tqis li l-applikazzjoni tat-terminu ta’ 20 jum previst fih ma hijiex konformi mad-dritt tal-Unjoni, tali annullament bl-ebda mod ma jista’ jimplika l-applikazzjoni ta’ dan it-terminu, meqjus illegali, u għalhekk l-imsemmija data ta’ dħul fis-seħħ, skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 297(1) TFUE. Għall-kuntrarju, id-dħul fis-seħħ tal-imsemmi regolament kollu jiġi kkontestat.

    491. Konsegwentement, fil-fehma tiegħi, il-motivi mqajma mir-Repubblika tal-Litwanja dwar l-Artikolu 3 tar-Regolament 2020/1054 ma humiex ineffettivi.

    b)      Fuq ksur talprinċipju ta’ proporzjonalità

    1)      Largumenti talpartijiet

    492. Permezz tal-ewwel motiv tagħha, ir-Repubblika tal-Litwanja ssostni li, billi ppreveda, fl-Artikolu 3 tar-Regolament 2020/1054, l-obbligu li jiġu applikati, fit-terminu mogħti ta’ 20 jum, id-dispożizzjonijiet dwar il-projbizzjoni tal-mistrieħ regolari ta’ kull ġimgħa fil-kabina u dwar l-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera (previsti fil-punt 6(c) u (d) tal-Artikolu 1, rispettivament, tar-Regolament 2020/1054), il-leġiżlatur tal-Unjoni ma ħax inkunsiderazzjoni l-fatt li, fin-nuqqas ta’ perijodu tranżitorju, l-Istati Membri u l-operaturi tat-trasport ma setgħux ikunu f’pożizzjoni li jadattaw ruħhom għal dawn l-obbligi u ma ressaqx argument li jiġġustifika tali urġenza għad-dħul fis-seħħ tagħhom. Billi għażlu mekkaniżmu għall-implimentazzjoni tar-Regolament 2020/1054 li ma huwiex xieraq (billi la pprevedew posponiment tal-applikazzjoni tiegħu u lanqas perijodu tranżitorju), l-istituzzjonijiet tal-Unjoni b’hekk ħolqu leġiżlazzjoni insostenibbli, li l-konformità magħha hija partikolarment ikkumplikata għal diversi raġunijiet oġġettivi u għalhekk kisru l-prinċipju tal-proporzjonalità.

    493. L-ewwel, il-leġiżlatur tal-Unjoni ma ħax inkunsiderazzjoni l-fatt li attwalment ma jeżistux biżżejjed żoni ta’ parkeġġ adegwati u siguri, li fihom ix-xufiera jistgħu jibbenefikaw minn kundizzjonijiet ta’ mistrieħ xierqa barra mill-kabina. Minn dan jirriżulta li l-impriżi tat-trasport ser ikollhom jieħdu riskji mhux iġġustifikati u sproporzjonati billi jagħtu istruzzjonijiet lix-xufiera biex iħallu t-trakk f’żoni fejn is-sigurtà tat-tagħbija ma tkunx iggarantita. Barra minn hekk, fil-valutazzjoni tal-impatt, il-Kummissjoni stess ikkonfermat id-diffikultajiet li jirriżultaw mill-insuffiċjenza ta’ postijiet ta’ akkomodazzjoni u ta’ żoni ta’ parkeġġ siguri. Il-punt 6(c) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 ma huwiex sempliċiment kodifikazzjoni tas-sentenza Vaditrans, peress li l-obbligu li l-perijodi ta’ mistrieħ stabbiliti jitqattgħu f’post ta’ akkomodazzjoni xierqa kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel, li jkollu faċilitajiet għall-irqad u faċilitajiet sanitarji adegwati, huwa obbligu ġdid. Fi kwalunkwe każ, anki sabiex jikkodifika dispożizzjoni, il-leġiżlatur għandu jsegwi l-proċedura leġiżlattiva ordinarja, li matulha huwa għandu, b’mod partikolari, jevalwa l-proporzjonalità tal-miżura proposta u jivverifika jekk din hijiex faċli li tiġi implimentata.

    494. It-tieni, ir-Repubblika tal-Litwanja tirreferi għall-istudju tal‑2019 u għad-data msemmija fil-punt 351 iktar ’il fuq.

    495. It-tielet, ir-Repubblika tal-Litwanja ssostni li, għalkemm kien informat bid-diffikultajiet fl-implimentazzjoni tar-Regolament 2020/1054 mill-KESE u mill-Kumitati għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u għat-Trasport u t-Turiżmu tal-Parlament, il-leġiżlatur tal-Unjoni injora din l-informazzjoni.

    496. Ir-raba’, ir-Repubblika tal-Litwanja ssostni li l-projbizzjoni tal-mistrieħ regolari ta’ kull ġimgħa fil-kabina tqajjem ukoll kwistjonijiet legali importanti oħra, pereżempju dwar il-miżuri ta’ prekawzjoni u l-kopertura tal-assigurazzjoni, peress li, fil-parti l-kbira tal-każijiet, ix-xufier ikollu jħalli t-tagħbija mingħajr sorveljanza f’post ta’ parkeġġ mhux sigur.

    497. Il-ħames, ir-Repubblika tal-Litwanja ssostni li n-natura inġustifikata tal-Artikolu 3 tar-Regolament 2020/1054 tintwera wkoll min-nuqqas ta’ dokument interpretattiv li inkonformità miegħu l-impriżi tat-trasport jistgħu jorganizzaw ir-ritorn tax-xufiera lejn il-post ta’ residenza tagħhom jew lejn iċ-ċentru operazzjonali tal-impriża. Fl-assenza ta’ dawn id-dokumenti, l-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera huwa diffiċli li jiġi implimentat, u dan iwassal għal prattiki differenti bejn l-Istati Membri u bejn l-impriżi tat-trasport.

    498. Il-Kunsill u l-Parlament, kif ukoll l-intervenjenti insostenn tagħhom, jitolbu li dan il-motiv jiġi miċħud.

    2)      Analiżi

    499. Skont il-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 52 et seq. iktar ’il fuq, l-eżami tal-motiv imqajjem mir-Repubblika tal-Litwanja bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità għandu jkun intiż sabiex jiġi vverifikat jekk, meta ppreveda, fl-Artikolu 3 tar-Regolament 2020/1054, terminu għad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament ta’ 20 jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u meta ma pprevediex perijodu tranżitorju speċifikament għad-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet dwar il-projbizzjoni tal-mistrieħ regolari ta’ kull ġimgħa fil-kabina u dwar l-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera, il-leġiżlatur tal-Unjoni qabiżx manifestament is-setgħa ta’ evalwazzjoni wiesgħa tiegħu fil-qasam tal-politika komuni tat-trasport, billi għażel miżura manifestament mhux xierqa fir-rigward tal-għanijiet imfittxija jew li tikkawża żvantaġġi sproporzjonati meta mqabbla mal-għanijiet imfittxija.

    500. Fir-rigward, qabelxejn, tal-għanijiet imfittxija mir-Regolament 2020/1054 u, b’mod speċifiku, mid-dispożizzjonijiet dwar il-projbizzjoni tal-mistrieħ regolari ta’ kull ġimgħa fil-kabina u dwar l-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera, nagħmel riferiment għall-punti 196 et seq. u għall-punt 373 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    501. Sussegwentement, f’dak li jirrigwarda, fl-ewwel lok, it-terminu għad-dħul fis-seħħ tal-obbligu previst fil-punt 6(c) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054, fil-punt 394 iktar ’il fuq irrilevajt li, meta adotta din id-dispożizzjoni, il-leġiżlatur tal-Unjoni ma introduċiex fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni l-projbizzjoni li l-perijodu ta’ mistrieħ regolari ta’ kull ġimgħa jittieħed fil-kabina, iżda sempliċement ikkodifika d-dritt eżistenti li jirriżulta mill-verżjoni preċedenti tal-Artikolu 8(8) tar-Regolament Nru 561/2006, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Vaditrans.

    502. Minn dan isegwi li l-ilment tar-Repubblika tal-Litwanja essenzjalment jikkritika lill-imsemmi leġiżlatur talli ma pprevediex perijodu tranżitorju għal regola li kienet diġà fis-seħħ fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni u li, għalhekk, l-operaturi kkonċernati kienu diġà obbligati josservaw.

    503. Issa, naqbel mal-pożizzjoni tar-Repubblika tal-Litwanja li, anki meta jikkodifika d-dritt eżistenti, il-leġiżlatur ma huwiex eżentat mill-obbligu tiegħu li jevalwa l-proporzjonalità tal-miżura proposta. Madankollu, mill-kunsiderazzjonijiet li għamilt fil-punti 398 et seq. jirriżulta, minn naħa, li kwalunkwe approċċ differenti, anki jekk temporanju, minn dak li tinżamm il-projbizzjoni li l-mistrieħ regolari ta’ kull ġimgħa jittieħed fil-kabina kien iwassal sabiex ix-xufiera jkunu jistgħu, bil-liġi, iqattgħu dawn il-perijodi ta’ mistrieħ f’post li, kif irrikonoxxiet b’mod espliċitu l-Qorti tal-Ġustizzja (236), ma huwiex adattat sabiex jitqattgħu fih tali perijodi twal ta’ mistrieħ. Dan kien iwassal għal tnaqqis fil-protezzjoni soċjali tax-xufiera u għalhekk għal deterjorament tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom, li jmur kontra l-għanijiet tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni, kif ukoll kontra s-sentenza Vaditrans.

    504. Min-naħa l-oħra, fil-punt 400 iktar ’il fuq diġà esponejt li, fil-fehma tiegħi, l-eventwali nuqqas attwali ta’ faċilitajiet xierqa ma jistax jikkostitwixxi ġustifikazzjoni sabiex ix-xufiera jkunu jistgħu, bil-liġi, iqattgħu l-perijodu ta’ mistrieħ regolari ta’ kull ġimgħa tagħhom fil-vettura, jiġifieri f’post li ma huwiex xieraq sabiex iqattgħu fih perijodi twal ta’ mistrieħ.

    505. Fir-rigward tal-argumenti dwar l-informazzjoni pprovduta mill-KESE u mill-Kumitati tal-Parlament matul il-proċedura leġiżlattiva fir-rigward tal-istat tal-infrastruttura fl-Ewropa, nagħmel riferiment għall-kunsiderazzjonijiet esposti fil-punti 261 u 410 iktar ’il fuq. Bl-istess mod, fir-rigward tal-argumenti dwar il-miżuri ta’ prekawzjoni u l-kopertura tal-assigurazzjoni, kif esponejt fil-punt 404 iktar ’il fuq, peress li l-punt 6(c) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054 sempliċement ikkodifika d-dritt diġà eżistenti, l-adozzjoni tiegħu bl-ebda mod ma setgħet tinvolvi żieda fir-riskji u fl-ispejjeż għall-impriżi tat-trasport.

    506. F’dak li jirrigwarda, fit-tieni lok, it-terminu għad-dħul fis-seħħ tal-obbligu previst fil-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054, ir-Repubblika tal-Litwanja sempliċement issostni li n-natura sproporzjonata tal-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament hija murija mill-assenza ta’ dokument interpretattiv li inkonformità miegħu l-impriżi tat-trasport jistgħu jorganizzaw ir-ritorn tax-xufiera. Issa, mill-analiżi magħmula fil-punti 125 et seq. ta’ dawn il-konklużjonijiet, jirriżulta li d-dispożizzjoni tal-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tal-imsemmi regolament tosserva r-rekwiżiti ta’ ċertezza legali, filwaqt li tħalli ċerta flessibbiltà lill-impriżi tat-trasport għall-implimentazzjoni tagħha. F’dawn iċ-ċirkustanzi, peress li din id-dispożizzjoni hija ċara biżżejjed sabiex tiġi implimentata mill-operaturi kkonċernati, għalkemm dokumenti interpretattivi li jistgħu jgħinu lill-operaturi kkonċernati jikkonformaw mal-obbligu previst fl-imsemmija dispożizzjoni jkunu ċertament utli, l-assenza tagħhom bl-ebda mod ma tista’ timplika ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità fir-rigward tad-data tad-dħul fis-seħħ tal-imsemmija dispożizzjoni.

    507. Minn dak kollu li ntqal iktar ’il fuq jirriżulta li l-motiv ibbażat fuq l-argument li l-Artikolu 3 tar-Regolament 2020/1054 ġie adottat bi ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità għandu jiġi miċħud.

    c)      Fuq ksur talobbligu ta’ motivazzjoni

    1)      Largumenti talpartijiet

    508. Permezz tat-tieni motiv tagħha, ir-Repubblika tal-Litwanja ssostni li l-Artikolu 3 tar-Regolament 2020/1054 huwa vvizzjat b’nuqqas ta’ motivazzjoni fis-sens tal-Artikolu 296 TFUE. Dan l-Istat Membru jirrileva li, waqt l-eżami tal-Proposta tal-Kummissjoni, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni kienu jafu, bis-saħħa tal-valutazzjoni tal-impatt u ta’ sorsi oħra, minn naħa, li l-projbizzjoni tal-mistrieħ regolari ta’ kull ġimgħa fil-kabina kienet ser toħloq problemi prattiċi ta’ implimentazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, u, min-naħa l-oħra, li l-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera kien ser jillimita mingħajr ġustifikazzjoni l-moviment liberu tal-ħaddiema u li ma kinux jeżistu regoli ċari għall-implimentazzjoni ta’ dan l-obbligu. Peress li din l-informazzjoni kienet magħrufa, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni kellhom iressqu argumenti insostenn tal-assenza ta’ perijodu ta’ tranżizzjoni jew ta’ posponiment tad-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni. Għalkemm huma importanti, l-għanijiet indikati fil-Proposta tal-Kummissjoni ma jiġġustifikawx l-urġenza tad-dħul fis-seħħ tar-regoli l-ġodda.

    509. Il-Kunsill u l-Parlament, kif ukoll l-intervenjenti insostenn tagħhom, jitolbu li dan il-motiv jiġi miċħud.

    2)      Analiżi

    510. It-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE jipprovdi li l-atti legali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom ikunu bbażati. F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li tali motivazzjoni għandha tkun adattata għan-natura tal-att inkwistjoni u għall-kuntest li fih ikun ġie adottat (237).

    511. Kif irrilevajt fil-punt 487 iktar ’il fuq, it-terminu ta’ 20 jum wara l-pubblikazzjoni tal-att fil-Ġurnal Uffiċjali jikkostitwixxi t-terminu previst b’mod “awtomatiku” fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 297(1) TFUE għad-dħul fis-seħħ tal-atti leġiżlattivi, bla ħsara għall-possibbiltà li l-leġiżlatur tal-Unjoni jagħżel data oħra jekk iqis li dan ikun xieraq.

    512. Issa, fil-fehma tiegħi, minn din id-dispożizzjoni jirriżulta li dan it-terminu “awtomatiku” huwa, b’mod ġenerali u mingħajr eċċezzjonijiet, intiż, f’konformità mar-rieda tal-awturi tat-Trattat FUE, sabiex jiġi previst għad-dħul fis-seħħ ta’ kull att leġiżlattiv.

    513. F’dawn iċ-ċirkustanzi, jiena nikkunsidra li, bħala prinċipju, huwa biss meta jiddeċiedi li ma jżommx dan it-terminu “awtomatiku” li l-leġiżlatur tal-Unjoni jista’ jkun obbligat jispjega r-raġunijiet li għalihom iddeċieda li ma jżommx dan it-terminu u li japplika wieħed differenti.

    514. Minkejja dawn il-kunsiderazzjonijiet, inqis li, fi kwalunkwe każ, l-argumenti mressqa mir-Repubblika tal-Litwanja ma jistgħux juru ksur, f’dan il-każ, mil-leġiżlatur tal-Unjoni tal-obbligu ta’ motivazzjoni.

    515. Fil-fatt, fir-rigward tat-terminu għad-dħul fis-seħħ tal-obbligu previst fil-punt 6(c) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054, peress li din id-dispożizzjoni sempliċement ikkodifikat id-dritt eżistenti u għalhekk il-projbizzjoni tal-mistrieħ regolari ta’ kull ġimgħa fil-kabina kienet diġà fis-seħħ fil-mument tal-adozzjoni tagħha (238), l-imsemmija dispożizzjoni ma tistax “tagħti lok” għal problemi prattiċi għall-implimentazzjoni tagħha, kif invokati mir-Repubblika tal-Litwanja, li jiġġustifikaw obbligu ta’ motivazzjoni partikolari. Tali problemi prattiċi, fil-fatt, possibbilment kienu diġà jeżistu.

    516. Fir-rigward tat-terminu għad-dħul fis-seħħ tal-obbligu previst fil-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054, l-argument fis-sens li l-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera jillimita mingħajr ġustifikazzjoni l-moviment liberu tal-ħaddiema huwa bbażat fuq qari żbaljat ta’ din id-dispożizzjoni, kif jirriżulta mill-punti 125 sa 129 iktar ’il fuq. L-argument fis-sens li ma kinux jeżistu regoli ċari għall-implimentazzjoni ta’ dan l-obbligu ġie analizzat u miċħud fil-punt 506 iktar ’il fuq.

    517. Minn dan isegwi li l-motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni fir-rigward tal-Artikolu 3 tar-Regolament 2020/1054 għandu jiġi miċħud ukoll.

    d)      Fuq ksur talprinċipju ta’ kooperazzjoni leali stabbilit flArtikolu 4(3) TUE

    1)      Largumenti talpartijiet

    518. Permezz tat-tielet motiv tagħha, ir-Repubblika tal-Litwanja tikkritika lill-Parlament u lill-Kunsill, bħala kolegiżlaturi, li kisru l-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali stabbilit fl-Artikolu 4(3) TUE meta adottaw l-Artikolu 3 tar-Regolament 2020/1054. L-ewwel, waqt l-eżami ta’ dan ir-regolament, mhux biss l-istituzzjonijiet tal-Unjoni bl-ebda mod ma ġġustifikaw in-neċessità li jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien il-projbizzjoni li l-lejl jitqatta’ fil-kabina matul il-perijodi kkonċernati u l-obbligu li x-xufiera jirritornaw lejn il-post ta’ residenza tagħhom jew lejn iċ-ċentru operazzjonali tal-impriża, iżda, barra minn hekk, huma ma eżaminawx b’liema mod kien ser ikun possibbli li jinħolqu l-kundizzjonijiet adegwati, billi jipprevedu perijodu tranżitorju, sabiex l-Istati Membri u l-impriżi tat-trasport ikunu jistgħu jadattaw ruħhom għall-obbligi l-ġodda. B’mod partikolari, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni ma eżaminawx miżuri li setgħu jimmitigaw is-sitwazzjoni eżistenti, billi jippermettu lill-Istati Membri jadattaw ruħhom gradwalment għal dawn l-obbligi l-ġodda, u li jiggarantixxu li l-impriżi tat-trasport ma jiġux issanzjonati minħabba n-nuqqas ta’ postijiet ta’ akkomodazzjoni xierqa. It-tieni, huma ma ħadux inkunsiderazzjoni l-fatt li l-implimentazzjoni xierqa tal-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera ma kinitx ċara u li, konsegwentement, sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni koerenti ta’ dan l-obbligu, hija neċessarja l-adozzjoni ta’ miżuri komplementari. It-tielet, l-obbligu ta’ assistenza reċiproka ukoll inkiser peress li huwa ċar li l-Istati Membri ma jistgħux oġġettivament jiggarantixxu infrastruttura suffiċjenti. Barra minn hekk, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni huma bħala prinċipju obbligati jiddjalogaw mal-Istati Membri u jagħtu raġunijiet għaċ-ċaħda tal-oġġezzjonijiet ifformulati minn dawn tal-aħħar.

    519. Il-Kunsill u l-Parlament, kif ukoll l-intervenjenti insostenn tagħhom, jitolbu li dan il-motiv jiġi miċħud.

    2)      Analiżi

    520. Preliminarjament, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 4(3) TUE, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom, f’rispett reċiproku sħiħ, jgħinu lil xulxin fit-twettiq tal-kompiti li joħorġu mit-Trattati.

    521. Fir-rigward tal-portata ta’ dan il-prinċipju fil-kuntest tal-adozzjoni ta’ atti leġiżlattivi, mill-ġurisprudenza jirriżulta li fl-oqsma fejn il-leġiżlatur tal-Unjoni għandu setgħa ta’ evalwazzjoni wiesgħa, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tivverifika biss jekk l-awturi tal-att ikkontestat humiex f’pożizzjoni li jistabbilixxu li dan l-att ġie adottat b’eżerċizzju effettiv tas-setgħa ta’ evalwazzjoni tagħhom u li jesponu, għal dan l-għan, b’mod ċar u inekwivoku, id-data bażika li kien imissha ttieħdet inkunsiderazzjoni bħala bażi għall-miżuri kkontestati tal-imsemmi att u li fuqha kien jiddependi l-eżerċizzju tas-setgħa ta’ evalwazzjoni tagħhom. L-obbligu ta’ kooperazzjoni leali ma jistax ikollu portata usa’, fis-sens li jkollu l-effett li jobbliga lil-leġiżlatur tal-Unjoni jipproduċi, fiċ-ċirkustanzi kollha u fuq talba ta’ Stat Membru, dokumenti u informazzjoni allegatament neqsin jew jikkoreġi l-informazzjoni li jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu qabel ma jkun jista’ jadotta att. Fil-fatt, hemm ir-riskju li tali interpretazzjoni twaqqaf lill-istituzzjonijiet milli jeżerċitaw is-setgħa ta’ evalwazzjoni tagħhom u timblokka l-proċess leġiżlattiv. Ċertament, huwa minnu li d-dmir ta’ kooperazzjoni leali jimplika l-obbligu ta’ assistenza reċiproka li min-naħa tiegħu jimplika, b’mod partikolari, l-iskambju ta’ informazzjoni rilevanti bejn l-istituzzjonijiet u l-Istati Membri fil-kuntest tal-proċess leġiżlattiv. Madankollu, dan l-obbligu ma jistax jippermetti lil wieħed minn dawn l-Istati, fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil dwar in-natura suffiċjenti, rilevanti jew preċiża tad-data disponibbli, jikkontesta għal din ir-raġuni biss il-legalità tal-proċess deċiżjonali (239).

    522. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti tal-Ġustizzja ċċarat li, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza stabbilita, l-adozzjoni ta’ att leġiżlattiv f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat FUE, minkejja l-oppożizzjoni ta’ minoranza ta’ Stati Membri, ma tistax tikkostitwixxi ksur tal-obbligu ta’ kooperazzjoni leali li għandhom il-Parlament u l-Kunsill (240).

    523. F’dan il-każ, ma huwiex ikkontestat li, fi ħdan il-Kunsill, il-Proposta għal Regolament dwar il-ħin tax-xogħol u l-komponent soċjali tal-valutazzjoni tal-impatt ġew diskussi f’diversi laqgħat. Lanqas ma huwa kkontestat li r-Repubblika tal-Litwanja kellha, matul il-proċess leġiżlattiv, aċċess għad-dokumenti kollha li fuqhom ibbaża ruħu l-leġiżlatur tal-Unjoni sabiex jadotta l-imsemmi regolament u setgħet tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha dwar id-data li tinsab f’dawn id-dokumenti u l-ipoteżijiet ikkunsidrati. Minn dan isegwi li, f’dan il-każ, l-iskambju ta’ informazzjoni dwar id-dispożizzjonijiet li sussegwentement saru r-Regolament 2020/1054, ibbażat fuq l-obbligu ta’ assistenza reċiproka li jirriżulta mill-Artikolu 4(3) TUE, seħħ b’mod korrett. Din il-konstatazzjoni ma tistax tiġi kkontestata mill-argumenti mressqa mir-Repubblika tal-Litwanja li, barra minn hekk, kollha jikkonċernaw kwistjonijiet li diġà ġew miċħuda fil-kuntest tal-analiżi fil-mertu tal-motivi li jikkonċernaw id-dispożizzjonijiet inkwistjoni. Fil-fatt, l-eżistenza tal-imsemmi obbligu ta’ assistenza reċiproka bl-ebda mod ma timplika l-obbligu, għal-leġiżlatur, li jaqbel ma’ kull Stat Membru dwar kull kwistjoni.

    524. Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha, inqis li l-motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali stabbilit fl-Artikolu 4(3) TUE fir-rigward tal-adozzjoni tal-Artikolu 3 tar-Regolament 2020/1054 għandu jiġi miċħud ukoll.

    525. Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, inqis li t-talba għall-annullament tal-Artikolu 3 tar-Regolament 2020/1054, imressqa mir-Repubblika tal-Litwanja fil-kuntest tal-Kawża C‑541/20, għandha tiġi miċħuda fl-intier tagħha.

    5.      Konklużjoni fuq irrikorsi li jikkonċernaw irRegolament 2020/1054

    526. Fid-dawl tal-analiżi preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad fl-intier tagħhom ir-rikorsi tar-Repubblika tal-Bulgarija fil-Kawża C‑543/20, tar-Rumanija fil-Kawża C‑546/20 u tar-Repubblika tal-Polonja fil-Kawża C‑553/20, kif ukoll tiċħad ir-rikorsi tar-Repubblika tal-Litwanja fil-Kawża C‑541/20 u tal-Ungerija fil-Kawża C‑551/20, sa fejn dawn l-aħħar żewġ rikorsi jikkonċernaw ir-Regolament 2020/1054.

    C.      Fuq irRegolament 2020/1055 (Kawżi C542/20, C545/20, C547/20, C549/20, C551/20, C552/20 u C554/20)

    527. Dawn is-seba’ rikorsi jikkonċentraw essenzjalment fuq żewġ dispożizzjonijiet tar-Regolament 2020/1055, jiġifieri l-punt 3(a) tal-Artikolu 1, sa fejn dan jintroduċi obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat (l-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 1071/2009, kif emendat bir-Regolament 2020/1055), u l-punt 4(a) tal-Artikolu 2, li jintroduċi perijodu ta’ stennija ta’ erbat ijiem bejn żewġ perijodi ta’ kabotaġġ awtorizzat (l-Artikolu 8(2a) tar-Regolament Nru 1072/2009, kif emendat bir-Regolament 2020/1055). Barra minn hekk, ir-Repubblika tal-Polonja hija l-unika waħda li tikkontesta l-validità ta’ żewġ dispożizzjonijiet oħra, jiġifieri l-punt 3 tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1055, sa fejn dan jintroduċi l-obbligu li jkun hemm disponibbli numru ta’ vetturi u ta’ xufiera fi proporzjon man-numru ta’ operazzjonijiet ta’ trasport imwettqa (l-Artikolu 5(1)(g) tar-Regolament Nru 1071/2009 kif emendat), u l-punt 5(b) tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1055, dwar il-possibbiltà li l-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat jiġu suġġetti għal perijodu ta’ stennija (l-Artikolu 10(7) tar-Regolament Nru 1072/2009 kif emendat).

    528. Fl-ewwel lok, ser neżamina l-motivi diretti kontra l-kundizzjonijiet il-ġodda dwar ir-rekwiżit ta’ stabbiliment (l-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1071/2009, kif emendat bir-Regolament 2020/1055), jiġifieri l-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat u l-obbligu li jkun hemm disponibbli numru ta’ vetturi u ta’ xufiera fi proporzjon man-numru ta’ operazzjonijiet tat-trasport imwettqa qabel ma nindirizza, fit-tieni lok, il-motivi relatati mas-sistema ta’ operazzjonijiet ta’ kabotaġġ diretti kontra l-perijodu ta’ stennija ta’ erbat ijiem bejn żewġ perijodi ta’ kabotaġġ awtorizzat u sussegwentement kontra l-introduzzjoni tal-possibbiltà li l-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat jiġu suġġetti għal perijodu ta’ stennija.

    1.      Fuq lobbligu ta’ ritorn talvetturi kull tmien ġimgħat (ilpunt 3 talArtikolu 1 tarRegolament 2020/1055 sa fejn jemenda lArtikolu 5(1)(b) tarRegolament Nru 1071/2009)

    529. Ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Rumanija, ir-Repubblika ta’ Ċipru, l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta u r-Repubblika tal-Polonja jikkontestaw il-legalità tal-punt 3 tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1055 sa fejn jemenda l-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 1071/2009.

    530. L-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 1071/2009 huwa ddedikat għall-kundizzjonijiet relatati mar-rekwiżit ta’ stabbiliment. Dan issa jipprevedi, wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament 2020/1055, li “[s]abiex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit stabbilit fil-punt (a) tal-Artikolu 3(1) [(241)], fl-Istat Membru ta’ stabbiliment, l-impriża għandha: […] torganizza l-attività tal-flotta tal-vetturi tagħha b’tali mod li jiġi żgurat li l-vetturi li jkunu għad-dispożizzjoni tal-impriża u użati fit-trasport internazzjonali jirritornaw lejn wieħed miċ-ċentri operazzjonali f’dak l-Istat Membru tal-inqas fi żmien tmien ġimgħat wara li jitilqu minn hemm”. Għalhekk, il-punt 3 tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1055 introduċa fir-Regolament Nru 1071/2009 obbligu ta’ ritorn kull tmien ġimgħat tal-vetturi.

    531. Essenzjalment, il-motivi mqajma mill-Istati Membri rikorrenti jistgħu jinġabru f’sitt temi prinċipali, li huma l-osservanza tar-rekwiżiti formali essenzjali, il-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent, il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni, il-prinċipju ta’ proporzjonalità, l-obbligi speċifiċi imposti fuq il-leġiżlatur tal-Unjoni skont l-Artikolu 91(1) TFUE u l-Artikolu 94 TFUE kif ukoll il-libertajiet ekonomiċi fundamentali.

    a)      Fuq ilmotivi bbażati fuq ksur talArtikolu 91(1) TFUE minħabba nuqqas ta’ konsultazzjoni malKESE u malKtR

    1)      Largumenti talpartijiet

    532. Ir-Repubblika tal-Bulgarija (242) ssostni li l-Artikolu 91(1) TFUE, li jikkostitwixxi l-bażi legali tar-Regolament 2020/1055, kien jirrikjedi li l-leġiżlatur tal-Unjoni jaġixxi skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara li jikkonsulta lill-KESE u l-KtR. Hija ssostni li billi ma kkonsultawx lil dawn iż-żewġ kumitati dwar l-emendi introdotti matul il-proċedura leġiżlattiva, il-Kunsill u l-Parlament kisru l-Artikolu 91(1) TFUE, u kisru rekwiżit formali essenzjali. Tali obbligu ta’ konsultazzjoni jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti dwar ir-rwol konsultattiv tal-Parlament (243) meta dan kien għadu ma huwiex koleġiżlatur, li tapplika mutatis mutandis fir-rigward tal-KESE u tal-KtR, kif ukoll mid-dokumenti ta’ ħidma dwar il-funzjonament tal-KtR. L-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat jikkostitwixxi emenda sostanzjali u n-nuqqas ta’ konsultazzjoni ma’ dawn iż-żewġ kumitati kellu effett fuq il-mertu u s-sustanza tal-leġiżlazzjoni l-ġdida. Fl-istadju tar-replika, ir-Repubblika tal-Bulgarija sostniet li l-konklużjonijiet tas-sentenza fil-Kawża C‑65/90 (244) jistgħu jiġu trasposti għall-modalitajiet ta’ konsultazzjoni tal-KtR u tal-KESE, u li d-dispożizzjoni li kienet is-suġġett ta’ interpretazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja għandha formulazzjoni identika għall-Artikolu 91(1) TFUE. L-obbligu ta’ konsultazzjoni tal-imsemmija żewġ kumitati jirriżulta minn rekwiżit proċedurali essenzjali, inekwivoku u ċar. Emenda sostanzjali introdotta fil-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa u li jemenda d-Direttiva 2011/24/UE (245) kellha twassal lill-koleġiżlatur biex jiddeċiedi li jikkonsulta mill-ġdid lill-KESE. In-nuqqas ta’ effett sinjifikattiv tal-ommissjoni ta’ konsultazzjoni fuq il-kontenut tad-dispożizzjoni finalment adattata, minkejja li, għall-kuntrarju ta’ dak li jallega l-Parlament, ma ġiex ipprovat, ma jistax, fi kwalunkwe każ, jaffettwa n-natura obbligatorja tal-konsultazzjoni. Il-Kunsill sostna b’mod żbaljat li l-obbligu ta’ konsultazzjoni tal-kumitati ma kienx jikkonċerna l-miżura kkontestata, peress li l-Artikolu 91(1) TFUE ma jintroduċix tali distinzjoni.

    533. Ir-Repubblika ta’ Ċipru tiżviluppa argument għalkollox identiku għal dak żviluppat mir-Repubblika tal-Bulgarija (246).

    534. Il-Parlament u l-Kunsill, kif ukoll l-intervenjenti insostenn tagħhom, jitolbu li jiġu miċħuda dawn il-motivi bbażati fuq ksur tal-Artikolu 91(1) TFUE minħabba nuqqas ta’ konsultazzjoni mal-KESE u mal-KtR.

    2)      Analiżi

    535. Mill-Artikolu 91(1) TFUE jirriżulta li l-Parlament u l-Kunsill, meta jaġixxu fuq din il-bażi, għandhom jikkonsultaw lill-KESE u lill-KtR. L-opinjonijiet tal-KESE u tal-KtR dwar il-Proposta tal-Kummissjoni (247) ttieħdu rispettivament fit‑18 ta’ Jannar 2018 (248) u fl‑1 ta’ Frar 2018 (249).

    536. Ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Repubblika ta’ Ċipru jsostnu, essenzjalment, li l-opinjoni ta’ dawn iż-żewġ kumitati kellha terġa’ tittieħed wara l-emendi sostanzjali li jikkostitwixxu l-introduzzjoni, matul il-proċedura leġiżlattiva, tal-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat u, min-naħa tar-Repubblika tal-Bulgarija biss, ta’ perijodu ta’ stennija ta’ erbat ijiem bejn żewġ perijodi ta’ kabotaġġ awtorizzat.

    537. Qabelxejn, ninnota li tali obbligu ta’ konsultazzjoni mill-ġdid ta’ dawn iż-żewġ kumitati fil-każ li ssir emenda sostanzjali għal proposta leġiżlattiva la jirriżulta mill-Artikolu 91 TFUE u lanqas minn xi dispożizzjoni oħra tad-dritt primarju.

    538. F’dak li jirrigwarda, l-ewwel, id-dokumenti ta’ ħidma invokati mir-Repubblika tal-Bulgarija u mir-Repubblika ta’ Ċipru, il-Gwida prattika dwar il-ksur tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà ppubblikata mill-KtR sempliċement tindika li dan il-kumitat għandu normalment jiġi kkonsultat ukoll fil-każ ta’ emendi sostanzjali fi proposta leġiżlattiva li dwarha jkun diġà esprima l-opinjoni tiegħu (250), mingħajr ebda preċiżazzjoni oħra dwar, b’mod partikolari, il-bażi legali ta’ tali konsultazzjoni. Ir-Regoli ta’ Proċedura tal-KtR, li wkoll huma invokati, sempliċiment jipprevedu, min-naħa tagħhom, il-kundizzjonijiet biex tiġi mfittxija l-opinjoni tal-Kumitat u l-possibbiltà li dan il-kumitat isegwi l-progress tal-ħidma leġiżlattiva wara li jagħti l-opinjoni tiegħu u li jadotta, jekk ikun meħtieġ, abbozz ta’ opinjoni rivedut (251). Hawnhekk inżid li dawn ir-Regoli ta’ Proċedura jipprevedu wkoll il-possibbiltà li l-KtR, fejn iqis li ma ġiex ikkonsultat fil-każijiet previsti fit-Trattat FUE, jippreżenta rikors quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja (252). Issa, għandu jiġi kkonstatat li l-KtR ma qiesx li kien manifestament utli li jadotta opinjoni riveduta wara l-introduzzjoni taż-żewġ miżuri msemmija iktar ’il fuq, kif irrileva l-Parlament, u lanqas li jippreżenta rikors quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja biex jiġi kkonstatat ksur tad-drittijiet tiegħu matul il-proċedura leġiżlattiva li wasslet għall-adozzjoni tar-Regolament 2020/1055.

    539. It-tieni, il-partijiet iddiskutew fit-tul il-kwistjoni dwar jekk it-tagħlimiet misluta mis-sentenza Il‑Parlament vs Il‑Kunsill (253) setgħux jiġu trasposti għall-kundizzjonijiet biex jiġu kkonsultati l-KESE u l-KtR peress li l-Artikolu 75 KEE, li kien interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja f’din is-sentenza, għandu l-istess formulazzjoni bħall-Artikolu 91(1) TFUE.

    540. Bħall-Parlament u l-Kunsill, nammetti li ma ninsabx konvint min-natura trasponibbli ta’ din is-sentenza.

    541. Fil-fatt, wieħed ma jistax jinjora li l-kundizzjonijiet li fihom il-Kunsill kien obbligat jikkonsulta mill-ġdid lill-Parlament, fi żmien meta dan kien jiġi kkonsultat biss, ġew ippreċiżati iktar f’sentenza oħra sussegwenti Il‑Parlament vs Il‑Kunsill (254), li minnha jirriżulta li “[l]-konsultazzjoni regolari tal‑Parlament fil-każijiet previsti fit-Trattat tikkostitwixxi formalità sostanzjali li n-nuqqas ta’ osservanza tagħha jwassal għall-annullament tal-att ikkonċernat. Il-parteċipazzjoni effettiva tal-Parlament fil-proċess leġiżlattiv tal-Komunità, skont il-proċeduri previsti fit-Trattat, tirrappreżenta, fil-fatt, element essenzjali tal-bilanċ istituzzjonali mfittex mit-Trattat. Din il-kompetenza tikkostitwixxi l-espressjoni ta’ prinċipju demokratiku fundamentali li jgħid li l-popli għandhom jipparteċipaw fl-eżerċizzju tal-poter permezz ta’ assemblea rappreżentattiva. Issa, ir-rekwiżit li l-Parlament Ewropew jiġi kkonsultat matul il-proċedura leġiżlattiva […] jimplika r-rekwiżit ta’ konsultazzjoni ġdida mal-Parlament Ewropew kull darba li t-test adottat finalment, ikkunsidrat fl-intier tiegħu, jitbiegħed fis-sustanza minn dak li dwaru l-Parlament ikun diġà ġie kkonsultat, bl-eċċezzjoni tal-każijiet fejn l-emendi jikkorrispondu, essenzjalment, max-xewqa espressa mill-Parlament innifsu” (255).

    542. Ma huwiex offensiv għall-KESE u l-KtR li jitfakkar li dawn ma humiex istituzzjonijiet tal-Unjoni (256), fis-sens tal-Artikolu 13(2) TUE, u lanqas ma jirrappreżentaw il-parteċipazzjoni tal-popli fl-eżerċizzju tal-poter, kif kien diġà l-każ għall-Parlament fl‑1995. Konsegwentement, l-obbligu ta’ konsultazzjoni mill-ġdid ta’ dawn iż-żewġ kumitati ma jistax ikun ibbażat fuq din il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.

    543. Il-KESE u l-KtR setgħu jagħtu, fil-fehma tiegħi b’mod suffiċjenti, l-opinjoni tagħhom dwar l-abbozzi leġiżlattivi previsti.

    544. Għalhekk, kif irrimarka b’mod ġust il-Kunsill, fl-Opinjoni tiegħu tat‑18 ta’ Jannar 2018 il-KESE esprima l-appoġġ tiegħu għall-għan stabbilit u, b’mod iktar ġenerali, għall-Pakkett dwar il-Mobbiltà fl-intier tiegħu (257). Huwa appoġġja wkoll l-għanijiet tal-proposta li jiġu introdotti rekwiżiti ta’ stabbiliment li permezz tagħhom ser ikun possibbli li jiġi evitat l-użu ta’ kumpanniji fantażma għall-operazzjonijiet tat-trasport bit-triq (258) u laqa’ l-orjentazzjoni ġenerali tal-emendi proposti għar-Regolament Nru 1072/2009 bil-għan li jiġu ssemplifikati u ċċarati r-regoli dwar il-kabotaġġ (259). Huwa seta’ jesprimi l-fehmiet tiegħu, u jekk meħtieġ, jesprimi riżervi, dwar il-miżuri fil-Proposta tal-Kummissjoni, kemm fir-rigward tar-reviżjoni tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1071/2009 kif ukoll fir-rigward tal-emenda tar-Regolament Nru 1072/2009 dwar il-kabotaġġ. Fir-rigward ta’ dan tal-aħħar, il-KESE esprima dispjaċir b’mod partikolari li “[fil]-Proposta mhijiex indirizzata l-kwistjoni ta’ meta attività ta’ kabotaġġ ma tibqax temporanja imma ssir attività permanenti u kontinwa, ma jibqax japplika id-dritt li jiġu pprovduti servizzi fi Stat Membru differenti minn dak li fih l-intrapriża hija stabbilita” (260) u appella għal “regola ċara dwar dak li huwa temporanju” (261) li tista’ tikkonsisti fl-istabbiliment ta’ “perjodu ta’ mistrieħ (cooling-off period) bejn is-sensiliet ta’ operazzjonijiet ta’ kabotaġġ” (262) li kienet, preċiżament, l-għażla finalment adottata mil-leġiżlatur tal-Unjoni fit-test finali tar-Regolament 2020/1055.

    545. Fir-rigward tal-KtR, dan għażel li jiffoka, fl-opinjoni tiegħu tal‑1 ta’ Frar 2018, fuq kwistjonijiet relatati max-xogħol fit-trasport bit-triq filwaqt li enfasizza l-karatteristiċi ewlenin tas-suq tat-trasport tal-merkanzija bit-triq fi ħdan l-Unjoni (263) u laqa’ b’mod favorevoli d-dispożizzjonijiet iktar ċari dwar il-kabotaġġ (264).

    546. Fi kwalunkwe każ, fil-fehma tiegħi, mill-kontenut ta’ dawn iż-żewġ opinjonijiet jirriżulta b’mod ċar li l-introduzzjoni ta’ obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat u ta’ perijodu ta’ stennija ta’ erbat ijiem bejn żewġ perijodi ta’ kabotaġġ awtorizzat hija kontinwazzjoni ta’ dak li kienet tħabbar il-Proposta tal-Kummissjoni li dwarha ż-żewġ kumitati setgħu jesprimu ruħhom, u ma titbiegħedx minnha b’tali mod li kien meħtieġ li jerġgħu jittieħdu l-opinjonijiet taż-żewġ kumitati. Fi kliem ieħor, is-sistema tal-abbozz kollu kemm hu ma ġietx affettwata (265).

    547. Konsegwentement, nipproponi li jiġu miċħuda l-motivi bbażati fuq ksur tal-Artikolu 91(1) TFUE minħabba nuqqas ta’ konsultazzjoni mal-KESE u mal-KtR.

    b)      Fuq ilmotivi bbażati fuq ksur talpolitika talUnjoni filqasam talambjent u tattibdil filklima

    1)      Largumenti talpartijiet

    548. Permezz tal-ewwel motiv tagħha, ir-Repubblika tal-Litwanja ssostni li l-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat, introdott mill-punt 3 tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1055, jikser l-Artikolu 3(3) TUE, l-Artikoli 11 TFUE u 191 TFUE, l-Artikolu 37 tal-Karta kif ukoll, b’mod iktar ġenerali, il-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent u tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Ir-Repubblika tal-Litwanja ssostni li l-protezzjoni tal-ambjent tikkostitwixxi wieħed mill-għanijiet essenzjali tal-Unjoni u li r-rekwiżiti għal din il-protezzjoni għandhom jiġu integrati fl-implimentazzjoni tal-politika komuni tat-trasport. Id-dispożizzjonijiet tat-Trattati invokati kif ukoll il-Patt Ekoloġiku Ewropew għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni peress li, sa fejn il-protezzjoni tal-ambjent hija rekwiżit imperattiv, il-miżuri adottati mil-leġiżlatur tal-Unjoni, anki jekk isegwu għanijiet oħra, ma jistgħux ikunu manifestament kuntrarji għal dan ir-rekwiżit.

    549. Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, li ġie ppreżentat matul il-proċedura ta’ adozzjoni tar-Regolament 2020/1055, stabbilixxa l-għan għall-Unjoni li tikseb in-newtralità klimatika sal‑2050, għan li ġie affermat mill-ġdid mill-Kunsill Ewropew (266). Il-kisba ta’ tali għan ser tkun teħtieġ tnaqqis ta’ 90 % fl-emissjonijiet mis-settur tat-trasport sa dik id-data (267). Barra minn hekk, l-għan tan-newtralità klimatika huwa stabbilit ukoll fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119 (268). Il-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu jobbliga lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa fil-livell tal-Unjoni u fil-livell nazzjonali, rispettivament, biex ikun jista’ jinkiseb b’mod kollettiv dan l-għan, filwaqt li jqisu l-importanza li jiġu promossi kemm l-ekwità u s-solidarjetà fost l-Istati Membri kif ukoll il-bilanċ bejn il-kost u l-effettività fil-kisba tal-imsemmi għan. Barra minn hekk, il-Kummissjoni stess esprimiet dispjaċir (269) li l-ftehim politiku konkluż mill-Kunsill u mill-Parlament jinkludi elementi, fosthom l-obbligu dwar ir-ritorn tal-vetturi, li ma humiex konformi mal-ambizzjonijiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u mal-għan li jikkonsisti f’li tinkiseb, sal‑2050, Unjoni newtrali għall-klima. Barra minn hekk, il-Kummissjoni impenjat ruħha, wara l-adozzjoni tal-Pakkett dwar il-Mobbiltà, li tanalizza l-impatt tal-imsemmi obbligu fuq il-klima u l-ambjent kif ukoll li tippreżenta proposta leġiżlattiva mmirata qabel ma jidħol fis-seħħ  l-obbligu relatat mar-ritorn tal-vetturi (270). Din il-valutazzjoni tal-impatt kienet ikkonfermat l-impatt sinjifikattiv fuq l-ambjent ta’ dan l-obbligu, b’tali mod li l-affermazzjonijiet tal-Parlament u tal-Kunsill, fis-sens li d-dispożizzjoni kkontestata ser twassal biss għal żieda moderata fl-emissjonijiet, huma manifestament infondati (271).

    550. L-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat imur f’direzzjoni opposta għall-Patt Ekoloġiku Ewropew u għall-għan ta’ newtralità peress li tali obbligu jwassal għal żieda kunsiderevoli fin-numru ta’ vjaġġi mwettqa, li l-parti l-kbira tagħhom isiru mingħajr tagħbija. Minn dan tirriżulta żieda qawwija fil-kwantitajiet ta’ CO2 irrilaxxati mis-settur tat-trasport, li huwa settur li fih żewġ terzi tal-ħtiġijiet kollha għall-ħaddiema huma kkonċentrati fir-reġjun ġeografiku ċentrali tal-Unjoni, filwaqt li l-maġġoranza tax-xufiera joriġinaw mill-Istati Membri fil-periferija tal-Unjoni (272).

    551. Fir-replika tagħha, ir-Repubblika tal-Litwanja ssostni li l-Artikolu 3(3) TUE kif ukoll l-Artikoli 11 TFUE u 191 TFUE ma jistgħux jiġu interpretati b’mod daqstant strett bħalma jipproponu l-Kunsill u l-Parlament fid-difiża tagħhom u ssostni li l-legalità tal-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat għandha tiġi evalwata fid-dawl ta’ dawn id-dispożizzjonijiet. Barra minn hekk, il-pożizzjoni ta’ dawn l-istituzzjonijiet fir-rigward tal-Patt Ekoloġiku Ewropew hija inkonsistenti. Ir-Repubblika tal-Litwanja tfakkar li l-protezzjoni tal-ambjent tikkostitwixxi, fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, rekwiżit imperattiv. Għalkemm il-leġiżlatur jista’ jieħu miżuri li jiddevjaw mill-għanijiet ta’ protezzjoni tal-ambjent, dawn il-miżuri ma jistgħux, bħal f’dan il-każ, ikunu manifestament inkompatibbli jew kuntrarji għall-imsemmija għanijiet. L-effett tal-obbligu kkontestat fuq l-ambjent kien ġie manifestament sottovalutat.

    552. Min-naħa tagħha, ir-Repubblika tal-Bulgarija ssostni, fil-kuntest tal-ewwel motiv tagħha maqsum f’żewġ partijiet, li l-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat jikser, minn naħa, id-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-Artikolu 90 TFUE, tal-Artikolu 3(3) TUE, tal-Artikolu 11 TFUE u tal-Artikolu 37 tal-Karta u, min-naħa l-oħra, l-Artikolu 3(5) TUE, l-Artikolu 208(2) TFUE u l-Artikolu 216(2) TFUE kif ukoll il-Ftehim ta’ Pariġi “adottat mill-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima (COP 21) fix-xahar ta’ Diċembru 2015 u ffirmat fit‑22 ta’ April 2016”. Filwaqt li l-politika komuni tat-trasport għandha importanza partikolari mill-perspettiva tal-ambjent, l-obbligu dwar ir-ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat, billi jwassal għal żieda kunsiderevoli fl-emissjonijiet ta’ CO2 u għal żieda fil-vjaġġi mingħajr tagħbija kif ukoll fit-traffiku fit-toroq, ifixkel il-kisba tal-għan tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, kif enfasizzat il-Kummissjoni. Ikun ukoll diffiċli għall-Istati Membri li jikkonformaw ruħhom mal-obbligi li jirriżultaw mir-Regolament (UE) 2018/842 (273).

    553. Fir-rigward tal-ewwel parti tal-ewwel motiv, ir-Repubblika tal-Bulgarija ssostni li d-dispożizzjonijiet invokati jeżiġu li l-istituzzjonijiet ifittxu li jilħqu l-għanijiet stabbiliti mit-Trattati fil-kuntest ta’ politika komuni tat-trasport. L-Artikolu 11 TFUE jikkostitwixxi klawżola orizzontali, li tenfasizza n-natura trażversali u fundamentali tal-għan ta’ protezzjoni tal-ambjent. L-integrazzjoni tal-kunsiderazzjonijiet dwar livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent fil-politiki tal-Unjoni hija barra minn hekk ikkonfermata mill-Artikolu 37 tal-Karta, u b’hekk tenfasizza l-pożizzjoni importanti ta’ din il-protezzjoni fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni. L-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat, minħabba l-ħsara ambjentali li jikkawża u minħabba ż-żieda fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li joħloq, jikkomprometti manifestament il-kisba tal-għanijiet imfittxija fil-qasam tal-ambjent mit-Trattati u jirrendi inutli diversi miżuri oħra intiżi sabiex jipproteġu l-ambjent u jnaqqsu l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu. Il-Kunsill u l-Parlament għalhekk kisru d-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq meta adottaw dispożizzjoni li bl-ebda mod ma taħdem favur livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent u lanqas ma tintegra r-rekwiżiti marbuta ma’ tali protezzjoni.

    554. F’dak li jirrigwarda t-tieni parti, ir-Repubblika tal-Bulgarija ssostni li l-Parlament u l-Kunsill stess irrikonoxxew li, sabiex issir kontribuzzjoni għall-kisba tal-għanijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi, għandha titħaffef it-tranżizzjoni tas-settur tat-trasport kollu għal livell ta’ emissjonijiet żero u l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja mit-trasport għandhom jitnaqqsu b’mod drastiku u rapidu, kif jeżiġu l-Artikoli 2 u 4 tal-Ftehim ta’ Pariġi. L-obbligu kkontestat għalhekk imur kontra l-għanijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi, u għalhekk jikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 208(2) TFUE. Bl-istess mod, l-imsemmi obbligu jikser l-Artikolu 216(2) TFUE, sa fejn il-Kummissjoni affermat ukoll li dan l-obbligu ma josservax l-għan ta’ Unjoni newtrali għall-klima sal‑2050 (274). L-Unjoni għandha, skont l-Artikolu 3(5) TUE, tikkontribwixxi għall-osservanza u għall-iżvilupp tad-dritt internazzjonali u, peress li hija marbuta tosserva d-dritt internazzjonali fl-intier tiegħu meta tadotta att, l-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat imur kontra dawn id-dispożizzjonijiet. Il-valutazzjoni tal-impatt imwettqa fl‑2021, jiġifieri wara l-adozzjoni tar-Regolament 2020/1055, ikkonfermat id-diżastru ekoloġiku kkawżat minn dan ir-regolament. Ma huwiex is-sempliċi nuqqas ta’ impatti pożittivi fuq l-ambjent tal-obbligu kkontestat li huwa kkritikat, iżda l-fatt li dan l-obbligu b’mod ċar imur kontra l-għanijiet ekoloġiċi li għandhom jiġu segwiti.

    555. L-ewwel motiv tar-rikors ippreżentat mir-Repubblika ta’ Ċipru huwa bbażat fuq ksur tal-għanijiet ambjentali u tal-impenji internazzjonali. Ir-Repubblika ta’ Ċipru tiżviluppa argumenti identiċi għal dawk żviluppati mir-Repubblika tal-Bulgarija.

    556. Fil-Kawża C‑551/20, fir-rigward tal-ewwel motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u fuq ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ prekawzjoni, l-Ungerija tiżviluppa argumenti b’rabta mas-suġġett tal-protezzjoni tal-ambjent u tal-politika ambjentali tal-Unjoni, li ser neżaminahom hawnhekk. Hija ssostni b’mod partikolari li l-punt 3 tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1055 imur kontra l-prinċipju ta’ prekawzjoni, li huwa prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, li jirriżulta mill-Artikolu 11 TFUE, mill-Artikolu 168(1) TFUE, mill-Artikolu 169(1) u (2) TFUE u mill-Artikolu 191(1) u (2) TFUE. Minn dan il-prinċipju jirriżulta li l-awtoritajiet ikkonċernati huma obbligati jieħdu, fl-eżerċizzju tal-kompetenzi attribwiti lilhom, miżuri xierqa sabiex jipprevjenu ċerti riskji potenzjali għas-saħħa pubblika, għas-sigurtà u għall-ambjent, filwaqt li jagħtu preċedenza lir-rekwiżiti marbuta mal-protezzjoni ta’ dawn l-interessi fuq l-interessi ekonomiċi. Minħabba l-livell sinjifikattiv ħafna tal-emissjonijiet addizzjonali ta’ CO2 li jinvolvi, l-obbligu dwar ir-ritorn tal-vetturi jmur b’mod ċar kontra l-impenn tal-Unjoni favur it-tnaqqis tal-gassijiet serra u, b’mod partikolari, tal-Patt Ekoloġiku Ewropew li, f’konformità mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni fil-kuntest tal-Ftehim ta’ Pariġi, għandu bħala għan in-newtralità klimatika tal-Unjoni sal‑2050. Hemm ukoll lok li jittieħed inkunsiderazzjoni l-Artikolu 11 TFUE li jenfasizza n-natura trażversali u fundamentali tal-għan ta’ protezzjoni tal-ambjent u li għalhekk għandu jservi bħala standard sabiex tiġi mistħarrġa l-validità tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni meta l-interessi ambjentali manifestament ma jkunux ittieħdu inkunsiderazzjoni jew meta dawn ikunu ġew kompletament injorati. Miżura li għandha f’ħafna aspetti effetti negattivi fuq l-ambjent minħabba ċ-ċirkulazzjoni bla bżonn ta’ vetturi tqal b’riżultat tagħha – kemm f’termini ta’ tniġġis tal-arja, ir-rimi mhux irregolat tal-iskart jew id-deterjorament bl-użu tal-infrastruttura – ma tistax tiġi ġġustifikata minn sempliċi għanijiet ta’ kontroll. Id-data li tirriżulta mill-valutazzjoni tal-impatt tal‑2021 tirreferi għar-riperkussjonijiet sinjifikattivi tal-obbligu ta’ ritorn tal-vettura kull tmien ġimgħat, li jikkontradixxu l-effetti negliġibbli, fir-rigward tal-emissjonijiet totali, allegati mill-Kunsill u mill-Parlament. Barra minn hekk, il-miżuri adottati fil-qasam tat-tnaqqis tal-gassijiet serra ma jbiddlux din il-konklużjoni iżda l-obbligu ta’ ritorn tal-vettura kull tmien ġimgħat jikkomprometti b’mod sinjifikattiv il-kisba tal-għanijiet imfittxija minn dawn il-miżuri. L-imsemmija miżuri juru, għall-kuntrarju, li t-tnaqqis tal-kwantità ta’ dawn il-gassijiet fl-atmosfera huwa għan prijoritarju tal-Unjoni li din tal-aħħar tista’ titbiegħed minnu biss f’każijiet partikolarment iġġustifikati, minħabba għan li jkun tal-inqas tal-istess livell bħall-interess ambjentali u bil-kundizzjoni li l-ebda soluzzjoni oħra xierqa ma tkun possibbli, li ma huwiex il-każ għall-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat.

    557. Fil-kuntest tal-Kawża C‑552/20, ir-Repubblika ta’ Malta ssostni li l-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat jikser l-Artikolu 11 TFUE u l-Artikolu 37 tal-Karta. Skont dan l-Istat Membru, l-Artikolu 91(2) TFUE, li huwa l-bażi legali tar-Regolament 2020/1055, għandu jiġi interpretat flimkien ma’ dispożizzjonijiet oħra tad-dritt tal-Unjoni li jobbligaw lil-leġiżlatur tal-Unjoni jieħu inkunsiderazzjoni ċirkustanzi rilevanti oħra, fosthom dawk marbuta mal-protezzjoni tal-ambjent, li tokkupa post kruċjali fost l-għanijiet u l-politiki tal-Unjoni u li hija wkoll rekwiżit imperattiv. L-Artikolu 11 TFUE jistabbilixxi obbligu speċifiku li l-protezzjoni tal-ambjent tiġi integrata fil-politiki tal-Unjoni u dmir tal-istituzzjonijiet li jiżguraw li l-perspettiva ambjentali tittieħed inkunsiderazzjoni fil-politiki u fl-azzjonijiet kollha tal-Unjoni, ikun xi jkun is-settur ikkonċernat u indipendentement minn jekk għandhomx rabta immedjata mal-ambjent jew le. L-Artikolu 11 TFUE ġie kkompletat u msaħħaħ mill-Artikolu 37 tal-Karta. Dan l-Artikolu 11 TFUE jinkludi kemm obbligu formali li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-aspetti ambjentali qabel ma tittieħed xi deċiżjoni kif ukoll obbligu materjali li jiġi ggarantit li l-azzjonijiet tal-Unjoni jkunu konsistenti mat-twettiq tal-għanijiet ambjentali. L-ebda wieħed minn dawn l-obbligi ma ġie osservat mill-Kunsill u mill-Parlament.

    558. L-obbligu formali li jirriżulta mill-Artikolu 11 TFUE moqri flimkien mal-Artikolu 37 tal-Karta jeżiġi li jsiru valutazzjonijiet tal-impatt sabiex jiġu ggarantiti l-kwalità u l-koerenza tal-abbozzi ta’ atti leġiżlattivi tal-Unjoni mal-għanijiet ambjentali mfittxija mit-Trattat kif ukoll il-konformità ta’ tali abbozzi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Issa, l-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat ma kienx is-suġġett ta’ tali valutazzjoni u ġie adottat mingħajr ebda kunsiderazzjoni minn qabel tal-impatt potenzjali tiegħu fuq l-ambjent.

    559. L-obbligu materjali li jirriżulta mill-Artikolu 11 TFUE jimplika li d-deċiżjonijiet politiċi kollha tal-Unjoni li jistgħu jippreġudikaw l-għanijiet ambjentali għandhom ikunu neċessarji, proporzjonati u debitament iġġustifikati. Deċiżjonijiet politiċi li jimpedixxu l-kisba ta’ għanijiet ambjentali tal-Unjoni, meta jkunu jeżistu miżuri alternattivi jew meta l-ħsara ambjentali tkun tidher sproporzjonata, imorru kontra l-Artikolu 11 TFUE. L-effetti ambjentali negattivi tal-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat, ikkawżati mir-ritorn bla bżonn tal-vetturi mingħajr tagħbija, jipperikolaw il-kisba tal-għanijiet ambjentali segwiti mill-Unjoni kemm fil-Ftehim ta’ Pariġi nnifsu kif ukoll bir-Regolament 2018/842 li jistabbilixxi miri annwali vinkolanti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet fis-settur tat-trasport għal kull Stat Membru. L-imsemmi obbligu jikser ukoll l-għan li l-emissjonijiet tal-gassijiet serra relatati mat-trasport jitnaqqsu b’60 % (275) kif ukoll l-għan li tittejjeb il-kwalità tal-arja stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u l-għanijiet fir-rigward tal-prevenzjoni u tat-tnaqqis tal-produzzjoni tal-iskart stabbiliti mid-Direttiva 2008/98/KE (276). In-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ dawn l-għanijiet kollha fid-definizzjoni tal-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat u d-dannu serju li tali obbligu joħloq għal dawn l-għanijiet jiksru l-Artikolu 11 TFUE u l-Artikolu 37 tal-Karta.

    560. Ir-Repubblika ta’ Malta ssostni wkoll, essenzjalment, li l-Parlament u l-Kunsill la wrew u lanqas spjegaw kif ir-rekwiżiti tal-protezzjoni tal-ambjent kienu ġew integrati fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ritorn. L-evalwazzjoni ex post tal-effetti ta’ dan l-obbligu mill-Kummissjoni turi li l-impatt tar-regola tar-ritorn tal-vetturi lejn l-Istat ta’ stabbiliment huwa negattiv ħafna u kbir ħafna fuq it-tibdil fil-klima u fuq il-kwalità tal-arja. Tali impatt jimmina l-politiki u l-leġiżlazzjonijiet tal-Unjoni dwar it-tibdil fil-klima u l-protezzjoni tal-ambjent.

    561. Fl-aħħar nett, ir-Repubblika tal-Polonja tinvoka, fil-Kawża C‑554/20, motiv, komuni għad-dispożizzjonijiet kollha li hija tikkontesta, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 11 TFUE u tal-Artikolu 37 tal-Karta sa fejn ir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-protezzjoni tal-ambjent ma ttieħdux inkunsiderazzjoni. Minn dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet jirriżulta li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni huma obbligati jastjenu milli jieħdu miżuri li jistgħu jikkompromettu t-twettiq tal-għanijiet ta’ protezzjoni tal-ambjent, u dan lil hinn mis-sempliċi miżuri marbuta mal-Artikoli 191 TFUE u 192 TFUE. Il-prinċipju ta’ integrazzjoni tar-rekwiżiti tal-ambjent fil-politiki l-oħra tal-Unjoni li jirriżulta minn dawn id-dispożizzjonijiet jippermetti li l-għanijiet u r-rekwiżiti ta’ protezzjoni tal-ambjent jiġu kkonċiljati mal-interessi u mal-għanijiet l-oħra mfittxija mill-Unjoni kif ukoll il-mira ta’ żvilupp sostenibbli. Tali prinċipju jikkostitwixxi, fih innifsu, motiv għall-annullament ta’ att tal-Unjoni meta l-interessi ambjentali manifestament ma jkunux ittieħdu inkunsiderazzjoni jew ikunu ġew kompletament injorati. Fid-dawl tan-natura orizzontali wiesgħa tal-Artikolu 11 TFUE, meta jiġi eżaminat jekk miżura partikolari tikkontribwixxix suffiċjentement għall-protezzjoni tal-ambjent, din ma għandhiex tiġi kkunsidrata b’mod iżolat fir-rigward tal-miżuri l-oħra tal-Unjoni adottati għal dan l-għan u marbuta mal-attività kkonċernata, iżda għandha tiġi kkunsidrata b’rabta mal-miżuri kollha adottati mill-Unjoni f’dan il-qasam li jipprovdu l-kuntest xieraq għal tali evalwazzjoni. L-istħarriġ ġudizzjarju dwar l-evalwazzjoni tal-konformità tal-azzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni ma’ dan il-prinċipju ta’ integrazzjoni għandu jkun analogu għal dak imwettaq mill-Qorti Ġenerali meta kellha tevalwa jekk l-azzjoni tal-Kummissjoni kinitx tosserva l-prinċipju ta’ solidarjetà enerġetika (277). F’dawn iċ-ċirkustanzi, kien l-imsemmi leġiżlatur li kellu jieħu inkunsiderazzjoni r-rekwiżiti ambjentali qabel ma adotta l-obbligu ta’ ritorn, li kien jimplika b’mod partikolari li ssir valutazzjoni tal-impatt tar-regoli ppjanati fuq l-ambjent u li jiġi żgurat li dawn tal-aħħar ma jkunux ta’ ħsara għall-kisba tal-għanijiet stabbiliti fl-atti l-oħra tad-dritt sekondarju adottati fil-qasam tal-ambjent. Dan in-nuqqas ta’ valutazzjoni jikkostitwixxi ksur manifest tal-obbligu tagħhom li jwettqu tali evalwazzjoni li jirriżulta mill-Artikolu 11 TFUE (278).

    562. Il-Parlament u l-Kunsill kienu sussegwentement obbligati li jibbilanċjaw l-interessi kunfliġġenti u li, jekk ikun il-każ, jagħmlu l-emendi xierqa. Interpretazzjoni tal-Artikolu 11 TFUE fis-sens li dan jikkonċerna biss oqsma tad-dritt u mhux miżuri partikolari jkollha l-effett li tirrelativizza kunsiderevolment l-importanza tiegħu. Ir-rekwiżiti ta’ protezzjoni tal-ambjent għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni anki meta jiġu ddeterminati d-diversi miżuri li jagħmlu parti mill-qasam ikkonċernat tad-dritt tal-Unjoni. L-argument li l-atti l-oħra tad-dritt sekondarju fil-qasam tat-tniġġis tal-arja ma jistgħux jikkostitwixxu l-qafas għall-evalwazzjoni tar-Regolament 2020/1055 għandu jiġi miċħud, għaliex inkella tkun qiegħda tiġi kkontestata, għal darba oħra, l-effettività tal-Artikolu 11 TFUE, u l-istituzzjonijiet imbagħad ikunu jistgħu jadottaw att li jimpedixxi jew jipprekludi l-kisba tal-għanijiet stabbiliti fl-atti adottati fil-qasam tal-ambjent minkejja li l-kriżi klimatika hija l-isfida prinċipali tal-politika ambjentali tal-Unjoni u minkejja li l-istituzzjonijiet konsegwentement għandhom jistinkaw biex jintlaħqu l-għanijiet klimatiċi adottati mill-Unjoni. Huwa magħruf sew li t-tniġġis tal-arja mill-emissjonijiet tat-trasport joħloq diversi problemi tas-saħħa li għalihom jikkontribwixxi prinċipalment it-trasport bit-triq. Billi jobbliga lill-vetturi jirritornaw fl-Istat Membru ta’ stabbiliment kull tmien ġimgħat, l-obbligu ta’ ritorn joħloq vjaġġi addizzjonali li jiġġeneraw żieda fl-emissjonijiet ta’ CO2 u ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja, emissjonijiet li jista’ jkollhom effett sinjifikattiv fuq il-kisba tal-għanijiet ambjentali tal-Unjoni li joħorġu b’mod partikolari mill-Patt Ekoloġiku Ewropew, mill-għan ta’ Unjoni newtrali għall-klima sal‑2050 permezz ta’ tnaqqis ta’ 90 % fl-emissjonijiet globali tat-trasport meta mqabbla mal-livelli tal‑1990 u mill-għanijiet assenjati lill-Istati Membri mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni f’dan il-qasam. L-emissjonijiet addizzjonali ta’ ossidu tan-nitroġenu u tat-trab iġġenerati b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ikkontestati jistgħu jdaħħlu inkwistjoni l-effettività tal-azzjoni ddefinita mill-Istati Membri fil-pjanijiet ta’ protezzjoni tal-arja, b’mod partikolari fil-pjanijiet adottati għaż-żoni u għall-agglomerazzjonijiet li jinsabu qrib ir-rotot ta’ komunikazzjoni użati mit-trasport internazzjonali. Għaldaqstant, l-obbligu ta’ ritorn tal-vettura kull tmien ġimgħat jikser il-prinċipju ta’ integrazzjoni espress fl-Artikolu 11 TFUE u fl-Artikolu 37 tal-Karta. Il-valutazzjoni tal-impatt tal‑2021 hija biżżejjed sabiex jiġi kkonstatat li l-leġiżlatur tal-Unjoni kiser dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet peress li tikkonferma l-impatt negattiv fuq l-ambjent tal-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat, b’kontradizzjoni, b’mod partikolari, mal-Patt Ekoloġiku Ewropew.

    563. Il-Kunsill u l-Parlament, kif ukoll l-intervenjenti insostenn tagħhom, jitolbu li dawn il-motivi kollha bbażati fuq ksur tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent u tat-tibdil fil-klima jiġu miċħuda.

    2)      Analiżi

    564. L-argumenti mressqa mir-rikorrenti jistgħu, essenzjalment, jinqasmu fi tliet kategoriji (279). L-ewwel nett, l-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat jikser id-dispożizzjonijiet tad-dritt primarju li jistabbilixxu r-rekwiżit tal-protezzjoni tal-ambjent. Sussegwentement, dan l-obbligu jikser ukoll l-impenji internazzjonali li jorbtu lill-Unjoni u lill-Istati Membri fil-qasam tal-protezzjoni tal-ambjent. Fl-aħħar nett, l-obbligu ta’ ritorn imur kontra l-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent sa fejn dan jipperikola l-kisba tal-għanijiet imfittxija fil-qasam ambjentali permezz ta’ sensiela sħiħa ta’ atti tad-dritt sekondarju.

    i)      Fuq lallegat ksur talArtikolu 3 TUE, talArtikoli 11 TFUE u 191 TFUE u talArtikolu 37 talKarta

    565. Fir-rigward tal-Artikolu 37 tal-Karta, mill-Ispjegazzjonijiet dwar l-Artikolu 37 jirriżulta li l-prinċipju li jinsab f’dan l-artikolu kien ibbażat fuq l-Artikoli 2, 6 u 174 KE, illum l-Artikolu 3(3) TUE u l-Artikoli 11 TFUE u 191 TFUE. Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li ladarba l-Artikolu 52(2) tal-Karta jipprovdi li d-drittijiet irrikonoxxuti minnha li huma s-suġġett ta’ dispożizzjonijiet fit-Trattati għandhom jiġu eżerċitati taħt il-kundizzjonijiet u fil-limiti ddefiniti minn dawn tal-aħħar, id-dritt għal livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent kif stabbilit fil-Karta għandu jinftiehem u jiġi interpretat fil-kundizzjonijiet u fil-limiti, jekk ikun il-każ, previsti fl-Artikolu 3(3) TUE u fl-Artikoli 11 TFUE u 191 TFUE (280). Kif irrilevat mill-Parlament (281) u kif diġà fakkart (282), l-Artikolu 37 tal-Karta għalhekk ma jikkostitwixxix regola ġuridika awtonoma indipendenti minn dawn id-dispożizzjonijiet l-oħra tad-dritt primarju.

    566. Fir-rigward tal-Artikolu 3(3) TUE, din hija dispożizzjoni essenzjalment programmatika li ma tistabbilixxix ġerarkija bejn l-għanijiet li hija tassenja lill-Unjoni. Għalhekk, anki li kieku kellu jitqajjem dubju dwar il-konformità tal-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat mal-għan ta’ livell għoli ta’ protezzjoni u ta’ titjib tal-kwalità tal-ambjent, fl-istess ħin ikollu jiġi kkonstatat li tali obbligu jsegwi, barra minn hekk, l-għan ta’ tkabbir ekonomiku bbilanċjat fi ħdan ekonomija soċjali tas-suq. Id-dimensjoni programmatika tal-Artikolu 3(3) TUE teskludih, fil-fehma tiegħi, mill-parametri tal-legalità għall-finijiet tal-evalwazzjoni ta’ jekk l-obbligu kkontestat huwiex kompletament konformi mad-dritt primarju tal-Unjoni. L-implimentazzjoni tal-għan ambjentali għandha tkun ir-riżultat tal-politiki u tal-azzjonijiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri (283), u l-Artikolu 3(3) TUE ma jistax jiġi applikat b’mod indipendenti mid-dispożizzjonijiet speċifiċi tat-Trattat li jagħtu effett prattiku lill-għanijiet ġenerali li jinsabu fih (284).

    567. Fir-rigward tal-Artikolu 11 TFUE, l-analiżi tal-Avukat Ġenerali Geelhoed, ikkwotata b’mod estensiv mill-partijiet, jidhirli li żammet ir-rilevanza u l-attwalità tagħha, għalkemm kienet tikkonċerna d-dispożizzjoni preċedenti ekwivalenti għal dan l-Artikolu 11. Għalhekk, l-Avukat Ġenerali qies li “[g]ħalkemm hija mfassla f’termini imperattivi, din id-dispożizzjoni ma tistax [...] titqies bħala li tistabbilixxi standard li bis-saħħa tiegħu, meta jiġu ddefiniti l-politiki Komunitarji, il-protezzjoni tal-ambjent għandha dejjem tiġi aċċettata bħala l-interess prevalenti. Tali interpretazzjoni tirrestrinġi b’mod inaċċettabbli s-setgħat ta’ evalwazzjoni tal-istituzzjonijiet Komunitarji u tal-leġiżlatur Komunitarju. Din id-dispożizzjoni għandha tiġi kkunsidrata, l-iktar l-iktar, bħala obbligu tal-istituzzjonijiet Komunitarji li jieħdu debitament inkunsiderazzjoni l-interessi ambjentali fl-oqsma tal-politika, minbarra dak tal-protezzjoni tal-ambjent stricto sensu. Huwa biss meta l-interessi ambjentali ma jkunux manifestament ittieħdu inkunsiderazzjoni jew meta jkunu ġew kompletament injorati li l-Artikolu 6 KE jista’ jservi bħala standard għall-validità tal-leġiżlazzjoni Komunitarja. Barra minn hekk, fid-dawl tan-natura orizzontali wiesgħa tal-Artikolu 6 KE, meta jiġi eżaminat jekk miżura partikolari tikkontribwixxix biżżejjed għall-protezzjoni tal-ambjent, din ma għandhiex tiġi kkunsidrata b’mod iżolat mill-miżuri Komunitarji l-oħra adottati għal dan l-għan u marbuta mal-attività kkonċernata. Huma l-miżuri kollha adottati mill-Komunità f’dan il-qasam li jipprovdu l-qafas xieraq għall-evalwazzjoni” (285).

    568. Għalkemm jaqblu dwar din l-interpretazzjoni, li l-Qorti tal-Ġustizzja ma kellhiex l-okkażjoni tikkonferma (286), il-partijiet ma jaqblux dwar il-konsegwenzi li għandhom jinsiltu minnha fil-kuntest ta’ dawn ir-rikorsi.

    569. Irrid infakkar l-importanza tal-għan tal-protezzjoni tal-ambjent, kif jirriżulta barra minn hekk mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tfakkar in-natura essenzjali ta’ dan l-għan (287) u tenfasizza n-natura trażversali u fundamentali tiegħu (288). Din l-importanza ma hijiex qiegħda tiġi kkontestata hawnhekk.

    570. Madankollu, il-kwistjoni tal-importanza tal-għan hija distinta minn dik tal-intensità tal-ġustizzjabbiltà tiegħu. F’dan ir-rigward, nikkonstata, bi qbil mal-Avukat Ġenerali Geelhoed, li minkejja formulazzjoni li tidher imperattiva, l-Artikolu 11 TFUE jikkostitwixxi dispożizzjoni trażversali li l-effett tagħha huwa, ċertament, li taffettwa d-dispożizzjonijiet iktar preċiżi dwar politiki u azzjonijiet oħra tal-Unjoni, kif il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-opportunità li tikkonstata, pereżempju, fil-kuntest tal-politika agrikola komuni (289), tal-politika komuni tas-sajd (290) jew inkella fis-settur tal-enerġija nukleari (291), iżda mingħajr madankollu ma tippreċiża l-kundizzjonijiet, il-forom u l-intensità ta’ dan l-effett. Għalhekk, il-leġiżlatur, irrispettivament mill-qasam ta’ intervent tiegħu, għandu jintegra r-rekwiżiti marbuta mal-protezzjoni tal-ambjent mingħajr ma l-Artikolu 11 TFUE jispeċifika ulterjorament l-obbligi li jaqgħu fuq il-leġiżlatur (292). Mingħajr il-ħtieġa, f’dan l-istadju, li tingħata deċiżjoni dwar l-eżistenza ta’ evalwazzjoni, mil-leġiżlatur tal-Unjoni, tal-impatt ambjentali tal-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat u fin-nuqqas ta’ preċiżazzjonijiet dwar il-portata tar-rekwiżit li jinsab fl-Artikolu 11 TFUE, l-ilmenti mqajma mir-Repubblika tal-Polonja u mir-Repubblika ta’ Malta bbażati fuq ksur tal-Artikolu 11 TFUE minħabba l-assenza ta’ valutazzjoni tal-impatt għandhom diġà jiġu miċħuda.

    571. Ċertament, kif seta’ jiġi rrilevat minn uħud mir-rikorrenti, l-Artikolu 11 TFUE jirreferi għall-politiki u għall-azzjonijiet tal-Unjoni. Madankollu, tali riferiment ma jistax jiġi interpretat bħala obbligu sistematiku li, fl-adozzjoni ta’ kull miżura leġiżlattiva individwali, jittieħdu inkunsiderazzjoni r-rekwiżiti marbuta mal-protezzjoni tal-ambjent, jew li dawn jiġu invokati. L-ewwel nett, il-politiki u l-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 11 TFUE għandhom jinftiehmu bħala dawk imsemmija fit-Tielet Parti tat-Trattat FUE, li t-titolu tagħha huwa preċiżament hekk (293), u l-Artikolu 11 TFUE ma jistax jintuża bħala l-istandard li bih għandha titkejjel il-konformità ta’ kull dispożizzjoni iżolata ta’ att leġiżlattiv tal-Unjoni. Sussegwentement, din id-dispożizzjoni għandha natura trażversali, peress li r-rekwiżiti fil-qasam tal-protezzjoni tal-ambjent huma multidimensjonali. Huwa, finalment, il-mod li bih l-Unjoni tintegra fil-politiki tagħha dawn ir-rekwiżiti li jippermetti li jiġi ddeterminat jekk din taġixxix f’konformità ma’ dak li jipprevedi l-Artikolu 11 TFUE u jekk il-leġiżlatur tagħha eżerċitax il-kompetenzi tiegħu b’osservanza tal-għan stabbilit minn din id-dispożizzjoni.

    572. F’dan ir-rigward, l-istituzzjonijiet konvenuti sostnew li, kieku kull dispożizzjoni li jista’ jkollha impatt negattiv fuq l-ambjent kellha tiġi ddikjarata li tmur kontra l-Artikolu 11 TFUE mingħajr ma jittieħed inkunsiderazzjoni l-kuntest leġiżlattiv usa’ tad-dispożizzjoni kkonċernata, kull miżura li tawtorizza t-trasport bit-triq tal-merkanzija, minħabba n-natura attwali tiegħu li jniġġes ħafna, tkun suġġetta għar-riskju li tiġi ċċensurata fuq din il-bażi.

    573. L-argument huwa, ċertament, xi ftit provokattiv. Madankollu dan l-argument xorta waħda jirrileva, fil-fehma tiegħi, verità: kif irrileva l-Avukat Ġenerali Geelhoed, ma kinitx l-intenzjoni tal-awturi tat-Trattati li jiggwidaw b’dan il-mod lil-leġiżlatur tal-Unjoni, bir-riskju li l-għan tal-protezzjoni tal-ambjent isir għan suprem filwaqt li, kif diġà fakkart, tali ġerarkija bejn l-għanijiet assenjati lill-Unjoni ma tirriżultax, barra minn hekk, mit-Trattati.

    574. Kif diġà fakkart (294), hija barra minn hekk in-natura stess tal-azzjoni leġiżlattiva li sservi bħala arbitru, f’qasam partikolari, bejn interessi diverġenti u li tibbilanċja għanijiet li jistgħu jkunu kontradittorji. Dan huwa eżerċizzju li l-kumplessità tiegħu hija rrikonoxxuta fil-ġurisprudenza, filwaqt li jħalli firxa wiesgħa għas-setgħa ta’ evalwazzjoni tal-leġiżlatur; dan jispjega għaliex l-istħarriġ tal-qorti tal-Unjoni ser ikun limitat għall-istħarriġ ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni, ta’ użu ħażin ta’ poter u għall-verifika li l-leġiżlatur ma qabiżx il-limiti tas-setgħa ta’ evalwazzjoni tiegħu (295).

    575. Għalhekk, anki jekk l-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat fl-Istat Membru ta’ stabbiliment ikollu konsegwenzi negattivi għall-ambjent (296), din il-konstatazzjoni waħedha ma hijiex suffiċjenti sabiex jiġi konkluż li hemm ksur tal-Artikolu 11 TFUE peress li, barra minn hekk, il-leġiżlatur tal-Unjoni ħa diversi azzjonijiet sabiex jipprova jillimita l-effetti negattivi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq. L-obbligu ta’ ritorn kull tmien ġimgħat għandu għalhekk jitqiegħed fil-kuntest leġiżlattiv usa’ tiegħu. Fil-mument tal-adozzjoni tar-Regolament 2020/1055, ir-Regolament 2018/842 kien jobbliga lill-Istati Membri jnaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra sal‑2030 b’perċentwali stabbilita f’dan ir-regolament. L-imsemmi regolament kien ifakkar li tali għan kien ġie approvat mill-Kunsill Ewropew fil-livell tal-ekonomija (297). L-għan ġenerali tad-Direttiva 2004/107/KE (298) huwa li tħares u ttejjeb il-kwalità tal-arja ambjentali billi tistabbilixxi, b’mod partikolari, valuri fil-mira li l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jilħquhom mingħajr ma jġarrbu spejjeż sproporzjonati (299). Id-Direttiva 2008/50/KE (300) ddefinixxiet u stabbilixxiet għanijiet għall-kwalità tal-arja ambjentali, kwalità li għandha tiġi evalwata abbażi ta’ metodi u kriterji komuni u ta’ informazzjoni pubblika (301). L-għan tad-Direttiva 2008/98 (302) huwa li torganizza l-prevenzjoni jew it-tnaqqis tal-effetti dannużi tal-produzzjoni u tal-ġestjoni tal-iskart, it-tnaqqis tal-impatti globali tal-użu tar-riżorsi u titjib fl-effiċjenza ta’ dan l-użu (303). Fir-rigward, b’mod iktar partikolari, tas-settur tat-trasport, id-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑17 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi (304) ġiet emendata fl‑2011 bid-Direttiva 2011/76/UE (305) biex jiġu inkorporati fiha kunsiderazzjonijiet relatati mal-promozzjoni tat-trasport sostenibbli, ippreżentata bħala l-element ewlieni tal-politika komuni tat-trasport; il-leġiżlatur tal-Unjoni qies li l-kontribut tas-settur tat-trasport għat-tibdil fil-klima għandu jitnaqqas (306) mingħajr, madankollu, ma tali għan jintlaħaq billi jinħolqu ostakoli sproporzjonati, sa fejn il-funzjonament tas-suq intern għandu jiġi ppreservat ukoll (307). Id-Direttiva 2011/76 iddaħħal, fid-Direttiva 1999/62 u fir-rigward tas-settur tat-trasport, il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas (308), filwaqt li l-leġiżlatur tal-Unjoni ikkunsidra li l-pedaġġi tat-triq jikkostitwixxu strument ekonomiku ġust u effettiv għal politika tat-trasport sostenibbli peress li jippermettu li jitqies il-kost tat-tniġġis u l-konġestjoni kkawżati mill-użu tal-vetturi (309). Barra minn hekk, l-emissjonijiet ta’ CO2 ġew irregolati, fir-rigward ta’ karozzi u vetturi kummerċjali ħfief ġodda, mir-Regolament (UE) 2019/631 (310) u, fir-rigward ta’ vetturi kummerċjali tqal ġodda, mir-Regolament (UE) 2019/1242 (311). Il-leġiżlatur tal-Unjoni kien adotta wkoll direttiva li l-għan tagħha kien li tobbliga lill-Istati Membri jqisu l-impatti enerġetiċi u ambjentali tal-vetturi bil-mutur fil-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi (312). It-tikkettar tat-tajers, kif irregolat mir-Regolament (UE) 2020/740 (313), għandu l-għan li jbaxxi l-konsum tal-fjuwil tal-vetturi, u għalhekk l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, u jikkontribwixxi għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport (314).

    576. Għalhekk, fil-mument tal-adozzjoni tar-Regolament 2020/1055 u għalhekk tal-adozzjoni tal-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat, il-leġiżlatur tal-Unjoni seta’, fil-fehma tiegħi, leġittimament iqis, fl-eżerċizzju sħiħ tas-setgħa ta’ evalwazzjoni wiesgħa tiegħu, li l-eventwali konsegwenzi negattivi għall-ambjent ta’ dan l-obbligu jistgħu jiġu mrażżna b’applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti li tirrigwarda b’mod iktar speċifiku l-aspetti ambjentali tal-attività inkwistjoni u li hija maħsuba biex takkumpanja lill-operaturi tat-trasport fit-tranżizzjoni teknoloġika lejn mobbiltà li tniġġes inqas.

    577. Barra minn hekk, mill-premessa 8 tar-Regolament 2020/1055 jirriżulta li l-leġiżlatur tal-Unjoni qajjem il-kwistjoni tat-tnaqqis tar-riskju li l-vettura tmur lura biss sabiex jiġi ssodisfatt dan ir-rekwiżit ġdid marbut mal-post ta’ stabbiliment.

    578. Il-leġiżlatur tal-Unjoni għandu jiġi kkritikat iktar talli ma inkludiex b’mod iktar espliċitu fir-Regolament 2020/1055 it-tħassib tiegħu fir-rigward tal-ambjent? Fl-opinjoni tiegħi, le. L-Artikolu 11 TFUE ma jimponix il-forma li għandha tieħu l-integrazzjoni tar-rekwiżiti tal-protezzjoni tal-ambjent u, fi kwalunkwe każ, din l-integrazzjoni għandha ssir fil-livell tal-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni, li kif diġà pproponejt għandhom jingħataw tifsira wiesgħa. Barra minn hekk, infakkar li l-bażi legali tar-Regolament 2020/1055 hija l-Artikolu 91(1) TFUE u li l-għan imfittex mill-istabbiliment tal-obbligu ta’ ritorn f’dan ir-regolament ma huwiex b’mod ċar marbut immedjatament mat-tħassib espress fl-Artikolu 11 TFUE peress li tali obbligu jikkostitwixxi kjarifika tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1071/2009 dwar l-eżistenza ta’ stabbiliment stabbli u effettiv (315), bl-effett imfittex ikun dak ta’ tisħiħ tar-rabta bejn l-operatur tat-trasport u l-Istat Membru ta’ stabbiliment tiegħu sabiex tiġi żgurata “preżenza reali u kontinwa” (316) f’kuntest fejn it-tnaqqis ta’ din ir-rabta jhedded, skont l-evalwazzjoni tal-leġiżlatur, il-kompetizzjoni leali u n-natura ekwa tal-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern (317). Għandu jiġi rikonoxxut li d-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jagħtu kompetenza lill-Unjoni fil-qasam tal-ambjent iħallu intatti, barra minn hekk, il-kompetenzi li l-Unjoni għandha taħt dispożizzjonijiet oħra (318).

    579. Għaldaqstant, minħabba n-neċessità li jiġu bbilanċjati ċerti għanijiet u prinċipji msemmija fl-Artikoli 3 TUE u 11 TFUE, kif ukoll minħabba l-kumplessità tal-implimentazzjoni tal-kriterji (319), ma jidhirx li l-Kunsill u l-Parlament wettqu żball manifest ta’ evalwazzjoni, fir-rigward taż-żewġ dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq, meta adottaw l-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat.

    580. Din il-konklużjoni ma hijiex ikkontestata mill-invokazzjoni, mir-rikorrenti, tal-istudju Ricardo tal‑2021, li l-għan tiegħu kien li jevalwa l-impatt tal-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat għaliex, fil-fatt, anki jekk dan l-istudju jiżvela żieda sinjifikattiva, b’mod partikolari, fl-emissjonijiet ta’ CO2, jibqa’ l-fatt li l-validità ta’ att tal-Unjoni għandha tiġi evalwata abbażi tal-elementi ta’ fatt u ta’ liġi li kienu jeżistu fil-mument tal-adozzjoni tal-imsemmi att (320) u li din il-validità ma tistax tiddependi minn evalwazzjonijiet retrospettivi tal-grad ta’ effettività tiegħu (321). Fi kwalunkwe każ, kif diġà indikajt, tali żieda għandha, f’kull każ, tiġi analizzata fil-kuntest tal-leġiżlazzjoni kollha li taffettwa l-qasam ikkonċernat qabel ma jkun jista’ jiġi konkluż li l-leġiżlatur tal-Unjoni naqas b’mod ċar milli jieħu inkunsiderazzjoni r-rekwiżiti relatati mal-protezzjoni tal-ambjent.

    581. Huwa wkoll minħabba li l-bażi legali tar-Regolament 2020/1055 hija l-Artikolu 91(1) TFUE li r-rilevanza għal dawn ir-rikorsi tal-argumenti bbażati fuq ksur tal-Artikoli 191 TFUE u 192 TFUE għandha tiġi miċħuda. Dan ir-regolament ma huwiex miżura adottata taħt il-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent u ma ġiex sostnut li l-istituzzjonijiet konvenuti wettqu żball fir-rigward tal-bażi legali. Peress li r-Regolament 2020/1055 ma huwiex azzjoni meħuda mill-Unjoni skont l-Artikolu 191 TFUE (322), l-invokazzjoni ta’ allegat ksur tal-Artikolu 192(2)(c) TFUE hija irrilevanti (323). Miżura ma tistax taqa’ fil-qasam tal-ambjent sempliċiment minħabba li għandha tieħu inkunsiderazzjoni rekwiżiti ambjentali (324).

    582. Anki jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tixtieq tiddeċiedi dwar il-kwistjoni tal-ksur tal-prinċipju ta’ prekawzjoni allegat mill-Ungerija (325), mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, għalkemm l-Artikolu 191(2) TFUE jipprevedi li l-politika tal-ambjent hija bbażata b’mod partikolari fuq dan il-prinċipju, dan tal-aħħar għandu, ċertament, japplika wkoll fil-kuntest ta’ politiki oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari l-politika ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika, kif ukoll meta l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jadottaw, taħt il-politika agrikola komuni jew il-politika tas-suq intern, miżuri ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem (326). Dan il-prinċipju jimplika li, meta jkun hemm inċertezzi dwar l-eżistenza jew il-portata tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem, jistgħu jittieħdu miżuri ta’ protezzjoni mingħajr ma wieħed ikollu għalfejn jistenna li r-realtà u l-gravità ta’ dawn ir-riskji jintwerew b’mod sħiħ. Meta jirriżulta impossibbli li jiġu ddeterminati b’ċertezza l-eżistenza jew il-portata tar-riskju allegat, minħabba n-natura mhux konklużiva tar-riżultati tal-istudji mwettqa, iżda l-probabbiltà ta’ ħsara reali għas-saħħa pubblika tippersisti fil-każ li r-riskju jimmaterjalizza, il-prinċipju ta’ prekawzjoni jiġġustifika l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi (327). Anki fir-rigward tal-kundizzjonijiet li fihom għandu jiġi implimentat il-prinċipju ta’ prekawzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet li, minħabba l-ħtieġa li jiġu bbilanċjati diversi għanijiet u prinċipji, kif ukoll il-kumplessità tal-implimentazzjoni tal-kriterji rilevanti, l-istħarriġ ġudizzjarju għandu neċessarjament ikun limitat għal jekk il-leġiżlatur tal-Unjoni wettaqx żball manifest ta’ evalwazzjoni (328). Dan japplika iktar u iktar meta l-leġiżlatur ikun meħtieġ jevalwa l-effetti futuri ta’ leġiżlazzjoni li għandha tiġi adottata meta dawn l-effetti ma jkunux jistgħu jiġu previsti b’mod preċiż (329).

    583. Nammetti li l-allegazzjoni ta’ ksur tal-prinċipju ta’ prekawzjoni, minħabba l-introduzzjoni ta’ obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat, tħallini mħawwad għaliex, fil-fatt, dan ikun ifisser li għandu jitqies li hija biss il-parti tal-emissjonijiet addizzjonali li allegatament tirriżulta mill-implimentazzjoni ta’ dan l-obbligu li tikkostitwixxi riskju reali għas-saħħa tal-persuni li kien jeħtieġ l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi. Fi kwalunkwe każ, għalkemm il-leġiżlatur huwa obbligat jieħu inkunsiderazzjoni l-prinċipju ta’ prekawzjoni meta jadotta, fil-kuntest tas-suq intern, miżuri intiżi sabiex jipproteġu s-saħħa tal-bniedem (330), ir-relazzjoni bejn l-emissjonijiet addizzjonali li eventwalment jirriżultaw mill-obbligu ta’ ritorn u r-riskji pprovati għas-saħħa mit-tniġġis b’mod ġenerali jidhirli li hija wisq dgħajfa sabiex tkun tista’ tiġi ċċensurata. Fuq kollox, il-punt 3(a) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1055 ma huwiex miżura intiża li tipproteġi s-saħħa tal-bniedem fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Għaldaqstant, għal dawn ir-raġunijiet kollha, l-argument ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ prekawzjoni ma għandux jintlaqa’.

    ii)    Fuq lallegat ksur talimpenji internazzjonali talUnjoni u talIstati Membri filqasam talprotezzjoni talambjent

    584. Ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Repubblika ta’ Ċipru t-tnejn żviluppaw argumenti fis-sens li l-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat imur kontra l-Ftehim ta’ Pariġi u fis-sens li, fi kwalunkwe każ, il-Kunsill u l-Parlament ma ħadux inkunsiderazzjoni l-għanijiet ta’ dan il-ftehim meta adottaw l-imsemmi obbligu, li jikkostitwixxi ksur tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent.

    585. Fir-rigward tal-ilment ibbażat fuq il-fatt li l-leġiżlatur tal-Unjoni ma ħax inkunsiderazzjoni l-għanijiet stabbiliti mill-Ftehim ta’ Pariġi (331), nirrileva, bi qbil mal-Parlament, li, kif tindika l-premessa 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1841 tal‑5 ta’ Ottubru 2016 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta’ Pariġi adottat skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (332), l-għan vinkolanti li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni b’mill-inqas 40 % sal‑2030 meta mqabbel mal-livelli tal‑1990 ġie stabbilit mill-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat‑23 u tal‑24 ta’ Ottubru 2014 fl-ekonomija kollha. L-għan stabbilit mill-Artikolu 2 tal-Ftehim ta’ Pariġi li jikkonsisti fit-trażżin taż-żieda fit-temperatura medja tal-pjaneta għal inqas minn 2 °C meta mqabbla mal-livelli preindustrijali u fit-tkomplija tal-azzjoni li diġà ttieħdet biex iż-żieda fit-temperatura tiġi limitata għal 1.5 °C meta mqabbla mal-livelli preindustrijali (333) għandu għalhekk jiġi evalwat fid-dawl tal-azzjoni kollha implimentata mill-Unjoni għal dan l-għan. Għaldaqstant, ma huwiex possibbli li jiġi sostnut li s-sempliċi introduzzjoni ta’ obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat, minħabba l-eventwali emissjonijiet addizzjonali li jista’ joħloq dan l-obbligu, tmur, fiha nnifisha, kontra dan l-għan u għalhekk kontra l-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent.

    586. Fir-rigward tal-ilment ibbażat fuq il-ksur, mil-leġiżlatur tal-Unjoni, tal-Ftehim ta’ Pariġi, mill-Artikolu 216(2) TFUE jirriżulta li, meta jiġu konklużi ftehimiet internazzjonali mill-Unjoni, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni huma marbuta b’tali ftehimiet u, konsegwentement, dawn jipprevalu fuq l-atti tal-Unjoni (334). Il-validità ta’ att tal-Unjoni tista’ għalhekk tiġi affettwata mill-inkompatibbiltà ta’ dan l-att ma’ tali regoli tad-dritt internazzjonali, kemm-il darba jkunu ssodisfatti ċerti kundizzjonijiet. L-Unjoni għandha, l-ewwel, tkun marbuta b’dawn ir-regoli, li, sa fejn huwa kkonċernat il-Ftehim ta’ Pariġi, ma huwiex ikkontestat (335). It-tieni, id-dispożizzjonijiet ta’ ftehim internazzjonali li l-Unjoni hija parti għalih jistgħu jiġu invokati insostenn ta’ rikors għal annullament ta’ att tad-dritt sekondarju tal-Unjoni biss bil-kundizzjoni, minn naħa, li n-natura u l-istruttura ta’ dan il-ftehim ma jipprekludux dan u, min-naħa l-oħra, li dawn id-dispożizzjonijiet jidhru, mill-perspettiva tal-kontenut tagħhom, li huma inkundizzjonati u suffiċjentement preċiżi (336), li jkun il-każ meta d-dispożizzjoni invokata tkun tinkludi obbligu ċar u preċiż li ma jkunx suġġett, fl-eżekuzzjoni jew fl-effetti tiegħu, għall-intervent ta’ xi att ulterjuri (337).

    587. Għalkemm huwa minnu li jissostitwixxi l-approċċ adottat fil-kuntest tal-Protokoll ta’ Kyoto (338), il-Ftehim ta’ Pariġi ma jbiddilx fundamentalment il-loġika tiegħu. Il-Ftehim ta’ Pariġi għandu l-għan “li jsaħħaħ ir-rispons globali għat-theddida tat-tibdil fil-klima, fil-kuntest tal-iżvilupp sostenibbli u l-isforzi biex jinqered il-faqar” (339). Huwa jistabbilixxi mira kkwantifikata (340) fil-livell globali iżda jipprevedi wkoll it-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ adattament għall-impatti negattivi tat-tibdil fil-klima u t-trawwim tar-reżiljenza għal dan it-tibdil, li jidhirli li huwa kunċett li n-natura legali tiegħu ma hijiex kompletament evidenti. Jipprevedi wkoll li l-flussi ta’ finanzjament isiru konsistenti ma’ perkors lejn emissjonijiet baxxi ta’ gassijiet serra kif ukoll lejn żvilupp reżiljenti għat-tibdil fil-klima (341). L-applikazzjoni tiegħu għandha tiġi implimentata b’mod li jirrifletti l-ekwità u l-prinċipju ta’ responsabbiltajiet komuni iżda ddifferenzjati u kapaċitajiet rispettivi, fid-dawl ta’ ċirkustanzi nazzjonali differenti (342). Il-Ftehim jobbliga lill-Istati li huma partijiet għalih biex jimpenjaw ruħhom favur u jikkomunikaw sforzi ambizzjużi (343) u dawn l-Istati għandhom ifittxu li jilħqu l-ogħla livell ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra malajr kemm jista’ jkun u li jagħmlu tnaqqis rapidu sabiex jiksbu bilanċ bejn l-emissjonijiet antropoġeniċi mis-sorsi u l-assorbimenti minn bjar ta’ gassijiet serra fit-tieni nofs ta’ dan is-seklu, filwaqt li dejjem iqisu s-sitwazzjoni tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw (344). Għal dan l-għan, kull Stat li huwa parti għall-Ftehim għandu jħejji, jikkomunika u jaġġorna l-kontribuzzjonijiet stabbiliti fil-livell nazzjonali (345).

    588. Mingħajr ma huwa neċessarju, sabiex jiġi indirizzat dan l-ilment, li titkompla l-analiżi tal-Ftehim u mingħajr ma huwa iktar meħtieġ li hawnhekk tingħata deċiżjoni dwar in-natura inkundizzjonata u suffiċjentement preċiża ta’ dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi speċifikament invokati mir-Repubblika tal-Bulgarija u mir-Repubblika ta’ Ċipru, jidhirli li diġà jirriżulta mill-elementi li għadni kif enfasizzajt li, fid-dawl ta’ dak li ddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tal-Protokoll ta’ Kyoto, in-natura u l-istruttura tal-Ftehim ta’ Pariġi jipprekludu wkoll l-integrazzjoni tiegħu fil-qafas tal-legalità tad-dritt tal-Unjoni (346). Għalhekk, il-Ftehim ta’ Pariġi ma jistax jiġi invokat biex tiġi kkontestata l-legalità tal-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat.

    589. Minn dan jirriżulta li l-invokazzjoni tal-Artikoli 3(5) TUE, tal-Artikolu 208(2) TFUE u tal-Artikolu 216(2) TFUE hija irrilevanti.

    590. Għaldaqstant, l-ilmenti bbażati fuq ksur tal-Ftehim ta’ Pariġi u fuq in-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-għanijiet stabbiliti għall-Unjoni minn dan il-ftehim għandhom jiġu miċħuda.

    iii) Fuq lallegat ksur talpolitika tal-ambjent talUnjoni minħabba li lobbligu ta’ ritorn talvetturi kull tmien ġimgħat imur kontra ddritt sekondarju dwar lambjent, ilkonklużjonijiet talKunsill Ewropew u lPatt Ekoloġiku Ewropew

    591. Ir-rikorrenti sostnew ukoll il-possibbiltà li l-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat imur kontra sensiela sħiħa ta’ għanijiet klimatiċi u ambjentali stabbiliti mid-dritt sekondarju, bħalma huma, b’mod partikolari, ir-Regolamenti 2018/842 u 2021/1119 u d-Direttivi 2004/107, 2008/50 u 2008/98, u li tali kontrarjetà tikkostitwixxi ksur tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent peress li l-allegati emissjonijiet addizzjonali kkawżati minn dan l-obbligu jipperikolaw il-kisba tal-għanijiet ambjentali assenjati mill-Unjoni, individwalment jew kollettivament, lill-Istati Membri.

    592. Kif sostnew b’mod partikolari l-Kunsill u l-Parlament fis-sottomissjonijiet bil-miktub tagħhom, ser nillimita ruħi sabiex nikkonstata, kif diġà għamilt, li l-legalità interna ta’ att tad-dritt sekondarju ma tistax tiġi eżaminata fid-dawl ta’ att ieħor tal-Unjoni tal-istess livell leġiżlattiv (347), sakemm ma jkunx ġie adottat b’applikazzjoni ta’ dan l-aħħar att jew sakemm ma jkunx espressament previst, minn wieħed miż-żewġ atti, li wieħed minnhom jipprevali fuq l-ieħor (348). Issa, dan ma huwiex il-każ għar-Regolament 2020/1055.  Barra minn hekk, kwalunkwe tensjoni possibbli, fi ħdan l-Istati Membri, bejn l-għanijiet assenjati lilhom mid-diversi leġiżlazzjonijiet tal-Unjoni li japplikaw għalihom jistgħu jwasslu biss għall-konstatazzjoni ta’ ksur minn Stat Membru tal-obbligi tiegħu taħt waħda jew l-oħra minn dawn il-leġiżlazzjonijiet, mingħajr madankollu ma waħda minn dawn il-leġiżlazzjonijiet tista’ tiġi ddikjarata kuntrarja għal oħra tal-istess livell leġiżlattiv (349).

    593. Fir-rigward tal-ilment ibbażat fuq ksur tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, ir-rikorrenti jsostnu li l-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat imur kontra l-għanijiet stabbiliti mill-Kunsill Ewropew fil-konklużjonijiet tiegħu tat‑12 ta’ Diċembru 2019. Madankollu, peress li l-Artikolu 15(1) TUE jispeċifika li l-Kunsill Ewropew ma jeżerċitax funzjoni leġiżlattiva u peress li tali konklużjonijiet huma esklużivament ta’ portata politika, ma tista’ tinsilet l-ebda konklużjoni utli għall-eżitu tar-rikorsi għal annullament ineżami fil-każ li l-allegata kontradizzjoni tiġi kkonfermata (350). L-istess japplika għad-dikjarazzjoni tal-Kummissarja Vălean invokata mir-rikorrenti li, barra minn hekk, sempliċement espremiet dubji dwar il-konformità ta’ ċerti elementi tal-Pakkett dwar il-Mobbiltà mal-għan stabbilit mill-Kunsill Ewropew u mal-ambizzjonijiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew (351).

    594. Tali konstatazzjoni tapplika wkoll fir-rigward tal-argument li l-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat imur kontra l-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent minħabba l-fatt li dan jimpedixxi l-kisba tal-għanijiet stabbiliti fil-Patt Ekoloġiku Ewropew peress li jirriżulta minn komunikazzjoni tal-Kummissjoni li ma hijiex vinkolanti fuq il-leġiżlatur tal-Unjoni u li għalhekk ma tagħmilx parti mill-parametri li kellhom jiġu osservati mill-Parlament u mill-Kunsill fil-mument tal-adozzjoni tal-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat.

    iv)    Konklużjoni talanaliżi

    595. Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, il-motivi kollha bbażati fuq ksur tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent u tat-tibdil fil-klima għandhom jiġu miċħuda bħala infondati.

    c)      Fuq ilmotivi bbażati fuq ksur talprinċipji ta’ ugwaljanza fittrattament u ta’ nondiskriminazzjoni

    1)      Largumenti talpartijiet

    596. Ir-Repubblika tal-Litwanja tqis li l-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat imur kontra l-Artikolu 26 TFUE u l-prinċipju ġenerali ta’ nondiskriminazzjoni. Fil-fehma tagħha, l-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat jikkostitwixxi miżura protezzjonista li twassal għal frammentazzjoni tas-suq, tirrestrinġi l-kompetizzjoni u toħloq sistema diskriminatorja għall-operaturi tat-trasport tal-Istati Membri li jinsabu fil-periferija ġeografika tal-Unjoni. Is-settur tat-trasport internazzjonali bit-triq isofri diskriminazzjoni meta mqabbel ma’ setturi oħra tat-trasport.

    597. Il-post partikolari li jokkupa s-settur tat-trasport fil-funzjonament tas-suq intern ġie enfasizzat mill-Kummissjoni u l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni ġie implimentat fil-qasam tad-dritt ta’ stabbiliment permezz tal-Artikolu 49 TFUE, li huwa applikabbli wkoll għall-persuni ġuridiċi. Minflok leġiżlazzjoni bbilanċjata u kompromess li jwasslu għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern, l-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat jikkostitwixxi miżura restrittiva, sproporzjonata u protezzjonista li twassal għal diskriminazzjoni indiretta kontra l-operaturi tat-trasport mill-Istati Membri fil-periferija.

    598. L-ewwel, il-Kunsill u l-Parlament ma ħadux inkunsiderazzjoni l-karatteristiċi speċifiċi ġeografiċi tal-Unjoni u tas-suq tat-trasport tagħha, u b’hekk l-obbligu ta’ ritorn irrestrinġa l-kompetittività tal-operaturi tat-trasport fil-periferija tal-Unjoni u d-dritt tagħhom għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, biex b’hekk ta vantaġġ mhux iġġustifikat u illeġittimu lill-operaturi tat-trasport stabbiliti fil-parti ċentrali tal-Unjoni. Il-maġġoranza tat-trasport jitwettaq fl-Istati Membri fil-Punent u fiċ-ċentru tal-Unjoni u l-maġġoranza tad-domanda għat-trasport tal-merkanzija bit-triq tikkonċerna seba’ Stati Membri (352). Għalhekk, l-obbligu ta’ ritorn jaffettwa inqas lill-operaturi tat-trasport minn dawn l-Istati Membri filwaqt li l-operaturi tat-trasport minn Stati Membri fil-periferija jinsabu f’sitwazzjoni inqas favorevoli, u jkollhom ikopru distanzi ħafna itwal u jegħlbu ostakoli naturali ikbar, speċjalment għall-Istati Membri gżejjer. L-obbligu ta’ ritorn jimponi fuq dawn l-operaturi tat-trasport piż sproporzjonat li jista’ jwassal, skont id-distanza, il-perijodi ta’ mistrieħ u l-kontinġenzi, għall-irtirar tal-vetturi mit-toroq għal perijodu sinjifikattiv ta’ bejn 8 ijiem u 14-il jum. Dan l-irtirar ikun inkompatibbli mal-għan fundamentali li jinħoloq suq intern effettiv u kompetittiv. Għalkemm japplika għall-operaturi tat-trasport kollha, l-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat jaffettwa lill-operaturi b’mod differenti skont il-post ta’ stabbiliment tagħhom. Il-punt 3 tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1055 jimponi għalhekk rekwiżiti identiċi għal operaturi li jinsabu f’sitwazzjonijiet differenti u għal din ir-raġuni huwa diskriminatorju. It-trasport bit-triq ukoll isofri diskriminazzjoni sa fejn it-tipi l-oħra ta’ trasport ma għandhomx obbligu simili ta’ ritorn tal-mezzi tat-trasport.

    599. It-tieni, ir-Repubblika tal-Litwanja tressaq l-argument li l-għan allegat tal-ġlieda kontra l-kumpanniji fantażma ma jiġġustifikax il-miżura magħżula filwaqt li l-konsegwenza reali tal-obbligu ta’ ritorn hija d-diskriminazzjoni kontra l-operaturi tat-trasport stabbiliti fl-Istati Membri fil-periferija. L-ostilità tal-Istati Membri tal-Punent u taċ-ċentru tal-Unjoni fir-rigward tal-operaturi tat-trasport tal-Istati Membri fil-periferija hija magħrufa. Barra minn hekk, is-settur tat-trasport huwa kkaratterizzat minn marġni ta’ profitt żgħir u l-obbligu ta’ ritorn għandu l-effett li jirrestrinġi t-territorju ġeografiku li fih l-impriżi tat-trasport tal-Istati Membri fil-periferija jistgħu joperaw u għalhekk dan jorganizza mill-ġdid b’mod artifiċjali s-suq tat-trasport tal-merkanzija bit-triq u jifframmentah billi jiskoraġġixxi lill-operaturi li jinsabu fil-periferija milli joperaw fl-Istati Membri l-oħra.

    600. It-tielet, ir-Repubblika tal-Litwanja ssostni li l-obbligu ta’ ritorn ser ikollu konsegwenzi negattivi partikolarment serji għas-SMEs li jirrappreżentaw il-maġġoranza tas-settur, peress li l-impriżi li jimpjegaw biss ftit impjegati mhux ser ikunu jistgħu joperaw kif suppost u joffru s-servizzi tagħhom kontinwament, filwaqt li b’mod ġenerali dan mhux ser ikollu effett fuq l-impriżi l-kbar tat-trasport, li bilkemm jirrappreżentaw 1 % tal-impriżi kollha stabbiliti u li joperaw fl-Unjoni. Il-kompetittività tal-impriżi stabbiliti fl-Istati Membri tal-Unjoni meta mqabbla mal-operaturi tat-trasport ta’ pajjiżi terzi hija mnaqqsa wkoll.

    601. Ir-raba’, ir-Repubblika tal-Litwanja ssostni li l-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat ser ikollu l-effett li jagħlaq is-suq de facto, li jmur kontra t-Trattat dwar l-adeżjoni tal-Litwanja mal-Unjoni li kien jipprevedi li kull restrizzjoni għall-provvista ta’ servizzi mill-operaturi tat-trasport Litwani fil-qasam tat-trasport tal-merkanzija kellha tiġi abolita fi żmien 5 snin mill-adeżjoni tar-Repubblika tal-Litwanja mal-Unjoni. Dan l-għeluq tas-suq huwa inkompatibbli wkoll mal-pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport (353).

    602. Fl-istadju tar-replika, ir-Repubblika tal-Litwanja żżid li d-diskriminazzjoni de facto li jistabbilixxi l-punt 3 tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1055 mhux biss tmur kontra l-Artikolu 18 TFUE, iżda wkoll kontra l-prinċipju tal-ugwaljanza tal-Istati Membri stabbilit fl-Artikolu 4(2) TUE.

    603. Min-naħa tagħha, ir-Repubblika tal-Bulgarija tinvoka ksur tal-Artikolu 18 TFUE, tal-Artikoli 20 u 21 tal-Karta, tal-Artikolu 4(2) TUE u, eventwalment, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li dan huwa rilevanti, tal-Artikolu 95(1) TFUE jew tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Il-piż impost mill-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat jiddependi mis-sitwazzjoni ġeografika tal-Istat Membru ta’ stabbiliment, peress li r-ritorn jimplika distanza u tul ħafna itwal u spejjeż ikbar għall-operaturi tat-trasport stabbiliti fi Stat Membru fil-periferija jew gżira peress li l-parti l-kbira tat-trasport internazzjonali jsir fl-Istati Membri fiċ-ċentru u mhux fl-Istati Membri fil-periferija. Il-pożizzjoni ġeografika hija irrilevanti fir-rigward tal-għan li tiġi żgurata rabta ġenwina bejn l-operaturi tat-trasport u l-Istat Membru ta’ stabbiliment jew il-manutenzjoni korretta tal-vetturi, iżda li kieku l-pożizzjoni ġeografika kellha titqies li hija rilevanti, allura s-sitwazzjonijiet tal-Istati Membri fiċ-ċentru u dik tal-Istati Membri fil-periferija u gżejjer ikunu fundamentalment differenti u ma jistgħux jiġu ttrattati bl-istess mod.

    604. Fl-istadju tar-replika, ir-Repubblika tal-Bulgarija tippreċiża li anki l-forom moħbija ta’ diskriminazzjoni huma problematiċi. Huwa paċifiku li d-domanda għal servizzi ta’ trasport tinsab essenzjalment fiċ-ċentru tal-Unjoni. Ir-rekwiżit artifiċjali ta’ ritorn tal-vetturi huwa forma moħbija ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità u ma huwiex relatat mal-kwistjoni dwar jekk l-operaturi tat-trasport humiex stabbiliti b’mod effettiv u stabbli fl-Istat Membru ta’ stabbiliment tagħhom, iżda joħloq distinzjoni skont il-pajjiż ta’ stabbiliment bejn l-operaturi tat-trasport li jixtiequ jipprovdu servizzi tat-trasport fis-suq uniku. Id-differenza fil-piż ekonomiku tirriżulta direttament mid-differenza fl-Istat Membru ta’ stabbiliment u tikkostitwixxi każ tipiku ta’ trattament mhux ugwali.

    605. Ir-Rumanija targumenta li l-obbligu ta’ ritorn jikser il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, stabbilit fl-Artikolu 18 TFUE. Hija ssostni li l-obbligu ta’ ritorn, għalkemm jidher li huwa nondiskriminatorju, de facto jkollu impatt differenti skont l-Istati Membri kkonċernati u jaffettwa b’mod kunsiderevoli, mhux ugwali u sproporzjonat l-attività ekonomika tal-operaturi tat-trasport stabbiliti fl-Istati Membri li jinsabu fil-periferija tal-Unjoni u jikkontribwixxi sabiex jiżdiedu iktar id-differenzi ekonomiċi bejn l-Istati Membri. Ir-Rumanija ssemmi data dwar is-settur li turi l-ikbar sehem tal-vetturi rreġistrati fl-UE‑13 għall-operazzjonijiet tat-trasport internazzjonali. L-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat irendi diffiċli u oneruż it-twettiq tat-trasport internazzjonali tal-merkanzija lejn l-Ewropa tal-Punent minn kumpanniji stabbiliti fil-periferija tal-Unjoni bħar-Rumanija. Min-naħa tagħhom, l-operaturi tat-trasport tal-UE‑15 jibbenefikaw minn kundizzjonijiet iktar favorevoli sabiex iwettqu operazzjonijiet tat-trasport internazzjonali anki jekk dawn essenzjalment iwettqu operazzjonijiet tat-trasport nazzjonali. Għalhekk, l-attività ta’ dawn l-operaturi tat-trasport ma tiġix affettwata bl-istess mod bħal dik tal-operaturi tat-trasport tal-UE‑15. L-obbligu ta’ ritorn jaqa’ taħt leġiżlazzjoni li tmur kontra l-għanijiet ta’ konverġenza tal-Unjoni, li hija protezzjonista, restrittiva u li toħloq ostakoli għad-dħul fis-swieq esterni għall-operaturi tat-trasport mhux residenti, essenzjalment dawk minn Stati li jinsabu fil-periferija tal-Unjoni. L-effetti tal-obbligu ta’ ritorn għandhom jiġu kkunsidrati flimkien ma’ dawk ta’ dispożizzjonijiet oħra tal-Pakkett dwar il-Mobbiltà, li juri iktar u iktar in-natura diskriminatorja ta’ din il-leġiżlazzjoni. Ir-Rumanija tistaqsi wkoll hawnhekk dwar jekk il-Pakkett dwar il-Mobbiltà josservax ir-rekwiżiti tal-Artikolu 91(2) TFUE u tal-Artikolu 94 TFUE.

    606. Ir-Repubblika ta’ Ċipru tiżviluppa argumenti identiċi għal dawk tar-Repubblika tal-Bulgarija. Hija żżid li, f’dak li jikkonċerna impriża tat-trasport Ċiprijotta, it-tul medju ta’ vjaġġ bir-ritorn minn Ċipru lejn l-Ewropa Ċentrali huwa ta’ mill-inqas 8 ijiem mingħajr ma jitqies id-dewmien possibbli marbut b’mod partikolari mar-riskji tat-temp u li l-proposta li l-operaturi tat-trasport Ċiprijotti ma jipparteċipawx fit-trasport internazzjonali jew jistabbilixxu ruħhom xi mkien ieħor għajr f’Ċipru turi fiha nnifisha n-natura diskriminatorja tal-obbligu ta’ ritorn.

    607. L-Ungerija ssostni li l-obbligu ta’ ritorn imur kontra l-Artikolu 18 TFUE u l-Artikolu 49 TFUE. Hija tfakkar fid-differenzi ġeografiċi diġà msemmija li jikkaratterizzaw is-suq tat-trasport tal-merkanzija bit-triq u d-distinzjoni bejn l-Istati Membri tal-UE‑13 u dawk tal-UE‑15, u ssostni li l-obbligu ta’ ritorn ipoġġi fi żvantaġġ lill-impriżi stabbiliti fl-Istati Membri fil-periferija fid-dawl tat-tul itwal tal-vjaġġi u taż-żieda fl-ispejjeż li jirriżultaw minn dan. L-Istati Membri tal-UE‑13, li fihom it-trasport internazzjonali tal-merkanzija bit-triq jirrappreżenta, fis-suq tax-xogħol, perċentwali ogħla mill-medja tal-Unjoni, awtomatikament jiġu affettwati b’mod iktar sfavorevoli mill-Istati Membri iktar ċentrali. L-Ungerija tqis li madwar żewġ terzi tal-vjaġġi bit-triq ta’ iktar minn 1 000 km jitwettqu minn Stati fil-periferija, ġeneralment lejn ir-reġjuni ċentrali u tal-Punent l-iktar industrijalizzati tal-Unjoni. Iż-żieda fl-ispejjeż marbuta mal-obbligu ta’ ritorn taffettwa ħafna iktar lil dawn l-Istati milli lill-Istati Membri l-oħra tal-Unjoni. L-imsemmi obbligu għalhekk jikkostitwixxi diskriminazzjoni indiretta fir-rigward tal-imsemmija Stati Membri li tpoġġihom f’sitwazzjoni ħafna iktar sfavorevoli. L-Ungerija tiċħad, fl-istadju tar-replika, ir-rilevanza tas-sentenza Fedesa (354), invokata mill-Kunsill u mill-Parlament fid-difiża tagħhom, li kienet tikkonċerna differenza bejn ir-regoli tal-Istati Membri u mhux kriterju oġġettiv bħat-tbegħid ta’ ċerti Stati Membri meta mqabbla mar-reġjuni ċentrali. Bil-ħolqien ta’ kundizzjonijiet mhux ugwali ta’ aċċess għas-suq tat-trasport tal-merkanzija bit-triq, l-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat jimpedixxi l-għan allegatament imfittex mir-Regolament 2020/1055 li tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta. Inċidentalment, l-Ungerija tfakkar ukoll l-obbligi, imposti fuq il-leġiżlatur, li jieħu inkunsiderazzjoni r-riskji ta’ effett gravi fuq il-livell tal-għajxien u l-impjieg f’ċerti reġjuni, skont l-Artikolu 91(1) TFUE, u s-sitwazzjoni ekonomika tal-operaturi tat-trasport meta tiġi adottata kwalunkwe miżura fil-qasam tal-prezzijiet u tal-kundizzjonijiet tat-trasport, skont l-Artikolu 94 TFUE.

    608. Il-Kunsill u l-Parlament, kif ukoll l-intervenjenti insostenn tagħhom, jitolbu li dawn il-motivi kollha jiġu miċħuda.

    2)      Analiżi

    609. L-analiżi li ġejja ser tkun iggwidata mill-prinċipji mfakkra fil-punti 76 et seq. ta’ dawn il-konklużjonijiet u mil-limiti tal-istħarriġ ġudizzjarju kif irrikonoxxuti mill-Qorti tal-Ġustizzja u mfakkra fil-punt 80 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    610. Fir-rigward tal-ilmenti bbażati fuq ksur tal-Artikoli 26 TFUE u 49 TFUE u, b’mod iktar wiesa’, fuq ostakolu għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern, żviluppati mir-Repubblika tal-Litwanja, mir-Repubblika tal-Bulgarija, mir-Repubblika ta’ Ċipru u mill-Ungerija, nagħmel riferiment għall-parti tal-analiżi tiegħi ddedikata għall-motivi bbażati fuq ksur tal-libertajiet ekonomiċi (355).

    611. Fir-rigward tal-ilmenti mqajma mill-Ungerija fil-kuntest tal-motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni u bbażati fuq ksur tal-Artikolu 91(2) TFUE u tal-Artikolu 94 TFUE, dawn ma jikkostitwixxux motiv separat minn dak ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni. Madankollu, fi tmiem l-analiżi tagħha dwar dan il-prinċipju, l-Ungerija titlob, fil-punt 106 tar-rikors tagħha, l-annullament tal-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat minħabba ksur tad-“dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq tat-Trattat FUE”, li jinkludu l-Artikolu 91(1) TFUE u l-Artikolu 94 TFUE. Għalkemm imqajma b’mod sommarju (356), dawn l-argumenti ser jiġu analizzati, fejn xieraq, fil-parti ddedikata għal dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet. L-istess jgħodd għall-invokazzjoni mir-Rumanija ta’ dawn iż-żewġ artikoli fil-kuntest tal-motiv tagħha bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni (357).

    612. Fir-rigward tal-ilment ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 95(1) TFUE invokat mir-Repubblika tal-Bulgarija u mir-Repubblika ta’ Ċipru, nirrileva, bi qbil mal-Kunsill, li dan ma jistax jintlaqa’ peress li dan l-artikolu jipprojbixxi d-diskriminazzjonijiet li jikkonsistu fl-applikazzjoni, minn operatur tat-trasport, għall-istess merkanzija fuq l-istess relazzjonijiet ta’ traffiku, ta’ prezzijiet u ta’ kundizzjonijiet ta’ trasport differenti minħabba l-pajjiż ta’ oriġini jew ta’ destinazzjoni tal-prodotti ttrasportati, li la r-Repubblika tal-Bulgarija u lanqas ir-Repubblika ta’ Ċipru ma stabbilixxew li kien ser ikun l-effett tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat u li, minkejja dan, l-Artikolu 95(1) TFUE jibqa’ japplika bla ħsara għall-possibbiltà rrikonoxxuta lill-Parlament u lill-Kunsill mit-tieni paragrafu ta’ dan l-artikolu li jadottaw miżuri li jidderogaw minn din il-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni speċifika, abbażi tal-Artikolu 91(1) TFUE, li preċiżament jikkostitwixxi – infakkar – il-bażi legali tar-Regolament 2020/1055.

    613. Għall-kumplament, ir-rikorrenti jsostnu li l-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat jikkostitwixxi diskriminazzjoni bejn l-Istati Membri (ir-Rumanija u l-Ungerija), diskriminazzjoni bejn l-Istati Membri gżejjer u l-Istati Membri kontinentali (ir-Repubblika ta’ Ċipru), diskriminazzjoni bejn l-Istati Membri kbar u dawk żgħar (ir-Repubblika tal-Litwanja), diskriminazzjoni indiretta kontra l-operaturi tat-trasport tal-Istati Membri fil-periferija (ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Rumanija), diskriminazzjoni bejn il-mezzi ta’ trasport (ir-Repubblika tal-Litwanja), diskriminazzjoni bejn is-SMEs u forom oħra li fihom l-operaturi tat-trasport huma kkostitwiti (ir-Repubblika tal-Litwanja), u diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità (ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Rumanija, ir-Repubblika ta’ Ċipru, l-Ungerija).

    614. L-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat, kif ifformulat fil-punt 3 tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1055 jippreċiża l-kundizzjoni, neċessarja iżda mhux suffiċjenti, għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq li dan ikollu “stabbiliment effettiv u stabbli fi Stat Membru” kif jirriżulta mill-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament Nru 1071/2009. Għalhekk, l-impriżi kollha, żgħar, medji jew kbar, irrispettivament mill-Istat Membru ta’ stabbiliment tagħhom, li jeżerċitaw l-imsemmija professjoni għandhom ikunu stabbiliti b’mod stabbli u effettiv fi Stat Membru, li jimplika, b’mod partikolari, b’għażla tal-leġiżlatur tal-Unjoni, ir-ritorn tal-vetturi tagħhom kull tmien ġimgħat f’dan l-Istat Membru. L-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat huwa għalhekk intiż sabiex jiżgura n-natura stabbli u effettiva fl-Istat Membru ta’ stabbiliment tal-impriżi tat-trasport li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1071/2009, li jidhru, f’dan ir-rigward, li huma ttrattati b’mod identiku. Inżid li dan ir-regolament jadotta definizzjoni partikolarment wiesgħa tal-kunċett ta’ “impriża” (358) li tista’ tkopri l-forom kollha li fihom trasportatur jista’ jikkostitwixxi ruħu. Għalhekk, il-punt 3 tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1055 jimponi b’mod ġenerali u mingħajr distinzjoni obbligu ta’ ritorn fuq dawn l-operaturi tat-trasport.

    615. Għad irid jiġi vverifikat jekk l-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat għandux l-effett li jittratta bl-istess mod sitwazzjonijiet li huma differenti, u dan jeħtieġ li wieħed jeżamina jekk is-sitwazzjonijiet differenti invokati fiċ-ċirkustanzi mfakkra fil-punt 79 ta’ dawn il-konklużjonijiet humiex komparabbli jew le. Għalhekk, għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-għan u l-iskop imfittxija mill-obbligu kkontestat kif ukoll lill-prinċipji u l-għanijiet tal-politika tat-trasport.

    616. Kif fakkru l-Parlament u l-Kunsill fis-sottomissjonijiet bil-miktub tagħhom, l-għan imfittex mill-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat jirriżulta mill-premessi 6 u 8 tar-Regolament 2020/1055. Fuq il-bażi tal-“esperjenza miksuba”, li kienet ġiet enfasizzata wkoll fil-valutazzjoni tal-impatt, kien meħtieġ li jiġu ċċarati u msaħħa d-dispożizzjonijiet dwar l-eżistenza ta’ stabbiliment effettiv u stabbli, skont l-evalwazzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni, sabiex tiġi żgurata l-preżenza reali tal-operaturi tat-trasport fl-Istat Membru ta’ stabbiliment tagħhom, bl-għan li jiġi miġġieled il-fenomenu ta’ “kumpanniji fantażma”, sabiex jiġu ggarantiti l-kompetizzjoni leali u kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusti fis-suq intern. Il-premessa 8 tar-Regolament 2020/1055 iżżid li l-eżistenza ta’ rabta ġenwina mal-Istat Membru ta’ stabbiliment tikkontribwixxi biex jitnaqqas ir-riskju ta’ kabotaġġ sistematiku u ta’ xufiera nomadiċi organizzati minn impriża li lejha l-vetturi ma jirritornawx. L-obbligu ta’ ritorn għandu wkoll, skont l-evalwazzjoni tal-leġiżlatur, jikkontribwixxi għall-manutenzjoni korretta tal-vetturi u jiffaċilita l-kontrolli (359).

    617. Filwaqt li huwa probabbli li l-konformità mal-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat ser tinvolvi spiża, dak li jiddetermina l-intensità tal-ispiża ma huwiex daqstant id-distanza ġeografika koperta iżda l-konformità minn qabel man-natura effettiva tal-istabbiliment. Fil-fatt, impriża li qatt ma tirritorna l-vetturi tagħha ser iġġarrab piżijiet ikbar li jirriżultaw mill-obbligu ta’ ritorn minn impriża li kienet diġà tirritorna l-vetturi tagħha b’mod regolari.

    618. Anki jekk ir-ritorn ikun jimplika iktar spejjeż meta d-distanza koperta għar-ritorn tkun itwal, għandu jiġi kkonstatat li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni ma tobbligax lill-operaturi tat-trasport joperaw f’suq imbiegħed mill-post ta’ stabbiliment tagħhom u lanqas ma tipprekludihom milli jittrasferixxu l-istabbiliment tagħhom eqreb lejn is-suq li fih jixtiequ joperaw. L-argument invokat mir-Repubblika tal-Litwanja li l-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat ser ikollu l-konsegwenza li jagħlaq de facto s-suq għandu għalhekk jiġi miċħud (360), bħalma għandu jiġi miċħud ukoll dak ibbażat fuq allegata inkompatibbiltà bejn l-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat u l-White Paper tal-Kummissjoni invokata fid-dawl tal-assenza, kif diġà ġie mfakkar, ta’ natura leġiżlattiva ta’ tali dokument (361). Kif diġà indikajt, l-għażla tal-post ta’ stabbiliment hija d-deċiżjoni kummerċjali esklużiva tal-operaturi tat-trasport. L-obbligu ta’ ritorn għalhekk ser jaffettwa iktar lil ċerti operaturi li, għal raġunijiet kummerċjali, iddeċidew li jistabbilixxu ruħhom fil-periferija tal-Unjoni filwaqt li jeżerċitaw, b’mod permanenti jew fil-parti l-kbira, għall-kuntrarju ta’ dak li tipprevedi l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni f’dan il-qasam, fit-territorju ta’ Stati Membri mbiegħda li fihom jipprovdu l-maġġoranza tas-servizzi ta’ trasport. Issa, dan huwa preċiżament l-effett mixtieq.

    619. L-argument ibbażat fuq diskriminazzjoni abbażi tal-mezz ta’ trasport għandu jiġi miċħud peress li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li mhux is-setturi kollha tat-trasport jinsabu f’sitwazzjonijiet komparabbli (362) u li, konsegwentement, is-sitwazzjoni tal-impriżi li joperaw fis-settur tal-attivitajiet ta’ mezzi differenti ta’ trasport ma hijiex komparabbli (363).

    620. Sussegwentement, ir-rikorrenti jsostnu li l-operaturi tat-trasport fil-periferija tal-Ewropa ma jistgħux jiġu ttrattati bl-istess mod bħall-operaturi fl-Ewropa tal-“Punent”. Tali argument, li kieku kellu jiġi aċċettat, iwassal għal trattament differenti, fid-dawl tar-rekwiżit ta’ stabbiliment stabbli u effettiv, għall-operaturi tat-trasport li għażlu li jistabbilixxu ruħhom ’il bogħod mis-suq fejn jixtiequ jipprovdu servizzi ta’ trasport u fejn jixtiequ jibbażaw il-vetturi tagħhom b’mod permanenti.

    621. Issa, l-ewwel, dan l-argument iservi biex jikkontesta l-għan imfittex mil-leġiżlatur, li ma huwiex il-kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja li tistħarreġ. It-tieni, l-effetti mhux ugwali prodotti jew l-asimetrija tal-piżijiet (364) li jirriżultaw għall-operaturi tat-trasport mill-applikazzjoni mingħajr distinzjoni tal-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat ma jmorrux, fihom infushom, kontra l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament (365) iżda huma r-riżultat ta’ kundizzjonijiet operazzjonali differenti. It-tielet, il-benefiċċji li jirriżultaw minn sitwazzjoni ta’ evażjoni tal-leġiżlazzjonijiet tal-Unjoni ma humiex protetti minn dan il-prinċipju. Ir-raba’, ma hijiex ir-responsabbiltà tal-leġiżlatur tal-Unjoni li jiggarantixxi n-newtralità ekonomika tal-għażla tal-Istat Membru ta’ stabbiliment. Il-ħames, l-ispejjeż allegati mir-rikorrenti bħala riżultat tal-obbligu ta’ ritorn evidentement ma jqisux it-telf tal-profitti għall-Istati Membri li fit-territorju tagħhom l-operaturi ma humiex stabbiliti iżda għandhom preżenza kważi permanenti, li madankollu għandu manifestament jittieħed inkunsiderazzjoni wkoll mil-leġiżlatur tal-Unjoni (366), b’tali mod li dan tal-aħħar ma kellux l-intenzjoni li jiffavorixxi lil ċerti Stati Membri fuq oħrajn iżda wettaq “bilanċ mill-ġdid tal-fatturi li fir-rigward tagħhom l-impriżi stabbiliti fid-diversi Stati Membri jistgħu jikkompetu bejniethom” (367). Is-sitt, billi jeħtieġ rabta reali mal-Istat Membru tal-istabbiliment, li, skont il-leġiżlatur, hija mmanifestata b’mod partikolari bir-ritorn regolari tal-vetturi lejn dan l-Istat, l-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi huwa maħsub, kif ġustament ġie affermat mill-Parlament, biex tiġi żgurata n-natura temporanja tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi ta’ operaturi tat-trasport mhux residenti fit-territorju ta’ Stati Membri oħra u biex jinkiseb bilanċ mal-eżerċizzju tad-dritt ta’ stabbiliment li huwa permanenti.

    622. Fir-rigward tal-ilmenti bbażati fuq diskriminazzjoni fuq bażi ġeografika, dawn fundamentalment iqajmu problema ta’ definizzjoni, peress li l-periferija tal-Unjoni ma hijiex limitata għall-parti tal-Lvant tagħha, b’mod partikolari. Kif għandna nikkwalifikaw iċ-ċentru? X’inhu Stat żgħir jekk il-kriterju ma jibqax dak tal-post ġeografiku iżda dak tad-daqs? Stat gżira żgħir qiegħed f’sitwazzjoni iktar differenti minn dik ta’ Stat kontinentali żgħir jew ta’ Stat gżira kbir? Huwa impossibbli li l-leġiżlatur tal-Unjoni jkun meħtieġ jittratta lill-Istati Membri b’mod differenti abbażi ta’ dawn il-karatteristiċi partikolari preżunti. L-oppożizzjoni li l-parti l-kbira tar-rikorrenti jallegaw sabiex isostnu l-każ tagħhom, u li tpoġġi kontra xulxin żewġ Ewropi “ġeografiċi”, tirriżulta, fil-fehma tiegħi, minn tentattiv li d-data ġeografika tiġi artifiċjalment imqabbla ma’ realtà ekonomika. Dak li jikkaratterizza lill-Istati Membri tal-“periferija” tal-Unjoni, kif mifhuma mir-rikorrenti, ma huwiex il-fatt li jinsabu fil-periferija, iżda l-fatt li għandhom spejjeż operazzjonali ferm iktar baxxi meta mqabbla mal-“bqija” tal-Unjoni. Huwa b’dan il-mod li għandha tinftiehem il-kategorizzazzjoni inkluża fil-valutazzjoni tal-impatt bejn l-UE‑15 u l-UE‑13 (368).

    623. Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-istudju Ricardo tal‑2021 li jikkonferma li l-operaturi tat-trasport stabbiliti fl-Istati Membri tal-UE‑13 iġarrbu iktar il-konsegwenzi negattivi marbuta mal-obbligu ta’ ritorn, għandu jiġi kkonstatat, bi qbil mal-Parlament, li din l-analiżi, minn naħa, tirrikonoxxi li n-natura u l-portata tal-ispejjeż tal-implimentazzjoni jiddependu ħafna mir-reazzjoni tas-suq (369) u, min-naħa l-oħra, li l-valutazzjoni tal-impatt ta’ din il-miżura tissuġġerixxi li l-operaturi tat-trasport “tal-Lvant” ser iżommu l-vantaġġ kompetittiv tagħhom f’termini tal-ispejjeż meta mqabbla mal-operaturi tat-trasport tal-Punent (370). Din il-kategorizzazzjoni ma hijiex ibbażata fuq kriterju ġeografiku, iżda fuq il-livell tal-ispejjeż operazzjonali mġarrba mill-operaturi tat-trasport (371). F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi konkluż li ma hemmx diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità.

    624. Fir-rigward tal-allegazzjoni ta’ ksur tal-ugwaljanza bejn l-Istati Membri u ta’ ksur tal-Artikolu 4(2) TUE (372), diġà kkonstatajt li l-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat japplika b’mod ugwali fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni u li l-eventwali effetti diverġenti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tar-Regolament 2020/1055 ma jistgħux jikkostitwixxu diskriminazzjoni (373).

    625. Għar-raġunijiet preċedenti kollha, il-motivi bbażati fuq ksur, bl-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat, tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni għandhom jiġu miċħuda bħala infondati.

    d)      Fuq ilmotivi bbażati fuq ksur talprinċipju ta’ proporzjonalità

    626. Ir-rikorrenti kollha żviluppaw, fir-rikorsi rispettivi tagħhom, motiv ibbażat fuq ksur, mill-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat, tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Ser nibda billi nikkunsidra l-kritika li saret lill-Parlament u lill-Kunsill talli ma wettqux valutazzjoni tal-impatt ta’ dan l-obbligu, qabel ma ngħaddi, jekk ikun meħtieġ, għall-eżami tal-proporzjonalità ta’ din il-miżura.

    1)      Fuq leżami mil-leġiżlatur talUnjoni talproporzjonalità talobbligu ta’ ritorn talvetturi kull tmien ġimgħat

    i)      Largumenti talpartijiet

    627. Ir-Repubblika tal-Litwanja ssostni, għalkemm fil-kuntest ta’ motiv distint minn dak ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, argumenti marbuta ma’ ksur ta’ dan il-prinċipju minħabba l-assenza ta’ valutazzjoni tal-impatt (374) li għandhom jiġu eżaminati hawnhekk. Ir-Repubblika tal-Litwanja targumenta li l-Proposta inizjali tal-Kummissjoni għal Regolament ma kinitx tinkludi regola dwar ir-ritorn ta’ vetturi tqal tal-merkanzija lejn ċentru operazzjonali tal-impriża, u għalhekk dan ir-rekwiżit ma kienx ġie eżaminat mill-Kummissjoni fil-valutazzjoni tal-impatt tagħha (375). Il-Kunsill u l-Parlament introduċew l-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat matul il-proċedura leġiżlattiva u kellhom, skont dak li jirrakkomanda l-Ftehim Interistituzzjonali, iwettqu valutazzjoni tal-impatt ġdida. Tali obbligu jirriżulta wkoll mill-Artikolu 11 TUE, mill-Artikoli 2 u 5 tal-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità u mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Ir-Repubblika tal-Litwanja ssostni li l-introduzzjoni ta’ dan l-obbligu tikkostitwixxi emenda sostanzjali meta mqabbla mal-Proposta inizjali tal-Kummissjoni għal Regolament u li għalhekk kien neċessarju li ssir valutazzjoni tal-impatt. In-natura sostanzjali tal-emenda li saret tirriżulta mill-importanza ekonomika u ambjentali tal-obbligu ta’ ritorn. Il-Kunsill u l-Parlament ma rreferew għal ebda raġuni oġġettiva li minħabba fiha la kien utli u lanqas neċessarju li ssir valutazzjoni tal-impatt ta’ din l-emenda sostanzjali. In-neċessità ta’ tali analiżi hija kkonfermata kemm mill-pożizzjoni difiża b’mod konsistenti mill-Kummissjoni fir-rigward tad-dispożizzjoni kkontestata kif ukoll mill-istudju Ricardo tal‑2021 imwettaq fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni. Il-Parlament u l-Kunsill ma motivawx l-għażla tagħhom li jagħmlu eċċezzjoni għar-regola li tipprovdi li huma kellhom iwettqu valutazzjoni tal-impatt tal-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi u ma pproduċew l-ebda prova li turi sitwazzjoni partikolari li kienet tippermetti li jitħalla barra dan il-pass, u lanqas ma pprovdew informazzjoni suffiċjenti dwar il-proporzjonalità tal-proposta l-ġdida. L-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati l-oħra, għall-kuntrarju, ipprovdew pubblikament, matul il-proċedura leġiżlattiva, informazzjoni lill-Parlament u lill-Kunsill li kienet turi n-neċessità li ssir valutazzjoni tal-impatt. Għalhekk, filwaqt li l-frekwenza preċiża tar-ritorn obbligatorju tal-vetturi tqal kienet għadha qiegħda tiġi diskussa, l-IRU kienet bagħtet ittra miftuħa (376) lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni fejn talbithom jeżaminaw il-konsegwenzi tal-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi tqal u pprovdiet ir-riżultati tal-kalkoli tagħha dwar l-effetti dannużi fuq l-ambjent. Il-Parlament u l-Kunsill ma ħadux inkunsiderazzjoni din l-informazzjoni. L-elementi li jinsabu fir-risposti tagħhom, bħalma huma dikjarazzjonijiet dwar l-impatt allegatament imnaqqas fuq l-ambjent, ir-riferiment repetut għall-valutazzjoni tal-impatt imwettqa mill-Kummissjoni li ma fihiex evalwazzjoni tad-dispożizzjonijiet ikkontestati, suppożizzjonijiet infondati li jikkonċernaw miżuri oħra proposti mill-Kummissjoni li ma ġewx riprodotti fir-Regolament 2020/1055, spekulazzjonijiet ipotetiċi, jew saħansitra żbaljati, dwar l-ispiża tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ikkontestati kif ukoll in-nuqqas totali ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-effetti negattivi fuq l-ekonomija tal-Istati Membri fil-periferija jikkonfermaw madankollu ksur manifest tal-obbligu li titwettaq valutazzjoni tal-impatt.

    628. Ir-Repubblika tal-Bulgarija ssostni li l-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat jikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità minqux fl-Artikolu 5(4) TUE u fl-Artikolu 1 tal-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità. Fil-fehma tagħha, il-Parlament u l-Kunsill ma kellhomx għad-dispożizzjoni tagħhom analiżi ekonomika u lanqas data oħra li setgħu jikkonfermaw il-proporzjonalità ta’ dan l-obbligu, li ma kienx parti mill-Proposta inizjali tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, dan l-obbligu ma kienx suġġett għal valutazzjoni tal-impatt, minkejja t-talbiet repetuti minn ċerti Stati Membri u l-provi miġjuba għall-attenzjoni tal-Parlament u tal-Kunsill fir-rigward tal-impatt sproporzjonat ta’ din il-miżura. Ma saret l-ebda konsultazzjoni mal-KtR jew mal-KESE. Għaldaqstant, il-konvenuti ma humiex f’pożizzjoni li juru li huma effettivament eżerċitaw is-setgħa ta’ evalwazzjoni tagħhom waqt l-adozzjoni ta’ att jew li kienu f’pożizzjoni li jieħdu inkunsiderazzjoni l-elementi u ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha tas-sitwazzjoni li dan l-att kien intiż li jirregola. Huma la pproduċew u lanqas esponew b’mod ċar u inekwivoku d-data bażika li kellha tittieħed inkunsiderazzjoni bħala bażi għall-miżuri kkontestati u li minnha kien jiddependi l-eżerċizzju tas-setgħa ta’ evalwazzjoni tagħhom. L-istudju Ricardo tal‑2021 ikkonferma li l-leġiżlatur tal-Unjoni ma kellux informazzjoni suffiċjenti għall-finijiet tal-adozzjoni tal-obbligu dwar ir-ritorn tal-vetturi, kif tixhed id-differenza kunsiderevoli bejn il-konklużjonijiet tiegħu u ċ-ċifri mressqa mill-Kunsill.

    629. Ir-Rumanija ssostni, fil-kuntest tal-ewwel parti tal-ewwel motiv tar-rikors fil-Kawża C‑547/20, li l-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat jikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità. Wara li tiddefinixxi dan il-prinċipju u r-rekwiżiti li jirriżultaw minnu, ir-Rumanija ssostni li dan l-obbligu ma kienx parti mill-miżuri previsti fil-proposta inizjali tal-Kummissjoni u li ma kienx is-suġġett ta’ valutazzjoni tal-impatt la f’din il-proposta u lanqas sussegwentement, meta l-Kunsill u l-Parlament emendaw din il-proposta sabiex jinkludu fiha l-obbligu ta’ ritorn. Issa, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ommissjoni ta’ valutazzjoni tal-impatt tikkostitwixxi ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità meta l-leġiżlatur ma jkunx f’sitwazzjoni partikolari li tiġġustifika li ma ssirx valutazzjoni u meta ma jkollux biżżejjed elementi li jippermettulu jevalwa l-proporzjonalità ta’ miżura adottata. Il-punt 15 tal-Ftehim Interistituzzjonali jipprevedi wkoll li dawn l-istituzzjonijiet għandhom jirrikorru għal valutazzjoni tal-impatt meta jidhrilhom li dan ikun xieraq u meħtieġ għall-finijiet tal-proċess leġiżlattiv u meta jintroduċu emendi sostanzjali meta mqabbla mal-proposta tal-Kummissjoni. L-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat jikkostitwixxi tali emenda. Il-valutazzjoni tal-impatt kienet iktar u iktar neċessarja fid-dawl tal-karatteristiċi speċifiċi tal-qasam tat-trasport u tal-konsegwenzi amministrattivi u finanzjarji mġarrba mill-operaturi tat-trasport minħabba l-adozzjoni tar-Regolament 2020/1055. Mhux biss il-leġiżlatur tal-Unjoni ma wettaqx, kif kellu jagħmel, valutazzjoni tal-impatt, iżda lanqas ma ħa inkunsiderazzjoni d-dokumenti xjentifiċi użati mill-Istati Membri matul il-proċedura sabiex ikun jista’ jeżerċita effettivament is-setgħa ta’ evalwazzjoni tiegħu. L-adozzjoni tal-obbligu ta’ ritorn minkejja n-nuqqas ta’ valutazzjoni tal-impatt, ta’ data xjentifika jew ta’ rapporti insostenn tal-introduzzjoni ta’ tali obbligu tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità peress li l-leġiżlatur tal-Unjoni mar lil hinn mil-limiti tas-setgħa ta’ evalwazzjoni tiegħu.

    630. Ir-Repubblika ta’ Ċipru tiżviluppa argumenti identiċi għal dawk tar-Repubblika tal-Bulgarija.

    631. L-Ungerija ssostni li, meta adotta l-obbligu ta’ ritorn, il-leġiżlatur ma eżerċitax b’mod korrett is-setgħa ta’ evalwazzjoni tiegħu. Hija tikkritika lil-leġiżlatur tal-Unjoni talli naqas milli jeżamina l-effetti tal-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat fuq l-ispejjeż imġarrba mill-impriżi għall-attività tat-trasport, fuq is-settur kollu kif ukoll fuq l-ambjent u l-klima. L-Ungerija ma taf bl-ebda studju mħejji mill-Parlament jew mill-Kunsill li kien jippermettilhom jevalwaw dawn l-elementi kollha. Il-leġiżlatur tal-Unjoni għalhekk la kien f’pożizzjoni li jevalwa l-proporzjonalità tal-obbligu ta’ ritorn u lanqas li jiżgura ruħu li dan ma kienx manifestament sproporzjonat. In-nuqqas ta’ valutazzjoni tal-impatt huwa kkorroborat mid-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li fiha hija esprimiet riżervi fuq dan l-obbligu (377).

    632. Wara li tfakkar il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll l-Artikolu 5 tal-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità, ir-Repubblika ta’ Malta ssostni li, peress li ma twettqet l-ebda valutazzjoni tal-impatt, il-leġiżlatur tal-Unjoni ma kellux elementi suffiċjenti, fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, li jippermettulu jevalwa l-proporzjonalità tal-miżura prevista. Il-Kunsill u l-Parlament ma kinux evalwaw l-impatt ekonomiku u ambjentali tal-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat, impatt li madankollu kien ħasseb lill-Kummissjoni (378).

    633. Ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li l-punt 3(a) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1055 jikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità. Wara li tfakkar il-kriterji tal-evalwazzjoni tal-proporzjonalità li jirriżultaw mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li l-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat ma kienx suġġett għal valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni. Il-Ftehim Interistituzzjonali jirrikjedi li ssir valutazzjoni tal-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali b’mod integrat u bbilanċjat, u li jintużaw analiżijiet kemm kwalitattivi kif ukoll kwantitattivi. Fid-dawl tal-influwenza sinjifikattiva tar-Regolament 2020/1055 fuq l-attività tas-settur tat-trasport bit-triq, l-impatti tal-obbligi li jinsabu fih kellhom jiġu analizzati, li kien il-kompitu tal-Kunsill u tal-Parlament li jagħmlu peress li kellhom l-intenzjoni li jitbiegħdu mill-Proposta inizjali tal-Kummissjoni, kif previst fil-punt 15 tal-Ftehim Interistituzzjonali. Fin-nuqqas ta’ tali valutazzjoni, li hija fundamentali għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-proporzjonalità tal-obbligu ta’ ritorn, il-leġiżlatur tal-Unjoni kien kiser il-prinċipju ta’ proporzjonalità, peress li l-imsemmi leġiżlatur ma kienx f’sitwazzjoni partikolari li kienet teħtieġ li ma ssirx valutazzjoni u ma kellux informazzjoni suffiċjenti biex ikun jista’ jevalwa l-proporzjonalità tal-miżura adottata (379). Għall-kuntrarju ta’ dak li jallega l-Kunsill, l-ilmenti ma jirrigwardawx in-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni ta’ Stat Membru wieħed iżda dik ta’ bosta minnhom, jiġifieri tal-Istati li jinsabu fil-periferija tal-Unjoni. Barra minn hekk, li kieku l-leġiżlazzjoni kkontestata kellha tiġi kkunsidrata bħala intiża sabiex tipprevjeni l-prattika reali ta’ xufiera li rarament jirritornaw lejn darhom, il-vjaġġi addizzjonali li jirriżultaw minnha, b’mod partikolari l-konsegwenzi ambjentali, kien jistħoqqilhom valutazzjoni ddettaljata.

    634. Il-Kunsill u l-Parlament, kif ukoll l-intervenjenti insostenn tagħhom, jikkonkludu li ma hemmx ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. L-istituzzjonijiet konvenuti jsostnu li l-kunċett ta’ “sitwazzjoni partikolari”, li għalih jagħmel riferiment il-punt 85 tas-sentenza Ir‑Repubblika Ċeka vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (380), għandu jinqara bħala riferiment għas-sitwazzjoni speċifika inkwistjoni f’dik il-kawża u li din is-sentenza tikkonċerna sitwazzjoni kompletament differenti minn dik ta’ dawn ir-rikorsi, peress li ma kienet saret l-ebda valutazzjoni tal-impatt. Il-Kunsill ifakkar il-ġurisprudenza li tgħid li l-valutazzjoni tal-impatt ma hijiex vinkolanti fuq il-Parlament u l-Kunsill, li jibqgħu liberi li jadottaw miżuri differenti minn dawk li kienu s-suġġett ta’ tali valutazzjoni u li s-sempliċi fatt li jadottaw miżura differenti u, jekk meħtieġa, iktar stretta minn dawk previsti mill-Kummissjoni fil-valutazzjoni tal-impatt ma huwiex ta’ natura li juri li marru manifestament lil hinn mil-limiti ta’ dak li kien neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan imfittex. Il-Ftehim Interistituzzjonali ma jinkludix obbligu li ssir valutazzjoni tal-impatt ġdida peress li jillimita ruħu li jipprevedi l-possibbiltà għal-leġiżlatur li jwettaq tali valutazzjoni jekk il-Parlament u l-Kunsill iqisu li dan ikun xieraq u meħtieġ għall-finijiet tal-proċess leġiżlattiv, u l-leġiżlatur huwa liberu li jieħu inkunsiderazzjoni mhux biss il-valutazzjoni tal-impatt iżda wkoll kull sors ieħor ta’ informazzjoni. Is-setgħa ta’ evalwazzjoni wiesgħa tal-leġiżlatur tapplika għalhekk kemm għan-natura u għall-portata tad-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati kif ukoll għall-konstatazzjoni tad-data bażika. L-ebda bażi legali ma tista’ ssostni l-pożizzjoni tar-Repubblika tal-Litwanja li tgħid li l-leġiżlatur jista’ ma jwettaqx valutazzjoni tal-impatt biss meta dan ikun iġġustifikat b’mod espliċitu. Il-marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ tal-leġiżlatur tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li ma huwiex obbligat jibbaża ruħu biss fuq data li tikkonċerna individwalment l-emenda inkwistjoni u fis-sens li lanqas ma huwa obbligat jislet l-istess konklużjonijiet bħal dawk tar-rapporti u tal-istudji għad-dispożizzjoni tiegħu. Il-leġiżlatur tal-Unjoni seta’ għalhekk jibbaża ruħu fuq l-informazzjoni tal-valutazzjoni tal-impatt dwar l-istat tas-suq u jiddeċiedi li jadotta miżuri parzjalment differenti. Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tirrikonoxxi li l-leġiżlatur tal-Unjoni jista’ jibbaża ruħu fuq konstatazzjonijiet globali. Fil-każ kuntrarju, kieku kellha tkun meħtieġa valutazzjoni tal-impatt meta n-negozjati interistituzzjonali jwasslu għal ftehim dwar miżuri li jfittxu b’mod ftit differenti l-istess għan meta mqabbla ma’ dawk previsti mill-Kummissjoni, ikun hemm riskju ta’ dewmien fl-adozzjoni tal-atti leġiżlattivi u ta’ tfixkil fil-bilanċ istituzzjonali peress li jkun hemm inċentiv qawwi sabiex jiġu adottati biss is-soluzzjonijiet evalwati mill-Kummissjoni, minkejja li l-valutazzjoni tal-impatt ma hijiex vinkolanti fuq il-Parlament jew il-Kunsill. Skont il-Kunsill, l-għan tal-valutazzjoni tal-impatt ma huwiex li tiġi ppreżentata l-ġustifikazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni iżda li jiġu esposti soluzzjonijiet differenti u, skont il-punt 12 tal-Ftehim Interistituzzjonali, din il-valutazzjoni ma tissostitwixxix id-deċiżjonijiet politiċi meħuda fil-kuntest tal-proċess deċiżjonali u demokratiku. Il-Parlament isostni li l-fatt li ma ssirx valutazzjoni tal-impatt ma jikkostitwixxix ksur tat-Trattati sakemm ma jintweriex li l-miżura adottata mil-leġiżlatur hija manifestament xierqa u li d-dispożizzjonijiet invokati ma jistgħux jiġu interpretati fis-sens li joħolqu obbligu proċedurali awtonomu li jeżiġi li l-leġiżlatur tal-Unjoni jwettaq valutazzjonijiet tal-impatt.

    635. In-natura xierqa u neċessarja tat-twettiq ta’ valutazzjoni tal-impatt addizzjonali għandha tiġi evalwata fil-kuntest tal-istħarriġ ta’ proporzjonalità u għalhekk tiddependi mill-informazzjoni disponibbli xi mkien ieħor. Il-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni tinkludi informazzjoni dwar il-problemi li jeħtieġu tisħiħ tal-kriterji ta’ stabbiliment stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1071/2009 u dwar il-ħtieġa li jiġi evitat vantaġġ kompetittiv mhux iġġustifikat fuq l-operaturi tat-trasport tal-Istati Membri fejn l-istandards huma iktar stretti. Din il-valutazjzoni eżaminat seba’ kriterji ta’ stabbiliment distinti, li wħud minnhom kienu diġà jeħtieġu l-preżenza tal-vetturi fl-Istat Membru ta’ stabbiliment. L-obbligu ta’ ritorn jikkostitwixxi, f’dan ir-rigward, mezz ieħor sabiex jintlaħaq l-istess riżultat.

    636. Il-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni tipprovdi wkoll evalwazzjoni tad-diversi rekwiżiti ġodda proposti mill-Kummissjoni, fosthom dik, iktar restrittiva, li jkun hemm attività sinjifikattiva ta’ trasport jew ta’ operat fil-pajjiż ta’ stabbiliment jew li jkun hemm minn tal-inqas kuntratt kummerċjali wieħed fil-pajjiż ta’ stabbiliment u l-ispejjeż assoċjati kif ukoll it-tqassim tagħhom. Minn dan isegwi li l-operaturi tat-trasport li l-preżenza tagħhom fil-pajjiż ta’ stabbiliment hija fil-fatt diġà reali u kostanti ma jkollhomx għalfejn iġarrbu ħafna spejjeż addizzjonali relatati mal-implimentazzjoni tal-obbligi l-ġodda previsti fir-Regolament 2020/1055, jekk mhux xejn (381). Il-Parlament isostni li waħda mill-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tal-impatt kienet tippromwovi soluzzjoni ta’ politika pubblika, li tinkludi s-seba’ miżuri identifikati mill-Kummissjoni f’din il-valutazzjoni, intiżi sabiex jiggarantixxu attività sinjifikattiva ta’ trasport jew ta’ operat fl-Istat Membru li x’aktarx kienu ser jinvolvu, għall-operaturi tat-trasport tal-UE‑15, spejjeż addizzjonali ta’ 15 sa 18 %, u għall-operaturi tat-trasport tal-UE‑13, spejjeż addizzjonali ta’ 33 sa 36 %, jiġifieri EUR 1.09 biljuni fi spejjeż fis-sena għas-settur għall-perijodu 2020‑2035, li jfisser inqas minn 0.03 % tal-ispejjeż operazzjonalii totali (382).

    637. Fir-rigward tal-eżistenza ta’ bażi oġġettiva soda, il-leġiżlatur tal-Unjoni kellu biżżejjed dokumenti u informazzjoni għad-dispożizzjoni tiegħu. Il-komponent soċjali tal-valutazzjoni tal-impatt jinkludi evalwazzjoni tat-tul taċ-ċikli ta’ trasport, li wasslet lil-leġiżlatur tal-Unjoni sabiex jikkunsidra s-sinkronizzazzjoni tal-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi ma’ dak tax-xufiera sabiex jiġu limitati l-effetti negattivi tiegħu. Din il-valutazzjoni tal-impatt ikkonkludiet ukoll li ma kien hemm l-ebda impatt ambjentali negattiv marbut mar-ritorn iktar frekwenti tax-xufiera peress li, skont il-Kunsill, ix-xufiera diġà kienu jirritornaw regolarment (iktar minn darba kull erba’ ġimgħat) u l-istruttura tas-suq kienet teżerċita pressjoni biex jitnaqqsu l-vjaġġi mingħajr tagħbija (383). Għalkemm jirrikonoxxi li ma kellux fil-pussess tiegħu d-dokumenti kollha użati mill-Istati Membri sabiex jevalwaw l-impatt eżatt tal-obbligu ta’ ritorn, il-Kunsill isostni li d-dokumenti li kienu disponibbli fid-dominju pubbliku kienu jippermettulu jevalwa l-impatt tal-obbligu ta’ ritorn. Il-leġiżlatur tal-Unjoni kellu wkoll għad-dispożizzjoni tiegħu diversi studji u rapporti u kien organizza diversi konsultazzjonijiet, laqgħat u seduti (384). Ir-Regolamenti Nru 1071/2009 u Nru 1072/2009 kienu wkoll is-suġġett ta’ evalwazzjoni ex post minn REFIT li kienet talbet definizzjoni iktar preċiża tal-kunċett ta’ “ċentru operazzjonali”. L-Istati Membri għamlu l-evalwazzjonijiet tagħhom stess, bħala partijiet ikkonċernati oħra.

    638. L-IRU qasmet il-valutazzjoni tagħha (385) tal-impatt speċifiku tal-obbligu ta’ ritorn kull erba’ ġimgħat (386), li skontha tali ritorn kien ser jiġġenera bejn 80 u 135 miljun vettura-kilometru fis-sena (jiġifieri żieda ta’ bejn 45 u 75 %) u sa 100 000 tunnellata ta’ emissjonijiet ta’ CO2 fis-sena. Dawn iċ-ċifri għalhekk ikollhom jitnaqqsu bin-nofs għal valutazzjoni tal-impatt tal-obbligu ta’ ritorn kull tmien ġimgħat, u l-istituzzjonijiet konvenuti jistmaw li l-ispiża addizzjonali kellha tkun ta’ madwar EUR 50 miljun. Dan ir-riżultat ma jibdilx radikalment l-ordni tal-affarijiet meta mqabbla mal-impatt tas-seba’ rekwiżiti eżaminati mill-Kummissjoni. Minn perspettiva ambjentali, dawn il‑100 000 tunnellata jirrappreżentaw inqas minn 0.014 % tal-kwantità totali ta’ tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2 rilaxxati mit-trasport bit-triq fl‑2015 u sehem saħansitra iżgħar mit-tnaqqis meta mqabbel mal-livelli tal‑2005 meħtieġa mir-Regolament 2018/842.

    639. Għalhekk ma jkunx manifestament inadegwat għal-leġiżlatur tal-Unjoni li jippreżumi li l-effetti ekonomiċi kienu ser ikunu tal-istess natura bħall-ispiża tar-rekwiżiti konnessi eżaminati mill-Kummissjoni u li t-tqassim ta’ dawn l-ispejjeż kien ser ikun simili. Il-leġiżlatur kellu wkoll għad-dispożizzjoni tiegħu analiżi kritika mħejjija minn organizzazzjoni ta’ persuni Pollakki li jimpjegaw (iktar ’il quddiem ir-“rapport Klaus”) (387) kif ukoll reazzjoni pożittiva mill-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) (388), li hija s-sieħeb soċjali tal-IRU fil-livell Ewropew, li enfasizzaw il-ħtieġa li tinstab soluzzjoni ta’ kompromess, kif għamel il-leġiżlatur billi żamm l-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi iżda billi naqqas il-frekwenza ta’ dan ir-ritorn.

    640. L-evoluzzjoni tal-proposta matul il-proċedura leġiżlattiva (minn obbligu ta’ ritorn kull tlieta jew erba’ ġimgħat bl-obbligu li titwettaq operazzjoni fl-Istat Membru ta’ stabbiliment għal ritorn kull tmien ġimgħat mingħajr obbligu korrispondenti) turi li l-leġiżlatur ħa inkunsiderazzjoni kif xieraq l-effetti negattivi tat-tisħiħ u bbilanċjahom mal-konsegwenzi għall-Istati Membri fejn ħafna operaturi tat-trasport tal-UE‑13 iwettqu attività permanenti u mal-ħtieġa li tiġi żgurata kompetizzjoni leali.

    641. Il-konsegwenzi ekonomiċi invokati mill-Istati rikorrenti u bbażati fuq l-istudju Ricardo tal‑2021 huma bbażati fuq ix-xenarju ta’ ristrutturazzjoni sinjifikattiva tas-suq, filwaqt li l-konsegwenzi ambjentali invokati huma bbażati, min-naħa tagħhom, fuq ix-xenarju ta’ nuqqas ta’ adattament tas-suq. Issa, dawn iż-żewġ xenarji, u l-effetti tagħhom, jeskludu lil xulxin b’mod reċiproku. Il-Kunsill u l-Parlament jirrimarkaw ukoll li l-Istati Membri tal-Ewropa tal-Lvant, billi ħassew li kienu ser jintlaqtu b’mod iktar qawwi mir-riforma futura, kienu iktar inklinati li jipparteċipaw f’dan l-istudju, li ma jiħux inkunsiderazzjoni, barra minn hekk, is-sinerġiji mal-obbligu ta’ ritorn tax-xufiera u li jikkonċentra biss fuq ċerti spejjeż operazzjonali. Il-Parlament jikkunsidra li d-dibattitu bejn il-partijiet ma jikkonċernax verament id-disponibbiltà tal-fatti essenzjali iżda pjuttost il-kwistjoni dwar jekk l-għażliet magħmula mil-leġiżlatur tal-Unjoni abbażi ta’ dawn il-fatti humiex manifestament inadegwati, u li, madankollu, is-sempliċi nuqqas ta’ qbil fuq il-kontenut finali tal-att ma huwiex biżżejjed sabiex jiġi konkluż li l-miżura kienet manifestament mhux xierqa.

    ii)    Analiżi

    642. Mill-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 62 et seq. ta’ dawn il-konklużjonijiet jirriżulta li, għalkemm valutazzjoni tal-impatt hija rrakkomandata mill-Ftehim Interistituzzjonali meta l-konsegwenzi tal-miżura prevista, minn perspettiva ekonomika, ambjentali jew soċjali (389), ikunu sinjifikattivi, dan il-ftehim ma jinkludix obbligu għal-leġiżlatur tal-Unjoni li jwettaq valutazzjoni tal-impatt fiċ-ċirkustanzi kollha (390). Konsegwentement, l-assenza ta’ valutazzjoni tal-impatt ipso facto ma tinvalidax il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni adottata sussegwentement (391) u, kif enfasizzaw l-istituzzjonijiet konvenuti, meta tkun disponibbli, tali valutazzjoni ma tkunx vinkolanti fuq il-leġiżlatur (392), li jżomm is-setgħa ta’ evalwazzjoni kollha meħtieġa biex jagħżel miżura differenti, jekk meħtieġ iktar vinkolanti, minn dawk previsti fil-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni, mingħajr ma jkun possibbli li awtomatikament jiġi konkluż li l-leġiżlatur ikun qabeż manifestament il-limiti ta’ dak li kien meħtieġ biex jintlaħaq l-għan imfittex (393), anki meta l-emenda magħmula tirriżulta sostanzjali meta mqabbla mal-proposta inizjali, peress li l-punt 15 tal-Ftehim Interistituzzjonali, li ma għandux saħħa vinkolanti, jipprevedi biss, barra minn hekk, sempliċi possibbiltà għall-Parlament u l-Kunsill li jaġġornaw il-valutazzjoni tal-impatt meta jqisu li dan huwa xieraq u meħtieġ għall-finijiet tal-proċess leġiżlattiv (394). Għalhekk, l-ilmenti li jallegaw ksur tal-Ftehim Interistituzzjonali għandhom jiġu miċħuda.

    643. L-assenza ta’ valutazzjoni tal-impatt tista’, madankollu, tiġi kklassifikata bħala ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità meta l-leġiżlatur tal-Unjoni ma jkollux elementi suffiċjenti li jippermettulu jevalwa l-proporzjonalità ta’ miżura adottata (395), fi kliem ieħor li jeżerċita effettivament is-setgħa ta’ evalwazzjoni tiegħu (396) abbażi tal-elementi u taċ-ċirkustanzi rilevanti kollha tas-sitwazzjoni li l-att adottat huwa intiż li jirregola, u ma jkunx f’sitwazzjoni partikolari li teħtieġ li ma ssirx valutazzjoni. Il-forma li fiha d-data hija elenkata ftit li xejn hija rilevanti (397) u ma huwiex meħtieġ li l-leġiżlatur tal-Unjoni jżomm huwa stess id-dokumenti li jinkludu d-data rilevanti (398).

    644. Fir-rigward tal-adozzjoni tal-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat, huwa paċifiku li din il-miżura ma kinitx parti mill-Proposta għal Regolament dwar l-istabbiliment (399). Essenzjalment, il-Kummissjoni pproponiet li l-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1071/2009 jiġi emendat billi tissaħħaħ il-lista ta’ dokumenti li għandhom jinżammu fiċ-ċentru operazzjonali tal-operaturi tat-trasport (il-proposta għall-Artikolu 5(a)), billi tkun meħtieġa ġestjoni effettiva u permanenti tal-attivitajiet amministrattivi u kummerċjali bil-faċilitajiet u t-tagħmir amministrattiv xierqa f’postijiet li jinsabu fl-Istat Membru ta’ stabbiliment (il-proposta għall-Artikolu 5(c)) kif ukoll il-ġestjoni tal-operazzjonijiet tat-trasport bil-vetturi u t-tagħmir xieraq mill-Istat Membru ta’ stabbiliment (il-proposta għall-Artikolu 5(d)) u ż-żamma tal-assi kif ukoll l-impjieg ta’ persunal fi proporzjon mal-attività tal-istabbiliment (il-proposta għall-Artikolu 5(e)).

    645. L-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat ma kienx parti mill-miżuri koperti mill-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni fil-proposta inizjali tagħha (400). Din hija differenza fundamentali mis-sitwazzjoni eżaminata iktar ’il fuq fir-rigward tal-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera (401).

    646. Fost il-miżuri elenkati f’din il-valutazzjoni tal-impatt, il-miżura bin-numru 18, intitolata “Review reference points for effective and stable establishmentt” kienet tipprevedi, sabiex tiġi żgurata n-natura effettiva u stabbli tal-istabbiliment, li jkun meħtieġ li l-operaturi tat-trasport jkollhom attività operazzjonali jew ta’ trasport sinjifikattiva fl-Istat Membru ta’ stabbiliment jew li jkollhom mill-inqas kuntratt kummerċjali wieħed fl-Istat Membru ta’ stabbiliment (402). Dawn il-miżuri bl-ebda mod ma jidhru li huma komparabbli ma’ dik li finalment ġiet adottata fi tmiem il-proċess leġiżlattiv. Minn dan, fil-fehma tiegħi, jirriżulta li, għall-kuntrarju ta’ dak li jsostnu l-Parlament u l-Kunsill, l-ebda konklużjoni misluta mill-valutazzjoni tal-impatt tal-miżuri analizzati fil-valutazzjoni tal-impatt (403) ma tista’ tiġi “trasposta” għar-rekwiżit il-ġdid, ladarba dan ġie introdott mill-Parlament matul il-proċedura leġiżlattiva (404), b’formulazzjoni li, barra minn hekk, ġiet emendata ulterjorament fil-verżjoni finali.

    647. Ninnota wkoll li l-ebda parti mill-valutazzjoni tal-impatt ma kienet iddedikata għall-valutazzjoni tal-impatt ambjentali tal-miżuri previsti.

    648. Għalkemm il-leġiżlatur tal-Unjoni seta’ jibbaża ruħu b’mod utli fuq il-komponent tal-istabbiliment tal-valutazzjoni tal-impatt f’dak li jirrigwarda l-istat tas-suq u l-identifikazzjoni tad-diffikultajiet u tal-problemi ta’ funzjonament li l-intervent tiegħu suppost kellu jsolvi, għandu jiġi kkonstatat li emenda għar-Regolament 2020/1055, li kienet ser twassal għal obbligu ta’ vjaġġ transnazzjonali f’intervalli regolari li jeħtieġ l-użu tal-vettura tat-triq ma kinitx prevista mill-Kummissjoni u lanqas ma kienet koperta b’xi mod mill-valutazzjoni tal-impatt.

    649. Il-Kunsill u l-Parlament isostnu li l-leġiżlatur tal-Unjoni seta’ jibbaża ruħu b’mod utli fuq il-konklużjoni li tinsab fil-komponent soċjali tal-valutazzjoni tal-impatt (405) li tgħid li ma kien ser jirriżulta l-ebda impatt ambjentali mill-adozzjoni tal-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera.

    650. Minbarra l-fatt li tali argument ikopri biss wieħed mill-aspetti tal-impatt potenzjali tal-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat, l-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera ma jimponix, għall-kuntrarju ta’ dak li japplika għall-vetturi, l-użu ta’ mezz ta’ trasport partikolari. Barra minn hekk, fid-dawl ta’ dak li diġà rrilevajt fir-rigward ta’ dan l-obbligu (406), is-sempliċi affermazzjoni fil-komponent soċjali tal-valutazzjoni tal-impatt ta’ assenza ta’ impatt ambjentali tal-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera ma tistax tkun suffiċjenti sabiex tiġġustifika l-evalwazzjoni tal-impatt tal-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat konformement ma’ dak li huwa mistenni mil-leġiżlatur tal-Unjoni f’termini ta’ eżami tal-proporzjonalità.

    651. L-intensità tad-dibattiti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jidhirli li tixhed mistoqsija ġenwina dwar l-intensità tal-impatt tal-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi. Għad hemm kwistjonijiet pendenti bħalma huma, l-ewwel, il-kwistjoni tad-determinazzjoni tal-kilometri-vetturi addizzjonali verament mistennija fis-sena u tal-emissjonijiet korrispondenti, peress li, kif irrileva l-Parlament fil-kuntest ta’ motivi oħra, il-vetturi, li kieku ma jkollhomx jissodisfaw l-obbligu ta’ ritorn, ma kinux ser jibqgħu wieqfa; it-tieni, il-kwistjoni tal-impatt fuq l-evalwazzjoni tal-obbligu ta’ ritorn tal-iżviluppi mistennija minħabba l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni Ewropea li taffettwa s-settur tat-trasport b’mod iktar wiesa’; it-tielet, il-kwistjoni tad-determinazzjoni tal-konsegwenzi ekonomiċi globali mistennija fuq is-suq u tal-konsegwenzi iktar speċifiċi meta mqabbla mal-għanijiet invokati; ir-raba’, il-kwistjoni tal-effetti potenzjali tal-obbligu previst fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-Istati li joffru servizzi ta’ trasport minn post imbiegħed miċ-ċentru tad-domanda; il-ħames, il-kwistjoni dwar kif il-leġiżlatur fl-aħħar mill-aħħar għażel il-frekwenza ta’ ritorn lejn l-Istat Membru ta’ stabbiliment ta’ kull tmien ġimgħat.

    652. Għalkemm, kif fakkart, il-leġiżlatur tal-Unjoni jgawdi minn flessibbiltà kbira fir-rigward tal-forma u tan-natura tad-data li fuqha jibbaża l-azzjoni tiegħu, fid-dawl tal-importanza tal-politika kkonċernata, tan-natura profondament frammentata tas-suq u tal-oppożizzjoni radikali tal-interessi involuti, ma jidhirlix li huwa suffiċjenti li l-leġiżlatur isostni li kkunsidra l-konsegwenzi, b’mod partikolari dawk ambjentali, tal-miżura kkonċernata billi jinvoka essenzjalment ittra tal-IRU li fiha din tal-aħħar tipprovdi l-istima tagħha tan-numru ta’ vetturi-kilometri addizzjonali fis-sena u tal-kwantità addizzjonali ta’ CO2 rilaxxata fis-sena li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tliet ġimgħat jew erba’ ġimgħat, mingħajr ma tiġi pprovduta ebda metodoloġija dwar il-kalkoli hekk miksuba u mingħajr ma din l-ittra tkun tista’ verament tikkostitwixxi data oġġettiva. L-istess konklużjoni tapplika fir-rigward tal-allegata reazzjoni pożittiva tal-EFT għall-obbligu ta’ tagħbija jew ta’ ħatt ta’ merkanzija fl-Istat Membru ta’ stabbiliment darba kull erba’ ġimgħat (407). Barra minn hekk, l-ebda data ekonomika oġġettiva u sostanzjali ma tista’ tiġi estratta mill-imsemmija ittra u minn din ir-reazzjoni. Fir-rigward tar-rapport Klaus, dan huwa dokument prodott fuq talba ta’ grupp ta’ interessi u b’reazzjoni għall-emenda matul il-proċedura leġiżlattiva tal-abbozz ta’ regolament. Dan ma jiċċarax ir-raġunijiet għall-għażla tal-leġiżlatur.

    653. Filwaqt li ser nikkonstata ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità li jirriżulta min-nuqqas ta’ valutazzjoni tal-impatt tal-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat, għad trid tingħata tweġiba wkoll għall-ilment li ser jiġi mminat il-bilanċ istituzzjonali tal-Unjoni u li ser ikun hemm indħil fil-politika.

    654. Għalhekk jidhirli li huwa importanti li jiġi ppreċiżat li l-leġiżlatur tal-Unjoni, fil-funzjoni tiegħu, evidentement jibqa’ liberu li jieħu d-deċiżjonijiet li jixtieq, iżda huwa importanti li jagħmel dan b’mod informat u li jipprovdi kjarifiki, ħaġa li għandu jkun f’pożizzjoni li jistabbilixxi li għamel. Dan japplika wkoll għall-kapaċità tal-miżura futura li tinftiehem u tiġi aċċettata mill-partijiet ikkonċernati kollha, a fortiori f’qasam li, bħal fir-rigward tar-Regolament 2020/1055, jikkristallizza t-tensjonijiet bejn interessi diverġenti.

    655. Għar-raġunijiet preċedenti kollha, nistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li l-Parlament u l-Kunsill, billi ma wettqux valutazzjoni tal-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali tal-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat, kisru l-prinċipju ta’ proporzjonalità peress li ma stabbilixxewx li kellhom, fil-mument tal-adozzjoni ta’ dan l-obbligu, elementi suffiċjenti li kienu jippermettulhom jevalwaw il-proporzjonalità tal-imsemmi obbligu fid-dawl tal-għanijiet li huma kellhom l-intenzjoni li jfittxu u peress li ma allegawx li jinsabu f’sitwazzjoni partikolari li kienet teħtieġ li ma ssirx tali valutazzjoni.

    656. Konsegwentement, hemm lok li r-raba’ motiv fil-Kawża C‑542/20 (408), it-tieni motiv fil-Kawża C‑545/20, l-ewwel motiv fil-Kawża C‑547/20, it-tieni motiv fil-Kawża C‑549/20, l-ewwel motiv dirett kontra l-punt 3 tal-Artikolu 1(c) tar-Regolament 2020/1055 fil-Kawża C‑551/20, it-tieni motiv fil-Kawża C‑552/20 u l-ewwel motiv fil-Kawża C‑554/20 għandhom jintlaqgħu bħala fondati.

    2)      Fuq leżami talproporzjonalità talmiżura

    657. Peress li għadu kif ġie kkonstatat ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità minħabba n-nuqqas ta’ eżami mil-leġiżlatur tal-Unjoni tal-proporzjonalità tal-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat, ma hemmx lok li jsir eżami tal-ilmenti bbażati fuq in-natura sproporzjonata ta’ dan l-obbligu.

    e)      Fuq ilmotivi bbażati fuq ksur talArtikolu 91(2) TFUE u talArtikolu 94 TFUE

    1)      Largumenti talpartijiet

    658. Ir-Repubblika tal-Litwanja ssostni li, peress li r-Regolament 2020/1055 ġie adottat abbażi tal-Artikolu 91(1) TFUE, il-leġiżlatur huwa obbligat ukoll li josserva r-rekwiżiti tal-Artikolu 91(2) TFUE u li jieħu inkunsiderazzjoni l-każijiet li fihom l-applikazzjoni tal-miżura adottata “taf tolqot b’mod gravi l-livell ta’ l-għajxien u l-impjieg f’ċerti reġjuni, kif ukoll it-tħaddim tat-tagħmir tat-trasport”. L-istess japplika fir-rigward tal-Artikolu 94 TFUE li minnu jirriżulta għal-leġiżlatur obbligu li jieħu inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni ekonomika tal-operaturi tat-trasport meta jadotta, fil-kuntest tat-Trattati, kwalunkwe miżura fil-qasam tal-prezzijiet u tal-kundizzjonijiet tat-trasport. Ir-Repubblika tal-Litwanja targumenta li l-leġiżlatur tal-Unjoni adotta l-punt 3 tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1055 mingħajr ma eżamina l-effetti tiegħu fuq l-operaturi tat-trasport li jinsabu fil-periferija tal-Unjoni, fuq is-sitwazzjoni ekonomika tagħhom, fuq il-vijabbiltà tagħhom u, għalhekk, fuq l-impjiegi f’dan is-settur, minkejja li dan is-settur jirrappreżenta sehem ferm ikbar mill-ekonomija ta’ dawn l-Istati meta mqabbel ma’ dak li jirrappreżenta fl-Istati fl-Ewropa Ċentrali u fl-Ewropa tal-Punent (409). Għalhekk, ir-riperkussjonijiet mistennija tar-Regolament 2020/1055 fuq l-ekonomiji ta’ dawn l-Istati Membri fil-periferija, b’mod partikolari f’termini ta’ għeluq ta’ impriżi, ta’ rilokazzjonijiet u ta’ telf ta’ impjiegi, ser ikunu ikbar, mingħajr madankollu ma ttieħdu inkunsiderazzjoni. Dawn kienu kkonfermati mill-istudju Ricardo tal‑2021, li sab li l-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat jaffettwa lil 29 % tax-xufiera fl-Ewropa tal-Lvant u jiġġenera spejjeż partikolarment sinjifikattivi li huma stmati li jammontaw għal EUR 3 biljuni fis-sena (410). Peress li s-suq tax-xogħol tal-imsemmija Stati Membri huwa ħafna iktar sensittiv għall-iżviluppi fil-politika tat-trasport, il-leġiżlatur kellu jqisu kif xieraq. Il-leġiżlatur tal-Unjoni għalhekk manifestament kiser l-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 91(2) TFUE u mill-Artikolu 94 TFUE. Bħala dispożizzjoni inkluża fit-Titolu tat-Trattat iddedikat għat-trasport, il-leġiżlatur tal-Unjoni kien obbligat josserva l-Artikolu 94 TFUE fl-adozzjoni tar-Regolament 2020/1055 u, b’mod partikolari, tal-punt 3 tal-Artikolu 1 tiegħu.

    659. Ir-Repubblika tal-Bulgarija (411) ssostni li l-Kunsill u l-Parlament kellhom jieħdu inkunsiderazzjoni r-riperkussjonijiet serji għall-ekonomija tal-Istati fil-periferija kkawżati mill-adozzjoni tar-Regolament 2020/1055 u li, billi ma għamlux dan, dawn l-istituzzjonijiet kisru l-Artikolu 91(2) TFUE. Din id-dispożizzjoni tippermetti li tiġi rrikonoxxuta u meħuda inkunsiderazzjoni n-natura sensittiva ta’ ċerti miżuri adottati fil-kuntest tal-politika tat-trasport li għandhom impatt kunsiderevoli u li, sad-dħul fis-seħħ tat-Trattat FUE, kienu jiġu adottati unanimament, u tagħtihom attenzjoni partikolari. Ir-Repubblika tal-Bulgarija tagħmel riferiment għall-argumenti tagħha żviluppati fil-kuntest tal-motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità sabiex turi dawn l-effetti dannużi fuq il-livell ta’ għajxien u fuq l-impjieg tal-operaturi tat-trasport Bulgari u, b’mod iktar ġenerali, fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-operaturi tat-trasport tal-Istati Membri fil-periferija tal-Ewropa. Hija ssostni wkoll li l-punt 3 tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1055 huwa “miżura dwar prezzijiet u kondizzjonijiet tat-trasport” skont l-Artikolu 94 TFUE, li l-adozzjoni tiegħu teżiġi li tittieħed inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni ekonomika tal-operaturi tat-trasport. Barra minn hekk, peress li l-Artikolu 90 TFUE jirreferi għall-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3(3) TUE, għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u lis-solidarjetà bejn l-Istati Membri fl-adozzjoni ta’ miżuri li jaqgħu taħt il-politika tat-trasport, li ma kienx il-każ fl-adozzjoni tal-punt 3 tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1055. Ma saret l-ebda valutazzjoni tal-impatt u l-ebda konsultazzjoni jew analiżi komplementari sabiex jiġi mifhum sa liema punt il-livell ta’ għajxien u l-impjiegi f’ċerti reġjuni kienu ser jiġu affettwati mill-miżura li kienet fil-proċess li tiġi adottata.

    660. Ir-Repubblika ta’ Ċipru tiżviluppa argumenti li jixbhu ħafna lil dawk żviluppati mir-Repubblika tal-Bulgarija, filwaqt li tenfasizza, barra minn hekk, is-sitwazzjoni partikolari tal-Istati gżejjer u l-konsegwenzi kunsiderevoli għall-ekonomija u l-impjiegi f’Ċipru.

    661. L-Ungerija tqis li l-asimetrija tal-konsegwenzi negattivi għall-operaturi tat-trasport tal-Istati Membri li jinsabu fil-periferija tal-Unjoni meta mqabbla ma’ dawk sostnuti mil-operaturi tat-trasport fl-Ewropa Ċentrali u fl-Ewropa tal-Punent turi li l-obbligu ta’ ritorn jikser l-Artikolu 91(2) TFUE u l-Artikolu 94 TFUE (412) peress li l-leġiżlatur tal-Unjoni ma ħax inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni partikolari ta’ dawk tal-ewwel.

    662. Ir-Repubblika ta’ Malta ssostni li l-assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-effett fuq l-ambjent tal-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat tikser l-Artikolu 91(2) TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 11 TFUE u l-Artikolu 37 tal-Karta, peress li l-imsemmi obbligu jaffettwa b’mod serju l-livell ta’ għajxien u l-impjieg b’mod partikolari fi Stat gżira bħalma hija Malta. Il-fatt li l-effett tal-obbligu dwar ir-ritorn tal-vetturi ma ngħatax l-attenzjoni li kien jistħoqqlu jikkostitwixxi nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu li l-implikazzjonijiet sostantivi (413) tiegħu għandhom jiġu evalwati wkoll fid-dawl tal-Artikolu 91(2) TFUE. Ir-riperkussjonijiet ta’ dan l-obbligu fuq it-tħaddim tat-tagħmir tat-trasport huma murija b’mod ċar, b’mod partikolari fi Stat Membru gżira li r-rotot tat-trasport tiegħu jinvolvu sezzjonijiet fuq il-baħar kif ukoll distanzi kunsiderevoli meta mqabbla mal-kontinent Ewropew. Minħabba d-distanza kbira bejn Malta u l-kontinent, is-sistema tat-trasport Maltija kollha hija bbażata fuq ir-restrizzjonijiet imposti mill-ġeografija u mit-tagħmir tat-trasport marittimu eżistenti u mhux fuq deċiżjonijiet kummerċjali. Dawn l-operazzjonijiet ser jinbidlu ta’ taħt fuq mill-obbligu dwar ir-ritorn tal-vetturi, li jobbliga lill-operaturi tat-trasport Maltin jirriorganizzaw b’mod radikali l-loġistika tal-vetturi u jġarrbu spejjeż kunsiderevoli. Dan l-obbligu għalhekk jippreġudika serjament it-tħaddim tat-tagħmir tat-trasport f’Malta. Issa, minkejja l-preokkupazzjonijiet li l-Gvern Malti esprima diversi drabi fil-Kunsill, ma ttieħed l-ebda kont tar-riperkussjonijiet tal-imsemmi obbligu fuq it-tħaddim tat-tagħmir tat-trasport f’Malta. L-adozzjoni tiegħu mingħajr ebda argument tekniku li jippermetti li jiġi ġġustifikat l-impatt tiegħu tikkonferma li l-Parlament u l-Kunsill ma kinux wettqu l-obbligu tagħhom skont l-Artikolu 91(2) TFUE.

    663. Ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li l-limitazzjonijiet għall-provvista tas-servizzi ta’ kabotaġġ u tal-operazzjonijiet bejn pajjiżi terzi li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat ibiddlu b’mod sostanzjali l-mudell ta’ provvista ta’ servizzi ta’ trasport bit-triq, li għandu riperkussjonijiet negattivi fuq il-livell tal-għajxien u l-impjieg f’ċerti reġjuni kif ukoll fuq it-tħaddim tat-tagħmir tat-trasport, konsegwenzi li ma ttieħdux inkunsiderazzjoni, għall-kuntrarju ta’ dak li jipprevedi l-Artikolu 91(2) TFUE. L-obbligu ta’ ritorn iġiegħel lill-operaturi jirritornaw mingħajr tagħbija minflok ma jwettqu operazzjoni ta’ kabotaġġ jew ta’ trasport terz, u b’hekk jaffettwa l-profittabbiltà tal-attività tal-operaturi tat-trasport. Il-leġiżlatur tal-Unjoni ma ħax inkunsiderazzjoni l-fatt li r-restrizzjonijiet dwar il-kabotaġġ u t-traffiku ta’ partijiet terzi jistgħu jwasslu għall-irtirar tal-operaturi tat-trasport mis-suq u jaffettwaw b’mod sinjifikattiv l-impjieg f’dan is-settur. Huwa lanqas ma qies il-fatt li dawn il-konsegwenzi ser jinħassu b’mod partikolari mill-operaturi tat-trasport minn Stati Membri li jinsabu fil-periferija tal-Unjoni. 90 % tal-impriżi tat-trasport huma SMEs, li jimpjegaw 55 % tal-persuni impjegati fis-settur tat-trasport. Dawn l-impriżi ser ikunu partikolarment esposti għall-konsegwenzi negattivi marbuta mal-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat. It-tnaqqis fl-impjiegi fis-settur tat-trasport li mistenni jseħħ bħala riżultat tal-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat ser jolqot u jdgħajjef b’mod partikolari lil dawn l-Istati Membri, fatt li l-leġiżlatur tal-Unjoni ma ħadux inkunsiderazzjoni. Dan l-obbligu jwassal ukoll għal vjaġġi addizzjonali bla bżonn li huma ta’ ħsara għat-tħaddim tat-tagħmir tat-trasport eżistenti, li d-deterjorament tiegħu marbut ma’ dawn il-vjaġġi ma ġiex evalwat. L-istess japplika fir-rigward taż-żieda fl-imġiba ta’ riskju tax-xufiera. Fl-aħħar nett, ir-Repubblika tal-Polonja tilmenta li l-leġiżlatur adotta miżura li tirrendi iktar diffiċli l-eżerċizzju tal-attività tal-operaturi tat-trasport fi żmien meta l-pandemija tal-COVID‑19 kienet diġà tefgħethom f’perijodu ta’ kriżi.

    664. F’dak li jirrigwarda l-allegat ksur tal-Artikolu 94 TFUE, ir-Repubblika tal-Polonja ttenni li l-kamp ta’ attività tal-impriżi tat-trasport li joriġinaw minn reġjuni differenti tal-Unjoni ma huwiex omoġenju u li t-trasport internazzjonali jirrappreżenta sehem iktar importanti fl-istruttura tat-trasport bit-triq tal-Istati Membri li jinsabu fil-periferija tal-Unjoni, filwaqt li l-operaturi tat-trasport stabbiliti fl-Istati Membri fiċ-ċentru tal-Unjoni jwettqu iktar operazzjonijiet ta’ trasport nazzjonali jew bilaterali. Għalhekk, l-ispejjeż għoljin ikollhom jiġġarrbu prinċipalment mill-operaturi tat-trasport stabbiliti fl-Istati Membri fil-periferija tal-Unjoni, prinċipalment fil-forma ta’ SMEs, sabiex dawn jikkonformaw ruħhom mal-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat, u li b’hekk huma partikolarment vulnerabbli. Il-leġiżlatur tal-Unjoni kellu jieħu inkunsiderazzjoni n-natura partikolari tas-suq, a fortiori f’perijodu diġà kkaratterizzat mill-vulnerabbiltà partikolari tal-operaturi tat-trasport minħabba l-kriżi marbuta mal-COVID‑19. Billi ma ħax inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni ekonomika tal-operaturi tat-trasport, huwa kiser l-Artikolu 94 TFUE.

    665. Il-Parlament u l-Kunsill, kif ukoll l-intervenjenti insostenn tagħhom, jitolbu li jiġu miċħuda l-motivi bbażati fuq ksur tal-Artikolu 91(2) TFUE u tal-Artikolu 94 TFUE.

    2)      Analiżi

    666. L-ilmenti mqajma mir-rikorrenti spiss jagħmlu riferiment għal dawk esposti fil-motivi tar-rikorsi bbażati fuq ksur, mill-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat, tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Barra minn hekk, il-Parlament u l-Kunsill huma kkritikati diversi drabi talli ma wettqux valutazzjoni tal-impatt ta’ dan l-obbligu fuq il-kriterji msemmija fl-Artikolu 91(2) TFUE u fl-Artikolu 94 TFUE.

    667. Dan jikkonferma tajjeb ir-relazzjoni ta’ proporzjonalità li tirriżulta mill-obbligi ta’ dawn iż-żewġ artikoli kif interpretajthom fil-punt 292 ta’ dawn il-konklużjonijiet. F’dawn iċ-ċirkustanzi, peress li diġà ġie konkluż li kien hemm ksur, mill-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat, tal-prinċipju ta’ proporzjonalità (414), ma huwiex neċessarju li jiġu eżaminati l-motivi bbażati fuq ksur tal-imsemmija artikoli.

    f)      Fuq ilmotivi bbażati fuq ksur tallibertajiet fundamentali ggarantiti mitTrattat FUE

    1)      Largumenti talpartijiet

    668. Ir-Repubblika tal-Litwanja tqis li l-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat imur kontra l-Artikolu 26 TFUE. Fil-fehma tagħha, dan l-obbligu jikkostitwixxi miżura protezzjonista li twassal għal frammentazzjoni tas-suq, tirrestrinġi l-kompetizzjoni u toħloq sistema diskriminatorja għall-operaturi tat-trasport tal-Istati Membri li jinsabu fil-periferija ġeografika tal-Unjoni.

    669. L-obbligu ta’ ritorn jikkostitwixxi restrizzjoni mhux iġġustifikata għall-eżerċizzju tal-libertajiet tas-suq intern. Dan l-obbligu ġie adottat mingħajr ma ġie eżaminat jekk l-għanijiet imfittxija kinux ta’ natura li jiġġustifikaw konsegwenzi negattivi sinjifikattivi għal ċerti operaturi u mingħajr ma ġie żgurat li l-piż fuq l-operaturi jkun l-inqas għoli possibbli. Il-post partikolari li jokkupa s-settur tat-trasport fil-funzjonament tas-suq intern ġie enfasizzat mill-Kummissjoni (415) u l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni ġie implimentat fil-qasam tad-dritt ta’ stabbiliment permezz tal-Artikolu 49 TFUE, li huwa applikabbli wkoll għall-persuni ġuridiċi. Il-fatt li l-aspirazzjoni għal suq intern, stabbilita fl-Artikolu 26 TFUE, hija implimentata minn dispożizzjonijiet oħra tat-Trattat ma jċaħħadx lil din id-dispożizzjoni mir-rilevanza, u miżuri li jiksru fil-mertu l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 26 TFUE ma jistgħux jitqiesu li huma kompatibbli ma’ dan l-artikolu. L-effetti negattivi fuq l-aspirazzjoni għal suq intern huma kkonfermati mill-komponent tal-istabbiliment tal-valutazzjoni tal-impatt u mill-istudju Ricardo tal‑2021.

    670. Ir-Repubblika tal-Bulgarija ssostni li l-punt 3 tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1055 jikkostitwixxi, l-ewwel, ksur tal-libertà li tiġi eżerċitata attività professjonali, tal-libertà ta’ stabbiliment prevista fl-Artikolu 49 TFUE kif ukoll tal-Artikoli 15 u 16 tal-Karta (is-sitt motiv tar-rikors fil-Kawża C‑545/20), it-tieni, ksur tal-moviment liberu tas-servizzi ta’ trasport abbażi tad-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-Artikolu 58(1) TFUE u tal-Artikolu 91 TFUE u, sussidjarjament, tal-Artikolu 56 TFUE (l-ewwel parti tas-seba’ motiv tar-rikors fil-Kawża C‑545/20), u, it-tielet, tal-moviment liberu tal-merkanzija skont l-Artikolu 34 TFUE u l-Artikolu 35 TFUE (it-tieni parti tas-seba’ motiv tar-rikors fil-Kawża C‑545/20).

    671. L-ewwel, billi jissuġġetta lill-operaturi tat-trasport għal restrizzjonijiet addizzjonali, l-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat jikkostitwixxi ndħil fil-libertà tal-intrapriża u d-dritt ta’ stabbiliment, kif irrikonoxxuti mill-Artikolu 49 TFUE u mill-Artikoli 15(1) u 16 tal-Karta, tal-operaturi tat-trasport tal-Istati Membri gżejjer u li jinsabu fil-periferija tal-Unjoni peress li wħud minnhom ser ikunu mġiegħla jwaqqfu l-attivitajiet tagħhom, filwaqt li oħrajn ser ikunu mġiegħla jistabbilixxu ruħhom fi Stat Membru iktar ċentrali. Billi jeskludi lil diversi operaturi tat-trasport li jinsabu fi Stati Membri fil-periferija jew li huma gżejjer mill-attività ekonomika, ir-Regolament 2020/1055 jhedded l-eżistenza stess tal-libertà li tiġi eżerċitata attività professjonali. Tali ndħil ma huwiex iġġustifikat peress li huwa sproporzjonat. Il-miżuri li jostakolaw jew li jagħmlu inqas attraenti l-eżerċizzju tal-libertà ta’ stabbiliment għandhom jitqiesu bħala ostakolu għal din il-libertà. Issa, l-obbligu ta’ ritorn jagħmel inqas attraenti l-istabbiliment fl-Istati Membri fil-periferija jew li huma gżejjer għall-operaturi tat-trasport internazzjonali minkejja li s-settur tat-trasport internazzjonali huwa kompletament illiberalizzat.

    672. It-tieni, ir-Repubblika tal-Bulgarija ssostni li l-obbligu ta’ ritorn jillimita b’mod kunsiderevoli l-libertà li jiġu pprovduti servizzi ta’ trasport, peress li r-ritorn jipprekludi lill-operaturi tat-trasport milli jkomplu joffru servizzi ta’ trasport minkejja li l-libertà li jiġu pprovduti dawn is-servizzi hija ggarantita lilhom mid-dritt primarju. L-attivitajiet tal-fornituri tas-servizzi tat-trasport se jitilfu ħafna mill-attraenza u mill-vantaġġ tagħhom. L-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat mingħajr ma tittieħed inkunsiderazzjoni l-preżenza ta’ tagħbija f’mument partikolari jqiegħed fundamentalment fid-dubju l-mudell ekonomiku globali ta’ ċerti trasportaturi. B’hekk jiġi ppreġudikat l-Artikolu 58(1) TFUE, b’rabta mal-Artikolu 91 TFUE. L-impożizzjoni tal-obbligu ta’ ritorn tintroduċi mill-ġdid forma ta’ diskriminazzjoni u tikkostitwixxi rigressjoni fl-istabbiliment ta’ politika komuni tat-trasport li tiggarantixxi l-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li l-Artikolu 56 TFUE japplika, din id-dispożizzjoni għandha titqies li nkisret ukoll. Fl-istadju tar-replika, ir-Repubblika tal-Bulgarija tirrileva li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà analizzat ir-rekwiżit tal-istabbiliment bħala kundizzjoni neċessarja għall-provvista tas-servizzi tat-trasport bħala rekwiżit li jikkostitwixxi restrizzjoni li tmur kontra d-dritt ta’ stabbiliment.

    673. It-tielet, ir-Repubblika tal-Bulgarija ssostni li l-obbligu ta’ ritorn ser ikollu konsegwenzi gravi li jaffettwaw il-moviment liberu tal-merkanzija u effetti li huma ekwivalenti għal restrizzjonijiet kwantitattivi, li huma pprojbiti skont l-Artikoli 34 u 35 TFUE.

    674. Ir-Repubblika ta’ Ċipru tiżviluppa l-istess argumenti bħal dawk tar-Repubblika tal-Bulgarija.

    675. Ir-Rumanija ssostni li l-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat jostakola b’mod sinjifikattiv it-twaqqif ta’ kumpanniji fir-Rumanija minn ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni peress li dan jiġġenera spejjeż operazzjonali kunsiderevoli u tnaqqis fid-dħul għal kumpannija stabbilita fi Stat Membru fil-periferija tal-Unjoni, bħalma hija r-Rumanija. Tali obbligu jikser għalhekk l-Artikolu 49 TFUE billi jirrendi iktar diffiċli u inqas attraenti l-eżerċizzju tal-libertà ta’ stabbiliment. Il-profittabbiltà u għalhekk l-attraenza tal-ħolqien ta’ kumpannija tat-trasport f’dan l-Istat Membru huma affettwati. Iktar minn 45 % tal-kumpanniji tat-trasport stabbiliti fir-Rumanija qegħdin jipprevedu li ser joħolqu kumpannija jew fergħa fi Stati Membri oħra fl-Ewropa tal-Punent, jew li jirrilokaw l-attività tagħhom lejn dawn l-Istati, sabiex jiġu kkontrollati l-effetti negattivi tal-Pakkett dwar il-Mobbiltà. Għalhekk, anki jekk l-obbligu ta’ ritorn ma għandux l-effett li jipprojbixxi lill-persuni li ma humiex residenti fir-Rumanija milli joħolqu kumpanniji tat-trasport, xorta jibqa’ l-fatt li din il-miżura tagħmel itqal u inqas attraenti l-ħolqien ta’ kumpanniji fir-Rumanija u tikkostitwixxi restrizzjoni mhux iġġustifikata u sproporzjonata għal-libertà ta’ stabbiliment.

    676. Fl-istadju tar-replika, ir-Rumanija tenfasizza d-diverġenza fil-fehmiet bejn il-Kunsill, li jgħid li r-Regolament Nru 1071/2009 huwa miżura importanti sabiex tiġi ggarantita l-libertà ta’ stabbiliment, u l-Parlament, li jgħid li dan ir-regolament ma jirregolax il-libertà ta’ stabbiliment, peress li l-Artikolu 5 tal-imsemmi regolament jipprevedi biss kundizzjoni għall-eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Ir-Rumanija tikkontesta l-affermazzjoni tal-Parlament li huma biss miżuri nazzjonali li jistgħu jikkostitwixxu restrizzjonijiet għal-libertà ta’ stabbiliment filwaqt li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-projbizzjoni tar-restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu tal-merkanzija u fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi ma tapplikax biss għall-miżuri nazzjonali iżda wkoll għall-miżuri li joħorġu mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

    2)      Analiżi

    677. Diġà fakkart in-natura speċifika u l-post partikolari tas-settur tat-trasport fit-Trattati (416), settur li huwa suġġett għal qafas ġuridiku speċjali fil-kuntest tas-suq intern. Infakkar b’mod partikolari li l-istatus speċjali tat-trasport fl-organizzazzjoni normattiva tas-suq intern huwa kkaratterizzat mit-tagħqid ta’ dritt ta’ stabbiliment fi kwalunkwe Stat Membru bbażat fuq it-Trattat u ta’ dritt tal-operaturi tat-trasport għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi li huwa ggarantit biss sa fejn dan id-dritt ġie rrikonoxxut permezz ta’ dispożizzjonijiet ta’ dritt sekondarju adottati mil-leġiżlatur tal-Unjoni fil-kuntest tal-politika komuni tat-trasport. Għalhekk, it-trasport internazzjonali huwa kompletament illiberalizzat. Is-sitwazzjoni hija differenti għall-operazzjonijiet ta’ trasport nazzjonali li għadhom suġġetti għal restrizzjonijiet meta jitwettqu minn operaturi tat-trasport mhux residenti.

    678. Fir-rigward tal-Artikolu 26 TFUE, il-prinċipji ġenerali li huwa jistabbilixxi fil-paragrafi 1 u 2 tiegħu jirreferu f’kull każ għad-dispożizzjonijiet rilevanti l-oħra tat-Trattati, b’tali mod li, kif isostni l-Parlament, att tal-Unjoni li jirregola l-qasam tat-trasport, bħalma huwa r-Regolament 2020/1055, ma jistax jiġi eżaminat fid-dawl ta’ din id-dispożizzjoni waħedha mingħajr ma tiġi injorata l-portata eżatta tagħha u mingħajr ma jiġu injorati d-dispożizzjonijiet rilevanti l-oħra tat-Trattat, b’mod partikolari l-Artikolu 58(1) TFUE.

    679. Is-servizzi tat-trasport huma lliberalizzati biss sa fejn il-leġiżlatur tal-Unjoni jibbaża ruħu, għall-azzjoni tiegħu, fuq l-Artikolu 91 TFUE li jopera bħala lex specialis. It-Trattat jinkariga lil-leġiżlatur biex jistabbilixxi “regoli komuni li japplikaw għat-trasport internazzjonali lejn jew mit-territorju ta’ Stat Membru jew li jaqsam it-territorju ta’ Stat Membru wieħed jew aktar”. L-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1071/2009, qabel ma ġie emendat bir-Regolament 2020/1055, huwa wieħed minn dawn ir-regoli komuni, jew kundizzjonijiet, li kull trasportatur għandu jikkonforma magħhom sabiex ikun awtorizzat jipprovdi s-servizzi ta’ trasport tiegħu fl-Unjoni. Infakkar li l-għan tar-Regolament Nru 1071/2009, kif speċifikat fl-Artikolu 1(1) tiegħu, huwa li jirregola “d-dħul għal, u l-eżerċizzju, tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq” (417). Il-fatt li l-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport huwa suġġett għall-konformità ma’ regoli u kundizzjonijiet ma jfissirx, de facto, li hemm ksur tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Jiena tal-fehma li dawn ir-regoli u l-kundizzjonijiet iktar jikkonċernaw, eventwalment, il-kwistjoni tal-modalitajiet tal-liberalizzazzjoni tas-suq tas-servizzi tat-trasport li fir-rigward tagħhom il-leġiżlatur għandu setgħa ta’ evalwazzjoni wiesgħa, kif isostni l-Parlament.

    680. Fir-rigward tal-allegazzjoni ta’ ksur tal-Artikolu 49 TFUE, nerġa’ ntenni, kif issostni r-Rumanija, li l-projbizzjoni tar-restrizzjonijiet għal-libertajiet fundamentali ggarantita mit-Trattat tapplika mhux biss għall-miżuri nazzjonali, iżda wkoll għall-miżuri li joħorġu mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni (418) u li l-libertà ta’ stabbiliment ma hijiex eċċezzjoni f’dan ir-rigward. Barra minn hekk, l-analiżi ser tkun iggwidata mill-punti 159 et seq. ta’ dawn il-konklużjonijiet, u jista’ jsir raġunament analogu għal dak magħmul fir-rigward tal-obbligu ta’ ritorn tax-xufiera. L-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat huwa impost mingħajr distinzjoni fuq kull impriża tat-trasport li tixtieq twettaq trasport bit-triq fl-Unjoni. Dan l-obbligu għandu l-għan li jiżgura n-natura stabbli u effettiva tal-istabbiliment tal-operaturi tat-trasport bit-triq. Bħala tali, dan l-obbligu bl-ebda mod ma jirregola jew jillimita l-libertà – li tibqa’ mingħajr restrizzjonijiet – tal-operaturi ekonomiċi ta’ Stat Membru li jistabbilixxu ruħhom fl-Istat Membru ospitanti, li jibdew attivitajiet bħala persuni li jaħdmu għal rashom u li jwaqqfu impriżi skont il-kundizzjonijiet iddefiniti mil-leġiżlazzjoni tal-pajjiż ta’ stabbiliment għaċ-ċittadini tiegħu stess (419). Kif ifakkar il-Kunsill, l-obbligu ta’ ritorn ma huwiex maħsub biex jitqies matul il-proċess ta’ awtorizzazzjoni tal-kumpaniji tat-trasport, peress li dawn il-kumpaniji huma meħtieġa jikkonformaw ma’ dan l-obbligu ladarba jkunu ġew stabbiliti u meta jibdew jipprovdu s-servizzi tagħhom. Għalhekk ma hemm l-ebda effett restrittiv mill-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat fuq il-libertà ta’ stabbiliment.

    681. L-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat ma jipprekludix lill-operaturi tat-trasport milli jeżerċitaw il-libertà ta’ stabbiliment tagħhom peress li ma huwiex ikkontestat li għandhom il-libertà li jirrilokaw, jekk ikunu jixtiequ, is-sede tal-attivitajiet tagħhom. L-allegazzjoni li l-istabbiliment ta’ kumpanniji fl-Istati Membri periferiċi huwa skoraġġut minħabba ż-żieda sinjifikattiva tal-ispejjeż marbuta mal-obbligu ta’ ritorn għandha tiġi miċħuda peress li hija bbażata fuq il-kontinwazzjoni ta’ mudell kummerċjali li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà esklużiva tal-imsemmija trasportaturi. Fil-fatt, iż-żieda fl-ispejjeż hija iktar u iktar sinjifikattiva meta trasportatur jagħżel li jopera fit-territorju ta’ Stat Membru ’l bogħod minn dak li fih huwa stabbilit. Ma huwiex il-leġiżlatur tal-Unjoni li għandu jikkumpensa l-eventwali kumplikazzjonijiet marbuta mad-distanza ġeografika bejn is-sede tal-operatur u l-post effettiv tal-attivitajiet tiegħu.

    682. Fir-rigward tal-invokazzjoni tal-Karta, l-Artikoli 15(1) u 16 jipproteġu rispettivament id-dritt li wieħed jaħdem u li jeżerċita professjoni magħżula jew aċċettata liberament u l-libertà ta’ intrapriża, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni u mal-liġijiet u l-prattiċi nazzjonali. Ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Repubblika ta’ Ċipru jsostnu, b’rabta mal-allegazzjoni ta’ ksur tal-Artikolu 49 TFUE, li l-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat jipperikola l-eżistenza stess tal-libertà li tiġi eżerċitata attività professjonali.

    683. L-ewwel, l-eżerċizzju ta’ kull attività professjonali jimplika neċessarjament l-aċċettazzjoni tar-regoli u tal-kundizzjonijiet ta’ eżerċizzju relatati magħha. It-tieni, anki jekk jitqies li l-obbligu ta’ ritorn jikkostitwixxi restrizzjoni għall-attività professjonali tal-operaturi ekonomiċi kkonċernati, l-Artikolu 52(1) tal-Karta jipprevedi li jista’ jkun hemm limitazzjonijiet previsti fil-liġi u li jirrispettaw l-essenza tad-drittijiet u tal-libertajiet stabbiliti mill-Karta. Għandu jiġi kkonstatat, f’dan il-każ, li l-obbligu ta’ ritorn ma jaffettwax is-sustanza tad-dritt għall-eżerċizzju liberu tal-professjoni tal-operaturi tat-trasport bit-triq (420). It-tielet, minn din id-dispożizzjoni jirriżulta li kwalunkwe limitazzjoni imposta għandha tkun meħtieġa u għandha tissodisfa b’mod effettiv l-għanijiet ta’ interess ġenerali rrikonoxxuti mill-Unjoni. Peress li l-leġiżlatur, fil-kuntest tas-setgħa ta’ evalwazzjoni wiesgħa mogħtija lilu, qies li huwa neċessarju li jintervjeni sabiex b’mod partikolari jiggarantixxi kompetizzjoni leali u kundizzjonijiet ekwi biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern tat-trasport, għandu jiġi konkluż li ma kienx hemm ksur tal-Artikoli 15 u 16 tal-Karta.

    684. F’dak li jirrigwarda l-allegat ksur tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, infakkar li l-Artikolu 58(1) TFUE u l-Artikolu 91 TFUE jipprevedu li l-moviment liberu tas-servizzi fil-qasam tat-trasport għandu jiġi implimentat mil-leġiżlatur tal-Unjoni. Għaldaqstant, l-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat ma jistax ikun is-suġġett ta’ eżami separat taħt l-Artikolu 56 TFUE, mingħajr, għal darba oħra, ma tiġi injorata n-natura speċifika tat-trasport fir-rigward tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Kif diġà indikajt (421), il-leġiżlatur tal-Unjoni għandu, għaldaqstant, id-dritt li jemenda l-kundizzjonijiet li fihom tiġi eżerċitata l-libertà li jiġu pprovduti servizzi fil-qasam tat-trasport bit-triq sabiex, b’mod partikolari, jiġi ggarantit il-funzjonament tajjeb tas-suq intern peress li l-grad ta’ liberalizzazzjoni tal-imsemmija servizzi huwa ddefinit mil-leġiżlatur stess fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-politika komuni tat-trasport. Infakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li huwa leġittimu impenn mil-leġiżlatur tal-Unjoni bil-għan li jiżgura l-libertà li jiġu pprovduti servizzi fuq bażi ekwa, jiġifieri f’kuntest regolamentari li jiggarantixxi kompetizzjoni li ma tkunx ibbażata fuq l-applikazzjoni, fl-istess Stat Membru, ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg ta’ livell sostanzjalment differenti (422). L-impożizzjoni ta’ obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat hija maħsuba biex tiggarantixxi n-natura stabbli u effettiva tal-istabbiliment tal-operatur tat-trasport sabiex tiġi żgurata rabta ġenwina mal-Istat Membru ta’ stabbiliment, li huwa dak li ser jiddefinixxi, b’mod partikolari, ir-regoli fiskali u soċjali li ser japplikaw għall-imsemmi operatur tat-trasport. Il-leġiżlatur tal-Unjoni indika b’mod ċar fil-premessa 8 tar-Regolament 2020/1055 li l-għan kien li jiġu miġġielda l-kumpanniji fantażma, u li jitnaqqas ir-riskju ta’ kabotaġġ sistematiku u ta’ xufiera nomadiċi sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern fil-qasam tat-trasport. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-ilmenti bbażati fuq ksur tal-Artikolu 56 TFUE u tal-Artikolu 58(1) TFUE għandhom jiġu miċħuda bħala infondati.

    685. F’dak li jirrigwarda l-invokazzjoni ta’ ksur tal-moviment liberu tal-merkanzija, ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Repubblika ta’ Ċipru, fil-fehma tiegħi, ma wrewx b’mod suffiċjenti l-effetti tal-obbligu ta’ ritorn fuq il-moviment liberu tal-merkanzija, u kkuntentaw ruħhom b’dikjarazzjonijiet ġenerali. Fil-fatt, li jintwera dan huwa iktar u iktar diffiċli peress li l-allegati effetti restrittivi tal-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat jidhru b’mod ċar li huma wisq aleatorji u wisq indiretti sabiex il-punt 3 tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1055 ikun jista’ jitqies li huwa ta’ natura li jostakola l-kummerċ bejn l-Istati Membri u, għaldaqstant, li jikkostitwixxi restrizzjoni fis-sens tal-Artikoli 34 u 35 TFUE (423).

    686. Għaldaqstant, il-motivi bbażati fuq ksur tal-Artikoli 15 u 16 tal-Karta, u tal-Artikoli 26, 34, 35, 49, 56 u 58(1) TFUE, għandhom jiġu miċħuda bħala infondati.

    g)      Konklużjoni

    687. Għar-raġunijiet esposti fil-punti 642 et seq. ta’ dawn il-konklużjonijiet, hemm lok li jintlaqgħu r-rikorsi tar-Repubblika tal-Litwanja (C‑542/20), tar-Repubblika tal-Bulgarija (C‑545/20), tar-Rumanija (C‑547/20), tar-Repubblika ta’ Ċipru (C‑549/20), tal-Ungerija (C‑551/20), tar-Repubblika ta’ Malta (C‑552/20) u tar-Repubblika tal-Polonja (C‑554/20) sa fejn dawn huma diretti kontra l-punt 3 tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1055, sa fejn din id-dispożizzjoni emendat l-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 1071/2009 billi daħħlet fih obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat, u li tiġi annullata l-imsemmija dispożizzjoni.

    2.      Fuq lobbligu li l-impriża jkollha għadd ta’ vetturi u xufiera proporzjonat malvolum taloperazzjonijiet tattrasport imwettqa minnha (il-punt 3 tal-Artikolu 1 tarRegolament 2020/1055 sa fejn żied ilpunt (g) malArtikolu 5(1) tarRegolament Nru 1071/2009)

    688. Ir-Repubblika tal-Polonja hija l-unika waħda li tikkontesta l-legalità tal-punt 3 tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1055 sa fejn dan żied il-punt (g) mal-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 1071/2009, u tqajjem żewġ motivi f’dan ir-rigward, l-ewwel wieħed ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u t-tieni wieħed ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali. Barra minn hekk, permezz tal-motiv komuni żviluppat b’mod trażversali kontra d-dispożizzjonijiet kollha tar-Regolament 2020/1055 ikkontestati fil-kuntest tar-rikors tagħha fil-Kawża C‑554/20, ir-Repubblika tal-Polonja tikkonkludi li hemm ksur tal-Artikolu 11 TFUE u tal‑Artikolu 37 tal-Karta.

    a)      Fuq lewwel motiv ibbażat fuq ksur talprinċipju ta’ proporzjonalità

    1)      Largumenti talpartijiet

    689. F’dak li jirrigwarda l-motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li l-obbligu li l-impriża jkollha disponibbli regolarment u fuq bażi kontinwa, fl-Istat Membru ta’ stabbiliment, għadd ta’ vetturi li jilħqu l-kundizzjonijiet meħtieġa (424) u ta’ xufiera li normalment ikunu bbażati f’ċentru operazzjonali ta’ dan l-Istat Membru proporzjonat mal-volum tal-operazzjonijiet ta’ trasport imwettqa mill-impriża huwa bbażat fuq kriterji arbitrarji, li dan l-obbligu ma huwiex xieraq sabiex jintlaħqu l-għanijiet tar-Regolament 2020/1055, li barra minn hekk ma humiex speċifikati, u li għandu konsegwenzi negattivi ekonomiċi sproporzjonati għall-operaturi meta mqabbla mal-effetti pożittivi possibbli tiegħu. Il-ħtieġa ta’ tali miżura ma ġietx evalwata b’mod suffiċjenti fil-valutazzjoni tal-impatt, peress li r-raġunijiet sottostanti għall-introduzzjoni tagħha baqgħu ma humiex ċari, bħalma ma humiex ċari l-għanijiet imfittxija. Ir-Regolament 2020/1055 diġà jipprevedi obbligu ta’ ritorn tal-vetturi u obbligu ta’ ritorn tax-xufiera, u għalhekk l-Artikolu 5(1)(g) il-ġdid tar-Regolament Nru 1071/2009 jikkostitwixxi miżura addizzjonali li tkompli tillimita iktar il-mobbiltà tal-vetturi għad-dispożizzjoni tal-impriżi. Dan huwa rekwiżit totalment arbitrarju, li ma jiħux inkunsiderazzjoni n-natura speċifika tal-attivitajiet tat-trasport internazzjonali bit-triq, u huwa ostakolu assurd għall-eżerċizzju ta’ tali attivitajiet. Ir-Repubblika tal-Polonja tiddeplora n-nuqqas ta’ rabta oġġettiva bejn ir-rekwiżit introdott fl-Artikolu 5(1)(g) tar-Regolament Nru 1071/2009 u l-kwistjoni ta’ stabbiliment stabbli u effettiv, u ssostni li tali rekwiżit ma jikkonċernax, fir-realtà, ir-regoli dwar id-determinazzjoni tal-post ta’ stabbiliment iżda jirregola l-modalitajiet tal-organizzazzjoni stess tal-attività ta’ trasport. Barra minn hekk, ir-Repubblika tal-Polonja tallega li dan ir-rekwiżit jobbliga lill-operaturi tat-trasport jorganizzaw vjaġġi addizzjonali mingħajr tagħbija, filwaqt li tirrikonoxxi li huwa diffiċli li jiġi evalwat in-numru ta’ vjaġġi addizzjonali minħabba n-natura impreċiża ta’ din id-dispożizzjoni. L-osservanza ta’ tali rekwiżit tesponi lill-impriżi għal spejjeż, irrispettivament jekk ikunux marbuta mal-vjaġġi addizzjonali mingħajr tagħbija, jew mat-tkabbir tal-flotta tal-vetturi tagħhom jew tan-numru ta’ xufiera. Ser ikun diffiċli għas-SMEs li jġarrbu dawn l-ispejjeż addizzjonali, u f’settur fejn is-SMEs jirrappreżentaw il-parti l-kbira tiegħu, dan x’aktarx li ser iwassal għal fallimenti u rilokazzjonijiet. Il-valutazzjoni tal-impatt ma ħaditx inkunsiderazzjoni dawn l-elementi. Peress li l-legalità ta’ att tal-Unjoni għandha tiġi evalwata fil-mument tal-adozzjoni tiegħu, ir-Repubblika tal-Polonja tinnota li l-Artikolu 5(1)(g) il-ġdid tar-Regolament Nru 1071/2009, kif emendat bir-Regolament 2020/1055, ġie adottat matul perijodu meta l-impriżi attivi fis-settur tat-trasport kienu vulnerabbli minħabba l-pandemija tal-COVID‑19. Għalhekk ma kienx xieraq, meta l-leġiżlatur tal-Unjoni kellu għad-dispożizzjoni tiegħu d-data dwar l-impatt tal-pandemija fuq is-settur tat-trasport, li l-kumpaniji jiġu suġġetti għal spejjeż addizzjonali mhux iġġustifikati.

    690. Il-Kunsill u l-Parlament jitolbu li dan il-motiv jiġi miċħud.

    2)      Analiżi

    691. Infakkar li l-Artikolu 5(1)(g) il-ġdid tar-Regolament Nru 1071/2009, kif emendat bir-Regolament 2020/1055, jistabbilixxi kundizzjoni ġdida dwar ir-rekwiżit ta’ stabbiliment billi jipprevedi li impriża, sabiex tkun tista’ titqies li hija stabbilita b’mod stabbli u effettiv fl-Istat Membru ta’ stabbiliment, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament Nru 1071/2009, għandu jkollha għad-dispożizzjoni regolari tagħha, b’mod kontinwu, għadd ta’ vetturi u ta’ xufiera normalment ibbażati f’ċentru operazzjonali ta’ dan l-Istat Membru, fiż-żewġ każijiet skont il-volum ta’ operazzjonijiet ta’ trasport imwettqa mill-impriża.

    692. Qabelxejn, nirrileva li l-punt 3(d) tal-Artikolu 1 tal-Proposta tal-Kummissjoni għal emenda tar-Regolament Nru 1071/2009 kien jipprevedi li fl-Artikolu 5 ta’ dan tal-aħħar jiżdied obbligu li jinżammu assi u li jiġi impjegat persunal fi proporzjon mal-attività tal-istabbiliment. Tali obbligu kien is-suġġett ta’ valutazzjoni tal-impatt globali tiegħu, flimkien mis-sitt miżuri l-oħra elenkati mill-Kummissjoni, fil-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-Proposta inizjali tal-Kummissjoni (425). Għalkemm il-formulazzjoni finalment adottata mil-leġiżlatur tal-Unjoni hija kemxejn differenti minn din il-proposta (426), huwa ċar li l-leġiżlatur tal-Unjoni kellu biżżejjed data biex jifhem l-impatt tal-adozzjoni tal-obbligu li issa huwa previst fl-Artikolu 5(1)(g) tar-Regolament Nru 1071/2009, kif emendat bir-Regolament 2020/1055. Kif innota l-Kunsill, din id-dispożizzjoni ma tagħmilx parti mid-dispożizzjonijiet tal-Pakkett dwar il-Mobbiltà li fir-rigward tagħhom il-Kummissjoni esprimiet riżervi (427).

    693. Dan l-Artikolu 5(1)(g) il-ġdid, fil-fehma tiegħi, jikkontribwixxi b’mod ċar sabiex jintlaħqu l-għanijiet imfittxija fil-premessa 6 tar-Regolament 2020/1055, jiġifieri l-ġlieda kontra l-fenomenu tal-kumpanniji fantażma u l-garanzija ta’ kompetizzjoni leali u kundizzjonijiet ekwi fis-suq intern, li jeħtieġu li jiġi żgurat li l-operaturi tat-trasport jkollhom preżenza reali u permanenti fl-Istat Membru ta’ stabbiliment u jwettqu l-attivitajiet tagħhom minn dan tal-aħħar. Għal dan l-għan, il-leġiżlatur tal-Unjoni xtaq li “jiġu ċċarati u msaħħa d-dispożizzjonijiet dwar l-eżistenza ta’ stabbiliment effettiv u stabbli filwaqt li tkun evitata l-impożizzjoni ta’ piż amministrattiv sproporzjonat”. L-għanijiet imfittxija jidhirli, bħalma jsostnu l-Parlament u l-Kunsill, li jistgħu jiġu identifikati faċilment.

    694. Din il-kjarifika u dan it-tisħiħ twettqu permezz tal-adozzjoni ta’ diversi miżuri ewlenin, fosthom dik dwar l-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi u dik dwar l-obbligu ta’ ritorn tax-xufiera. F’dan ir-rigward, ma huwiex korrett li jiġi sostnut li l-Artikolu 5(1)(g) tar-Regolament Nru 1071/2009, kif emendat bir-Regolament 2020/1055, huwa rdoppjar ta’ dawn iż-żewġ obbligi preċedenti. Kif enfasizzaw il-Kunsill u l-Parlament, dan l-artikolu jimponi rekwiżit kwantitattiv ta’ tagħmir u ta’ riżorsi umani disponibbli, iżda la jikkonċerna l-livell ta’ mobbiltà tal-vetturi u tax-xufiera u lanqas il-frekwenza tar-ritorni, li, min-naħa tiegħu, jibqa’ rregolat mill-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 1071/2009, kif emendat bir-Regolament 2020/1055, fir-rigward tal-vetturi, u mill-Artikolu 8(8a) tar-Regolament Nru 561/2006, kif emendat bir-Regolament 2020/1054, fir-rigward tax-xufiera. Mill-Artikolu 5(1)(g) tar-Regolament Nru 1071/2009 kif emendat lanqas ma jirriżulta li hija meħtieġa preżenza permanenti fl-Istat Membru ta’ stabbiliment tal-vetturi jew tax-xufiera.

    695. Ir-rekwiżiti marbuta mal-imsemmi obbligu ma jidhrux li huma sproporzjonati. L-ewwel nett, in-numru ta’ vetturi u xufiera għandu jkun proporzjonat mal-volum ta’ operazzjonijiet tat-trasport imwettqa mill-impriża. Mal-ewwel daqqa ta’ għajn jidher diffiċli li jiġi konkluż li dispożizzjoni li tinkludi referenza espliċita għal relazzjoni proporzjonata stabbilita minnha hija sproporzjonata. Sussegwentement, l-Artikolu 5(1)(g) tar-Regolament Nru 1071/2009, kif emendat bir-Regolament 2020/1055, jeżiġi biss l-użu ta’ riżorsi materjali u umani mingħajr ma jimponi, pereżempju, it-tip ta’ relazzjonijiet ġuridiċi li għandhom jorbtu lill-impriża max-xufiera tagħha. Il-kritika fformulata mir-Repubblika tal-Polonja fir-rigward tal-konsegwenzi ekonomiċi mhux iġġustifikati marbuta max-xiri ta’ vetturi jew mar-reklutaġġ ta’ xufiera tidher li hija infondata, peress li jista’ raġonevolment ikun mistenni li maġġoranza kbira ta’ operaturi tat-trasport diġà għandhom proporzjon suffiċjenti ta’ riżorsi materjali u umani għall-attivitajiet tagħhom. Fl-aħħar nett, l-argument li dan l-Artikolu 5(1)(g) jirregola b’mod arbitrarju l-modalitajiet tal-organizzazzjoni tal-attività ta’ trasport huwa bbażat fuq qari żbaljat ta’ dan l-artikolu, peress li, kif isostni l-Kunsill, l-imsemmi artikolu bl-ebda mod ma jirregola l-post fejn is-servizz tat-trasport għandu jitwettaq, iżda sempliċement isaħħaħ, għar-raġunijiet esposti b’mod partikolari fil-premessi 6 u 8 tar-Regolament 2020/1055, ir-rabta bejn l-impriża u l-Istat Membru ta’ stabbiliment li minnu topera. B’mod partikolari mill-premessa 8 ta’ dan ir-regolament jirriżulta li l-leġiżlatur tal-Unjoni ċaħad espressament kwalunkwe emenda li jkollha s-sens li tobbliga lill-operaturi tat-trasport iwettqu numru speċifiku ta’ operazzjonijiet fl-Istat Membru ta’ stabbiliment jew li tillimita l-possibbiltà għal dawn l-operaturi tat-trasport li jipprovdu servizzi fis-suq intern kollu. B’dan il-mod, jirriżulta b’mod ċar li l-obbligu previst fl-Artikolu 5(1)(g) tar-Regolament Nru 1071/2009, kif emendat bir-Regolament 2020/1055, li jipprovdi li impriża, sabiex tkun tista’ titqies li hija stabbilita b’mod stabbli u effettiv fl-Istat Membru ta’ stabbiliment, għandu jkollha għad-dispożizzjoni regolari tagħha, b’mod kontinwu, għadd ta’ vetturi u ta’ xufiera normalment ibbażati f’ċentru operazzjonali ta’ dan l-Istat Membru, fiż-żewġ każijiet fi proporzjon mal-volum ta’ operazzjonijiet tat-trasport imwettqa mill-impriża, huwa r-riżultat tal-implimentazzjoni mil-leġiżlatur tas-setgħa ta’ evalwazzjoni wiesgħa tiegħu f’qasam fejn għandu jitwettaq ibbilanċjar bejn interessi diverġenti.

    696. Fl-aħħar nett, il-leġiżlatur tal-Unjoni ma jistax jiġi kkritikat talli għażel li jobbliga lit-trasportaturi jġarrbu spejjeż addizzjonali meta dawn diġà kienu f’qagħda vulnerabbli minħabba l-konsegwenzi ekonomiċi tal-pandemija tal-COVID‑19. Fil-fatt, minn naħa, ir-Regolament 2020/1055 ippreveda l-applikazzjoni tiegħu b’effett mill‑21 ta’ Frar 2022, jiġifieri iktar minn 18-il xahar wara l-adozzjoni tiegħu fi tmiem l-ewwel mewġa marbuta mal-pandemija u, min-naħa l-oħra, il-kundizzjoni prevista fl-Artikolu 5(1)(g) tar-Regolament Nru 1071/2009, kif emendat bir-Regolament 2020/1055, fl-aħħar mill-aħħar sempliċement tiċċara kundizzjoni normalment mistennija minn kwalunkwe impriża li topera fis-suq tat-trasport bit-triq, li l-parti l-kbira tal-impriżi diġà kienu jikkonformaw ruħhom magħha.

    697. Konsegwentement, il-motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità għandu jiġi miċħud bħala infondat.

    b)      Fuq ilmotiv ibbażat fuq ksur talprinċipju ta’ ċertezza legali

    1)      Largumenti talpartijiet

    698. Wara li tfakkar il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li l-Artikolu 5(1)(g) tar-Regolament Nru 1071/2009, kif emendat bir-Regolament 2020/1055, minħabba n-nuqqas ta’ preċiżjoni tiegħu, ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-prinċipju ta’ ċertezza legali. It-termini li jinsabu fih huma vagi wisq, b’tali mod li hija affettwata l-portata tal-obbligu li jinsab f’din id-dispożizzjoni. L-impriżi ser jitqiegħdu f’sitwazzjoni ta’ inċertezza legali fir-rigward tal-konformità tal-azzjonijiet tagħhom mal-obbligu li jkollhom għad-dispożizzjoni regolari tagħhom, b’mod kontinwu, għadd ta’ vetturi u ta’ xufiera normalment ibbażati f’ċentru operazzjonali ta’ dan l-Istat Membru, fiż-żewġ każijiet fi proporzjon mal-volum ta’ operazzjonijiet tat-trasport imwettqa mill-impriża. Fil-fatt, jekk ikun impossibbli għall-impriżi li jkunu jafu jekk jissodisfawx waħda mill-kundizzjonijiet sabiex jeżerċitaw l-attività tagħhom, dan jesponihom għal konsegwenzi ġuridiċi serji.

    699. Minn naħa, il-kriterju dwar ir-rabta normali tax-xufiera u tal-vetturi ma’ ċentru operazzjonali tal-Istat Membru ta’ stabbiliment huwa vag ħafna u miftuħ għal interpretazzjoni. Peress li r-ritorn tal-vetturi u tax-xufiera huwa diġà rregolat minn dispożizzjonijiet oħra, dan il-kriterju jikkostitwixxi rekwiżit distint li l-portata tiegħu huwa impossibbli li tiġi ddeterminata. Min-naħa l-oħra, il-kriterju dwar in-natura proporzjonata huwa wkoll vag ħafna u huwa impossibbli li jiġi ddeterminat konkretament in-numru ta’ vetturi u ta’ xufiera li għalihom tirreferi d-dispożizzjoni.

    700. Fl-aħħar nett, teżisti differenza fundamentali bejn l-Artikolu 5(1)(g) tar-Regolament Nru 1071/2009, kif emendat bir-Regolament 2020/1055, u l-Artikolu 5(c) tar-Regolament Nru 1071/2009, li kien jipprevedi li l-operatur tat-trasport kellu jwettaq l-attivitajiet tiegħu miċ-ċentru operazzjonali li jinsab fl-Istat Membru ta’ stabbiliment billi jkollu “[t-]tagħmir amministrattiv meħtieġ” u “[t‑]tagħmir u l-faċilitajiet tekniċi xierqa”, peress li dawn it-tagħmir u l-faċilitajiet huma, skont ir-Repubblika tal-Polonja, sekondarji għall-attività tat-trasport, filwaqt li l-kwistjoni tan-numru ta’ vetturi u ta’ xufiera hija kruċjali mill-perspettiva tal-ġestjoni tal-impriża. Għalhekk huwa partikolarment essenzjali li l-obbligu jkun ifformulat b’mod preċiż.

    701. Il-Parlament u l-Kunsill jitolbu li dan il-motiv jiġi miċħud.

    2)      Analiżi

    702. Mill-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 117 et seq. ta’ dawn il-konklużjonijiet jirriżulta li l-istħarriġ tal-osservanza tal-prinċipju ta’ ċertezza legali jeżiġi li jiġi vverifikat jekk id-dispożizzjoni eżaminata hijiex tant ambigwa li timpedixxi lid-destinatarji tagħha milli jneħħu, b’ċertezza suffiċjenti, eventwali dubji dwar il-portata jew is-sens tagħha b’tali mod li ma jkunux f’pożizzjoni li jiddeterminaw, mingħajr ekwivoku, id-drittijiet u l-obbligi tagħhom.

    703. F’dan ir-rigward, infakkar li l-Artikolu 5(1)(g) tar-Regolament Nru 1071/2009, kif emendat bir-Regolament 2020/1055, jistabbilixxi waħda mill-kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-professjoni ta’ operatur tat-trasport billi jsaħħaħ ir-rekwiżit ta’ stabbiliment stabbli u effettiv fl-Istat Membru ta’ stabbiliment.

    704. Minn naħa, l-impriżi tat-trasport għandu jkollhom għad-dispożizzjoni regolari u kontinwa tagħhom vetturi u xufiera. F’dan l-istadju, ma nista’ nidentifika l-ebda diffikultà li tpoġġi lil dawn l-impriżi f’pożizzjoni li ma jkunux jistgħu jifhmu li huma jrid ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom – u mhux ikollhom il-pussess – riżorsi materjali u umani neċessarji għall-attività tagħhom (jiġifieri vetturi u xufiera). Is-sens tar-riferiment għar-rabta normali tar-riżorsi umani maċ-ċentru operazzjonali jista’, jekk ikun meħtieġ, jiġi ċċarat b’mod utli mill-qari tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (428).

    705. Min-naħa l-oħra, dawn l-impriżi għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom dawn ir-riżorsi materjali u umani b’mod “proporzjonat għall-volum tal-operazzjonijiet ta’ trasport imwettqa mill-impriża”. Huwa meħtieġ minn dawn l-impriżi li l-flotta tal-vetturi tagħhom tkun proporzjonata mal-livell tal-attivitajiet tagħhom, u l-istess jgħodd għall-forza tax-xogħol tagħhom, billi, kif tenfasizza r-Repubblika tal-Polonja, dawn huma żewġ elementi inerenti għall-attività ta’ operatur tat-trasport bit-triq. Ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li r-riferiment għall-proporzjonalità jagħmilha impossibbli li jiġi ddeterminat l-għadd ta’ vetturi u ta’ xufiera li l-impriżi għandu jkollhom b’mod konkret. Għall-kuntrarju, nemmen li, bħala professjonisti, l-operaturi tat-trasport bit-triq jimmaniġġjaw il-ħin kollu l-fluss tal-vetturi fir-rigward tad-disponibbiltà tax-xufiera u għandhom idea pjuttost preċiża tal-għadd ta’ vetturi u ta’ xufiera meħtieġa għall-attivitajiet tagħhom. Li kieku l-leġiżlatur tal-Unjoni kellu jirregola b’mod iktar preċiż l-obbligu previst fl-Artikolu 5(1)(g) tar-Regolament Nru 1071/2009, kif emendat bir-Regolament 2020/1055, pereżempju billi jistabbilixxi numru ta’ vetturi u ta’ xufiera li l-impriżi għandu jkollhom skont, pereżempju, id-dħul mill-bejgħ tagħhom, dawn tal-aħħar, kif ukoll l-awtoritajiet inkarigati mill-verifika tal-osservanza tar-rekwiżiti tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1071/2009, kif emendat bir-Regolament 2020/1055, ma kienx ikollhom il-marġni ta’ evalwazzjoni meħtieġ, u għalhekk il-flessibbiltà meħtieġa, sabiex, possibbilment, iqisu ċirkustanzi oħra minbarra d-dħul mill-bejgħ. Fi kwalunkwe każ, infakkar li mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li r-rekwiżiti tal-prinċipju ta’ ċertezza legali ma jistgħux jinftiehmu bħala li jimponu li leġiżlazzjoni għandha ssemmi dejjem id-diversi ipoteżijiet konkreti li fihom hija tista’ tiġi applikata, sa fejn dawn l-ipoteżijiet ma jistgħux jiġu ddeterminati kollha minn qabel mil-leġiżlatur tal-Unjoni (429).

    706. Għalhekk, mill-analiżi jirriżulta li l-Artikolu 5(1)(g) tar-Regolament Nru 1071/2009, kif emendat bir-Regolament 2020/1055, jidher li huwa ċar, preċiż u prevedibbli biżżejjed fl-effetti tiegħu sabiex il-partijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jorjentaw ruħhom f’sitwazzjonijiet u f’relazzjonijiet ġuridiċi li jaqgħu taħt l-ordinament ġuridiku tal-Unjoni (430). Il-motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali għandu jiġi miċħud bħala infondat.

    c)      Fuq ilmotiv ibbażat fuq ksur talArtikolu 11 TFUE u talArtikolu 37 talKarta

    1)      Largumenti talpartijiet

    707. Fir-rigward tal-aħħar motiv, u sa fejn dan huwa motiv komuni għad-dispożizzjonijiet ikkontestati kollha li diġà ġie miġbur fil-qosor (431), hawnhekk ser nillimita ruħi sabiex nindika, essenzjalment, li r-Repubblika tal-Polonja tinvoka ksur tal-Artikolu 11 TFUE u tal-Artikolu 37 tal-Karta minħabba l-fatt li l-leġiżlatur tal-Unjoni ma ħax inkunsiderazzjoni r-rekwiżiti bbażati fuq il-protezzjoni tal-ambjent u ssostni li l-obbligu l-ġdid jikkontribwixxi għal żieda sinjifikattiva fil-vjaġġi mingħajr tagħbija, li ma humiex iġġustifikati minn perspettiva ekonomika. Ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li l-effett tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ikkontestati ma ġiex evalwat mil-leġiżlatur tal-Unjoni li b’hekk ma setax jibbilanċja l-għanijiet imfittxija mir-Regolament 2020/1055 ma’ dawk ibbażati fuq il-protezzjoni tal-ambjent.

    708. Il-Kunsill u l-Parlament jitolbu li dan il-motiv jiġi miċħud.

    2)      Analiżi

    709. F’dak li jirrigwarda l-motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 11 TFUE u tal-Artikolu 37 tal-Karta, ser nillimita ruħi sabiex nikkonstata li r-Repubblika tal-Polonja ma stabbilixxietx kif, lil hinn mis-sempliċi affermazzjoni ta’ prinċipju, l-osservanza tal-obbligu li fl-Istat Membru ta’ stabbiliment jkun hemm għad-dispożizzjoni regolari tal-impriża, b’mod kontinwu, għadd ta’ vetturi li jissodisfaw l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(e) tar-Regolament Nru 1071/2009, u ta’ xufiera li normalment ikunu bbażati f’ċentru operazzjonali ta’ dan l-Istat Membru fi proporzjon mal-volum ta’ operazzjonijiet tat-trasport imwettqa mill-impriża, kienet ser teħtieġ vjaġġi addizzjonali, jekk ikun il-każ mingħajr tagħbija.

    710. Il-pożizzjoni żviluppata mir-Repubblika tal-Polonja tidher, barra minn hekk, li hija xi ftit kontradittorja minn żewġ aspetti. Minn naħa, wara li ssostni li obbligu bħal dan ser jiġġenera għadd sinjifikattiv ta’ vjaġġi mingħajr tagħbija, li jkollhom impatt negattiv sinjifikattiv fuq l-ambjent, hija ssostni, fl-istess ħin, li l-għan ta’ tali obbligu huwa li jġiegħel lill-vetturi u lix-xufiera tagħhom jibqgħu fiċ-ċentru operazzjonali tagħhom u jikkostitwixxi “ostakolu assurd għall-eżerċizzju tal-attività tat-trasport fir-rigward tal-loġika sottostanti ta’ din tal-aħħar” (432). Min-naħa l-oħra, jidher pjuttost paradossali li tiġi sostnuta teżi li timplika li, li kieku dawn il-vjaġġi mingħajr tagħbija kienu ġġustifikati ekonomikament, il-kompatibbiltà tad-dispożizzjoni li jirriżultaw minnha mal-Artikolu 11 TFUE u mal-Artikolu 37 tal-Karta ma kinitx tibqa’ kkontestata.

    711. Barra minn hekk, fir-rigward tal-allegat nuqqas ta’ valutazzjoni tal-impatt tal-punt 3 tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1055 li jintroduċi l-punt (g) fl-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1071/2009, nuqqas li allegatament kien jikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 11 TFUE u tal-Artikolu 37 tal-Karta, nagħmel riferiment għall-punt 570 ta’ dawn il-konklużjonijiet. Nirrileva wkoll, sussidjarjament, li ċ-ċifri pprovduti mir-Repubblika tal-Polonja sabiex turi l-impatt negattiv fuq l-ambjent li jirriżulta minn din id-dispożizzjoni l-ġdida jikkonċernaw, fil-fatt, kważi esklużivament stima tal-effetti ambjentali minħabba l-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat.

    712. Fl-aħħar nett, l-argumenti tar-Repubblika tal-Polonja jidhirli li huma bbażati, kif enfasizzaw il-Kunsill u l-Parlament, fuq qari żbaljat tal-Artikolu 5(1)(g) il-ġdid tar-Regolament Nru 1071/2009, kif emendat bir-Regolament 2020/1055, peress li din id-dispożizzjoni ma tirregolax il-frekwenza tal-preżenza fiċ-ċentri operazzjonali, iżda biss l-għadd ta’ vetturi u ta’ xufiera bbażati f’dawn iċ-ċentri. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 11 TFUE u tal-Artikolu 37 tal-Karta (433) għandu jiġi miċħud.

    d)      Konklużjoni

    713. Ir-rikors tar-Repubblika tal-Polonja fil-Kawża C‑554/20, sa fejn huwa dirett kontra l-punt 3 tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1055, sa fejn dan introduċa l-Artikolu 5(1)(g) tar-Regolament Nru 1071/2009, huwa miċħud.

    3.      Fuq ilperijodu ta’ stennija ta’ erbat ijiem bejn żewġ perijodi ta’ kabotaġġ (il-punt 4(a) tal-Artikolu 2 tarRegolament 2020/1055 li introduċa lparagrafu 2a flArtikolu 8 tarRegolament Nru 1072/2009)

    714. Ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Rumanija (434), ir-Repubblika ta’ Malta u r-Repubblika tal-Polonja jikkontestaw il-legalità tal-punt 4(a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1055 li, bl-introduzzjoni tal-paragrafu 2a fl-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 1072/2009, issa jipprevedi l-obbligu għall-operaturi tat-trasport li josservaw perijodu ta’ stennija ta’ erbat ijiem bejn żewġ perijodi ta’ kabotaġġ awtorizzat.

    a)      Fuq ilmotivi bbażati fuq ksur talpolitika talUnjoni filqasam talambjent u tattibdil filklima

    1)      Largumenti talpartijiet

    715. Ir-Repubblika tal-Litwanja tiżviluppa argumenti simili għal dawk żviluppati kontra l-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat. Għalhekk, l-impożizzjoni ta’ perijodu ta’ stennija ta’ erbat ijiem tikser l-Artikolu 3(3) TUE, l-Artikoli 11 TFUE u 191 TFUE, l-Artikolu 37 tal-Karta kif ukoll, b’mod iktar ġenerali, il-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent u tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Il-punt 4(a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1055 ġie adottat bi ksur tal-prinċipji li jirregolaw il-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent, mingħajr ma saret l-ebda valutazzjoni tal-impatt u mingħajr ma ġew evalwati l-konsegwenzi negattivi għall-protezzjoni tal-ambjent. Issa, l-obbligu li l-vettura tinħareġ mill-pajjiż li fih seħħ it-trasport ta’ kabotaġġ ser iwassal għal żieda fin-numru ta’ vetturi tqal li jivvjaġġaw mingħajr tagħbija u għalhekk fl-emissjonijiet ta’ CO2, kif ġie kkonfermat minn studji li jistmaw li dawn l-emissjonijiet addizzjonali ser jilħqu l‑4 miljun tunnellata (435).

    716. L-Artikolu 3(3) TUE u l-Artikoli 11 TFUE u 191 TFUE ma jistgħux jiġu interpretati b’mod strett daqskemm jipproponu l-Kunsill u l-Parlament fid-difiża tagħhom. Għalkemm il-leġiżlatur jista’ jieħu miżuri li jiddevjaw mill-għanijiet ta’ protezzjoni tal-ambjent, dawn il-miżuri ma jistgħux, bħal f’dan il-każ, ikunu manifestament inkompatibbli jew kuntrarji għall-imsemmija għanijiet, meta l-protezzjoni tal-ambjent hija rekwiżit imperattiv. L-effett tal-obbligu kontenzjuż fuq l-ambjent kien ġie manifestament sottovalutat, kif juru l-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tal-impatt imwettqa wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament 2020/1055 fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni. Peress li naqas milli jevalwa l-impatt tad-dispożizzjoni kontenzjuża, il-leġiżlatur tal-Unjoni ma ħax inkunsiderazzjoni l-fatt li, peress li r-rekwiżit ta’ stennija kien ser iwassal għal tnaqqis fl-effiċjenza tal-katina loġistika, dan kien ser jirriżulta f’żieda fin-numru ta’ vetturi tqal li jivvjaġġaw mingħajr tagħbija, fil-konsum tal-fjuwil u fil-kwantità ta’ CO2 rilaxxata. L-istennija tal-vetturi għalhekk tikkostitwixxi manifestament użu mhux razzjonali tar-riżorsi u tikkontribwixxi għar-riperkussjonijiet negattivi tar-ritorn tal-vetturi identifikati fil-valutazzjoni tal-impatt imwettqa mill-Kummissjoni. Għalkemm jiċħad kwalunkwe effett tal-perijodu ta’ stennija fuq l-ambjent, il-Kunsill ma jipprovdi l-ebda ċifra, u dan juri li l-istituzzjonijiet konvenuti ma kellhomx informazzjoni suffiċjenti fil-mument tal-adozzjoni tal-punt 4(a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1055.

    717. Ir-Repubblika tal-Bulgarija żviluppat argumenti komuni għaż-żewġ dispożizzjonijiet li kkontestat dwar dan is-suġġett (436). Hija ssostni li dak li ssejjaħlu l-perijodu ta’ mistrieħ bejn l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ iżid l-għadd ta’ vjaġġi mingħajr tagħbija u jillimita l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ, li madankollu huma magħrufa li jgħinu fit-tnaqqis ta’ dan it-tip ta’ vjaġġi, kif enfasizzat il-Kummissjoni fil-White Paper tagħha bit-titolu “Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b’mod effiċjenti” (437), li fiha appellat għat-tneħħija tar-restrizzjonijiet fuq il-kabotaġġ. Il-perijodu ta’ stennija bl-ebda mod ma jikkontribwixxi għal livell għoli ta’ protezzjoni u ta’ titjib tal-kwalità tal-ambjent u lanqas ma jinkorpora r-rekwiżiti marbuta mal-protezzjoni tiegħu. Il-punt 4(a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1055 għalhekk imur kontra, minn naħa, l-Artikolu 90 TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 3(3) TUE u mal-Artikolu 11 TFUE, kif ukoll l-Artikolu 37 tal-Karta u, min-naħa l-oħra, l-Artikolu 3(5) TUE, l-Artikolu 208(2) TFUE u l-Artikolu 216(2) TFUE kif ukoll il-Ftehim ta’ Pariġi.

    718. Ir-Repubblika tal-Polonja żviluppat argumenti komuni għall-erba’ dispożizzjonijiet li hija tikkontesta fir-rigward tal-ksur tal-Artikolu 11 TFUE u tal-Artikolu 37 tal-Karta. Wara li tfakkar is-sehem kunsiderevoli tat-trasport bit-triq fl-emissjonijiet ta’ CO2, l-emissjoni ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja u l-kuntest preokkupanti tal-kriżi klimatika, ir-Repubblika tal-Polonja tenfasizza r-riskji tat-tniġġis għas-saħħa tal-bniedem. Hija ssostni li l-istituzzjonijiet konvenuti kellhom iwettqu valutazzjoni tal-impatt tad-dispożizzjoni li tintroduċi perijodu ta’ stennija wara t-tmiem ta’ operazzjoni ta’ kabotaġġ imwettqa fi Stat Membru u kellhom jiżguraw li l-miżura prevista ma kinitx ser tkun ta’ preġudizzju għall-kisba tal-għanijiet stabbiliti f’atti oħra tad-dritt sekondarju fil-qasam tal-ambjent. Meta azzjoni tista’ twassal għal konsegwenzi negattivi fuq l-ambjent, l-istituzzjonijiet konvenuti jkollhom jibbilanċjaw l-interessi kunfliġġenti u jagħmlu bidliet adegwati jew, tal-inqas, jiżguraw li din il-leġiżlazzjoni ma tkunx ta’ preġudizzju għall-kisba tal-għanijiet stabbiliti fl-atti l-oħra tad-dritt sekondarju adottati fil-qasam tal-ambjent. Issa, fil-fehma tagħha, ir-restrizzjoni addizzjonali imposta fuq il-kabotaġġ mill-punt 4(a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1055 ser twassal għal żieda fil-vjaġġi mingħajr tagħbija, u għalhekk għal żieda fl-emissjonijiet ta’ CO2, li tirriżulta loġikament mil-limitazzjoni tal-benefiċċji tal-ottimizzazzjoni tal-operazzjonijiet tat-trasport li jipprovdu l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ. Ir-rabta bejn l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ u t-tnaqqis tal-vjaġġi mingħajr tagħbija hija barra minn hekk irrikonoxxuta mil-leġiżlatur innifsu.

    719. Il-Kunsill u l-Parlament, kif ukoll l-intervenjenti insostenn tagħhom, jitolbu li dawn il-motivi jiġu miċħuda.

    2)      Analiżi

    720. L-argument li l-perijodu ta’ stennija ta’ erbat ijiem bejn żewġ perijodi ta’ kabotaġġ awtorizzat imur kontra l-politika tal-ambjent għas-sempliċi raġuni li tali perijodu jnaqqas il-possibbiltà li jsir użu mill-kabotaġġ filwaqt li l-kabotaġġ jippermetti li jiġu ottimizzati l-operazzjonijiet tat-trasport, kif irrikonoxxa l-leġiżlatur fil-premessa 21 tar-Regolament 2020/1055, u għalhekk li jiġi limitat l-impatt tagħhom fuq l-ambjent, ma jistax jintlaqa’ sakemm ma jitqiesx li r-rekwiżiti tal-protezzjoni tal-ambjent għandhom jipprevalu dejjem fuq l-għanijiet l-oħra tal-Unjoni, ħaġa li la tirriżultax mill-Artikolu 3(3) TUE u lanqas mill-Artikolu 11 TFUE, u sakemm il-leġiżlatur ma jiġix imċaħħad mill-possibbiltà, fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-marġni ta’ evalwazzjoni wiesa’ tiegħu, li jirregola attività li huwa, konxjament, irrifjuta li jilliberalizza totalment (438), kif tixhed, fil-fatt, din il-premessa li tindika li l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ “jenħtieġ li jiġu permessi sakemm dawn ma jitwettqux b’mod li tinħoloq attività permanenti jew kontinwa fi ħdan l-Istat Membru kkonċernat”. Ma’ dan inżid li d-definizzjoni stess ta’ kabotaġġ tinkludi referenza għan-natura temporanja tagħha (439) u li, kif irrileva l-Kunsill, il-kisbiet fl-effiċjenza ambjentali marbuta mal-kabotaġġ kif imsemmi fir-Regolament Nru 1072/2009 jagħmlu sens biss sakemm l-attività tal-kabotaġġ ma tkunx kompletament illiberalizzata u tkompli tkun marbuta mat-trasport internazzjonali, li, min-naħa tiegħu, jimplika ritorn: il-kabotaġġ mhux marbut ma’ tali trasport – jiġifieri l-possibbiltà li operatur tat-trasport stabbilit fi Stat A jipprovdi b’mod liberu trasport nazzjonali fi Stat B – għalhekk ma jikkontribwixxix għall-effiċjenza loġistika tat-trasport jew għall-isforz biex jiġu rrazzjonalizzati l-vjaġġi ta’ ritorn.

    721. Barra minn hekk, dan il-perijodu ta’ stennija, fih innifsu, ma jistax, għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni r-Repubblika tal-Litwanja, jiġi interpretat bħala obbligu li l-vettura tiġi rritornata lejn l-Istat Membru ta’ stabbiliment tagħha. Jekk l-operaturi tat-trasport ikollhom l-intenzjoni li jikkonformaw ruħhom mal-obbligu tagħhom li josservaw perijodu ta’ stennija ta’ erbat ijiem billi jirritornaw il-vettura lejn l-Istat Membru ta’ stabbiliment tal-operatur tat-trasport, tali għażla tkun ibbażata fuq kunsiderazzjonijiet marbuta mal-effiċjenza ekonomika tal-attività tagħhom, iżda ma hijiex, bħala tali, imposta mir-Regolament 2020/1055 (440).

    722. Fl-aħħar nett, nirrileva li hemm ċertu paradoss fl-argumenti tar-Repubblika tal-Polonja li jiddenunzjaw l-ispejjeż, marbuta mal-applikazzjoni tad-dispożizzjoni, li jirriżultaw mill-vjaġġi mingħajr tagħbija imposti fuq il-vetturi tqal li hija tiddeskrivi, barra minn hekk, bħala li jwettqu, li kieku ma kinux suġġetti għal perijodu ta’ stennija ta’ erbat ijiem bejn żewġ perijodi ta’ kabotaġġ awtorizzat, operazzjonijiet ta’ kabotaġġ u bejn pajjiżi terzi (441). Minn perspettiva strettament ambjentali, insibha diffiċli nara kif tali sitwazzjoni għandha impatt iżgħar fuq l-ambjent (442).

    723. Fi kwalunkwe każ, kif diġà indikajt, fir-rigward tal-allegazzjoni ta’ ksur tal-Artikolu 11 TFUE, id-dispożizzjonijiet ikkontestati tar-Regolament 2020/1055 ma jistgħux jiġu analizzati b’mod iżolat, iżda minn analiżi tal-politika kollha tat-trasport għandu jirriżulta li l-interessi ambjentali ttieħdu inkunsiderazzjoni kif xieraq. Għalhekk hawnhekk nagħmel riferiment għall-argumenti tiegħi fuq dan il-punt li japplikaw, mutatis mutandis, għall-analiżi dwar il-perijodu ta’ stennija (443).

    724. Għall-bqija, fir-rigward tal-portata tal-Artikolu 37 tal-Karta, nagħmel riferiment għall-punt 565 ta’ dawn il-konklużjonijiet; fir-rigward tal-ilment ibbażat fuq in-nuqqas ta’ valutazzjoni tal-impatt, nagħmel riferiment għall-punt 570 ta’ dawn il-konklużjonijiet; fir-rigward tan-natura irrilevanti tal-invokazzjoni tal-Artikolu 191 TFUE, nagħmel riferiment għall-punt 581 ta’ dawn il-konklużjonijiet; fir-rigward tal-ilment ibbażat fuq ksur tal-Ftehim ta’ Pariġi kif ukoll tal-Artikolu 3(5) TUE u tal-Artikolu 208 TFUE u l-Artikolu 216(2) TFUE, nagħmel riferiment għall-punti 586 et seq. tal-analiżi tiegħi; u fl-aħħar nett, fir-rigward tal-kwistjoni tar-relazzjoni mal-atti l-oħra tad-dritt sekondarju, nagħmel riferiment għall-punt 594 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    725. Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, għandu jiġi konkluż li l-motivi bbażati fuq ksur tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent għandhom jiġu miċħuda bħala infondati.

    b)      Fuq ilmotivi bbażati fuq ksur talprinċipju ta’ proporzjonalità

    1)      Largumenti talpartijiet

    726. Ir-Repubblika tal-Litwanja ssostni li l-Artikolu 8(2a) tar-Regolament Nru 1072/2009, kif emendat bir-Regolament 2020/1055, jikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità peress li l-leġiżlatur tal-Unjoni adotta din id-dispożizzjoni mingħajr ma kellu informazzjoni suffiċjenti dwar l-impatt tagħha u mingħajr ma stabbilixxa sa fejn l-effetti negattivi għall-operaturi ekonomiċi ġġenerati mill-imsemmija dispożizzjoni jistgħu jidhru li huma ġġustifikati.

    727. Ir-Repubblika tal-Litwanja ssostni, qabelxejn, għalkemm fil-kuntest ta’ motiv distint minn dak ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, argumenti marbuta ma’ ksur ta’ dan il-prinċipju minħabba n-nuqqas ta’ valutazzjoni tal-impatt (444) li għandhom jiġu eżaminati hawnhekk. Hija tafferma li la l-Kummissjoni, la l-Kunsill u lanqas il-Parlament ma wettqu valutazzjoni tal-impatt tal-emenda introdotta mill-punt 4(a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1055. Tali miżura ma kinitx tinsab fil-Proposta inizjali tal-Kummissjoni, peress li l-perijodu ta’ stennija ġie miżjud biss matul il-proċedura leġiżlattiva, ħaġa li kienet tikkostitwixxi emenda sostanzjali tal-Proposta tal-Kummissjoni li kienet teħtieġ li ssir valutazzjoni tal-impatt ġdida (445).

    728. F’dak li jirrigwarda l-proporzjonalità tal-miżura nnifisha, l-ewwel, ir-Repubblika tal-Litwanja ssostni mill-ġdid li d-dispożizzjoni tmur kontra l-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-protezzjoni tal-ambjent u l-Patt Ekoloġiku Ewropew fid-dawl taż-żieda fin-numru ta’ vjaġġi mingħajr tagħbija li tirriżulta mill-obbligu li jiġi osservat perijodu ta’ stennija ta’ erbat ijiem. It-tieni, l-Artikolu 8(2a) tar-Regolament Nru 1072/2009, kif emendat bir-Regolament 2020/1055, huwa inkompatibbli mas-suq uniku u mas-suq tas-servizzi tat-trasport sa fejn iwassal għal frammentazzjoni tas-suq, jiddiskrimina indirettament kontra l-Istati Membri fil-periferija u l-Istati Membri żgħar u ma jiħux inkunsiderazzjoni d-degradazzjoni sinjifikattiva tas-sitwazzjoni ekonomika ta’ dawn tal-aħħar. It-tielet, fil-valutazzjoni tal-impatt tagħha l-Kummissjoni kienet identifikat diffikultà marbuta man-nuqqas ta’ preċiżjoni u man-nuqqas ta’ ċarezza tad-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar il-kabotaġġ qabel l-adozzjoni tar-Regolament 2020/1055. Madankollu, wara li l-Kunsill u l-Parlament ċaħdu d-dispożizzjoni proposta mill-Kummissjoni, huma ma pprovdew l-ebda element addizzjonali li jiġġustifika l-għażla ta’ din il-miżura minflok dik proposta mill-Kummissjoni. L-għan li jiġu aġġustati r-regoli dwar il-kabotaġġ u li jittejjeb il-kontroll tal-applikazzjoni tagħhom jeħtieġ li jintlaħaq permezz ta’ miżuri li ma jwasslux għall-ħolqien ta’ ostakoli artifiċjali għall-provvista ta’ servizzi tat-trasport, jew għal żieda mhux iġġustifikata fil-piż amministrattiv u finanzjarju fuq l-impriżi.

    729. Għalkemm għandha tiġi rrikonoxxuta l-eżistenza ta’ setgħa ta’ evalwazzjoni wiesgħa tal-leġiżlatur, il-libertà tal-leġiżlatur tal-Unjoni la għandha tkun assoluta u lanqas mingħajr limitu. Filwaqt li l-leġiżlatur jista’, skont il-punt 15 tal-Ftehim Interistituzzjonali, jiddeċiedi dwar it-twettiq ta’ valutazzjoni tal-impatt meta jqis li din hija meħtieġa u xierqa, tali evalwazzjoni għandha tkun motivata minn data eżistenti b’mod oġġettiv, sabiex jiġi ggarantit li l-leġiżlatur ma jabbużax mis-setgħa ta’ evalwazzjoni tiegħu billi jadotta miżuri infondati, ħaġa li l-Kunsill u l-Parlament ma rnexxilhomx jistabbilixxu.

    730. Ir-Repubblika tal-Bulgarija ssostni li l-obbligu stabbilit fl-Artikolu 8(2a) tar-Regolament Nru 1072/2009, kif emendat bir-Regolament 2020/1055, jikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità stabbilit fl-Artikolu 5(4) TUE u fl-Artikolu 1 tal-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità. Fil-fehma tagħha, il-Parlament u l-Kunsill ma kellhomx għad-dispożizzjoni tagħhom analiżi ekonomika u lanqas data oħra li setgħet tikkonferma l-proporzjonalità ta’ dan l-obbligu, li ma kienx parti mill-proposta inizjali tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, dan l-obbligu ma kienx ġie suġġett għal valutazzjoni tal-impatt, minkejja t-talbiet repetuti minn ċerti Stati Membri u l-provi miġjuba għall-attenzjoni tal-Parlament u tal-Kunsill fir-rigward tal-impatt sproporzjonat ta’ din il-miżura. Ma saret l-ebda konsultazzjoni mal-KtR jew mal-KESE. Għaldaqstant, il-konvenuti ma humiex f’pożizzjoni li juru li huma effettivament eżerċitaw is-setgħa ta’ evalwazzjoni tagħhom waqt l-adozzjoni ta’ att jew li kienu f’pożizzjoni li jieħdu inkunsiderazzjoni l-elementi u ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha tas-sitwazzjoni li dan l-att kien intiż li jirregola. Il-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni tal‑2017 (446) invokata mill-istituzzjonijiet konvenuti ma hijiex f’pożizzjoni li tistabbilixxi n-natura proporzjonata tal-perijodu ta’ stennija, peress li minn din il-valutazzjoni jirriżulta li tali miżura ġiet imwarrba mhux minħabba raġunijiet marbuta mal-fattibbiltà teknika tagħha, iżda għaliex ma ġietx irrikonoxxuta li tikkontribwixxi b’mod dirett għas-soluzzjoni tan-nuqqasijiet fil-funzjonament li kienu identifikati dak iż-żmien.

    731. Barra minn hekk, skont il-premessa 20 tar-Regolament 2020/1055, il-perijodu ta’ stennija huwa preżunt li ser iżomm il-livell ta’ liberalizzazzjoni li nkiseb sa issa, li ma huwiex ser ikun il-każ peress li huma imposti limiti ġodda għall-kabotaġġ, għall-kuntrarju ta’ dak li tirrakkomanda l-Kummissjoni. Skont il-premessa 21 ta’ dan ir-regolament, l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ jikkontribwixxu biex jiżdied il-fattur ta’ tagħbija tal-vetturi u biex jitnaqqas l-għadd ta’ vjaġġi mingħajr tagħbija. Madankollu, il-perijodu ta’ stennija introdott fl-Artikolu 8(2a) tar-Regolament Nru 1072/2009, kif emendat bir-Regolament 2020/1055, iwassal għall-effett oppost. Din il-premessa tenfasizza wkoll l-għan li tiġi ggarantita n-natura effettiva tal-istabbiliment, peress li r-Regolament 2020/1055 huwa intiż li jiġġieled il-kumpanniji fantażma. Madankollu, l-organizzazzjoni ta’ sistema ta’ xufiera nomadiċi minn impriża li l-vetturi ma jirritornawx lejha tista’ tiġi distinta minn tali prattiki frawdolenti jew abbużivi, sa fejn ir-realtà ekonomika tas-servizzi ta’ trasport hija kkaratterizzata minn livell għoli ta’ mobbiltà. Ir-restrizzjoni ta’ din l-attività li tirriżulta mill-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat bl-ebda mod ma tikkontribwixxi għal għan leġittimu, iżda tqiegħed f’dubju l-essenza stess tar-realtà ekonomika u tas-suq komuni tat-trasport. Tali obbligu saħansitra jġiegħel lil diversi impriżi tat-trasport stabbiliti fi Stati Membri fil-periferija jew gżejjer jirrilokaw lejn Stat Membru iktar ċentrali jew lejn pajjiż terz. Ir-rekwiżiti tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1071/2009 diġà kienu suffiċjenti sabiex tiġi żgurata n-natura stabbli u effettiva tal-istabbiliment, u l-limitazzjoni tal-volum ta’ operazzjonijiet ta’ kabotaġġ għal tlieta fuq perijodu ta’ sebat ijiem kienet tippermetti li tiġi evitata attività permanenti u kontinwa tal-operatur tat-trasport fit-territorju tal-Istat Membru fejn iseħħ il-kabotaġġ. Il-perijodu ta’ stennija la huwa rilevanti u lanqas neċessarju fid-dawl tan-natura intrinsikament tranżitorja tal-kabotaġġ u tal-għan ta’ liberalizzazzjoni. Ir-Repubblika tal-Bulgarija ssostni li r-restrizzjonijiet dwar il-kabotaġġ tneħħew fl‑1993 f’dak li jirrigwarda t-trasport bl-ajru, li kien wassal għal żieda fir-remunerazzjonijiet irċevuti mill-piloti. Id-direzzjoni tal-evoluzzjoni regolatorja għandha tkun dik ta’ iktar liberalizzazzjoni. Skont ir-Repubblika tal-Bulgarija, il-perijodu ta’ stennija jikkostitwixxi miżura protezzjonista u l-effett tiegħu fuq is-suq ser ikun wieħed negattiv (447). Ix-xufiera li jwettqu operazzjonijiet ta’ kabotaġġ jitqiesu bħala kollokati, u għalhekk il-liberalizzazzjoni ulterjuri ma għandhiex toħloq biża’ f’termini tal-koeżjoni soċjali. Barra minn hekk, l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ jirrappreżentaw perċentwali żgħira ħafna tat-trasport nazzjonali, b’tali mod li ma hemm l-ebda prova oġġettiva li turi li ser ikun hemm impatt sinjifikattiv fuq l-impjieg tax-xufiera tat-trakkijiet jekk jiġu applikati inqas restrizzjonijiet (448). Fl-aħħar nett, il-konsegwenzi negattivi fuq l-ambjent li jirriżultaw mill-perijodu ta’ stennija jaqbżu l-effetti ta’ benefiċċju mistennija mill-miżura.

    732. Ir-Rumanija ssostni li l-punt 4(a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1055 (449) ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Fl-ewwel lok, fir-rigward ta’ din id-dispożizzjoni, hija tiżviluppa argumenti analogi għal dawk żviluppati fir-rigward tal-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat dwar l-assenza ta’ valutazzjoni tal-impatt (450).

    733. Fit-tieni lok, ir-Rumanija ssostni li r-restrizzjoni addizzjonali introdotta mill-punt 4(a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1055 la hija xierqa u lanqas neċessarja għat-twettiq tal-għan imfittex u li din ma hijiex l-inqas miżura restrittiva li tista’ tintgħażel. L-applikazzjoni tagħha tikkawża preġudizzju sproporzjonat meta mqabbel mal-għanijiet imfittxija.

    734. F’dak li jirrigwarda l-għan imfittex, dan jirriżulta mill-premessi 20 u 21 tar-Regolament 2020/1055. Madankollu, il-punt 4(a) tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament jikkostitwixxi rigressjoni meta mqabbel mal-livell attwali tal-liberalizzazzjoni tas-suq u jista’ joħloq żbilanċi kbar fl-organizzazzjoni tal-ktajjen tal-loġistika tal-kumpanniji tat-trasport, iżid il-ħin ta’ inattività u n-numru ta’ vjaġġi mingħajr tagħbija u jnaqqas l-effiċjenza tal-katina tal-provvista, kif ikkonstata r-rapport tal-Kummissjoni dwar l-istat tas-suq tat-trasport bit-triq. Skont analiżi ċċitata minn rapport mill-Istitut Transport & Mobility Leuven, l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ ser jitnaqqsu bi 30 % (451). F’dak li jirrigwarda s-settur tat-trasport Rumen, hija mistennija żieda ta’ 5 % fil-vjaġġi mingħajr tagħbija b’riżultat tar-restrizzjoni addizzjonali (452). F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-punt 4(a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1055 ma jikkontribwixxix għall-għan li jiżdied il-fattur ta’ tagħbija tal-vetturi u li jitnaqqsu l-vjaġġi mingħajr tagħbija.

    735. Fir-rigward tal-għan li jiġi żgurat li l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ ma jitwettqux b’tali mod li tinħoloq attività permanenti jew kontinwa, minn diversi analiżijiet jirriżulta li l-kabotaġġ illegali jirrappreżenta 0.56 % tal-attività globali ta’ kabotaġġ fil-livell tal-Unjoni iżda jkompli jaffettwa iktar lil ċerti pajjiżi, b’rati li jvarjaw minn kważi żero sa 6.4 % (453). Il-kabotaġġ illegali ma jirriżultax mill-ftuħ tas-suq, iżda mid-diverġenzi fl-applikazzjoni u fil-kontroll tal-osservanza tal-leġiżlazzjoni eżistenti mill-Istati Membri. Azzjoni leġiżlattiva sabiex jintlaħaq dan l-għan setgħet tikkonsisti fil-kjarifika u fl-iffaċilitar tal-applikazzjoni tar-regoli eżistenti billi telimina r-restrizzjonijiet jew billi ttejjeb l-effiċjenza tal-kontrolli. Il-punt 4(a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1055 huwa manifestament mhux xieraq u l-għażla normattiva hija manifestament żbaljata.

    736. Din id-dispożizzjoni lanqas ma tikkostitwixxi miżura neċessarja u ma hijiex iġġustifikata minħabba l-impatt negattiv tagħha b’mod partikolari fuq l-impriżi tal-Istati Membri li jinsabu fil-periferija tal-Unjoni (454) minħabba ż-żieda fl-ispejjeż tal-operat, l-aċċess limitat għas-suq tat-trasport, it-tnaqqis fin-numru ta’ operaturi tat-trasport u r-rilokalizzazzjoni tal-kumpanniji lejn l-Istati tal-Punent. Dawn l-effetti huma amplifikati mill-koeżistenza tal-punt 4(a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1055 mal-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat. B’mod iktar partikolari, fir-rigward tas-settur tat-trasport Rumen, li jirrappreżenta terz tal-esportazzjonijiet ta’ servizzi totali tar-Rumanija, 46 % tal-eċċess totali tal-kummerċ estern fis-servizzi u 77 % tal-esportazzjonijiet kollha tas-servizzi tat-trasport mis-settur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq, ir-Rumanija tagħmel riferiment għall-istimi tal-analiżi mwettqa mill-UNTRR biex tikkonkludi li ser ikun hemm żieda fl-ispejjeż operazzjonali u tnaqqis fid-dħul, intensifikazzjoni tal-kriżi tax-xufiera professjonali, riskju ta’ waqfien tal-attivitajiet għal 8 % tal-kumpanniji, riskju li 5 % tal-kumpanniji joħorġu mis-suq tat-trasport internazzjonali, żieda fl-emissjonijiet ta’ CO2, tnaqqis fin-numru ta’ impjegati u piżijiet amministrattivi addizzjonali mhux meħtieġa. Dawn il-konsegwenzi ser ikunu saħansitra iktar serji peress li l-analiżi tal-UNTRR saret qabel il-pandemija tal-COVID‑19. Ir-restrizzjoni l-ġdida fuq l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ taffettwa indirettament lil sehem ħafna ikbar mill-ekonomiji fl-Istati Membri tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant meta mqabbla mal-ekonomiji tal-Istati Membri tal-Ewropa tal-Punent, u f’dawk tal-ewwel taffettwa iktar lis-SMEs. Dawn il-konsegwenzi ser ikunu ħafna ikbar mill-effetti pożittivi mistennija mill-imsemmija dispożizzjoni u jmorru kontra l-għanijiet tal-White Paper tal‑2011 “Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti” (455). Ir-Rumanija tqis ukoll li l-adozzjoni tal-punt 4(a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1055 hija sproporzjonata meta mqabbla man-numru kunsiderevoli ta’ Stati Membri affettwati b’mod negattiv minn dawn il-miżuri u meta mqabbla mal-intensità tal-effetti negattivi fuq is-sitwazzjoni taċ-ċittadini u tal-operaturi tat-trasport stabbiliti f’dawn l-Istati.

    737. Barra minn hekk, il-Kunsill u l-Parlament ma ddeskrivewx il-kabotaġġ sistematiku f’termini simili u n-natura illegali ta’ dan l-aġir ma ġietx stabbilita. Il-kabotaġġ sistematiku huwa konsegwenza marbuta mal-għadd kbir ta’ operazzjonijiet ta’ kabotaġġ imwettqa mill-operaturi tat-trasport tal-UE‑13 minħabba l-istruttura stess tas-suq, iżda dawn l-operazzjonijiet ma jikkostitwixxux element negattiv li jimponi l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi. L-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ kienu inizjalment maħsuba bħala tipi ta’ operazzjonijiet li jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-settur, għat-tkabbir ekonomiku u għall-effiċjenza tat-trasport. L-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ li jwasslu għal preżenza itwal tal-vettura fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti jwieġbu għal domanda reali. Fi kwalunkwe każ, numru kbir ta’ operazzjonijiet ta’ kabotaġġ ma jistax jitqies li huwa ekwivalenti għat-telf tan-natura temporanja peress li dawn l-operazzjonijiet jitwettqu b’osservanza ta’ restrizzjonijiet suffiċjenti eżistenti (operazzjoni waħda kull tlett ijiem jew tliet operazzjonijiet kull sebat ijiem). Mingħajr analiżi tal-impatt reali tal-kabotaġġ sistematiku u minħabba li ma ġietx stabbilita n-natura sistematika tiegħu, ma jistax jiġi sostnut li l-perijodu ta’ stennija jissodisfa l-ħtieġa ta’ leġiżlazzjoni bbilanċjata fil-livell tal-Unjoni li l-vantaġġi tagħha jegħlbu l-iżvantaġġi li jirriżultaw. Il-livell baxx ta’ kabotaġġ illegali (0.56 %) la jiġġustifika l-ħtieġa ta’ regolamentazzjoni żejda u lanqas l-adozzjoni ta’ restrizzjonijiet addizzjonali. Għall-kuntrarju tal-għan li tiġi ffaċilitata u ċċarata l-implimentazzjoni tar-regoli, il-miżura toħloq diffikultajiet għall-operaturi tat-trasport f’termini ta’ konformità u ta’ evidenza.

    738. Ir-Repubblika ta’ Malta ssostni li l-punt 4(a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1055 jikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità peress li ma huwiex l-inqas miżura restrittiva sabiex jintlaħaq l-għan imfittex. Barra minn hekk, din id-dispożizzjoni tippreġudika serjament lill-operaturi tat-trasport Maltin. Il-perijodu ta’ stennija ma huwiex l-inqas miżura restrittiva disponibbli fid-dawl tal-għan identifikat fil-premessa 21 ta’ dan ir-regolament. Ir-Repubblika ta’ Malta tissuġġerixxi li l-Artikolu 2(5) tal-Proposta tal-Kummissjoni ma kienx jimplika limitazzjoni serja għall-kapaċità tal-operaturi tat-trasport li jorganizzaw il-loġistika tagħhom u li jiżguraw il-funzjonament tajjeb tal-flotta tagħhom fil-kontinent li jimplika l-punt 4(a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1055. Hija tenfasizza li l-operaturi tat-trasport internazzjonali Maltin joperaw fil-kontinent sakemm ma jkunux imġiegħla jittrasportaw il-vetturi bil-baħar lejn Malta. Fil-kontinent, huma jużaw il-libertà ta’ moviment tagħhom mingħajr ma jkollhom rabta permanenti jew fit-tul speċifika ma’ Stati Membri oħra, bħall-Italja pereżempju. L-assenza fiżika tal-vetturi tal-operaturi tat-trasport Maltin f’Malta hija dovuta biss għas-sitwazzjoni ta’ dan l-Istat Membru bħala gżira. L-alternattiva proposta mill-Kummissjoni, li tgħid li l-aħħar ħatt matul operazzjoni ta’ kabotaġġ għandu jsir fi żmien 5 ijiem mill-aħħar ħatt fl-Istat Membru ospitanti matul it-trasport internazzjonali lejn dan l-Istat Membru, tippermetti li jintlaħqu l-istess għanijiet bħal dawk imfittxija mir-Regolament 2020/1055 mingħajr madankollu ma tobbliga lill-operaturi tat-trasport Maltin jinterrompu b’mod artifiċjali u regolari l-operazzjonijiet kollha tagħhom, mingħajr l-ebda għan ċar u raġonevoli, matul il-perijodu ta’ stennija ta’ erbat ijiem. Il-karatteristiċi ġeografiċi singulari tat-territorji gżejjer ma ġewx ikkunsidrati. L-evalwazzjoni ex post tar-Regolament Nru 1072/2009 ma tistax tissostitwixxi valutazzjoni tal-impatt tal-perijodu ta’ stennija, speċjalment peress li wħud mill-affermazzjonijiet li jinsabu fiha ġew kontradetti minn dak iż-żmien lil hawn, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-limitazzjoni tal-ispejjeż addizzjonali li jirriżultaw minn kjarifika tad-dispożizzjonijiet dwar il-kabotaġġ. Fl-assenza ta’ valutazzjoni tal-impatt, il-leġiżlatur tal-Unjoni ma stabbilixxiex kif il-perijodu ta’ stennija jkun iktar xieraq, meta huwa manifestament iktar restrittiv, mill-miżura inizjalment proposta mill-Kummissjoni u meta, skont il-valutazzjoni tal-impatt, kien jippermetti li l-attività ta’ kabotaġġ titnaqqas b’20 %. Ir-Repubblika ta’ Malta għadha ma tafx sa fejn ġie żgurat il-bilanċ bejn id-diversi interessi inkwistjoni. Il-perijodu ta’ stennija ġie introdott tard matul il-proċedura leġiżlattiva, minkejja n-nuqqas ta’ valutazzjoni tal-impatt, minkejja l-fatt li l-Istati Membri kienu oġġezzjonaw regolarment kontra l-adozzjoni ta’ tali miżura u mingħajr ma l-istituzzjonijiet konvenuti qatt ma kkonsultaw jew iddjalogaw mar-Repubblika ta’ Malta.

    739. Ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li l-punt 4(a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1055 jintroduċi limitazzjoni addizzjonali fil-qasam tal-provvista ta’ servizzi ta’ kabotaġġ li hija bbażata fuq kriterji arbitrarji, ma hijiex iġġustifikata mill-għanijiet imfittxija minn dan ir-regolament u tipproduċi konsegwenzi negattivi li huma ħafna ikbar mill-benefiċċji mistennija.

    740. Skont ir-Repubblika tal-Polonja, diġà teżisti bażi legali suffiċjenti, ikkostitwita mill-Artikolu 8(2) tar-Regolament Nru 1072/2009 qabel l-emenda tiegħu, sabiex jiġi evitat li l-attività ta’ trasport ta’ kabotaġġ titwettaq b’mod permanenti u kontinwu, b’tali mod li l-punt 4(a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1055 imur lil hinn mill-għan imsemmi fil-premessa 21 tal-imsemmi regolament. Mill-Artikolu 8(2) tar-Regolament Nru 1072/2009 diġà kien jirriżulta li l-provvista ta’ kabotaġġ tkun eskluża jekk il-vettura tidħol fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti matul operazzjoni tat-trasport internazzjonali mingħajr tagħbija. Din id-dispożizzjoni kienet tippermetti b’mod suffiċjenti li jiġi evitat li l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ jitwettqu b’tali mod li tinħoloq attività permanenti u kontinwa fl-Istat Membru kkonċernat. Mingħajr ġustifikazzjoni fir-rigward tal-għan ikkonċernat, il-punt 4(a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1055 jirrestrinġi b’mod sproporzjonat il-kundizzjonijiet ta’ kabotaġġ u jirrifletti iktar ir-rieda tal-leġiżlatur tal-Unjoni li jillimita l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ bħala tali u mhux l-abbuż minnhom. Din il-limitazzjoni lanqas ma hija ġġustifikata fid-dawl tal-vantaġġi tal-kabotaġġ u tal-kontribuzzjoni tiegħu għat-titjib tal-effiċjenza tat-trasport, kif imfakkar fil-premessa 21 tar-Regolament 2020/1055. Ir-restrizzjoni fuq il-kabotaġġ lanqas ma hija ġġustifikata fid-dawl tal-konsegwenzi negattivi sinjifikattivi li hija tiġġenera fuq l-impjiegi, l-infrastrutturi u l-ambjent, b’mod partikolari minħabba ż-żieda fil-volum tat-trasport mingħajr tagħbija li għaliha twassal din ir-restrizzjoni. Il-portata reali ta’ din iż-żieda ma tistax tiġi ppreċiżata peress li l-valutazzjoni tal-impatt ma ħaditx inkunsiderazzjoni tali evalwazzjoni. Il-leġiżlatur tal-Unjoni lanqas ma ħa inkunsiderazzjoni l-istruttura partikolari tas-suq tal-operaturi tat-trasport, kompost essenzjalment minn SMEs li jinsabu fil-periferija tal-Unjoni, li jkollhom jerfgħu bis-sħiħ il-piż taż-żieda fl-ispejjeż li tirriżulta mil-limitazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ introdotta permezz tal-punt 4(a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1055 u għalhekk huma iktar esposti għar-riskju ta’ falliment. Iż-żieda fl-ispejjeż operazzjonali għandha wkoll l-effett li twassal għal żieda fil-prezzijiet tal-merkanzija.

    741. Il-Kunsill u l-Parlament, kif ukoll l-intervenjenti insostenn tagħhom, jitolbu li dawn il-motivi jiġu miċħuda.

    2)      Analiżi

    i)      Fuq leżami milleġiżlatur talUnjoni talproporzjonalità talperijodu ta’ stennija bejn żewġ perijodi ta’ kabotaġġ

    742. Kif diġà tfakkar, l-eżerċizzju effettiv tas-setgħa ta’ evalwazzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni jeħtieġ it-teħid inkunsiderazzjoni tal-elementi u taċ-ċirkustanzi rilevanti kollha tas-sitwazzjoni li l-att li huwa adotta kien intiż li jirregola. F’dak li jirrigwarda l-eżami mil-leġiżlatur tal-Unjoni tal-proporzjonalità tal-perijodu ta’ stennija bejn żewġ perijodi ta’ kabotaġġ, huwa meħtieġ li tiġi mfakkra l-ordni ta’ kif seħħew l-affarijiet.

    743. Skont l-Artikolu 91(1)(b) TFUE, il-leġiżlatur tal-Unjoni, fl-implimentazzjoni tal-politika komuni tat-trasport, għandu jistabbilixxi “il-kondizzjonijiet li jirregolaw il-mod li bih trasportaturi mhux residenti jistgħu joperaw servizzi ta’ trasport f’xi Stat Membru”. Dawn il-kundizzjonijiet, li qabel kienu ddefiniti mir-Regolament (KEE) Nru 3118/93 (456), ġew emendati bir-Regolament Nru 1072/2009, li l-premessa 15 tiegħu tiddefinixxi l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ bħala “[l]-għoti ta’ servizzi minn trasportaturi fi Stat Membru fejn ma jkunux stabbiliti” u tawtorizzahom bħala prinċipju “sakemm ma jitwettqux b’mod li joħloq attività permanenti jew kontinwa f’dak l-Istat Membru” (457). Għal dan l-għan, il-frekwenza tal-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ u t-tul ta’ żmien li għalih jistgħu jitwettqu ġew iddefiniti b’mod iktar ċar mir-Regolament Nru 1072/2009, fejn il-leġiżlatur tal-Unjoni diġà kien jenfasizza d-diffikultà li tiġi ddeterminata u ggarantita n-natura temporanja tal-provvista ta’ tali servizzi (458). Fil-fatt, kif fakkar il-Kunsill, din id-diffikultà kienet diġà wasslet għall-ħtieġa, skont ir-Regolament Nru 3118/93, tal-adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ komunikazzjoni interpretattiva dwar in-natura temporanja tal-kabotaġġ fit-toroq fit-trasport tal-merkanzija (459). Għalhekk, l-Artikolu 8(2) tar-Regolament Nru 1072/2009 kien jillimita l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ għal perijodu ta’ sebat ijiem wara t-trasport internazzjonali u għal tliet servizzi “nazzjonali” matul dan il-perjodu.

    744. Ir-Regolament Nru 1072/2009 kien is-suġġett ta’ evalwazzjoni ex post (460) li ppermettiet l-identifikazzjoni tal-eżistenza ta’ kabotaġġ sistematiku, li jikkonsisti f’li impriża barranija tqatta’ l-parti l-kbira tal-ħin tagħha f’pajjiż ieħor tal-Unjoni kemm-il darba l-operatur tat-trasport iwettaq trasport internazzjonali kull ġimgħa, bħala konsegwenza mhux mistennija u mhux mixtieqa tar-Regolament Nru 1072/2009 (461). L-analiżi sabet li d-definizzjoni ta’ kabotaġġ temporanju mogħtija mir-Regolament Nru 1072/2009 ma kinitx tippermetti l-esklużjoni tal-kabotaġġ sistematiku (462).

    745. Kif ġie mfakkar mill-istituzzjonijiet konvenuti, minn dawn l-elementi magħrufa sew mil-leġiżlatur tal-Unjoni fil-mument tal-adozzjoni tar-Regolament 2020/1055 jirriżulta li s-sistema stabbilita mir-Regolament Nru 1072/2009 f’dak li jirrigwarda l-kabotaġġ ma kinitx żgurat b’mod suffiċjenti n-natura temporanja tas-servizzi ta’ kabotaġġ.

    746. Dawn l-elementi tqiesu kif xieraq mill-Kummissjoni fil-komponent tal-istabbiliment tal-valutazzjoni tal-impatt tagħha, li pprovdiet ukoll analiżi tal-evoluzzjoni tal-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ minn perspettiva kwantitattiva u ġeografika. F’din l-analiżi, il-Kummissjoni stabbilixxiet, barra minn hekk, rabta bejn iż-żieda fl-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ u n-natura sistematika, saħansitra illegali, ta’ dan it-trasport u r-riskji għall-kompetizzjoni leali bejn l-operaturi tat-trasport residenti u dawk mhux residenti (463). Għalkemm l-għażla tal-Kummissjoni finalment marret, fil-Proposta tagħha, fuq tnaqqis fil-perijodu li matulu jkunu awtorizzati l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ, wara trasport internazzjonali, u t-tneħħija tal-indikazzjoni tan-numru massimu ta’ operazzjonijiet ta’ kabotaġġ li jistgħu jitwettqu matul dan il-perijodu (464), nirrileva, bi qbil mal-Kunsill u l-Parlament, li l-Kummissjoni kienet ikkunsidrat ukoll il-possibbiltà li temenda l-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 1072/2009 billi tintroduċi perijodu ta’ stennija bejn żewġ perijodi ta’ kabotaġġ, qabel ma warrbet tali possibbiltà minħabba d-dubji li l-Kummissjoni kellha dwar il-fattibbiltà politika u teknika tagħha (465), dubji li l-leġiżlatur tal-Unjoni seta’ ma jaqbilx magħhom. Barra minn hekk, il-Kummissjoni indikat li ma identifikatx problemi partikolari li kienet tqajjem tali miżura f’termini ta’ proporzjonalità (466), u sussegwentement fl-aħħar irrikonoxxiet li l-Artikolu 8(2a) tar-Regolament Nru 1072/2009, kif emendat bir-Regolament 2020/1055 “għandu jtejjeb l-infurzabbiltà tar-regoli dwar il-kabotaġġ meta mqabbel mas-sitwazzjoni attwali” (467).

    747. Għalhekk, mill-elementi preċedenti jirriżulta li l-leġiżlatur tal-Unjoni kellu, fil-mument tal-adozzjoni tal-punt 4(a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1055, elementi suffiċjenti li kienu jippermettulu jevalwa l-proporzjonalità ta’ dan l-obbligu fid-dawl tal-għan li huwa kellu l-intenzjoni li jfittex, ħaġa li l-Kunsill u l-Parlament stabbilixxew b’mod suffiċjenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. L-ilmenti bbażati fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità minħabba l-assenza ta’ valutazzjoni tal-impatt jew minħabba insuffiċjenza tal-bażi dokumentarja għad-dispożizzjoni tal-leġiżlatur fil-mument li fih eżerċita s-setgħa ta’ evalwazzjoni tiegħu għandhom għalhekk jiġu miċħuda bħala infondati.

    ii)    Fuq innatura proporzjonata talperijodu ta’ stennija ta’ erbat ijiem bejn żewġ perijodi ta’ kabotaġġ awtorizzat

    748. Ir-rispett tal-prinċipju ta’ proporzjonalità jeżiġi li l-punt 4(a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1055 ikun xieraq sabiex jintlaħaq l-għan imfittex minn dan ir-regolament u ma jaqbiżx il-limiti ta’ dak li huwa neċessarju għall-kisba tal-imsemmi għan, filwaqt li l-leġiżlatur tal-Unjoni huwa obbligat jirrikorri għall-miżura xierqa l-inqas oneruża u filwaqt li l-iżvantaġġi kkawżati ma għandhomx ikunu sproporzjonati meta mqabbla mal-għan imfittex. Bis-saħħa tas-setgħa ta’ evalwazzjoni wiesgħa rrikonoxxuta lil-leġiżlatur tal-Unjoni fl-oqsma li fihom huwa mitlub iwettaq operazzjonijiet u evalwazzjonijiet kumplessi, hija biss in-natura manifestament inadegwata ta’ din id-dispożizzjoni li tista’ tiġi ċċensurata.

    749. F’dak li jirrigwarda l-għan imfittex, infakkar li l-punt 4(c) tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1055 jippreċiża l-kundizzjonijiet tas-sistema ta’ kabotaġġ diġà eżistenti li tirriżulta mir-Regolament Nru 1072/2009 minħabba l-limiti tagħha u l-konsegwenzi mhux mistennija u mhux mixtieqa li jirriżultaw minn din is-sistema. Skont il-premessa 20 tar-Regolament 2020/1055, il-leġiżlatur tal-Unjoni ried jiċċara, jissimplifika u jiffaċilita l-konformità mar-regoli dwar it-trasport nazzjonali mwettqa fuq bażi temporanja minn operaturi tat-trasport mhux residenti fi Stat Membru ospitanti “filwaqt li [jżomm ukoll] il-livell ta’ liberalizzazzjoni li nkiseb sa issa”. Il-premessa 21 ta’ dan ir-regolament, min-naħa tagħha, fakkret b’mod ċar li l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ “jenħtieġ li jiġu permessi sakemm dawn ma jitwettqux b’mod li tinħoloq attività permanenti jew kontinwa fi ħdan l-Istat Membru kkonċernat” u li, sabiex jiġi żgurat li dan ma jkunx il-każ, “jenħtieġ li l-operaturi tat-trasport ma jitħallewx iwettqu operazzjonijiet ta’ kabotaġġ fl-istess Stat Membru fi żmien ċertu perijodu wara t-tmiem ta’ perijodu ta’ operazzjonijiet ta’ kabotaġġ”. Minn naħa, l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ ma humiex illiberalizzati bis-sħiħ. Min-naħa l-oħra, għandhom jiġu ddefiniti kundizzjonijiet preċiżi sabiex il-provvista ta’ tali trasport tibqa’ temporanja, ħaġa li l-punt 4(a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1055 kien intiż preċiżament li jiggarantixxi. Bħall-Kunsill u l-Parlament, infakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-okkażjoni tenfasizza n-natura neċessarjament temporanja tal-attivitajiet ta’ kabotaġġ (468).

    750. Il-Parlament wera r-raġunijiet għaliex, skont il-leġiżlatur, fl-eżerċizzju tas-setgħa ta’ evalwazzjoni wiesgħa tiegħu, l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ xorta għandhom jibqgħu suġġetti għal restrizzjonijiet. Abbażi tal-komponent tal-istabbiliment tal-valutazzjoni tal-impatt, din l-istituzzjoni indikat fis-sottomissjonijiet tagħha li s-suq tal-kabotaġġ huwa kkaratterizzat minn żieda sinjifikattiva fl-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ imwettqa minn trasportaturi tal-UE‑13, prinċipalment fl-Istati Membri tal-UE‑15. Din iż-żieda tidher li hija relatata mal-fatt li l-operaturi tat-trasport minn Stati Membri bi spejjeż operazzjonali baxxi għandhom vantaġġ kompetittiv fuq l-operaturi tat-trasport nazzjonali tal-UE‑15 li huma meħtieġa jikkonformaw ma’ leġiżlazzjoni iktar stretta u jġarrbu spejjeż operazzjonali ogħla. Għalhekk, in-natura temporanja tal-kabotaġġ għandha tinżamm u għandha tiġi żgurata sabiex l-operaturi tat-trasport tal-EU‑15 jiġu mħarsa minn kompetizzjoni inġusta. Għalhekk, il-leġiżlatur tal-Unjoni għamel l-għażla politika li jsaħħaħ il-kundizzjonijiet ta’ kabotaġġ temporanju, billi fittex bilanċ ġust bejn l-aċċess għas-suq tat-trasport nazzjonali tal-operaturi tat-trasport mhux residenti u l-protezzjoni tal-operaturi tat-trasport nazzjonali esposti għal spejjeż operazzjonali ogħla.

    751. Fir-rigward tal-ħtieġa u tal-adegwatezza tal-perjodu ta’ stennija bejn żewġ perijodi ta’ kabotaġġ, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni, kif argumentaw il-Kunsill u l-Parlament, il-fatt li d-data disponibbli għal-leġiżlatur tal-Unjoni kienet tindika li l-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 1072/2009 seta’ fl-aħħar mill-aħħar jippermetti lill-operaturi tat-trasport mhux residenti jorganizzaw l-operazzjonijiet tagħhom b’tali mod li jiżguraw preżenza permanenti jew kontinwa fl-Istat Membru ospitanti (469). Tali applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni kienet tpoġġi lil dawn l-operazzjonijiet tat-trasport f’“żona griża”, kif iddeskriviha l-Parlament, u b’mod ċar kienet tmur kontra l-għan imfittex, kif diġà enfasizzat fil-premessi 13 u 15 tar-Regolament Nru 1072/2009.

    752. F’dan ir-rigward, il-Kunsill ifakkar li, fil-komunikazzjoni interpretattiva tal-Kummissjoni dwar in-natura temporanja tal-kabotaġġ fit-trasport tal-merkanzija (470), il-Kummissjoni indikat erba’ kriterji li jiggarantixxu din in-natura, jiġifieri t-tul, il-frekwenza, il-perjodiċità u l-kontinwità. Il-Kunsill jispjega li r-Regolament Nru 1072/2009 kien jirregola t-tul tas-servizz, fejn il-kabotaġġ kien possibbli għal perijodu ta’ sebat ijiem. Il-frekwenza tal-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ matul dan il-perjodu kienet iddeterminata wkoll, iżda mhux il-frekwenza ta’ dawn il-perijodi ta’ sebat ijiem. Fl-eżerċizzju tas-setgħa ta’ evalwazzjoni wiesgħa tiegħu, il-leġiżlatur għalhekk qies, mingħajr ma wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni, li l-fatt li operatur tat-trasport jitħalla jibda perijodu ġdid ta’ sebat ijiem li matulu huma awtorizzati tliet operazzjonijiet ta’ kabotaġġ immedjatament wara t-tmiem ta’ perijodu ieħor ta’ dan it-tip kien jillimita l-effettività tas-sistema ta’ kabotaġġ u kien imur kontra n-natura temporanja tal-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ li huwa xtaq ikompli jiggarantixxi. L-obbligu li jiġi osservat perijodu ta’ “cooling-off” li matulu ma tista’ titwettaq l-ebda attività ta’ kabotaġġ jidher xieraq sabiex jintlaħaq l-għan imfittex, li huwa li tiġi żgurata n-natura temporanja tal-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ.

    753. Fir-rigward tan-natura neċessarja, kemm l-evalwazzjoni ex post tar-Regolament Nru 1072/2009 kif ukoll il-komponent tal-istabbiliment tal-valutazzjoni tal-impatt ġew invokati mill-Kunsill u mill-Parlament sabiex jiġu enfasizzati l-karatteristiċi ewlenin tas-suq tal-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ u sabiex jiġu identifikati l-problemi marbuta mal-kabotaġġ sistematiku, peress li l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ ma humiex kompletament illiberalizzati iżda għandhom jiġu organizzati skont il-kundizzjonijiet iddefiniti mil-leġiżlatur tal-Unjoni, kif previst fl-Artikolu 91(1)(b) TFUE. Għalhekk, jaqa’ fis-setgħa ta’ evalwazzjoni wiesgħa tal-leġiżlatur li dan jikkunsidra l-intervent tiegħu bħala neċessarju sabiex jiġu mrażżna l-prattiki abbużivi ta’ ċerti operaturi tat-trasport ibbażati fuq in-natura impreċiża jew inkompleta tal-leġiżlazzjoni eżistenti u li jheddu l-kompetizzjoni leali, peress li l-operaturi tat-trasport residenti jiffaċċjaw il-preżenza mhux iktar temporanja iżda permanenti tal-operaturi tat-trasport mhux residenti fis-suq tat-trasport nazzjonali.

    754. It-tul tal-perijodu ta’ stennija issa impost (ta’ erbat ijiem) ma jidhirx li huwa eċċessiv peress li l-Kunsill jispjega li dan għandu jkun iddedikat għall-organizzazzjoni tat-trasport internazzjonali li huwa l-prerekwiżit neċessarju għal kull operazzjoni ta’ kabotaġġ, peress li din tal-aħħar hija awtorizzata biss għaliex hija marbuta ma’ tal-ewwel. Fil-komponent tal-istabbiliment tal-valutazzjoni tal-impatt, il-Kummissjoni kienet stmat li l-operaturi tat-trasport xorta jistgħu jwettqu 3.33 perijodi ta’ sebat ijiem li matulhom l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ huma awtorizzati, iżda limitati, f’perijodu ta’ 30 jum (471). Il-Kunsill iqis li l-obbligu li jiġi osservat perijodu ta’ stennija ta’ erbat ijiem għandu jnaqqas din iċ-ċifra għal tliet perijodi ta’ sebat ijiem f’perijodu ta’ 29 jum (472). Għalhekk, l-attivitajiet tal-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ jibqgħu possibbli.

    755. Barra minn hekk, mill-formulazzjoni tal-punt 4(a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1055 jirriżulta b’mod ċar li huma biss l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ li huma pprojbiti matul il-perijodu ta’ stennija ta’ erbat ijiem, li huwa koerenti mal-għan imfittex. L-operaturi tat-trasport ma humiex obbligati jwaqqfu l-vetturi tagħhom matul dan il-perijodu u lanqas li jwaqqfu totalment l-attivitajiet tagħhom. Huma obbligati biss li jiddedikaw dawn l-erbat ijiem għal tipi oħra ta’ trasport minbarra l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ, b’tali mod li l-indħil tal-leġiżlatur tal-Unjoni fl-organizzazzjoni mill-operaturi tat-trasport tal-attivitajiet tagħhom ma jidhirx, għall-kuntrarju ta’ dak li jsostnu r-rikorrenti, li għandu portata tali li tagħmel il-punt 4(a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1055 sproporzjonat.

    756. Fir-rigward tal-eżistenza ta’ miżuri alternattivi inqas vinkolanti, l-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1071/2009 issuġġerit mir-Repubblika tal-Bulgarija ma jistax jintlaqa’ peress li l-għan imfittex huwa dak li tiġi żgurata n-natura stabbli u effettiva tal-istabbiliment. Ir-Repubblika tal-Bulgarija tissuġġerixxi wkoll liberalizzazzjoni sħiħa tas-servizzi ta’ operazzjonijiet ta’ kabotaġġ fid-dawl ta’ dak li diġà sar fis-settur tal-ajru. L-ewwel, ir-regolamenti li jirregolaw settur li jinvolvi mezz partikolari ta’ trasport ma jistgħux jiġu trasposti, sempliċiment minħabba li huwa settur relatat mat-trasport, għal mezzi oħra tat-trasport, billi kull suq huwa kkaratterizzat minn elementi speċifiċi għalih (473). It-tieni, fid-dawl tal-informazzjoni li tinsab fil-valutazzjoni tal-impatt, huwa diffiċli li wieħed jara kif il-liberalizzazzjoni sħiħa tista’ tiggarantixxi li l-interessi tat-trasportaturi tal-UE‑15 jitqiesu bl-istess mod bħal dawk tal-UE‑13 (474). It-tielet, il-grad ta’ liberalizzazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ huwa l-espressjoni ta’ għażla politika, li taqa’ fis-setgħa ta’ evalwazzjoni wiesgħa tal-leġiżlatur. Fl-aħħar nett, ir-raba’, is-suġġeriment tal-liberalizzazzjoni totali tas-settur bħala miżura alternattiva għall-perijodu ta’ stennija bejn żewġ perijodi ta’ kabotaġġ iwassal, fil-fatt, sabiex jixħet dubju fuq l-essenza stess tas-sistema ta’ kabotaġġ iddefinita mir-Regolament Nru 1072/2009 u sabiex tiġi kkontestata n-natura temporanja tiegħu.

    757. Ir-Rumanija tissuġġerixxi li tittejjeb l-effettività tal-kontrolli tal-limiti eżistenti fuq il-provvista ta’ servizzi ta’ kabotaġġ. Madankollu, kif ġie rrilevat mill-Kunsill u mill-Parlament, peress li l-kabotaġġ sistematiku huwa żona griża li tirriżulta mill-preċiżjoni insuffiċjenti tar-Regolament Nru 1072/2009, tisħiħ tal-kontrolli ma jkunx xieraq sabiex jintlaħaq bl-istess effettività l-għan ta’ kjarifika, inkluż għall-awtoritajiet ta’ kontroll, tan-natura temporanja tal-kabotaġġ.

    758. Ir-Repubblika ta’ Malta ssostni li kien imissha ġiet segwita l-Proposta tal-Kummissjoni. Madankollu, din il-proposta kienet tikkonsisti fit-tnaqqis tal-perijodu li matulu l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ kienu awtorizzati għal ħamest ijiem u fit-tneħħija tal-preċiżjoni dwar l-għadd ta’ operazzjonijiet ta’ kabotaġġ li setgħu jitwettqu matul dan il-perjodu. Tali emenda ma kinitx ser twaqqaf lill-operaturi tat-trasport milli jgħaqqdu l-perijodi ta’ kabotaġġ u ma kinitx ser tiġġieled il-kabotaġġ sistematiku, u għalhekk ma kinitx xierqa sabiex jintlaħaq l-għan imfittex.

    759. Fl-aħħar nett, l-argument tar-Repubblika tal-Polonja li l-Artikolu 8(2) tar-Regolament Nru 1072/2009 huwa suffiċjenti kif inhu għandu jiġi miċħud peress li dan manifestament ma jiħux inkunsiderazzjoni d-diffikultajiet marbuta mal-kabotaġġ sistematiku li kienu identifikati b’mod partikolari fil-komponent tal-istabbiliment tal-valutazzjoni tal-impatt, u li jaqa’ taħt is-setgħa ta’ evalwazzjoni wiesgħa tal-leġiżlatur tal-Unjoni li jiddeċiedi meta l-intervent tiegħu jkun neċessarju.

    760. Għaldaqstant, ir-rikorrenti ma stabbilixxewx l-eżistenza ta’ miżuri alternattivi inqas vinkolanti.

    761. Fir-rigward tal-iżvantaġġi kkawżati mill-punt 4(a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1055, infakkar, bħall-istituzzjonijiet konvenuti, li l-uniku aspett tas-sistema ta’ kabotaġġ li qiegħed jiġi eżaminat hawnhekk huwa dak marbut mal-obbligu li jiġi osservat perijodu ta’ stennija ta’ erbat ijiem bejn żewġ perijodi ta’ kabotaġġ, b’tali mod li kull argument li jipprova jwessa’ d-dibattitu għar-restrizzjonijiet fuq il-kabotaġġ previsti fl-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 1072/2009 qabel l-emenda tiegħu bir-Regolament 2020/1055 għandu jitqies bħala inammissibbli. Għalhekk hawnhekk il-kwistjoni hija biss dwar l-impatt ambjentali, ekonomiku u soċjali tal-perijodu ta’ stennija biss.

    762. Minn perspettiva ambjentali, kif tfakkar iktar ’il fuq, il-punt 4(a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1055 jobbliga lill-operaturi tat-trasport li ma jorganizzawx operazzjonijiet ta’ kabotaġġ matul dan il-perijodu iżda ma jirregola bl-ebda mod ieħor l-użu jew in-nuqqas ta’ użu tal-vetturi matul dan il-perijodu. Mill-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni ma jirriżultax li hemm obbligu ta’ ritorn lejn l-Istat Membru ta’ stabbiliment. L-obbligu ta’ ħruġ mit-territorju tal-Istat Membru ospitanti qabel ma jinbeda perijodu ġdid ta’ kabotaġġ wara trasport internazzjonali jirriżulta, min-naħa tiegħu, mis-sistema eżistenti stabbilita mir-Regolament Nru 1072/2009.

    763. Xi rikorrenti sostnew li limitazzjoni addizzjonali fuq l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ tillimita l-effiċjenza ambjentali ta’ tali trasport, kif ġiet irrikonoxxuta fil-premessa 21 tar-Regolament 2020/1055. Il-limitazzjoni tas-servizzi ta’ kabotaġġ twassal, fil-fehma tagħhom, għal żieda fil-vjaġġi mingħajr tagħbija u għalhekk għal żieda mhux iġġustifikata, b’mod partikolari, tal-emissjonijiet ta’ CO2. Madankollu, tali effiċjenza ma tistax tipprevali fuq kwalunkwe kunsiderazzjoni oħra, kif il-premessa 21 tirrifletti sew meta tindika hija stess li dawn l-operazzjonijiet ta’ trasport għandhom jiġu awtorizzati biss sakemm ma jwasslux għal attività permanenti jew kontinwa fl-Istat Membru kkonċernat. Barra minn hekk, l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ jikkontribwixxu għaż-żieda tal-fattur ta’ tagħbija tal-vetturi u għat-tnaqqis tal-vjaġġi mingħajr tagħbija, sakemm dawn iseħħu wara trasport internazzjonali. Kif enfasizza l-Kunsill, iż-żieda fl-effiċjenza li tirriżulta mill-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ hija ġġenerata biss minħabba li dawn l-operazzjonijiet huma assoċjati ma’ vjaġġ ta’ ritorn. Għalhekk, ma huwiex korrett li jiġi sostnut li s-sistema stabbilita mill-punt 4(a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1055 tpoġġi f’dubju din iż-żieda peress li dan il-punt iżomm, filwaqt li jispeċifika, l-Artikolu 8(2) tar-Regolament Nru 1072/2009 u ma jimponi xejn ħlief astensjoni mill-provvista ta’ operazzjonijiet ta’ kabotaġġ għal perijodu ta’ erbat ijiem wara l-perijodu ta’ sebat ijiem li matulu tali operazzjonijiet huma awtorizzati. L-obbligu li jiġi osservat perijodu ta’ stennija ta’ erbat ijiem bejn żewġ perijodi li matulhom l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ huma awtorizzati għalhekk manifestament ma jwassalx għal danni sproporzjonati fil-qasam ambjentali.

    764. L-istess konstatazzjoni tapplika fir-rigward tal-eżami tal-konsegwenzi ekonomiċi tal-punt 4(a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1055. Dawn il-konsegwenzi evidentement ser ikunu iktar sinjifikattivi għall-operaturi tat-trasport li ma kinux qegħdin jikkonformaw ruħhom diġà mar-rekwiżiti tar-Regolament Nru 1072/2009 dwar il-kabotaġġ, kif jidher li huwa l-każ, pereżempju, għall-operaturi tat-trasport Maltin, kif muri fis-sottomissjonijiet bil-miktub tar-Repubblika ta’ Malta. Għalhekk, dawn il-konsegwenzi ma joriġinawx mill-obbligu l-ġdid stabbilit fir-Regolament 2020/1055 iżda jirriżultaw mill-għażliet ekonomiċi tal-operaturi li jwettqu operazzjonijiet ta’ kabotaġġ sistematiku minkejja r-riferiment ċar għan-natura temporanja ta’ dawn l-attivitajiet li diġà jinsab fil-punt 6 tal‑Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1072/2009 u min-neċessità, enfasizzata mill-Parlament, li l-operazzjonijiet tagħhom isiru b’mod konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Nemo auditur propriam turpitudinem allegans (ħadd ma jista’ jinvoka l-aġir ħażin tiegħu stess).

    765. Barra minn hekk, peress li l-perijodu ta’ stennija jobbliga biss lill-operaturi tat-trasport sabiex ma jorganizzawx operazzjonijiet ta’ kabotaġġ, dawn l-operaturi tat-trasport jistgħu jipprevedu tipi oħra ta’ trasport b’tali mod li l-attività ekonomika ma tiġix sospiża għall-erbat ijiem li jdum dan il-perijodu. Barra minn hekk, il-valutazzjoni tal-impatt stmat li kwalunkwe impatt tal-miżuri previsti kien ser jiġi mgħoddi lill-utenti tas-servizzi tat-trasport mingħajr ma dan l-impatt jaffettwa l-prezz finali tal-merkanzija, li t-trasport tagħha, dejjem skont il-valutazzjoni tal-impatt, jirrappreżenta biss proporzjon żgħir tal-prezz (475).

    766. Minn perspettiva soċjali, il-valutazzjoni tal-impatt stmat li t-tnaqqis għal erbat ijiem tal-perijodu li matulu l-operazzjonijiet ta' kabotaġġ huma awtorizzati u t-tneħħija tal-limitu massimu ta’ operazzjonijiet ta’ kabotaġġ awtorizzati matul dan il-perjodu, kif proposti mill-Kummissjoni, li suppost kellhom iwasslu għal tnaqqis ta’ 20 % fl-attivitajiet ta’ kabotaġġ (476), ma kienx ser ikollhom impatt kbir fuq il-livell ġenerali tal-attività tat-trasport peress li dan it-tnaqqis fl-attivitajiet ta’ kabotaġġ kien ser jippermetti bbilanċjar mill-ġdid favur l-operaturi tat-trasport nazzjonali, filwaqt li l-operaturi tat-trasport li sa dak iż-żmien kienu involuti f’kabotaġġ sistematiku kienu ser jidderieġu l-operazzjonijiet tagħhom jew lejn it-trasport nazzjonali fl-Istat Membru ta’ stabbiliment tagħhom jew lejn it-trasport internazzjonali (477). Mill-valutazzjoni tal-impatt jirriżulta li l-ebda waħda mill-miżuri previsti ma kellu jkollha impatt fuq l-għadd ta’ impjiegi disponibbli fis-settur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq (478). Tali konklużjoni tista’ tiġi trasposta fir-rigward tal-punt 4(a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1055, sa fejn din id-dispożizzjoni ma tikkostitwixxix miżura iktar restrittiva minn dik proposta u evalwata mill-Kummissjoni.

    767. Fl-aħħar nett, jekk l-argument imressaq minn ċerti rikorrenti għandu jiġi interpretat bħala kritika indirizzata lil-leġiżlatur tal-Unjoni talli ma ħax inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni partikolari tagħhom, nixtieq nagħmel tliet sensiliet ta’ rimarki. L-ewwel, skont ġurisprudenza stabbilita, il-leġiżlatur ma huwiex obbligat jieħu inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni partikolari ta’ Stat Membru meta l-att tal-Unjoni kkonċernat ikollu konsegwenzi fl-Istati Membri kollha u jeħtieġ li jiġi żgurat bilanċ bejn id-diversi interessi involuti, fid-dawl tal-għanijiet imfittxija, u t-tfittxija għal tali bilanċ, li ma għandhiex tieħu inkunsiderazzjoni is-sitwazzjoni partikolari ta’ Stat Membru wieħed iżda dik tal-Istati Membri kollha tal-Unjoni, ma tistax, fiha nnifisha, titqies li tmur kontra l-prinċipju ta’ proporzjonalità (479). It-tieni, il-leġiżlatur huwa inqas u inqas obbligat li jieħu inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni partikolari ta’ Stat Membru meta din tkun ibbażata fuq ksur ċar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, kif jirriżulta mid-deskrizzjoni mir-Repubblika ta’ Malta tal-attivitajiet tal-parti l-kbira tal-operaturi tat-trasport tagħha. It-tielet, ir-Regolament 2020/1055 ma emendax ir-rekwiżit li l-perijodu ta’ kabotaġġ awtorizzat jibda biss jekk ikun hemm, qablu, trasport internazzjonali li jiġġustifika l-preżenza tal-vettura fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti u jintemm bit-tluq minn dan it-territorju, b’tali mod li l-kwistjoni tat-teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni ta’ Malta bħala gżira hija irrilevanti fil-kuntest ta’ rikors kontra dispożizzjoni introdotta mill-imsemmi regolament.

    768. Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li r-rikorrenti ma rnexxilhomx jistabbilixxu n-natura manifestament sproporzjonata tal-punt 4(a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1055. Għaldaqstant, il-motivi bbażati fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità għandhom jiġu miċħuda bħala infondati.

    c)      Fuq ilmotivi bbażati fuq ksur talArtikolu 91(2) TFUE u talArtikolu 94 TFUE

    1)      Largumenti talpartijiet

    769. Ir-Repubblika tal-Litwanja ssostni, l-ewwel, li l-istituzzjonijiet ma evalwawx kif xieraq is-sitwazzjoni tas-suq tat-trasport fl-Unjoni kif ukoll il-karatteristiċi ġeografiċi partikolari tal-Istati Membri rilevanti fir-rigward ta’ dan is-suq, u ma qisux kif xieraq id-degradazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-operaturi tat-trasport li joperaw miċ-ċentru u mill-periferija tal-Unjoni. Huwa stabbilit li l-introduzzjoni tal-perijodu ta’ stennija, pereżempju, ma għandha l-ebda effett għall-operaturi tat-trasport Franċiżi peress li s-sehem tagħhom mill-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ fl-Unjoni kollha jirrappreżenta inqas minn 1 %, għall-kuntrarju tal-operaturi tat-trasport Pollakki (li jwettqu 40 % tal-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ għall-Unjoni kollha), Rumeni (8.8 %) jew Litwani (9.2 %). Il-valutazzjoni tal-impatt tistma li l-volum ta’ operazzjonijiet ta’ kabotaġġ se jonqos b’31 % fl‑2035 (480). Kull jum ta’ projbizzjoni ta’ kabotaġġ ikollu spiża, stmata, pereżempju, għal EUR 679 għal trasportatur Belġjan, jiġifieri EUR 96 miljun fis-sena għas-settur Belġjan kollu. L-introduzzjoni tal-perijodu ta’ stennija għandha bħala effett l-esklużjoni mis-suq tal-operaturi tat-trasport mill-Istati Membri fil-periferija u dawk ta’ daqs żgħir, il-frammentazzjoni tas-suq tat-trasport u l-għeluq tiegħu għall-operaturi tat-trasport stabbiliti f’dawn l-Istati Membri.

    770. It-tieni, ir-Repubblika tal-Litwanja tikkritika lill-Kunsill u lill-Parlament talli ma ħadux inkunsiderazzjoni l-fatt li l-osservanza ta’ perijodu ta’ stennija bejn żewġ perijodi ta’ kabotaġġ kienet ser taffettwa l-livell ta’ għajxien u l-impjiegi, thedded 35 000 impjieg Litwan u twessa’ d-distakk bejn l-Istati Membri l-inqas żviluppati ekonomikament u dawk l-iktar żviluppati li jinsabu fl-Ewropa tal-Punent, peress li tal-ewwel jimpjegaw iktar persuni fis-settur tat-trasport minn tat-tieni, fatt li ma ġiex kontradett mill-Kunsill u mill-Parlament. Fil-fatt, dawn l-istituzzjonijiet ikkonfermaw li l-għan imfittex kien preċiżament dak li jitnaqqas il-volum attwali tal-operazzjonijiet tal-operaturi tat-trasport stabbiliti fiċ-ċentru jew fil-periferija tal-Unjoni.

    771. Ir-Repubblika tal-Bulgarija tqajjem motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 91(2) TFUE u tal-Artikolu 90 TFUE b’rabta mal-Artikolu 3(3) TUE u mal-Artikolu 94 TFUE, motiv li huwa komuni għall-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat u għall-perijodu ta’ stennija ta’ erbat ijiem bejn żewġ perijodi ta’ kabotaġġ awtorizzat. Għalhekk hawnhekk nagħmel riferiment għall-punt 659 ta’ dawn il-konklużjonijiet għal sunt tal-argumenti żviluppati minn din ir-rikorrenti.

    772. Ir-Repubblika ta’ Malta, min-naħa tagħha, tilmenta li l-Parlament u l-Kunsill ma bdewx dibattitu meta introduċew il-punt 4(a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1055, li seta’ jesponi r-realtà tal-impatt ta’ dan l-obbligu l-ġdid fuq l-Istati gżejjer bħalma hija Malta, li jiddependu ħafna fuq il-konnessjonijiet marittimi u fuq rotot tat-trasport ikkombinat. L-osservanza ta’ dan l-obbligu għandha madankollu impatt serju fuq l-operaturi tat-trasport Maltin peress li dawn ser ikunu obbligati jwaqqfu l-attivitajiet tagħhom b’mod arbitrarju. Il-konsegwenzi sinjifikattivi ġew murija mir-rapport ta’ KPMG (481): miżuri loġistiċi iktar impenjattivi, żieda fir-riżorsi mhux użati u/jew fil-vjaġġi mingħajr tagħbija u għalhekk fl-ispejjeż, tnaqqis fl-effiċjenza tal-operazzjonijiet u żieda fil-pressjoni ekonomika fuq l-operaturi Maltin. Billi jhedded l-attività tas-settur tat-trasport internazzjonali Malti, il-punt 4(a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1055 jikser ir-rekwiżiti tal-Artikolu 91(2) TFUE.

    773. Ir-Repubblika tal-Polonja tqis li, billi llimita l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ abbażi ta’ elementi arbitrarji mingħajr ma ħa inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni tal-operaturi tat-trasport stabbiliti fl-Istati Membri fil-periferija tal-Unjoni, il-leġiżlatur tal-Unjoni kiser l-Artikolu 91(2) TFUE. Hija tagħmel riferiment għall-argumenti żviluppati fil-kuntest tal-motiv ibbażat fuq ksur, mill-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat, tal-Artikolu 91(2) TFUE. Hija tagħmel l-istess fir-rigward tal-motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 94 TFUE, li għalih nagħmel riferiment.

    774. Il-Kunsill u l-Parlament, kif ukoll l-intervenjenti insostenn tagħhom, jitolbu li dawn il-motivi kollha jiġu miċħuda.

    2)      Analiżi

    775. Infakkar li mill-punti 281 et seq. ta’ dawn il-konklużjonijiet jirriżulta li l-Artikolu 91(2) TFUE u l-Artikolu 94 TFUE jobbligaw lil-leġiżlatur tal-Unjoni jieħu inkunsiderazzjoni l-parametri u l-għanijiet speċifiċi mfittxija minnu u jeħtieġu bbilanċjar ta’ dawn l-għanijiet kif ukoll tal-interessi involuti waqt l-adozzjoni tal-punt 4(a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1055. Għalhekk huwa kellu jieħu inkunsiderazzjoni l-effetti negattivi fuq il-parametri stabbiliti minn dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet (jiġifieri, minn naħa, ir-riskju ta’ effett serju fuq il-livell tal-għajxien u l-impjiegi f’ċerti reġjuni u t-tħaddim tat-tagħmir tat-trasport u, min-naħa l-oħra, is-sitwazzjoni ekonomika tal-operaturi tat-trasport) tal-obbligu li jiġi osservat perijodu ta’ stennija ta’ erbat ijiem bejn żewġ perijodi li matulhom l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ huma awtorizzati.

    776. Mill-punti 742 et seq. ta’ dawn il-konklużjonijiet jirriżulta li l-leġiżlatur tal-Unjoni kellu għad-dispożizzjoni tiegħu informazzjoni suffiċjenti sabiex ikun jaf l-istruttura tas-suq tat-trasport u tas-servizzi ta’ kabotaġġ u sabiex jevalwa l-impatt tal-miżura prevista. Kif isostni b’mod partikolari l-Kunsill, in-natura żbilanċjata ħafna tas-suq tat-trasport tirriżulta diġà b’mod ċar mill-qari tal-ewwel paġna tal-valutazzjoni tal-impatt. Din il-valutazzjoni turi wkoll l-effetti asimetriċi tal-miżuri proposti (482). Infakkar ukoll li l-preżenza permanenti ta’ operatur tat-trasport mhux residenti fit-territorju ta’ Stat Membru ospitanti sabiex jipprovdi hemmhekk servizzi ta’ trasport nazzjonali qatt ma ġiet ammessa mil-leġiżlatur tal-Unjoni li, tal-inqas sa mir-Regolament 1072/2009, insista fuq in-natura mhux permanenti ta’ tali attività. L-ilment tar-Repubblika tal-Litwanja dwar in-nuqqas ta’ evalwazzjoni xierqa tas-sitwazzjoni tas-suq u tal-karatteristiċi ġeografiċi partikolari tiegħu, l-ilment tar-Repubblika ta’ Malta dwar in-nuqqas ta’ dibattitu u l-ilment tar-Repubblika tal-Polonja dwar in-natura arbitrarja tal-elementi li fuqhom ibbaża ruħu l-leġiżlatur tal-Unjoni għandhom jiġu miċħuda bħala infondati.

    777. Barra minn hekk, preċiżament għaliex il-preżenza permanenti ta’ operatur tat-trasport mhux residenti fit-territorju ta’ Stat Membru ospitanti sabiex jipprovdi servizzi ta’ trasport nazzjonali hemmhekk qatt ma ġiet ammessa mil-leġiżlatur tal-Unjoni, il-konsegwenzi ekonomiċi serji allegati, fil-fatt, jikkonċernaw biss lill-operaturi tat-trasport li kienu involuti f’attività li tmur b’mod ċar lil hinn mill-għanijiet imfittxija mir-Regolament Nru 1072/2009. Barra minn hekk, kif jindika l-Kunsill fir-rigward tal-argument imressaq mir-Repubblika tal-Litwanja dwar l-ispejjeż addizzjonali li għandhom jiġġarrbu mit-trasportaturi Belġjani, il-parti l-kbira tal-konsegwenzi serji allegati huma bbażati fuq qari żbaljat tal-punt 4(a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1055, fis-sens li l-ebda attività tat-trasport ma tkun permessa matul il-perijodu ta’ stennija ta’ erbat ijiem, li ma huwiex il-każ (483). Bl-istess mod, l-istima pprovduta mill-Kummissjoni, invokata wkoll mir-Repubblika tal-Litwanja, ta’ tnaqqis ta’ 31 % fl-attivitajiet ta’ kabotaġġ fl‑2035, ma hijiex relatata maż-żieda ta’ perijodu ta’ stennija fis-sistema eżistenti ddefinita mir-Regolament Nru 1072/2009, iżda, għall-kuntrarju, mal-ipoteżi li l-perijodu li matulu huma awtorizzati l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ jitnaqqas għal erbat ijiem (minflok sebgħa skont ir-Regolament Nru 1072/2009) (484).

    778. Fir-rigward tal-allegazzjoni ta’ effett fuq il-livell tal-għajxien u tal-impjieg f’ċerti reġjuni, ir-rikorrenti spiss sostnew is-sitwazzjoni individwali tagħhom, kif inhu b’mod partikolari l-każ tar-Repubblika ta’ Malta. Madankollu, skont il-ġurisprudenza diġà mfakkra b’mod estensiv, il-leġiżlatur tal-Unjoni ma huwiex meħtieġ jieħu inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni partikolari ta’ Stat Membru peress li għandu jintlaħaq bilanċ bejn l-interessi differenti involuti (485). Il-konsegwenzi negattivi marbuta mal-obbligu li jiġi rrispettat perijodu ta’ stennija ta’ erbat ijiem ma humiex, barra minn hekk, relatati mas-sitwazzjoni ta’ Malta bħala gżira, kif ifakkar il-Parlament u kif diġà kkonstatajt (486).

    779. Barra minn hekk, mill-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-Kunsill u tal-Parlament fil-mument li lleġiżlaw jirriżulta li huma setgħu, fl-eżerċizzju tas-setgħa ta’ evalwazzjoni wiesgħa tagħhom bħala koleġiżlaturi, iqisu li l-ispejjeż marbuta mal-implimentazzjoni tal-obbligu li jiġi osservat perijodu ta’ stennija ta’ erbat ijiem, anki kieku kellhom ikunu ta’ piż ikbar għall-operaturi tat-trasport li jinsabu fil-periferija tal-Unjoni, kienu ser jiġu kkumpensati mill-vantaġġi soċjoekonomiċi li jirriżultaw għall-Unjoni kollha. L-emenda sostanzjali tal-mudell ta’ provvista ta’ servizzi ta’ trasport bit-triq invokata mir-Repubblika tal-Polonja hija preċiżament l-effett imfittex mil-leġiżlatur tal-Unjoni, mhux sabiex jiffavorixxi lill-operaturi tat-trasport tal-UE‑15, iżda sabiex jikkoreġi tendenza tas-suq ta’ operazzjonijiet ibbażati fuq strutturi żbilanċjati ħafna. Il-valutazzjoni tal-impatt enfasizzat li l-effett mistenni tal-obbligu li tinbidel is-sistema ta’ kabotaġġ ma kienx jikkonsisti fi tnaqqis fid-domanda għal servizzi ta’ kabotaġġ iżda f’riallokazzjoni tas-servizzi tat-trasport. L-argument tar-Repubblika tal-Polonja bbażat fuq kwalunkwe inċentiv għal emigrazzjoni ekonomika furzata għandu jiġi miċħud bil-qawwa: ir-rilokazzjoni ma hija xejn ħlief l-espressjoni ta’ għażla kummerċjali ta’ impriża u l-obbligu li jiġi osservat perijodu ta’ stennija ta’ erbat ijiem bejn żewġ perijodi li matulhom huma awtorizzati l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ bl-ebda mod ma jikkostitwixxi inċentiv għar-rilokazzjoni.

    780. F’dak li jirrigwarda l-ilment tar-Repubblika tal-Polonja bbażat fuq nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tar-riskju ta’ effett gravi fuq l-operat u t-tagħmir tat-trasport li jirriżulta minn żieda fil-vjaġġi mingħajr tagħbija, li jiddegradaw l-infrastruttura u li jikkontribwixxu għal żieda fl-aġir riskjuż, għandu jiġi kkonstatat li l-eżistenza ta’ tali riskju ma ġietx ipprovata. Fil-fatt, ir-rabta kawżali bejn l-obbligu li jiġi osservat perijodu ta’ stennija ta’ erbat ijiem u l-elementi invokati mir-Repubblika tal-Polonja tidher partikolarment dgħajfa u pjuttost ipotetika, peress li hija r-responsabbiltà ta’ kull operatur tat-trasport li jorganizza l-attivitajiet tiegħu kif jixtieq (ħlief għal attivitajiet ta’ kabotaġġ) matul dan il-perijodu.

    781. Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-kritika fformulata mir-Repubblika tal-Polonja dwar in-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni mil-leġiżlatur tal-Unjoni tal-pandemija marbuta mal-COVID‑19, l-istituzzjonijiet konvenuti fakkru b’mod utli, l-ewwel, li l-ftehim politiku dwar il-kontenut tar-Regolament 2020/1055 intlaħaq fit‑12 ta’ Diċembru 2019, jiġifieri qabel ma faqqgħet il-kriżi marbuta ma’ din il-pandemija; it-tieni, li l-għan ta’ dan ir-regolament ma kienx u għalhekk ma setax ikun il-ġestjoni ta’ din il-kriżi, li kienet is-suġġett ta’ interventi speċifiċi mil-leġiżlatur tal-Unjoni (487), u, it-tielet, li r-Regolament 2020/1055 kien jipprevedi l-applikazzjoni tiegħu biss mill‑21 ta’ Frar 2022 (488). F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-ilment ibbażat fuq in-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni partikolari tal-operaturi tat-trasport minħabba l-pandemija marbuta mal-COVID‑19 ma jistax jintlaqa’.

    782. Għaldaqstant, għar-raġunijiet kollha invokati iktar ’il fuq, il-motivi bbażati fuq ksur, mill-punt 4(a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1055, tal-Artikolu 91(2) TFUE u/jew tal-Artikolu 94 TFUE għandhom jiġu miċħuda bħala infondati.

    d)      Fuq ilmotivi bbażati fuq ksur talprinċipji ta’ ugwaljanza fittrattament u ta’ nondiskriminazzjoni

    1)      Largumenti talpartijiet

    783. Ir-Repubblika tal-Litwanja tinvoka ksur tal-Artikolu 26 TFUE u tal-prinċipju ġenerali ta’ nondiskriminazzjoni fir-rigward tal-perijodu ta’ stennija ta’ erbat ijiem bejn żewġ perijodi li matulhom huma awtorizzati l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ peress li dan il-perijodu jfixkel il-funzjonament tas-suq intern u jillimita l-effiċjenza tal-ktajjen loġistiċi. Minn dan tirriżulta riorganizzazzjoni tas-suq tat-trasport bit-triq li tiddiskrimina indirettament kontra l-Istati Membri żgħar fil-periferija tal-Unjoni u tagħti lill-Istati Membri l-kbar fiċ-ċentru tal-Unjoni vantaġġ illegali u mhux iġġustifikat abbażi biss tal-pożizzjoni ġeografika tagħhom.

    784. L-ewwel, il-perijodu ta’ stennija ma jikkontribwixxix għall-kisba tal-għan tal-prevenzjoni ta’ distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u huwa fundamentalment kuntrarju għall-prinċipji tas-suq liberu. Ir-Repubblika tal-Litwanja stenniet, mis-sħubija tagħha fl-Unjoni u kif miftiehem fit-Trattat dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Litwanja mal-Unjoni, suq tat-trasport tal-merkanzija bit-triq miftuħ għall-operaturi tat-trasport stabbiliti fil-Litwanja. Il-perijodu ta’ stennija huwa wkoll inkompatibbli mal-għanijiet stabbiliti mill-Kummissjoni fil-“Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport” (489) tagħha li jkomplu jitneħħew ir-restrizzjonijiet fil-qasam tal-kabotaġġ u jostakola b’mod fundamentali l-funzjonament tajjeb tas-suq uniku u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi fis-settur tat-trasport, filwaqt li fl-istess ħin jikkostitwixxi diskriminazzjoni indiretta fir-rigward tal-Istati Membri fil-periferija u dawk żgħar.

    785. It-tieni, ir-restrizzjonijiet kollha għall-kabotaġġ fis-settur tal-ajru tneħħew sabiex jiġi stimulat l-iżvilupp tas-settur Komunitarju tat-trasport bl-ajru u sabiex jittejbu s-servizzi offruti lill-utenti. Għall-kuntrarju, fis-settur tat-trasport bit-triq, l-introduzzjoni ta’ perijodu ta’ stennija tikkontribwixxi għal rigress u għal għeluq tas-suq għall-operaturi tat-trasport mhux residenti.

    786. It-tielet, ma ġewx meqjusa l-aspetti naturali, li minnhom tirriżulta konċentrazzjoni tad-domanda tat-trasport fil-parti ċentrali u tal-Punent tal-Unjoni. Ir-restrizzjoni imposta mill-perijodu ta’ stennija tiskoraġġixxi l-provvista ta’ servizzi fejn oġġettivament hemm suq ikbar u domanda ikbar għal dawn is-servizzi. Ir-ridistribuzzjoni artifiċjali li ser iwassal għaliha l-perijodu ta’ stennija u l-limitazzjoni tal-opportunitajiet kummerċjali tal-operaturi tat-trasport fi Stati Membri oħra joħolqu diskriminazzjoni indiretta kontra l-Istati Membri fil-periferija u dawk żgħar.

    787. Fl-istadju tar-replika, ir-Repubblika tal-Litwanja tippreċiża li l-perijodu ta’ stennija jmur, fil-fehma tagħha, kontra l-Artikolu 26 TFUE sa fejn inaqqas il-livell ta’ liberalizzazzjoni diġà milħuq, minkejja li l-Kummissjoni kienet enfasizzat, fil-komponent tal-istabbiliment tal-valutazzjoni tal-impatt, li l-għan imfittex kien dak ta’ sempliċi titjib fl-implimentazzjoni tar-regoli u minkejja li hija kienet irrifjutat il-possibbiltà li jiġi introdott perijodu ta’ stennija minħabba l-fatt li tali perijodu ma jkunx xieraq sabiex jissolvew il-problemi eżistenti. Barra minn hekk, dan il-perijodu jmur kontra l-Artikolu 4(2) TUE.

    788. Ir-Rumanija żviluppat argumenti komuni għall-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat u għall-perijodu ta’ stennija ta’ erbat ijiem fir-rigward tal-allegazzjoni ta’ ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità previst fl-Artikolu 18 TFUE. Għalhekk, għal sunt ta’ dawn l-argumenti, nagħmel riferiment għall-punti 605 et seq. ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    789. Ir-Repubblika ta’ Malta tinvoka ksur tal-Artikoli 20 u 21 tal-Karta u tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni sa fejn il-perijodu ta’ stennija jittratta b’mod identiku sitwazzjonijiet differenti minħabba l-istat ta’ Malta bħala gżira u l-pożizzjoni ġeografika tagħha. L-operaturi tat-trasport Maltin bl-ebda mod ma għandhom bżonn jirritornaw il-vetturi tagħhom lejn Malta wara li jkunu wettqu tliet operazzjonijiet ta’ kabotaġġ u l-perijodu ta’ stennija jobbligahom imorru fi Stat Membru ieħor jew jissospendu l-attivitajiet tagħhom. Il-perijodu ta’ stennija jimponi fuq dawn l-operaturi tat-trasport sospensjoni de facto tal-attivitajiet ekonomiċi tagħhom. Il-karatteristiċi singulari ta’ Malta ġew injorati. Ir-Repubblika ta’ Malta ssostni wkoll li l-perijodu ta’ stennija ma għandux jitqies bħala miżura teknika suġġetta għal provi xjentifiċi kumplessi u għal għażliet politiċi kontenzjużi li jiġġustifikaw li tiġi rrikonoxxuta setgħa ta’ evalwazzjoni wiesgħa, iżda jikkostitwixxi regola ġenerali applikabbli għall-Istati Membri kollha li għandha t-tendenza li tinjora l-karatteristiċi ġeografiċi speċifiċi ta’ Stat Membru partikolari u tas-settur tat-trasport tiegħu, li timponi restrizzjonijiet mhux raġonevoli fuq il-provvista ta’ servizz essenzjali u li twassal għal inġustizzja meta tiġi imposta fuq Stat Membru li huwa magħruf li huwa prekluż, għal raġunijiet oġġettivi, milli jikkonforma ruħu magħha. Għalhekk, ir-Repubblika ta’ Malta ġiet ittrattata mill-Parlament u mill-Kunsill, mingħajr raġuni jew proporzjon, b’mod diskriminatorju. Billi injoraw l-effetti potenzjalment diskriminatorji tal-perijodu ta’ stennija, il-Parlament u l-Kunsill kisru l-Artikoli 20 u 21 tal-Karta u l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni. Fl-istadju tar-replika, ir-Repubblika ta’ Malta żżid li jkun manifestament żbaljat li, fir-rigward tal-operaturi tat-trasport stabbiliti fi Stat Membru gżira, jiġi applikat trattament identiku għal dak applikat għall-operaturi tat-trasport li ma humiex dipendenti minn vjaġġ bil-baħar sabiex iwettqu l-operazzjonijiet tagħhom, peress li s-sitwazzjoni tal-operaturi tat-trasport ibbażati fi gżira ma hijiex komparabbli ma’ dik tal-operaturi tat-trasport kontinentali.

    790. Il-Kunsill u l-Parlament, kif ukoll l-intervenjenti insostenn tagħhom, jitolbu li dawn il-motivi kollha jiġu miċħuda.

    2)      Analiżi

    791. Fir-rigward tal-argumenti bbażati fuq ksur tal-Artikolu 26 TFUE invokati mir-Repubblika tal-Litwanja, nagħmel riferiment għall-punti 678 et seq. ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    792. Fir-rigward tal-argumenti żviluppati mir-Repubblika tar-Rumanija, peress li dawn huma komuni għal dawk żviluppati minn din ir-rikorrenti fil-kuntest tal-motiv ibbażat fuq ksur, mill-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat, tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni, nagħmel riferiment għall-punti 609 et seq. ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    793. Fir-rigward tal-argumenti tar-Repubblika tal-Litwanja bbażati, minn naħa, fuq għeluq tas-suq li jmur kontra dak li jipprevedi t-Trattat ta’ Adeżjoni u, min-naħa l-oħra, l-inkompatibbiltà tal-perijodu ta’ stennija mal-preskrizzjonijiet tal-White Paper tal-Kummissjoni invokata minn din ir-rikorrenti (490), nagħmel riferiment għall-punt 618 ta’ dawn il-konklużjonijiet. Fir-rigward tal-argument ibbażat fuq trattament differenti minn dak mogħti lis-settur tat-trasport bl-ajru u fuq l-Artikolu 4(2) TUE, nagħmel riferiment għall-punti 619 u 624 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    794. Fir-rigward tal-livell ta’ stħarriġ ġudizzjarju applikabbli, peress li r-Repubblika ta’ Malta tikkontesta r-rikonoxximent ta’ setgħa ta’ evalwazzjoni wiesgħa tal-leġiżlatur tal-Unjoni f’dan il-qasam, tali argument għandu jiġi miċħud permezz ta’ riferiment għall-ġurisprudenza diġà mfakkra fil-punt 80 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    795. Għall-kumplament, infakkar li l-istabbiliment ta’ perijodu ta’ stennija ta’ erbat ijiem bejn żewġ perijodi ta’ kabotaġġ awtorizzat għandu l-għan li jsaħħaħ in-natura temporanja tal-kabotaġġ billi jfittex bilanċ ġust bejn l-aċċess għas-suq tat-trasport nazzjonali tal-operaturi tat-trasport mhux residenti, li jibqa’ suġġett għal kundizzjonijiet skont l-Artikolu 91(1)(b) TFUE, u l-protezzjoni tal-operaturi tat-trasport nazzjonali esposti għal spejjeż operazzjonali ogħla. Din hija miżura li tolqot mingħajr distinzjoni lill-operaturi tat-trasport kollha tal-Unjoni. Għalhekk, jifdal li jiġi vverifikat jekk il-leġiżlatur tal-Unjoni ttrattax b’mod identiku sitwazzjonijiet differenti.

    796. Ir-Repubblika ta’ Malta ssostni li s-sitwazzjoni partikolari tagħha bħala Stat gżira ma kinitx ittieħdet inkunsiderazzjoni mil-leġiżlatur tal-Unjoni. Madankollu, għandu jitfakkar li dan tal-aħħar ma kienx obbligat jagħmel dan peress li hija s-sitwazzjoni tal-Istati Membri kollha li jiffurmaw l-Unjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni (491). Din ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-perijodu ta’ stennija ser jaffettwa b’mod iktar gravi lill-Istati gżejjer u li l-operaturi tat-trasport stabbiliti fit-territorju ta’ dawn l-Istati, peress li jiddependu minn vjaġġ bil-baħar sabiex iwettqu l-operazzjonijiet tagħhom, ma jistgħux jiġu ttrattati bl-istess mod bħal operaturi tat-trasport stabbiliti fit-territorju ta’ Stat Membru tal-Unjoni “kontinentali”. F’dan ir-rigward, peress li l-perijodu ta’ stennija sempliċement isaħħaħ in-natura temporanja tal-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ minn trasportaturi mhux residenti billi jimponi fuqhom l-obbligu li jissospendu biss l-attività ta’ kabotaġġ tagħhom għal erbat ijiem, huwa diffiċli li wieħed jifhem kif il-fatt li Stat Membru huwa gżira neċessarjament ser ikun ta’ detriment għall-operaturi tat-trasport stabbiliti fit-territorju tiegħu. Għar-raġunijiet esposti fil-punt 618 ta’ dawn il-konklużjonijiet, il-leġiżlatur tal-Unjoni ma jistax jiġi kkritikat li ma ħax inkunsiderazzjoni l-karatteristiċi ġeografiċi speċifiċi ta’ ċerti Stati Membri peress li l-operaturi tat-trasport li ser ikunu l-iktar affettwati ser ikunu, fil-fatt, dawk li diġà kienu qegħdin jevitaw l-obbligu li josservaw in-natura temporanja tal-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ. Barra minn hekk, parti mill-argumenti tar-Repubblika ta’ Malta tistrieħ fuq qari żbaljat tal-punt 4(a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1055, peress li dan ma jimplikax obbligu ta’ ritorn tal-vettura lejn Malta.

    797. L-argument tar-Repubblika tal-Litwanja bbażat fuq in-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-aspetti naturali tas-suq u tat-tqassim tal-provvista u tad-domanda f’dan tal-aħħar għandu wkoll jiġi miċħud għal raġunijiet simili. Peress li t-trasport nazzjonali ma huwiex kompletament illiberalizzat, huwa diffiċli li wieħed jifhem għaliex l-operaturi tat-trasport stabbiliti fi Stat Membru “imbiegħed” mis-suq nazzjonali li fih jixtiequ joperaw ma għandhomx ikunu suġġetti wkoll għal kundizzjoni li l-għan tagħha huwa li tiġi żgurata n-natura temporanja tal-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ. Bl-istess mod, l-argument ibbażat fuq allegata ridistribuzzjoni artifiċjali tas-suq u fuq allegata limitazzjoni tal-opportunitajiet kummerċjali għall-operaturi tat-trasport stabbiliti fi Stat Membru “fil-periferija” jew “żgħir” ma huwiex konvinċenti. Minn naħa, għal darba oħra hemm il-kwistjoni ta’ kif għandhom jiġu ddefiniti tali Stati (492). Min-naħa l-oħra, in-natura temporanja tal-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ kienet diġà tirriżulta mir-Regolament Nru 1072/2009, li manifestament ma kienx jipprekludi lil dawn l-Istati milli jaċċessaw is-suq “ċentrali”. Fl-aħħar nett, sabiex jiġi evitat trattament differenti fir-rigward tal-operaturi tat-trasport mhux residenti li huwa konformi mad-dritt primarju, l-operaturi tat-trasport dejjem għandhom il-possibbiltà li jagħmlu użu sħiħ mil-libertà ta’ stabbiliment tagħhom u b’hekk jistabbilixxu ruħhom b’mod stabbli u effettiv fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor.

    798. Għar-raġunijiet preċedenti kollha, il-motivi bbażati fuq ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni għandhom jiġu miċħuda bħala infondati.

    e)      Fuq ilmotivi bbażati fuq ksur talArtikoli 26, 34 sa 36 u 58(1) TFUE

    1)      Largumenti talpartijiet

    799. Ir-Repubblika tal-Litwanja tinvoka ksur tal-Artikolu 26 TFUE fir-rigward tal-perijodu ta’ stennija ta’ erbat ijiem bejn żewġ perijodi li matulhom huma awtorizzati l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ peress li dan il-perijodu jfixkel il-funzjonament tas-suq intern u jillimita l-effiċjenza tal-ktajjen loġistiċi. Il-perijodu ta’ stennija huwa fundamentalment kuntrarju għall-prinċipji tas-suq liberu u jostakola b’mod fundamentali l-funzjonament tajjeb tas-suq uniku u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi fis-settur tat-trasport.

    800. Ir-Repubblika tal-Bulgarija ssostni li l-perijodu ta’ stennija ta’ erbat ijiem bejn żewġ perijodi ta’ kabotaġġ awtorizzat jirrestrinġi b’mod kunsiderevoli l-libertà tal-operaturi tat-trasport li jipprovdu servizzi ta’ trasport li l-politika komuni tat-trasport tiggarantixxilhom, u dan joħloq tħassib minħabba n-natura intrinsikament tranżitorja tar-restrizzjonijiet imposti fuq l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ. Dan il-perijodu jikser l-Artikolu 58(1) TFUE b’rabta mal-Artikolu 91 TFUE. Il-Kunsill u l-Parlament naqsu mill-obbligu tagħhom li jiżguraw l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi permezz tal-politika komuni tat-trasport. Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li dan huwa rilevanti, ir-Repubblika tal-Bulgarija tikkonkludi wkoll li kien hemm ksur tal-Artikolu 56 TFUE. Ir-restrizzjoni tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi ta’ trasport li jikkostitwixxi l-perijodu ta’ stennija ta’ erbat ijiem ma tistax tiġi ġġustifikata. Peress li l-Parlament ammetta li t-trasport internazzjonali huwa kompletament illiberalizzat, il-pożizzjoni ta’ din l-istituzzjoni li ssostni li r-regolamenti li jirregolaw il-kundizzjonijiet tal-liberalizzazzjoni ta’ dan is-settur ma jistgħux jiksru l-libertà li jiġu pprovduti servizzi għandha tiġi miċħuda.

    801. Barra minn hekk, ir-Repubblika tal-Bulgarija ssostni li l-introduzzjoni ta’ perijodu ta’ stennija ta’ erbat ijiem bejn żewġ perijodi ta’ kabotaġġ awtorizzat għandha konsegwenzi gravi li jaffettwaw il-moviment liberu tal-merkanzija u għalhekk effetti ekwivalenti għal restrizzjonijiet kwantitattivi, li huma pprojbiti skont l-Artikoli 34 sa 36 TFUE.

    802. Il-Parlament u l-Kunsill, kif ukoll l-intervenjenti insostenn tagħhom, jitolbu li dawn il-motivi jiġu miċħuda.

    2)      Analiżi

    803. Fir-rigward tal-ilment ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 26 TFUE, infakkar li l-punt 4(a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1055 ma jistax jiġi eżaminat fid-dawl ta’ din id-dispożizzjoni biss (493). Ir-Repubblika tal-Litwanja ssostni li l-introduzzjoni ta’ perijodu ta’ stennija ta’ erbat ijiem bejn żewġ perijodi ta’ kabotaġġ awtorizzat tittratta lill-Istati Membri żgħar fil-periferija tal-Unjoni b’mod inqas favorevoli. Hawnhekk nagħmel riferiment għall-analiżi tiegħi ta’ dawn l-argumenti fil-kuntest tal-parti ddedikata għall-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni (494). Fir-rigward tal-argument ta’ din ir-rikorrenti li l-perijodu ta’ stennija jikkostitwixxi ostakolu għas-suq intern u jmur kontra dawn il-prinċipji, u jfixkel il-funzjonament tajjeb tas-suq uniku u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi ta’ trasport, dan l-argument manifestament imur lil hinn mill-portata tal-Artikolu 91(1)(b) TFUE.

    804. Fir-rigward tal-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ, jiġifieri l-aċċess għas-suq tat-trasport nazzjonali, it-Trattat stess jippermetti trattament differenti bejn l-operaturi tat-trasport residenti u l-operaturi tat-trasport mhux residenti. Issa, il-punt 4(a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1055 għandu preċiżament l-għan li jissuġġetta lill-operaturi tat-trasport mhux residenti għal rekwiżit ġdid sabiex tiġi żgurata n-natura temporanja tal-attivitajiet ta’ kabotaġġ (495), f’konformità mad-definizzjoni mogħtija fil-punt 6 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1072/2009, li ma ġietx emendata bir-Regolament 2020/1055.

    805. Ir-restrizzjoni fuq il-libertà tal-operaturi tat-trasport li jipprovdu servizzi ta’ trasport li tilmenta dwarha r-Repubblika tal-Bulgarija tirriżulta, fil-fatt, mir-Regolament Nru 1072/2009 u, saħansitra qabel, mid-dritt primarju li jawtorizza lil-leġiżlatur tal-Unjoni jipprevedi regoli ddifferenzjati.

    806. Nirrileva li l-argument tar-Repubblika tal-Bulgarija bbażat fuq il-pożizzjoni tal-Parlament jinjora d-differenza fundamentali bejn it-trasport internazzjonali u t-trasport nazzjonali. Għalhekk, anki jekk il-Parlament iqis li t-trasport internazzjonali huwa kompletament illiberalizzat, tali konstatazzjoni manifestament ma tapplikax għat-trasport nazzjonali, li jinsab fil-qalba tal-attivitajiet ta’ kabotaġġ.

    807. Fir-rigward tal-ilment ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 34 sa 36 TFUE, għal darba oħra (496), ir-Repubblika tal-Bulgarija tillimita ruħha għal allegazzjonijiet ġenerali u ftit li xejn preċiżi. Fi kwalunkwe każ, l-allegati effetti restrittivi tal-perijodu ta’ stennija ta’ erbat ijiem bejn żewġ perijodi ta’ kabotaġġ awtorizzat jidhru b’mod ċar li huma wisq aleatorji u indiretti (497) biex ikun jista’ jiġi konkluż li kien hemm ksur ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.

    808. Għar-raġunijiet preċedenti kollha, il-motivi bbażati fuq ksur tal-Artikoli 26, 34 sa 36 u 58(1) TFUE għandhom jiġu miċħuda bħala infondati.

    f)      Konklużjoni

    809. Ir-rikorsi tar-Repubblika tal-Litwanja (C‑542/20), tar-Repubblika tal-Bulgarija (C‑545/20), tar-Rumanija (C‑547/20) (498), tar-Repubblika ta’ Malta (C‑552/20) u tar-Repubblika tal-Polonja (C‑554/20), sa fejn huma diretti kontra l-punt 4(a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1055, huma miċħuda.

    4.      Fuq ilpossibbiltà li loperazzjonijiet tattrasport ikkombinat jiġu suġġetti għal perijodu ta’ stennija (ilpunt 5(b) talArtikolu 2 tarRegolament 2020/1055 sa fejn iżid ilparagrafu 7 malArtikolu 10 tarRegolament Nru 1072/2009 jew il“klawżola ta’ salvagwardja”)

    810. Ir-Repubblika tal-Polonja hija l-unika waħda li tikkontesta l-legalità tal-punt 5(b) tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1055 li jżid il-paragrafu 7 mal-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1072/2009. Hija tqajjem, f’dan ir-rigward, tliet motivi, l-ewwel wieħed huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, it-tieni wieħed huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 91(2) TFUE, u t-tielet wieħed huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 94 TFUE. Barra minn hekk, permezz tal-motiv komuni żviluppat b’mod trażversali kontra d-dispożizzjonijiet kollha tar-Regolament 2020/1055 ikkontestati fil-kuntest tar-rikors tagħha fil-Kawża C‑554/20, ir-Repubblika tal-Polonja tikkonkludi li hemm ksur tal-Artikolu 11 TFUE u tal‑Artikolu 37 tal-Karta.

    811. L-Artikolu 10(7) tar-Regolament Nru 1072/2009, kif emendat bir-Regolament 2020/1055, jipprevedi li, b’deroga mill-Artikolu 4 tad-Direttiva 92/106 (499), l-Istati Membri jistgħu, fejn meħtieġ biex jiġi evitat l-użu ħażin ta’ din id-dispożizzjoni permezz tal-provvista ta’ servizzi bla limitu u kontinwi li jikkonsistu fi vjaġġi inizjali jew finali bit-triq fi Stat Membru ospitanti li jifformaw parti minn operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat bejn l-Istati Membri, jipprevedu li l-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 1072/2009, kif emendat bir-Regolament 2020/1055, japplika għall-operaturi tat-trasport meta jwettqu tali vjaġġi inizjali u/jew finali fl-imsemmi Stat Membru, bil-kundizzjoni li l-Istati Membri jistgħu jipprevedu perijodu li matulu l-kabotaġġ huwa awtorizzat itwal mit-terminu ta’ sebat ijiem previst f’din id-dispożizzjoni u perijodu ta’ stennija iqsar minn dak ta’ erbat ijiem previst fl-imsemmi Artikolu 8.

    a)      Fuq ilmotiv ibbażat fuq ksur talprinċipju ta’ proporzjonalità

    1)      Largumenti talpartijiet

    812. F’dak li jirrigwarda l-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li l-limitazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ fit-trasport ikkombinat tikkostitwixxi treġġigħ lura tal-kisbiet tal-liberalizzazzjoni fil-qasam tal-provvista ta’ servizzi li kien jippermetti, sa issa, li jitwettqu mingħajr limitu, bil-kundizzjoni li jiġu osservati l-kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-professjoni u għas-suq, vjaġġi inizjali u/jew finali bit-triq li jagħmlu parti integrali mit-trasport ikkombinat skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 92/106. Tali limitazzjoni hija bbażata fuq kriterji arbitrarji, ma hijiex iġġustifikata mill-għanijiet allegatament imfittxija mir-Regolament 2020/1055 u għandha konsegwenzi negattivi sproporzjonati meta mqabbla mal-benefiċċji possibbli li huma mistennija.

    813. Il-premessa 22 tar-Regolament 2020/1055 tagħmel riferiment għad-dumping soċjali iżda ma jeżisti l-ebda element oġġettiv li jista’ jiġġustifika li d-differenzi fl-iżvilupp ekonomiku bejn l-Istati Membri jiġu assimilati mad-differenzi fil-pagi li jirriżultaw mid-dumping soċjali, jiġifieri attività mwettqa taħt l-ispejjeż ordinarji. Il-marġni ta’ manuvra kunsiderevoli li għandhom l-Istati Membri jippermetti lill-Istati Membri fejn id-domanda għal servizzi ta’ trasport hija l-iktar ikkonċentrata li jiġġeneralizzaw l-użu tal-klawżola ta’ salvagwardja u b’hekk jissikkaw il-kundizzjonijiet ta’ kabotaġġ previsti fl-Artikolu 8(2a) tar-Regolament Nru 1072/2009, li diġà huwa ta’ natura sproporzjonata skont ir-Repubblika tal-Polonja, u b’hekk jesponu lill-operaturi tat-trasport tal-Istati Membri li għandhom livell ta’ żvilupp ekonomiku iktar baxx, li l-iktar spiss ikunu SMEs, għal konsegwenzi negattivi fundamentali, bħalma huwa l-falliment, li jirriżultaw mil-limitazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ. Il-valutazzjoni tal-impatt ma kinitx qieset id-dispożizzjoni li tistabbilixxi l-klawżola ta’ salvagwardja u l-Kummissjoni kienet esprimiet dubji dwarha (500). L-għan tad-Direttiva 92/106, skont l-Artikolu 3 tagħha, huwa li jiġu miġġielda l-konġestjoni tat-toroq u t-tniġġis. L-introduzzjoni ta’ deroga bħalma hija l-klawżola ta’ salvagwardja tagħmel ħsara lill-infrastrutturi tat-toroq u lill-ambjent peress li huwa magħruf li l-kabotaġġ jikkontribwixxi għat-tnaqqis fil-volum ta’ vjaġġi mingħajr tagħbija u jottimizza l-operat tal-flotta tal-vetturi tal-operaturi tat-trasport. Il-leġiżlatur ma ħax inkunsiderazzjoni dawn l-effetti negattivi, u l-ġlieda kontra d-dumping soċjali ma tistax tiġġustifika tali limitazzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi ta’ kabotaġġ. Il-leġiżlatur ma ħax inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni tal-operaturi tat-trasport stabbiliti fil-periferija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni fasslet studju dwar l-effett tar-restrizzjoni tal-kabotaġġ fuq it-trasport ikkombinat (501) li minnu jirriżulta li 8 % tal-operazzjonijiet ferrovjarji/bit-triq jistgħu jiġu ttrasferiti lejn it-triq u li jista’ jkun mistenni tnaqqis ta’ 5 % tal-impjiegi f’dan is-settur. Fl-aħħar nett, ir-Repubblika tal-Polonja tqis li l-użu tal-kabotaġġ diġà kien limitat fil-leġiżlazzjoni li kienet teżisti qabel u tippreċiża li hija ma toġġezzjonax għall-ġlieda kontra l-eventwali abbuż, iżda toġġezzjona għall-impożizzjoni ta’ restrizzjonijiet ġodda fl-eżerċizzju ta’ operazzjonijiet legali ta’ kabotaġġ, inkluż fit-trasport ikkombinat.

    814. Il-Parlament u l-Kunsill jitolbu li dan il-motiv jiġi miċħud.

    2)      Analiżi

    815. Nirrileva li din il-miżura ma kinitx is-suġġett, bħala tali, tal-valutazzjoni tal-impatt iddedikata għall-Proposta għal emenda tar-Regolament Nru 1072/2009 li tinsab fir-Regolament 2020/1055 u ma kinitx tagħmel parti mill-miżuri li jinsabu fil-Proposta għal Regolament tal-Kummissjoni. Madankollu, kif sostna l-Kunsill, il-Kummissjoni kienet ipproponiet fl‑2017 emenda tad-Direttiva 92/106 (502), jiġifieri ftit xhur wara li ppreżentat il-Proposta tagħha għal emenda tar-Regolamenti Nru 1071/2009 u Nru 1072/2009. Għalkemm il-premessa 16 tar-Regolament Nru 1072/2009 tippreċiża li l-“[v]jaġġi nazzjonali bit-triq fi Stat Membru ospitanti li mhumiex parti minn operazzjoni ta’ trasport ikkombinat kif stipulat fid-Direttiva [92/106] jaqgħu fl-ambitu tad-definizzjoni ta’ operazzjoni ta’ kabotaġġ u għalhekk għandhom ikunu suġġetti għar-rekwiżiti ta[r-Regolament Nru 1072/2009]”, il-Kummissjoni qieset li d-definizzjoni ta’ trasport ikkombinat tal-merkanzija hija kkaratterizzata minn “ambigwitajiet [u] nuqqas ta’ ċarezza” (503) u pproponiet kjarifika. Il-Kummissjoni indikat ukoll li qieset il-fatt li xi partijiet ikkonċernati kienu jqisu li d-Direttiva 92/106 kienet qiegħda tiftaħ il-bieb għal ċirkomvenzjoni tar-regoli dwar il-kabotaġġ, minħabba d-diffikultà li jiġi pprovat li l-operazzjoni hija parti minn trasport ikkombinat internazzjonali. Id-diffikultajiet relatati mat-traspożizzjoni tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 92/106 u n-nuqqas ta’ applikazzjoni tar-regoli dwar il-kabotaġġ għall-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat kienu diġà tqajmu matul l-evalwazzjoni ex post tar-REFIT tad-Direttiva 92/106 (504). Tnejn u għoxrin Stat Membru mbagħad eżentaw bis-sħiħ dawn l-operazzjonijiet mill-osservanza tar-regoli dwar il-kabotaġġ filwaqt li ħames Stati Membri applikaw ir-restrizzjonijiet dwar il-kabotaġġ għall-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat (505).

    816. Minn dawn l-elementi jirriżulta li, fil-mument tal-adozzjoni tal-klawżola ta’ salvagwardja kkostitwita mill-Artikolu 10(7) tar-Regolament Nru 1072/2009, kienet diġà nġibdet l-attenzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni lejn id-diffikultajiet ta’ rabta bejn ir-regoli previsti f’dan ir-regolament u l-Artikolu 4 tad-Direttiva 92/106, kif tixhed ukoll il-premessa 22 tar-Regolament 2020/1055. Din tal-aħħar tesprimi b’mod ċar it-tħassib tal-leġiżlatur tal-Unjoni li l-liberalizzazzjoni iktar estensiva prevista fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 92/106 ma għandhiex tintuża b’mod abbużiv filwaqt li, f’ċerti partijiet tal-Unjoni, din id-dispożizzjoni ntużat sabiex “tiġi evitata n-natura temporanja tal-kabotaġġ u bħala l-bażi għall-preżenza kontinwa ta’ vetturi fi Stat Membru li mhux dak tal-istabbiliment tal-impriża”. Mill-qari ta’ din il-premessa jirriżulta li l-ġlieda kontra d-dumping soċjali ma hijiex l-għan imfittex, peress li l-imsemmija premessa ma tikklassifikax il-kompetizzjoni li tirriżulta minn dan l-użu abbużiv tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 92/106 bħala dumping soċjali, iżda sempliċement issemmi r-riskju li dan iwassal għal tali dumping. Għalhekk, għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni r-Repubblika tal-Polonja, il-leġiżlatur tal-Unjoni ma kkunsidrax li d-diskrepanzi fl-iżvilupp ekonomiku bejn l-Istati Membri tal-Unjoni u d-differenzi fil-pagi li jirriżultaw minnhom jikkostitwixxu dumping soċjali. Għall-kuntrarju, il-leġiżlatur tal-Unjoni kkonstata l-eżistenza ta’ prattiki żleali li għandhom, barra minn hekk, l-effett li jiċċirkomventaw il-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-kabotaġġ, u qies li kienet meħtieġa azzjoni sabiex dan il-punt jiġi ċċarat u sabiex l-imsemmija leġiżlazzjoni ssir koerenti.

    817. L-Artikolu 10(7) tar-Regolament Nru 1072/2009, kif emendat bir-Regolament 2020/1055, ifittex għan leġittimu. Jifdal li jiġi vverifikat jekk din id-dispożizzjoni hijiex xierqa sabiex tiggarantixxi l-kisba tal-għan imfittex u jekk tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq. F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li dan l-Artikolu 10(7) jistabbilixxi possibbiltà għall-Istati Membri li jagħmlu użu minn klawżola ta’ salvagwardja f’kundizzjonijiet stabbiliti sew. Din il-possibbiltà għandha tiġi eżerċitata biss fil-preżenza ta’ riskju identifikat ta’ użu abbużiv tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 92/106. Il-miżura ta’ salvagwardja għandha tikkonsisti fl-issuġġettar tat-trasport ikkombinat għar-regoli previsti fl-Artikolu 8(2a) tar-Regolament Nru 1072/2009, kif emendat bir-Regolament 2020/1055, filwaqt li huwa mifhum li l-leġiżlatur joffri l-possibbiltà għall-Istati Membri li jipprevedu regoli iktar favorevoli: il-perijodu li matulu l-kabotaġġ huwa awtorizzat jista’ jkun itwal u l-perijodu ta’ stennija li matulu l-kabotaġġ ma jibqax possibbli jista’ jkun iqsar minn dak previst fl-imsemmi Artikolu 8(2a). Kull Stat Membru huwa għalhekk f’pożizzjoni li jadatta r-reazzjoni tiegħu għall-intensità tal-problema li qiegħed jiffaċċja, taħt kundizzjonijiet li, jekk ikun meħtieġ, ikunu l-iktar l-iktar restrittivi daqs dawk previsti għat-trasport mhux ikkombinat.

    818. Waqt is-seduta, l-istituzzjonijiet konvenuti informaw lill-Qorti tal-Ġustizzja li tliet Stati Membri kienu informaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li jimplimentaw il-klawżola ta’ salvagwardja prevista fl-Artikolu 10(7) tar-Regolament Nru 1072/2009, kif emendat bir-Regolament 2020/1055. Fir-rigward ta’ miżura fakultattiva, l-effetti reali tagħha huma għalhekk partikolarment diffiċli li jiġu stmati (506) iżda, anki kieku l-Istati Membri kollha jixtiequ jużawha, l-implimentazzjoni ta’ tali klawżola teħtieġ l-osservanza ta’ għadd ta’ kundizzjonijiet li jservu bħala salvagwardji fir-rigward tal-eventwali tentazzjoni protezzjonista ta’ xi Stat Membru jew ieħor. Il-klawżola ta’ salvagwardja kif ifformulata mill-imsemmi Artikolu 10(7) għalhekk tidher xierqa sabiex jintlaħaq l-għan imfittex, mingħajr ma tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dan l-għan.

    819. Għaldaqstant, u għar-raġunijiet preċedenti kollha, il-motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità għandu jiġi miċħud bħala infondat.

    b)      Fuq ilmotivi bbażati fuq ksur talArtikolu 91(2) TFUE u talArtikolu 94 TFUE

    1)      Largumenti talpartijiet

    820. F’dak li jirrigwarda t-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 91(2) TFUE, u t-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 94 TFUE, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, ir-Repubblika tal-Polonja ttenni l-argumenti tagħha żviluppati fil-kuntest tal-motivi bbażati fuq ksur, mill-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat, tal-Artikolu 91(2) TFUE u tal-Artikolu 94 TFUE, b’mod partikolari fir-rigward tal-effett negattiv tal-klawżola ta’ salvagwardja fuq it-tħaddim tat-tagħmir tat-trasport. Fir-rigward tal-allegat ksur tal-Artikolu 94 TFUE, ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li l-espressjoni “dumping soċjali” li fuqha hija bbażata d-dispożizzjoni kkontestata turi wkoll in-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni tal-operaturi tat-trasport li jinsabu fl-Istati Membri fil-periferija tal-Unjoni u ssostni li r-rieda li tiġi żgurata ugwaljanza assoluta bejn il-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni hija loġikament kuntrarja għall-kunċett stess ta’ kompetizzjoni. L-isforzi tal-leġiżlatur tal-Unjoni sabiex jillimita l-parteċipazzjoni tal-impriżi stabbiliti fl-Istati Membri inqas żviluppati fil-provvista tas-servizzi ta’ kabotaġġ jixhdu n-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni, fid-dawl tad-dritt tal-kompetizzjoni, tas-sitwazzjoni ekonomika tal-impriżi.

    821. Il-Parlament u l-Kunsill jitolbu li dawn il-motivi jiġu miċħuda.

    2)      Analiżi

    822. Billi sempliċement ittenni l-argumenti tagħha żviluppati fil-kuntest tal-motivi bbażati fuq ksur, mill-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat, tal-Artikolu 91(2) TFUE u tal-Artikolu 94 TFUE, ir-Repubblika tal-Polonja ma stabbilixxietx kif, ikkunsidrata waħedha, is-sempliċi possibbiltà mogħtija lill-Istati Membri li jissuġġettaw it-trasport ikkombinat għall-obbligu ta’ osservanza ta’ perijodu ta’ stennija hija ta’ natura li taffettwa b’mod gravi l-livell tal-għajxien u l-impjieg f’ċerti reġjuni jew it-tħaddim tat-tagħmir tat-trasport (Artikolu 91(2) TFUE), jew tikkostitwixxi “miżura dwar prezzijiet u kondizzjonijiet tat-trasport” li l-adozzjoni tagħha kienet teħtieġ li tittieħed inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni tal-operaturi tat-trasport (Artikolu 94 TFUE).

    823. F’dak li jikkonċerna l-impatt gravi fuq il-livell tal-għajxien u l-impjieg u t-tħaddim tat-tagħmir tat-trasport, tali lmenti għandhom jiġu miċħuda peress li diġà ġie stabbilit li l-punt 5(b) tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1055 stabbilixxa biss sempliċi possibbiltà għall-Istati Membri, li l-eżerċizzju tagħha huwa suġġett għal kundizzjonijiet ċari u preċiżi. Sal-jum li fih inżammet is-seduta, kienu biss tliet Stati Membri li, skont id-dikjarazzjonijiet tal-istituzzjonijiet konvenuti, kienu għamlu evidenti l-intenzjoni tagħhom li jimplimentaw din il-possibbiltà. Iż-żieda fin-numru ta’ vjaġġi mingħajr tagħbija, il-pressjoni żejda fuq l-infrastrutturi tat-toroq u d-deterjorament tagħhom, invokati mir-Repubblika tal-Polonja, huma biss spekulazzjonijiet infondati meta titqies il-portata reali ta’ din id-dispożizzjoni.

    824. Fir-rigward tat-teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni tal-operaturi tat-trasport, anki jekk huwa minnu li l-punt 5(b) tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1055 stabbilixxa miżura dwar il-kundizzjonijiet tat-trasport, għandu jiġi kkonstatat li mill-punti 815 u 816 ta’ dawn il-konklużjonijiet jirriżulta li l-leġiżlatur tal-Unjoni kien suffiċjentement informat dwar il-partikolaritajiet u d-dettalji kollha ta’ kjarifika tar-regoli applikabbli għat-trasport ikkombinat sabiex seta’ jiġi żgurat li dan tal-aħħar ma kienx ser jintuża sabiex tiġi evitata n-natura temporanja assenjata lill-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ mir-Regolament Nru 1072/009 u li, fl-eżerċizzju tas-setgħa ta’ evalwazzjoni wiesgħa tiegħu, huwa kien qies preċiżament is-sitwazzjoni tal-operaturi tat-trasport kollha.

    825. Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-argument ibbażat fuq ir-riferiment għad-dumping soċjali fil-premessa 22 tar-Regolament 2020/1055, nagħmel riferiment għall-punt 816 ta’ dawn il-konklużjonijiet. Fir-rigward tal-argument li l-leġiżlatur tal-Unjoni kien qiegħed jagħmel sforz biex jillimita l-parteċipazzjoni ta’ impriżi stabbiliti fl-Istati Membri inqas żviluppati fil-provvista ta’ servizzi ta’ kabotaġġ, għandu jitfakkar mill-ġdid li l-uniċi impriżi koperti mill-punt 5(b) tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1055 huma dawk li, bl-użu tat-trasport ikkombinat, kienu qegħdin jiċċirkomventaw il-projbizzjoni tal-kabotaġġ sistematiku u li l-unika intenzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni kienet li jipprovdi lis-suq l-istrumenti neċessarji sabiex jikkoreġi kwalunkwe nuqqasijiet fil-funzjonament.

    826. Il-motivi bbażati fuq ksur tal-Artikolu 91(2) TFUE u tal-Artikolu 94 TFUE għandhom jiġu miċħuda bħala infondati.

    c)      Fuq ilmotiv ibbażat fuq ksur talArtikolu 11 TFUE u talArtikolu 37 talKarta

    1)      Largumenti talpartijiet

    827. Permezz tal-motiv komuni żviluppat b’mod trażversali għad-dispożizzjonijiet kollha tar-Regolament 2020/1055 ikkontestati fil-kuntest tar-rikors tagħha fil-Kawża C‑554/20, ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li l-punt 5(b) tal-Artikolu 2 tal-imsemmi regolament jikser l-Artikolu 11 TFUE u l-Artikolu 37 tal-Karta u jmur kontra l-Patt Ekoloġiku Ewropew. Hija ssostni li l-istudju Ricardo tal‑2021 u l-istudju dwar id-dispożizzjoni li tintroduċi restrizzjoni għall-provvista ta’ servizzi ta’ kabotaġġ fil-kuntest ta’ operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat (507) jikkonfermaw, minn naħa, il-fatt li l-impatt ambjentali ta’ din l-imsemmija dispożizzjoni ma kienx ġie evalwat fil-mument tal-adozzjoni tagħha u, min-naħa l-oħra, in-natura negattiva ta’ dan l-impatt.

    828. Il-Kunsill u l-Parlament jitolbu, min-naħa tagħhom, li dawn il-motivi kollha jiġu miċħuda bħala infondati.

    2)      Analiżi

    829. Infakkar li l-paragrafu 7 l-ġdid introdott mir-Regolament 2020/1055 fl-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1072/2009 jipprevedi l-possibbiltà għall-Istati Membri, meta dan ikun neċessarju sabiex jiġi evitat l-użu abbużiv tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 92/106 permezz tal-provvista ta’ servizzi bla limitu u kontinwi li jikkonsistu fi vjaġġi bit-triq inizjali jew finali mwettqa fi Stat Membru ospitanti fil-kuntest ta’ operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat bejn l-Istati Membri, li jipprevedu li l-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 1072/2009 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali tal-kabotaġġ japplika wkoll għall-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat, filwaqt li huwa mifhum li l-Istati Membri jistgħu jipprevedu perijodu itwal mit-terminu ta’ sebat ijiem li matulu l-kabotaġġ huwa awtorizzat wara trasport internazzjonali u perijodu iqsar mit-terminu ta’ stennija ta’ erbat ijiem li matulu l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ huma pprojbiti (508). L-Istati Membri li jagħżlu li jimplimentaw fir-rigward tat-trasport ikkombinat il-proċedura ta’ salvagwardja prevista fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 1072/2009, kif emendat bir-Regolament 2020/1055, għandhom jinformaw lill-Kummissjoni minn qabel u huma meħtieġa jirrevedu l-miżuri adottati għal dan l-għan tal-inqas kull ħames snin. Huma għandhom ukoll obbligu li jippubblikaw dawn il-miżuri.

    830. Il-paragrafu 7 l-ġdid tal-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1072/2009 għalhekk għandu l-effett immedjat li jippermetti lill-Istati Membri, fid-diskrezzjoni tagħhom iżda bil-ħsieb li jilħqu għan speċifiku, jestendu l-applikazzjoni tal-perijodu ta’ stennija li matulu l-operaturi tat-trasport għandhom jastjenu minn operazzjonijiet tat-trasport interni fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkunu waslu (509). Fis-seduta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, l-istituzzjonijiet konvenuti indikaw li, sal-jum tas-seduta, tliet Stati Membri biss kienu informaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li jagħmlu użu minn din il-possibbiltà. Il-fatt li l-imsemmi paragrafu 7 jistabbilixxi tali possibbiltà, li ma jistax ikun magħruf minn qabel sa liema punt se tiġi implimentata, u jħalli lill-Istati Membri ċerta flessibbiltà dwar id-definizzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ din il-limitazzjoni fuq il-kabotaġġ, jagħmel l-eżami skont l-Artikolu 11 TFUE u l-Artikolu 37 tal-Karta pjuttost inċert (510). Madankollu, din id-dispożizzjoni l-ġdida turi, fid-dawl tal-problemi identifikati u s-soluzzjoni leġiżlattiva proposta, l-eżerċizzju ta’ bbilanċjar ta’ interessi diverġenti mil-leġiżlatur tal-Unjoni billi dan ippermetta reazzjoni differenti għal problema li ma għandhiex l-istess intensità fl-Unjoni kollha.

    831. Fi kwalunkwe każ, nagħmel riferiment għall-punti li ġejjin ta’ dawn il-konklużjonijiet: fuq il-kwistjoni tal-portata tal-Artikolu 37 tal-Karta, għall-punt 565; fuq il-portata tal-eżami taħt l-Artikolu 11 TFUE, għall-punti 567 et seq.; fuq l-ilment ibbażat fuq in-nuqqas ta’ valutazzjoni tal-impatt, għall-punt 570; fuq l-ilment ibbażat fuq kontradizzjoni mal-għanijiet imfittxija mill-Patt Ekoloġiku Ewropew, għall-punt 594; u fuq l-ilment ibbażat fuq in-natura probatorja tal-istudji mwettqa wara l-adozzjoni tal-punt 5(b) tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1055, għall-punt 580.

    832. Għaldaqstant, il-motiv ibbażat fuq ksur, mill-punt 5(b) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2020/1055, tal-Artikolu 11 TFUE, tal-Artikolu 37 tal-Karta u ta’ kontradizzjoni mal-għanijiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew għandu jiġi miċħud bħala infondat.

    d)      Konklużjoni 

    833. Ir-rikors tar-Repubblika tal-Polonja fil-Kawża C‑554/20, sa fejn huwa dirett kontra l-punt 5(b) tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1055, huwa miċħud.

    5.      Konklużjoni fuq irrikorsi li jikkonċernaw irRegolament 2020/1055

    834. Fid-dawl tal-analiżi iktar ’il fuq, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tilqa’, sa fejn jirrigwardaw l-annullament tal-punt 3 tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1055 sa fejn jemenda l-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 1071/2009, ir-rikors tar-Repubblika tal-Litwanja fil-Kawża C‑542/20, ir-rikors tar-Repubblika tal-Bulgarija fil-Kawża C‑545/20, ir-rikors tar-Repubblika tar-Rumanija fil-Kawża C‑547/20, ir-rikors tar-Repubblika tal-Ungerija fil-Kawża C‑551/20, ir-rikors tar-Repubblika ta’ Malta fil-Kawża C‑552/20 u r-rikors tar-Repubblika tal-Polonja fil-Kawża C‑554/20. Ir-rikors tar-Repubblika ta’ Ċipru fil-Kawża C‑549/20 għandu jintlaqa’ fl-intier tiegħu.

    D.      Fuq idDirettiva 2020/1057

    1.      Osservazzjonijiet preliminari

    835. Ir-rikorsi ta’ sitt Stati Membri, jiġifieri r-Repubblika tal-Litwanja (Kawża C‑541/20), ir-Repubblika tal-Bulgarija (Kawża C‑544/20), ir-Rumanija (Kawża C‑548/20), ir-Repubblika ta’ Ċipru (Kawża C‑550/20), l-Ungerija (Kawża C‑551/20) u r-Repubblika tal-Polonja (Kawża C‑553/20) huma diretti kontra d-Direttiva 2020/1057. Dawn l-Istati Membri jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tannulla jew l-imsemmija direttiva fl-intier tagħha (prinċipalment jew sussidjarjament) jew ċerti dispożizzjonijiet tagħha.

    836. B’hekk, l-ewwel, permezz tar-rikorsi tagħhom, ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Repubblika ta’ Ċipru jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tannulla d-Direttiva 2020/1057 fl-intier tagħha.

    837. It-tieni, ir-rikorsi tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Rumanija, tal-Ungerija u tar-Repubblika tal-Polonja huma intiżi għall-annullament tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2020/1057, li jikkonċerna regoli speċifiċi dwar il-kollokament tax-xufiera. B’mod iktar preċiż, l-Ungerija titlob prinċipalment l-annullament ta’ dan l-artikolu fl-intier tiegħu; ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Rumanija u r-Repubblika tal-Polonja, kif ukoll l-Ungerija sussidjarjament, jitolbu, kif ser jiġi speċifikat f’iktar dettall fil-punt 869 iktar ’il quddiem, l-annullament ta’ ċerti paragrafi ta’ dan l-artikolu. Sussidjarjament, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Rumanija u r-Repubblika tal-Polonja jitolbu l-annullament tad-Direttiva 2020/1057 fl-intier tagħha.

    838. It-tielet, fl-aħħar nett, ir-Repubblika tal-Polonja titlob l-annullament tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2020/1057, dwar it-terminu għat-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva.

    839. Qabel ma jiġu analizzati d-diversi motivi mqajma mill-imsemmija sitt Stati Membri insostenn tar-rikorsi tagħhom, għandhom qabelxejn jiġu ppreżentati d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2020/1057 u, b’mod partikolari, dawk li jikkonċernaw ir-regoli speċifiċi dwar il-kollokament tax-xufiera, stabbiliti fl-Artikolu 1 tagħha. Sussegwentement, ser ikun ukoll neċessarju, dejjem b’mod preliminari, li tiġi ċċarata l-portata tar-rikorsi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Repubblika ta’ Ċipru, rispettivament fil-Kawżi C‑544/20 u C‑550/20.

    a)      Fuq idDirettiva 2020/1057 u rregoli previsti fiha dwar ilkollokament taxxufiera

    840. Kif jirriżulta mit-titolu tagħha, id-Direttiva 2020/1057 għandha l-għan, essenzjalment, li tirregola żewġ suġġetti ewlenin: l-ewwel, hija tistabbilixxi regoli speċifiċi rigward id-Direttiva 96/71 (511) u d-Direttiva 2014/67 (512) fir-rigward tal-kollokament tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq; it-tieni, hija temenda, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-infurzar, id-Direttiva 2006/22 (513) li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet minimi li għandhom jiġu osservati fil-qasam tal-leġiżlazzjoni soċjali relatata mal-attivitajiet tat-trasport bit-triq, kif ukoll ir-Regolament (UE) 1024/2012 (514) dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern. Peress li r-rikorsi inkwistjoni tas-sitt Stati Membri ma jikkonċernawx it-tieni suġġett fil-mira tad-Direttiva 2020/1057, l-analiżi għandha tiffoka fuq l-ewwel wieħed.

    841. Kif jirriżulta mill-paragrafu 1 tiegħu, l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2020/1057 jistabbilixxi regoli speċifiċi fir-rigward tal-kollokament tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq u ċerti aspetti relatati mar-rekwiżiti amministrattivi u mal-miżuri ta’ kontroll għall-kollokament ta’ dawn ix-xufiera.

    842. Il-premessa 1 tal-imsemmija direttiva tesponi li l-istabbiliment ta’ tali regoli speċifiċi huwa intiż sabiex “jiġu żgurati kundizzjonijiet tax-xogħol u protezzjoni soċjali xierqa għax-xufiera, u min-naħa l-oħra, kundizzjonijiet tajbin għan-negozju u għall-kompetizzjoni ġusta għall-operaturi tat-trasport”, sabiex “jinħoloq settur tat-trasport bit-triq li jkun sikur, effiċjenti u soċjalment responsabbli”. Dawn ir-regoli settorjali huma għalhekk intiżi sabiex “jiżguraw bilanċ bejn il-libertà tal-operaturi li jipprovdu servizzi transfruntiera, il-moviment liberu tal-merkanzija, kundizzjonijiet adegwati ta’ xogħol u protezzjoni soċjali għax-xufiera”, filwaqt li jittieħed inkunsiderazzjoni li “r-rata ta’ mobbiltà tal-forza tax-xogħol fis-settur tat-trasport bit-triq hija għolja”.

    843. Kif irrilevajt fil-punti 38 sa 51 iktar ’il fuq, is-settur tat-trasport huwa kkaratterizzat minn fatturi partikolari, li wieħed minnhom, fost l-iktar importanti, huwa l-mobbiltà estrema tal-forza tax-xogħol. Għalhekk, f’dan is-settur, għall-kuntrarju ta’ dak li xi drabi jiġri f’setturi oħra, il-ħaddiema, jiġifieri x-xufiera, ġeneralment ma jiġux ikkollokati fi Stat Membru ieħor fil-qafas ta’ kuntratti ta’ servizz għal żmien twil (515), iżda jeżerċitaw professjoni kkaratterizzata minn mobbiltà kważi kostanti.

    844. F’dawn iċ-ċirkustanzi, kif espost fil-premessa 8 tad-Direttiva 2020/1057, fid-dawl tal-karatteristiċi partikolari tas-settur tat-trasport bit-triq, ir-regoli settorjali stabbiliti minn din id-direttiva huma intiżi li jippreċiżaw f’liema ċirkustanzi x-xufiera ma humiex suġġetti għar-regoli ġenerali dwar il-kollokament tal-ħaddiema fil-kuntest ta’ provvista ta’ servizzi, stabbiliti mid-Direttiva 96/71, li japplikaw, bħala prinċipju, f’kull settur ekonomiku (516).

    845. Mill-premessa 9 tad-Direttiva 2020/1057 jirriżulta li l-leġiżlatur tal-Unjoni ddeċieda li jibbaża dawn ir-regoli settorjali fil-qasam tal-kollokament fuq il-kriterju tal-eżistenza ta’ “rabta suffiċjenti” bejn, minn naħa, ix-xufier u s-servizz ipprovdut u, min-naħa l-oħra, it-territorju ta’ Stat Membru ospitanti. Għal dan l-għan, “[b]iex jiġi ffaċilitat l-infurzar ta’ dawk ir-regoli” settorjali, il-leġiżlatur għamel distinzjoni bejn “tipi differenti ta’ operazzjonijiet ta’ trasport skont il-grad ta’ konnessjoni mat-territorju tal-Istat Membru ospitanti”.

    846. Għalhekk, l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2020/1057, fil-paragrafi 3 sa 7 tiegħu, moqrija fid-dawl tal-premessi 7 sa 13 ta’ din id-direttiva, jistabbilixxi differenza, għall-finijiet tad-determinazzjoni ta’ kollokament tax-xufiera, bejn ħames tipi ta’ operazzjonijiet tat-trasport bit-triq internazzjonali, u speċifikament, bejn: operazzjonijiet ta’ trasport bilaterali, tranżitu, trasport ikkombinat, kabotaġġ, u operazzjonijiet ta’ trasport internazzjonali mhux bilaterali (imsejħa wkoll “trasport terz”).

    847. Fl-ewwel lok, f’dak li jirrigwarda l-operazzjonijiet ta’ “trasport bilaterali”, dawn huma operazzjonijiet tat-trasport mill-Istat Membru ta’ stabbiliment tal-impriża tat-trasport lejn it-territorju ta’ Stat Membru ieħor jew ta’ pajjiż terz jew, bil-maqlub, operazzjonijiet tat-trasport minn Stat Membru jew pajjiż terz lejn l-Istat Membru ta’ stabbiliment tal-impriża tat-trasport (517).

    848. Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(3) tad-Direttiva  2020/1057, meta jwettaq operazzjonijiet ta’ trasport bilaterali, rispettivament, fir-rigward ta’ merkanzija jew ta’ passiġġieri, xufier ma għandux jiġi kkunsidrat li huwa kkollokat għall-fini tad-Direttiva 96/71.

    849. Il-premessa 10 tad-Direttiva 2020/1057 tispjega, fil-fatt, li “[m]eta xufier iwettaq operazzjonijiet ta’ trasport bilaterali […] in-natura tas-servizz hija marbuta mill-qrib mal-Istat Membru ta’ stabbiliment. Huwa possibbli li xufier iwettaq diversi operazzjonijiet ta’ trasport bilaterali matul vjaġġ wieħed. Dan ikun jikkostitwixxi restrizzjoni sproporzjonata għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi ta’ trasport transfruntiera bit-triq jekk ir-regoli dwar il-kollokament, u għalhekk it-termini u l-kundizzjonijiet tal-impjieg garantiti fl-Istat Membru ospitanti, ikunu japplikaw għal tali operazzjonijiet bilaterali”.

    850. F’subparagrafi sussegwenti tal-imsemmi Artikolu 1(2) u (3) tagħha, id-Direttiva 2020/1057 tipprevedi sussegwentement eżenzjonijiet għal attivitajiet addizzjonali, kemm għall-operazzjonijiet ta’ trasport bilaterali ta’ merkanzija kif ukoll għall-operazzjonijiet ta’ trasport bilaterali ta’ passiġġieri (518).

    851. Fit-tieni lok, fir-rigward tat-tranżitu, dawn huma operazzjonijiet ta’ trasport li fihom ix-xufier jaqsam it-territorju ta’ Stat Membru mingħajr ma jgħabbi jew iħott merkanzija u mingħajr ma jtella’ jew iniżżel passiġġieri (519). Minħabba n-nuqqas ta’ rabta sinjifikattiva bejn l-attivitajiet tax-xufier u l-Istat Membru ta’ tranżitu (520), l-Artikolu 1(5) tad-Direttiva 2020/1057 jipprovdi li meta jaqsam mit-territorju ta’ Stat Membru mingħajr ma jgħabbi jew iħott merkanzija u mingħajr ma jtella’ jew iniżżel passiġġieri, xufier ma għandux jiġi kkunsidrat li huwa kkollokat għall-fini tad-Direttiva 96/71.

    852. F’dak li jirrigwarda, fit-tielet lok, it-trasport ikkombinat, dan it-tip ta’ trasport huwa ddefinit fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/106 (521), li għaliha tagħmel riferiment espliċitu d-Direttiva 2020/1057. Dawn huma, essenzjalment, operazzjonijiet ta’ trasport ta’ merkanzija bejn l-Istati Membri li fihom it-trakk jew il-mezz l-ieħor ta’ trasport tal-merkanzija mwaħħal mat-trakk juża t-triq għall-parti inizjali jew finali tal-vjaġġ u, għall-parti l-oħra, il-ferrovija jew passaġġ fuq l-ilma intern, jew vjaġġ bil-baħar (522).

    853. Għal dan it-tip ta’ operazzjoni ta’ trasport, kif jirriżulta mill-premessa 12 tad-Direttiva 2020/1057, il-leġiżlatur ikkunsidra li “[m]eta xufier ikun involut f’operazzjoni tat-trasport ikkombinata, in-natura tas-servizz ipprovdut matul il-parti inizjali jew finali tal-vjaġġ hija marbuta mill-qrib mal-Istat Membru ta’ stabbiliment jekk dik il-parti tal-vjaġġ waħidha tkun operazzjoni ta’ trasport bilaterali. B’kuntrast, meta l-operazzjoni ta’ trasport f’dik il-parti tal-vjaġġ titwettaq fl-Istat Membru ospitanti jew bħala operazzjoni ta’ trasport internazzjonali mhux bilaterali, hemm konnessjoni suffiċjenti mat-territorju ta’ Stat Membru ospitanti u għalhekk jenħtieġ li r-regoli dwar l-istazzjonar [kollokament] japplikaw”.

    854. Huwa għalhekk li l-Artikolu 1(6) tad-Direttiva 2020/1057 jipprovdi li xufier ma għandux jiġi ikkunsidrat li huwa kkollokat meta jwettaq il-parti tal-vjaġġ inizjali jew finali bit-triq ta’ operazzjoni ta’ trasport ikkombinat, jekk il-parti tal-vjaġġ bit-triq waħidha tikkonsisti f’operazzjonijiet ta’ trasport bilaterali.

    855. F’dak li jirrigwarda, fir-raba’ lok, il-kabotaġġ, kif jirriżulta mill-punti 742 et seq. ta’ dawn il-konklużjonijiet, ir-Regolament Nru 1072/2009 jiddefinixxi, fil-premessa 15 tiegħu, l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ bħala “[l]-għoti ta’ servizzi minn trasportaturi fi Stat Membru fejn ma jkunux stabbiliti” (523) u jawtorizza, bħala prinċipju, dawn l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ “sakemm ma jitwettqux b’mod li joħloq attività permanenti jew kontinwa f’dak l-Istat Membru” (524). Għal dan il-għan, il-frekwenza tal-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ u t-tul ta’ żmien li matulu jistgħu jitwettqu ġew iddefiniti b’mod iktar ċar fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament Nru 1072/2009 qabel ma ġie emendat, fil-kundizzjonijiet diskussi iktar ’il fuq (525), bir-Regolament 2020/1055.

    856. Mill-premessa 13 tad-Direttiva 2020/1057 jirriżulta li l-leġiżlatur ikkunsidra li meta xufier iwettaq operazzjonijiet ta’ kabotaġġ, teżisti rabta suffiċjenti mat-territorju tal-Istat Membru ospitanti peress li l-operazzjoni tat-trasport kollha kemm hi titwettaq f’dan l-Istat Membru u s-servizz huwa għalhekk marbut mill-qrib mat-territorju ta’ dan l-Istat Membru.

    857. Huwa għalhekk li l-Artikolu 1(7) tad-Direttiva 2020/1057 jipprevedi li, meta xufier iwettaq operazzjoni ta’ kabotaġġ, għandu jitqies li huwa kkollokat skont id-Direttiva 96/71.

    858. F’dak li jirrigwarda, fil-ħames lok, l-operazzjonijiet ta’ trasport internazzjonali “mhux bilaterali” (imsejħa wkoll “trasport terz”), mill-premessa 13 tad-Direttiva 2020/1057 jirriżulta li dawn l-operazzjonijiet huma kkaratterizzati mill-fatt li x-xufier iwettaq trasport internazzjonali barra mill-Istat Membru ta’ stabbiliment tal-impriża responsabbli għall-kunsinna. Għaldaqstant, dawn huma operazzjonijiet ta’ trasport minn Stat Membru differenti mill-Istat Membru ta’ stabbiliment tal-impriża tat-trasport jew minn pajjiż terz, lejn it-territorju ta’ Stat Membru ieħor li jkun ukoll differenti mill-imsemmi Stat Membru ta’ stabbiliment jew lejn it-territorju ta’ pajjiż terz.

    859. Fl-imsemmija premessa 13 il-leġiżlatur spjega li meta xufier iwettaq operazzjonijiet ta’ trasport internazzjonali mhux bilaterali, peress li dan it-tip ta’ operazzjonijiet huwa kkaratterizzat mill-fatt li x-xufier iwettaq trasport internazzjonali barra mill-Istat Membru ta’ stabbiliment tal-impriża responsabbli għall-kunsinna, is-servizzi pprovduti huma marbuta mal-Istati Membri ospitanti kkonċernati iktar milli mal-Istat Membru ta’ stabbiliment. Il-leġiżlatur għalhekk ikkunsidra li, f’dawn il-każijiet, ir-regoli settorjali huma meħtieġa biss fir-rigward tar-rekwiżiti amministrattivi u tal-miżuri ta’ kontroll. Konsegwentement, għall-kuntrarju tat-tipi l-oħra ta’ operazzjonijiet ta’ trasport imsemmija iktar ’il fuq, f’dak li jirrigwarda t-trasport terz, id-Direttiva 2020/1057, fl-Artikolu 1 tagħha, ma tipprevedi l-ebda paragrafu li jirregola l-kollokament tax-xufiera għal dan it-tip ta’ operazzjoni ta’ trasport.

    b)      Fuq ilportata tarrikorsi tarRepubblika talBulgarija u tarRepubblika ta’ Ċipru, rispettivament filKawżi C544/20 u C550/20

    860. Preliminarjament, għandha tiġi ċċarata wkoll il-portata tar-rikorsi fil-Kawżi C‑544/20 u C‑550/20 – rikorsi li huma kważi identiċi – ippreżentati mir-Repubblika tal-Bulgarija u mir-Repubblika ta’ Ċipru. F’dawn ir-rikorsi dawn iż-żewġ Stati Membri jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tannulla d-Direttiva 2020/1057 fl-intier tagħha.

    861. Il-Parlament u l-Kunsill isostnu, madankollu, li r-rikorsi ta’ dawn iż-żewġ Stati Membri jressqu argumenti li jirrigwardaw biss l-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva u ma jikkonċernawx il-bqija tagħha.

    862. F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li mill-ġurisprudenza jirriżulta li annullament totali ta’ att ikkontestat ma jistax jiġi aċċettat meta jidher ċar li motiv, li jirrigwarda biss punt speċifiku ta’ dan l-att, jista’ jwassal biss għal annullament parzjali. Fil-fatt, is-sempliċi fatt li hija tikkunsidra motiv invokat mir-rikorrent insostenn tar-rikors għal annullament tiegħu bħala fondat ma jippermettix lill-qorti tal-Unjoni tannulla awtomatikament l-att ikkontestat kollu kemm hu (526).

    863. Madankollu, l-annullament parzjali ta’ att tad-dritt tal-Unjoni huwa possibbli biss sa fejn l-elementi li jintalab l-annullament tagħhom ikunu jistgħu jiġu sseparati mill-bqija tal-att. Tali rekwiżit ma jkunx issodisfatt meta l-annullament parzjali ta’ att ikollu l-effett li jibdel is-sustanza tiegħu, punt dan li għandu jiġi evalwat fuq il-bażi ta’ kriterju oġġettiv u mhux ta’ kriterju suġġettiv marbut mar-rieda politika tal-awtorità li adottat l-att inkwistjoni (527).

    864. Issa, f’dan il-każ, fiż-żewġ rikorsi tagħhom fil-Kawżi C‑544/20 u C‑550/20, ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Repubblika ta’ Ċipru jikkontestaw dak li jsejħulu “mudell ibridu”, li skonthom ġie stabbilit mid-Direttiva 2020/1057. Kif jirriżulta mir-rikorsi tagħhom, dan il-mudell ibridu jikkonsisti “fl-applikazzjoni għat-trasport terz, mingħajr limitu temporali, tar-regoli dwar il-kollokament, filwaqt li t-trasport bilaterali huwa eżentat minn dawn ir-regoli” (528).

    865. Insostenn tar-rikorsi tagħhom dawn iż-żewġ Stati Membri jqajmu ħames motivi bbażati, l-ewwel wieħed, fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, it-tieni wieħed, fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, it-tielet wieħed, fuq ksur tal-Artikolu 91(1) TFUE, ir-raba’ wieħed, fuq ksur tal-Artikolu 91(2) TFUE, tal-Artikolu 90 TFUE kkunsidrat flimkien mal-Artikolu 3(3) TUE u tal-Artikolu 94 TFUE u, il-ħames wieħed, fuq ksur tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-moviment liberu ta’ oġġetti u servizzi u dwar il-politika komuni tat-trasport.

    866. Kif ġie espost fil-punt 840 iktar ’il fuq, id-Direttiva 2020/1057 hija intiża, essenzjalment, sabiex tirregola żewġ suġġetti prinċipali. B’mod partikolari, fil-kuntest tal-ewwel wieħed minn dawn is-suġġetti, kif irrilevajt fil-punti 845 et seq. iktar ’il fuq, id-Direttiva 2020/1057, speċifikament fl-Artikolu 1(3) sa (7) tagħha, moqrija fid-dawl tal-premessi 10 sa 13, hija intiża li tistabbilixxi regoli speċifiċi fir-rigward tal-kollokament tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq billi tiddistingwi bejn tipi differenti ta’ operazzjonijiet ta’ trasport skont il-grad ta’ konnessjoni mat-territorju tal-Istat Membru ospitanti.

    867. F’dan il-kuntest, għandu jiġi kkonstatat li r-rikorsi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Repubblika ta’ Ċipru jirrigwardaw esklużivament l-ewwel suġġett irregolat mid-Direttiva 2020/1057, u tnejn biss mill-ħames tipi ta’ operazzjonijiet ta’ trasport imsemmija fl-Artikolu 1 tagħha. Minn dan isegwi li, anki jekk il-Qorti tal-Ġustizzja kellha tilqa’ wieħed jew iktar mill-motivi invokati minn dawn iż-żewġ Stati Membri fir-rikorsi tagħhom, il-konsegwenza ta’ dan tkun, l-iktar l-iktar, l-annullament tad-Direttiva 2020/1057 sa fejn tirregola l-kollokament għaż-żewġ tipi ta’ trasport imsemmija mill-argumenti mressqa mill-imsemmija żewġ Stati Membri, jiġifieri t-trasport bilaterali u t-trasport terz. Skont il-ġurisprudenza msemmija fil-punti 862 u 863 iktar ’il fuq, tali annullament ma jistax jestendi għar-regolamentazzjoni prevista fid-Direttiva dwar tipi oħra ta’ trasport, u inqas u inqas għad-dispożizzjonijiet l-oħra tad-Direttiva 2020/1057 (529). Minn dan jirriżulta li fir-rigward ta’ dawn l-aħħar aspetti, ir-rikorsi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Repubblika ta’ Ċipru għandhom jiġu miċħuda.

    2.      Fuq ilmotivi li jikkonċernaw irregoli speċifiċi dwar ilkollokament taxxufiera

    a)      Osservazzjonijiet preliminari

    868. Is-sitt Stati Membri kollha li kkontestaw id-Direttiva 2020/1057 jikkontestaw id-dispożizzjonijiet tagħha dwar ir-regoli speċifiċi, li jinsabu b’mod partikolari fl-Artikolu 1 tagħha, fir-rigward tal-kollokament tax-xufiera.

    869. B’mod iktar preċiż, fil-Kawża C‑541/20, ir-Repubblika tal-Litwanja titlob l-annullament tal-Artikolu 1(3) u (7) tad-Direttiva 2020/1057, dwar, rispettivament, l-operazzjonijiet ta’ trasport bilaterali fir-rigward ta’ merkanzija u l-kabotaġġ. Fil-Kawża C‑548/20, ir-Rumanija titlob l-annullament tal-Artikolu 1(3) sa (6) tad-Direttiva 2020/1057, dwar, rispettivament, l-operazzjonijiet ta’ trasport bilaterali fir-rigward ta’ merkanzija u ta’ passiġġieri, it-tranżitu u t-trasport ikkombinat. Fil-Kawża C‑551/20, l-Ungerija titlob prinċipalment l-annullament ta’ dan l-artikolu kollu kemm hu u, sussidjarjament, l-annullament tal-Artikolu 1(6) tad-Direttiva 2020/1057 dwar it-trasport ikkombinat. Fil-Kawża C‑555/20, ir-Repubblika tal-Polonja titlob l-annullament tal-Artikolu 1(3), (4), (6) u (7) tad-Direttiva 2020/1057, dwar, rispettivament, l-operazzjonijiet ta’ trasport bilaterali fir-rigward ta’ merkanzija u ta’ passiġġieri, it-trasport ikkombinat u l-kabotaġġ. Fir-rigward tar-rikorsi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Repubblika ta’ Ċipru, rispettivament fil-Kawżi C‑544/20 u C‑550/20, kif ġie ċċarat fil-punti 860 sa 867 iktar ’il fuq, dawn jirrigwardaw ir-regolamentazzjoni fid-Direttiva 2020/1057 tal-operazzjonijiet ta’ trasport bilaterali u t-trasport terz.

    870. Sabiex ikunu jistgħu jiġu analizzati d-diversi motivi mqajma mill-imsemmija Stati Membri kontra dawn ir-regoli speċifiċi, għandu jiġi ppreżentat il-kuntest ġurisprudenzjali ta’ dawn ir-regoli.

    b)      Fuq ilġurisprudenza talQorti talĠustizzja dwar ilkollokament taxxufiera fissettur tattrasport bittriq

    871. Kif irrilevajt fil-punt 845 iktar ’il fuq, fil-kuntest tad-Direttiva 2020/1057, il-leġiżlatur tal-Unjoni bbaża r-regoli settorjali fil-qasam tal-kollokament tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq fuq il-kriterju tal-eżistenza ta’ “rabta suffiċjenti” bejn, minn naħa, ix-xufier u s-servizz ipprovdut u, min-naħa l-oħra, it-territorju ta’ Stat Membru ospitanti.

    872. B’hekk, l-imsemmi leġiżlatur applika l-kriterju żviluppat mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-ġurisprudenza tagħha dwar l-applikabbiltà tad-Direttiva 96/71.  Fil-fatt, fis-sentenza tad‑19 ta’ Diċembru 2019, Dobersberger (C‑16/18, EU:C:2019:1110) il-Qorti tal-Ġustizzja affermat li ħaddiem ma jistax, fid-dawl tad-Direttiva 96/71, jitqies li huwa kkollokat fit-territorju ta’ Stat Membru jekk l-eżekuzzjoni tax-xogħol tiegħu ma jkollhiex “rabta suffiċjenti” ma’ dan it-territorju (530). Min-naħa l-oħra, ma jistax jitqies bħala “ikkollokat”, fis-sens tad-Direttiva 96/71, ħaddiem li jeżerċita servizzi ta’ natura limitata ħafna fit-territorju tal-Istat Membru li fih jintbagħat (531).

    873. Sussegwentement, il-Qorti tal-Ġustizzja pprovdiet indikazzjonijiet fir-rigward tal-analiżi intiża sabiex tiġi ddetermina l-eżistenza ta’ tali “rabta suffiċjenti”. Għalhekk, din l-analiżi tippreżupponi li ssir evalwazzjoni globali tal-elementi kollha li jikkaratterizzaw l-attività tal-ħaddiem ikkonċernat. Barra minn hekk, l-eżistenza ta’ tali rabta mat-territorju kkonċernat tista’ tirriżulta, b’mod partikolari, minn karatteristiċi tal-provvista ta’ servizzi li għalihom huwa assenjat il-ħaddiem inkwistjoni. In-natura tal-attivitajiet imwettqa minn dan il-ħaddiem fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat tikkostitwixxi wkoll element rilevanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ tali rabta (532).

    874. Fis-sentenza sussegwenti, tal‑1 ta’ Diċembru 2020, Federatie Nederlandse Vakbeweging – mogħtija wara l-adozzjoni tad-Direttiva 2020/1057 u matul l-iżvolġiment tal-proċedura bil-miktub fil-kawżi li huma s-suġġett ta’ dawn il-konklużjonijiet – il-Qorti tal-Ġustizzja, barra minn hekk, ipprovdiet sensiela sħiħa ta’ kjarifiki importanti dwar il-qafas ġuridiku dwar il-kollokament tal-ħaddiema mobbli, bħalma huma x-xufiera tat-triq internazzjonali, taħt id-Direttiva 96/71.

    875. B’hekk, f’din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja, fl-ewwel lok, ikkjarifikat li d-Direttiva 96/71 hija applikabbli għall-provvista ta’ servizzi transnazzjonali fis-settur tat-trasport bit-triq. Bl-eċċezzjoni tal-provvista ta’ servizzi li timplika l-ekwipaġġ tal-kabina fuq vapuri tal-merkanzija, li hija espressament eskluża mill-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 96/71, din id-direttiva tapplika, bħala prinċipju, għal kull provvista ta’ servizzi transnazzjonali li tinvolvi kollokament ta’ ħaddiema, irrispettivament mis-settur ekonomiku li miegħu tali provvista hija marbuta, inkluż, għaldaqstant, is-settur tat-trasport bit-triq (533).

    876. Fit-tieni lok, fl-imsemmija sentenza l-Qorti tal-Ġustizzja pprovdiet kjarifiki dwar il-kriterji għad-determinazzjoni tal-eżistenza ta’ “rabta suffiċjenti” mat-territorju ta' Stat Membru għall-ħaddiema mobbli, bħalma huma x-xufiera tat-triq internazzjonali (534). Għalhekk, fir-rigward ta’ dawn il-ħaddiema, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li l-livell ta’ intensità tar-rabta tal-attivitajiet imwettqa minn tali ħaddiem, fil-kuntest tal-provvista tas-servizz ta’ trasport li għalih huwa ġie assenjat, mat-territorju ta’ kull Stat Membru kkonċernat huwa rilevanti għall-fini tal-eżistenza ta’ “rabta suffiċjenti” mat-territorju. Sussegwentement hija qieset li l-istess japplika għall-parti ta’ dawn l-attivitajiet fil-provvista kollha tas-servizzi kkonċernati u li, f’dan ir-rigward, operazzjonijiet ta’ tagħbija jew ta’ ħatt ta’ merkanzija, ta’ manutenzjoni jew ta’ tindif tal-vetturi tat-trasport huma rilevanti sakemm dawn jitwettqu effettivament mix-xufier ikkonċernat, u mhux minn terzi.

    877. Fit-tielet lok, fl-imsemmija sentenza Federatie Nederlandse Vakbeweging, il-Qorti tal-Ġustizzja żviluppat ukoll kriterji preċiżi fir-rigward tal-eżistenza ta’ “rabta suffiċjenti” għal ċerti tipi speċifiċi ta’ operazzjonijiet ta’ trasport bit-triq internazzjonali. Għalhekk, l-ewwel, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li ma jistax jitqies bħala “ikkollokat”, fis-sens tad-Direttiva 96/71, xufier li, fil-kuntest tat-trasport tal-merkanzija bit-triq, sempliċement jgħaddi mit-territorju ta’ Stat Membru, peress li jeżerċita servizzi ta’ natura limitata ħafna fit-territorju tal-Istat Membru li fih jintbagħat (535). Il-Qorti tal-Ġustizzja għalhekk eskludiet l-eżistenza ta’ “rabta suffiċjenti” mat-territorju tal-Istat Membru ospitanti għat-tranżitu, kif imsemmi fil-punt 851 iktar ’il fuq.

    878. It-tieni, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li l-istess japplika fir-rigward ta’ xufier li jwettaq biss trasport transfruntier mill-Istat Membru ta’ stabbiliment tal-impriża ta’ trasport sat-territorju ta’ Stat Membru ieħor jew bil-kontra (536). Il-Qorti tal-Ġustizzja għalhekk iddeċidiet li ma jistax jitqies bħala “ikkollokat”, fis-sens tad-Direttiva 96/71, xufier li jwettaq operazzjonijiet ta’ “trasport bilaterali”, kif imsemmija fil-punt 847 iktar ’il fuq.

    879. It-tielet, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li l-fatt li l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ jitwettqu kompletament fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti jippermetti li jitqies li t-twettiq tax-xogħol mix-xufier fil-kuntest ta’ tali operazzjonijiet għandu rabta suffiċjenti ma’ dan it-territorju (537). Il-Qorti tal-Ġustizzja għalhekk iddeċidiet li xufier li jwettaq operazzjonijiet ta’ kabotaġġ, kif imsemmija fil-punt 855 iktar ’il fuq, għandu, bħala prinċipju, jitqies li huwa kkollokat fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti skont it-tifsira tad-Direttiva 96/71.

    880. Fl-istess kuntest, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li t-tul tal-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ ma huwiex ta’ natura, bħala tali, li jdaħħal inkwistjoni l-eżistenza ta’ rabta suffiċjenti bejn it-twettiq tax-xogħol tax-xufier li jwettaqhom u t-territorju tal-Istat Membru ospitanti (538).

    881. Huwa għalhekk f’dan il-kuntest ġurisprudenzjali li għandhom jiġu analizzati l-motivi intiżi sabiex jikkontestaw ir-regoli speċifiċi tad-Direttiva 2020/1057 dwar il-kollokament tax-xufiera.

    c)      Fuq ilmotiv dwar innuqqas ta’ applikabbiltà tadDirettiva 96/71 għaxxufiera fissettur tattrasport bittriq

    1)      Largumenti talpartijiet

    882. Fil-kuntest tat-talbiet prinċipali tagħha fil-Kawża C‑551/20, intiżi għall-annullament tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2020/1057 fl-intier tiegħu, l-Ungerija, sostnuta mir-Repubblika tal-Estonja, mir-Repubblika tal-Latvja u mir-Rumanija, issostni li r-“regoli speċifiċi” msemmija f’dan l-artikolu huma illegali, sa fejn ix-xufiera li jwettqu trasport internazzjonali bit-triq ġeneralment ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 96/71 dwar il-kollokament ta’ ħaddiema, fid-dawl tal-karatteristiċi partikolari tal-attività li huma jeżerċitaw.

    883. Fl-ewwel lok, skont l-Artikolu 1(3)(a) tad-Direttiva 96/71 – li għalih tagħmel riferiment id-Direttiva 2020/1057 fl-Artikolu 1(2) tagħha – l-applikabbiltà tar-regoli dwar il-kollokament għax-xufiera li jeżerċitaw attività ta’ trasport internazzjonali bit-triq hija possibbli biss fil-każ fejn teżisti relazzjoni kuntrattwali bejn l-impriża tat-trasport li timpjegahom u d-destinatarju tal-kunsinna. Issa, tali relazzjoni kuntrattwali ma hijiex normali fil-kuntest tal-kuntratti tat-trasport. F’konformità mad-Direttiva 2020/1057, bl-ebda mod ma huwa neċessarju li jiġi konkluż kuntratt bejn l-impriża li tibgħat il-kunsinna u l-impriża destinatarja sabiex ikun hemm kollokament. Fil-fatt, huwa biżżejjed li x-xufier jaqsam fruntiera nazzjonali. Minn dan isegwi li r-regoli fil-qasam tal-kollokament huma bbażati fuq loġika li hija totalment estranja għal dik tal-attivitajiet tat-trasport internazzjonali, b’tali mod li, skont il-Gvern Ungeriż, dawn ir-regoli ma japplikawx għal dawn l-attivitajiet.

    884. Fit-tieni lok, il-kollokament, fis-sens tad-Direttiva 96/71, huwa marbut mill-qrib ma’ provvista ta’ servizzi mwettqa mill-persuna li timpjega fl-Istat Membru ospitanti. Madankollu, fil-kuntest tal-attività ta’ trasport, l-enfasi ma hijiex fuq is-servizz ipprovdut mix-xufier, iżda fuq il-moviment tal-merkanzija bejn l-Istati Membri. Għalhekk din ma hijiex attività li tista’ tiġġustifika l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kollokament previsti fid-Direttiva 96/71. Dan l-argument huwa sostnut mir-reazzjoni tal-Unjoni għall-kriżi kkawżata mill-pandemija tal-COVID‑19. Wara l-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar minn diversi Stati Membri, il-Kummissjoni intervjeniet kważi immedjatament biex tiżgura l-iktar funzjonament bla xkiel possibbli tat-trasport tal-merkanzija.

    885. Fit-tielet lok, minħabba l-mobbiltà kbira tal-ħaddiema tat-trasport internazzjonali tal-merkanzija bit-triq, l-Ungerija, filwaqt li tirreferi għas-sentenza Dobersberger imsemmija iktar ’il fuq, tqis li dawn ix-xufiera ma jistgħux jitqiesu li jwettqu xogħolhom temporanjament fi Stat Membru ieħor, iżda huma pjuttost fi stat ta’ vvjaġġar kostanti bejn diversi Stati Membri. Soġġorn għal żmien qasir – jew saħansitra ta’ ftit sigħat – fi Stat Membru ieħor ma jistax joħloq rabta suffiċjenti mat-territorju ta’ dan l-Istat Membru.

    886. Il-Kunsill u l-Parlament, kif ukoll l-intervenjenti insostenn tagħhom, jitolbu li dan il-motiv jiġi miċħud.

    2)      Analiżi

    887. Fil-motiv uniku tagħha invokat insostenn tat-talbiet prinċipali tagħha għall-annullament tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2020/1057, l-Ungerija ssostni, essenzjalment, li, peress li s-sistema ta’ kollokament stabbilita mid-Direttiva 96/71 ma tistax tapplika għas-settur tat-trasport bit-triq, id-dispożizzjonijiet previsti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2020/1057, li jagħmlu riferiment espliċitu għad-Direttiva 96/71 fir-rigward tad-definizzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom, huma illegali.

    888. F’dan ir-rigward, madankollu, fil-punt 875 iktar ’il fuq irrilevajt li, fis-sentenza Federatie Nederlandse Vakbeweging (539), mogħtija wara li ġie ppreżentat ir-rikors mill-Ungerija fil-Kawża C‑551/20 (540), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li d-Direttiva 96/71 hija applikabbli għall-provvista ta’ servizzi transnazzjonali fis-settur tat-trasport bit-triq. Minn din il-konstatazzjoni jirriżulta li l-premessa stess tal-motiv imqajjem mill-Ungerija hija żbaljata sa fejn dan il-motiv huwa bbażat fuq l-allegata inapplikabbiltà tad-Direttiva 96/71 għas-settur tat-trasport bit-triq. F’dawn iċ-ċirkustanzi, dan il-motiv għandu, fil-fehma tiegħi, jiġi miċħud.

    889. Barra minn hekk, fir-replika tagħha li ġiet ippreżentata wara l-għoti tal-imsemmija sentenza Federatie Nederlandse Vakbeweging (541), l-Ungerija stess irrilevat li f’din is-sentenza l-Qorti tal-Ġustizzja kienet iddeċidiet li d-Direttiva 96/71 hija applikabbli fis-settur tat-trasport bit-triq. Issa, l-argumenti, diġà mqajma fir-rikors u żviluppati sussegwentement fl-imsemmija replika, li jgħidu li, minħabba n-natura mhux tas-soltu tal-konklużjoni ta’ kuntratt bejn l-impriża tat-trasport li timpjega lix-xufiera internazzjonali u d-destinatarju tal-kunsinna, f’diversi każijiet is-servizzi tat-trasport ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet ta’ sitwazzjoni ta’ kollokament li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 96/71, b’tali mod li x-xufiera li jwettqu trasport internazzjonali ġeneralment ma jistgħux jitqiesu bħala persuni li jimplimentaw waħda mill-miżuri transnazzjonali previsti fid-Direttiva 96/71, huma fil-fehma tiegħi ineffettivi.

    890. Fil-fatt, anki jekk jiġi kkunsidrat li ċ-ċirkustanzi mqajma huma pprovati, dawn fi kwalunkwe każ ma jistgħux juru l-illegalità tad-dispożizzjoni inkwistjoni. L-eventwali ċirkustanza li leġiżlazzjoni jkollha kamp ta’ applikazzjoni limitat (542), b’tali mod li diversi każijiet ma jkunux koperti minnha, ma hijiex tali li tista’ turi b’xi mod l-illegalità ta’ din il-leġiżlazzjoni.

    891. Minn dak kollu li ntqal iktar ’il fuq, fil-fehma tiegħi, isegwi li l-motiv uniku invokat insostenn tat-talbiet imressqa prinċipalment mill-Ungerija fil-Kawża C‑551/20 intiżi għall-annullament tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2020/1057 għandu jiġi miċħud.

    d)      Fuq ksur talArtikolu 91(1) TFUE

    1)      Largumenti talpartijiet

    892. Ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Repubblika ta’ Ċipru jsostnu li l-Artikolu 91(1) TFUE, li jikkostitwixxi l-bażi legali tad-Direttiva 2020/1057, jirrikjedi li l-leġiżlatur tal-Unjoni jaġixxi skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara li jikkonsulta lill-KESE u l-KtR. Dawn iż-żewġ rikorrenti jsostnu li, billi ma kkonsultawx lil dawn iż-żewġ kumitati, filwaqt li l-mudell ibridu (543) ġie introdott matul il-proċedura leġiżlattiva u ma kienx jagħmel parti mill-Proposta inizjali tal-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament kisru l-Artikolu 91(1) TFUE. Tali obbligu ta’ konsultazzjoni wara emenda sostanzjali ta’ abbozz inizjali jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar ir-rwol konsultattiv tal-Parlament Ewropew (544) meta dan kien għadu ma huwiex koleġiżlatur, li tapplika mutatis mutandis fir-rigward tal-KESE u tal-KtR, kif ukoll mid-dokumenti ta’ ħidma dwar il-funzjonament tal-KtR. Il-konklużjonijiet tas-sentenza fil-Kawża C‑65/90 (545) jistgħu jiġu trasposti għall-modalitajiet ta’ konsultazzjoni tal-KtR u tal-KESE, u d-dispożizzjoni li kienet is-suġġett ta’ interpretazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja għandha formulazzjoni identika għall-Artikolu 91(1) TFUE. Il-mudell ibridu jaffettwa l-qofol stess tad-Direttiva. L-applikazzjoni sħiħa tar-regoli dwar il-kollokament tal-ħaddiema, irrispettivament miż-żmien imqatta’ fi Stat Membru, għat-traffiku terz timponi obbligu sostanzjalment emendat fuq l-operaturi tat-trasport kkonċernati. It-trasport terz ma jibqax fuq livell ugwali mat-trasport bilaterali, li joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni u jnissel differenzi mhux iġġustifikati bejn ix-xufiera. Il-mudell ibridu introdott matul il-proċedura leġiżlattiva għalhekk jimmina l-istruttura tal-proposta oriġinali. L-assenza ta’ konsultazzjoni tal-Kumitati setgħet tinfluwenza l-mertu u s-sustanza tal-miżura u wasslet għal nuqqas ta’ diliġenza fit-tfassil tal-miżura. Issa, l-obbligu ta’ konsultazzjoni ta’ dawn iż-żewġ kumitati jirriżulta minn rekwiżit proċedurali sostanzjali, inekwivoku u ċar, li jissemma wkoll fid-dokumenti ta’ ħidma tal-KtR. Emenda sostanzjali introdotta fil-Proposta għal Regolament tal-Parlament u tal-Kunsill dwar il-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa u li jemenda d-Direttiva 2011/24/UE (546) wasslet lill-koleġiżlatur biex jiddeċiedi li jikkonsulta mill-ġdid lill-KESE. In-nuqqas ta’ effett sinjifikattiv tal-ommissjoni ta’ konsultazzjoni fuq il-kontenut tal-miżuri finalment adottati, minkejja li, għall-kuntrarju ta’ dak li jallega l-Parlament, ma ġiex ipprovat, ma jistax, fi kwalunkwe każ, jaffettwa n-natura obbligatorja tal-konsultazzjoni. Il-Kunsill irrikonoxxa r-rwol kruċjali tad-Direttiva 2020/1057 fl-istqarrija għall-istampa tiegħu (547).

    893. Il-Kunsill u l-Parlament, kif ukoll l-intervenjenti insostenn tagħhom, jitolbu li dan il-motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 91(1) TFUE minħabba nuqqas ta’ konsultazzjoni mal-KESE u mal-KtR, jiġi miċħud.

    2)      Analiżi

    894. Kif diġà tfakkar fil-punt 535 ta’ dawn il-konklużjonijiet, mill-Artikolu 91(1) TFUE jirriżulta li l-Parlament u l-Kunsill, meta jaġixxu fuq din il-bażi, għandhom jikkonsultaw lill-KESE u lill-KTR. L-opinjonijiet tal-KESE u tal-KtR dwar il-Proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva ttieħdu rispettivament fit‑18 ta’ Jannar 2018 (548) u fl‑1 ta’ Frar 2018 (549).

    895. Ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Repubblika ta’ Ċipru jsostnu, essenzjalment, argumenti simili għal dawk sostnuti fil-kuntest tal-punt 3(a) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1055 (550). Sussegwentement dawn iż-żewġ rikorrenti jikkritikaw lill-Kunsill u lill-Parlament talli ma reġgħux ħadu l-opinjoni tal-KESE u tal-KtR wara l-emendi li saru matul il-proċedura leġiżlattiva għall-Proposta għal Direttiva li dwarha kienu esprimew il-fehmiet tagħhom. Huma jsostnu li, filwaqt li l-Proposta tal-Kummissjoni kienet ibbażata fuq il-kriterju tat-tul ta’ żmien imqatta’ fit-territorju ta’ Stat Membru biex tiġi skattata l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kollokament, il-Kunsill u l-Parlament għażlu kriterju ieħor u għalhekk la l-KESE u lanqas il-KtR ma kienu ġew ikkonsultati dwar l-emenda sostanzjali li jikkostitwixxi l-mudell ibridu.

    896. Diġà rrimarkajt iktar ’il fuq li l-obbligu ta’ konsultazzjoni mill-ġdid ta’ dawn il-kumitati fil-każ ta’ emenda sostanzjali għat-test matul il-proċedura leġiżlattiva la jirriżulta mill-Artikolu 91 TFUE u lanqas minn xi dispożizzjoni oħra tad-dritt primarju (551). Jiena ċħadt ukoll l-argument li l-prinċipji li jirriżultaw mis-sentenza Il‑Parlament vs Il‑Kunsill japplikaw għall-każijiet ta’ konsultazzjoni tal-KESE u tal-KtR (552). Fir-rigward tal-kontenut tad-dokumenti ta’ ħidma tal-KtR imsemmija mir-Repubblika tal-Bulgarija u mir-Repubblika ta’ Ċipru, nagħmel riferiment għall-punt 538 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    897. Dan iwassalni biex nikkonkludi li l-KESE u l-KtR, fil-fehma tiegħi, setgħu jagħtu l-opinjoni tagħhom dwar l-abbozz leġiżlattiv previst.

    898. B’mod partikolari, nirrileva li l-KtR kien diġà esprima r-riżervi tiegħu “dwar l-inklużjoni wiesgħa tas-servizzi tat-trasport internazzjonali fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva dwar l-istazzjonar [il-kollokament] tal-ħaddiema” (553). Barra minn hekk, ninnota li l-mudell ibridu, kif iddefinit mir-rikorrenti innifishom, jikkonsisti f’eżenzjoni tat-trasport bilaterali mill-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kollokament (554), u għalhekk jista’ jitqies li jissodisfa, tal-inqas parzjalment, ir-riżervi espressi mill-KtR.

    899. Fir-rigward tal-KESE, huwa kellu l-opportunità li jesprimi l-opinjoni tiegħu fis-sens li l-proposta għal emenda tal-leġiżlazzjoni dwar il-kollokament tax-xufiera ma kinitx ser issolvi b’mod effettiv il-problemi identifikati minħabba li ma għamlitx ir-regoli iktar sempliċi, iktar ċari u iktar faċli biex jiġu infurzati (555). Madankollu, il-KESE laqa’ l-applikazzjoni fil-livell tal-Unjoni ta’ regoli dwar il-kollokament tal-ħaddiema fis-settur tat-trasport bit-triq (556), li huwa qies li kienet tal-ikbar importanza sabiex jinżammu kundizzjonijiet ekwi ta’ kompetizzjoni għall-ħaddiema u l-impriżi (557), u kellu l-opportunità jikkummenta dwar il-kwistjoni tal-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli skont it-tip ta’ operazzjonijiet previsti (558). Il-KESE qal li “jaqbel bis-sħiħ li, għall-kabotaġġ, id-Direttiva dwar l-Istazzjonar [il-kollokament] tal-Ħaddiema għandha tkompli tkun applikabbli mill-ewwel jum” (559).

    900. Għalhekk, jidhirli li, fuq il-prinċipju tal-issuġġettar tal-operazzjonijiet tat-trasport għar-regoli dwar il-kollokament, id-Direttiva 2020/1057 tikkonforma mal-Proposta tal-Kummissjoni. Kemm il-KESE kif ukoll il-KtR setgħu jesprimu l-fehmiet tagħhom b’mod utli f’dan ir-rigward. Il-kwistjoni tad-determinazzjoni tal-element li jiskatta l-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli, jiġifieri l-klassifikazzjoni meqjusa rilevanti mil-leġiżlatur tal-Unjoni ta’ “rabta suffiċjenti” mal-Istat Membru ta’ stabbiliment (soġġorn ta’ iktar minn tlett ijiem skont il-Proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva jew it-teħid inkunsiderazzjoni tat-tip ta’ operazzjonijiet) taqa’, għall-bqija, taħt is-setgħa ta’ evalwazzjoni wiesgħa tal-leġiżlatur tal-Unjoni, u ma jistax jitqies li l-opinjonijiet tal-KESE u tal-KtR kienu meħtieġa mill-ġdid wara li l-Kunsill u l-Parlament emendaw din il-proposta.

    901. Fir-rigward tal-allegazzjoni ta’ valur ta’ preċedent ta’ dak li ġara matul il-proċedura leġiżlattiva li wasslet għall-adozzjoni tar-Regolament 2021/2282, nagħmel riferiment għan-nota ta’ qiegħ il-paġna 265 ta’ dawn il-konklużjonijiet u ntenni li ż-żieda ta’ bażi legali mal-att li qiegħed jiġi adottat, li kienet il-kwistjoni dak iż-żmien, li jekk ikun il-każ teħtieġ li jiġi kkonsultat kumitat, ma hijiex komparabbli mat-tfassil tal-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tar-regoli dwar il-kollokament tal-ħaddiema fis-settur tat-trasport, li hija l-kwistjoni hawnhekk.

    902. Konsegwentement, nipproponi li jiġu miċħuda l-motivi bbażati fuq ksur tal-Artikolu 91(1) TFUE minħabba nuqqas ta’ konsultazzjoni mal-KESE u mal-KtR.

    e)      Fuq ksur talprinċipju ta’ ċertezza legali

    903. Fir-rikorsi tagħhom is-sitt Stati Membri li kkontestaw id-Direttiva 2020/1057, sostnuti mir-Repubblika tal-Latvja u mir-Repubblika tal-Estonja, isostnu li d-dispożizzjonijiet tagħha dwar ir-regoli speċifiċi, li jinsabu b’mod partikolari fl-Artikolu 1 tagħha, dwar il-kollokament tax-xufiera ma josservawx ir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-prinċipju ta’ proporzjonalità ddefiniti fl-Artikolu 5(4) TUE.

    904. Minn naħa, ħamsa minn dawn l-Istati Membri jikkontestaw il-proporzjonalità bħala tali ta’ dawn ir-regoli. Huma jsostnu, b’mod partikolari, li d-dispożizzjonijiet ikkontestati tal-imsemmija direttiva ma humiex xierqa sabiex jintlaħqu l-għanijiet iddikjarati, li dawn id-dispożizzjonijiet imorru lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet u li l-effetti negattivi tagħhom huma sproporzjonati meta mqabbla mal-vantaġġi mistennija.

    905. Min-naħa l-oħra, is-sitt Stati Membri kollha jikkontestaw ukoll l-eżami tal-proporzjonalità mwettaq mil-leġiżlatur tal-Unjoni u, b’mod partikolari, l-assenza ta’ valutazzjoni tal-impatt fuq il-verżjoni finali tad-dispożizzjoni kif finalment ġiet adottata.

    906. Dawn iż-żewġ aspetti għandhom jiġu analizzati separatament.

    1)      Fuq ilmotivi relatati ma’ ksur talprinċipju ta’ proporzjonalità

    i)      Largumenti talpartijiet

    907. Fil-motivi tagħhom, ħamsa mis-sitt Stati Membri rikorrenti jsostnu li d-diversi dispożizzjonijiet li jikkonċernaw ir-regoli speċifiċi dwar il-kollokament tax-xufiera li huma jikkontestaw (560) ma josservawx ir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-prinċipju ta’ proporzjonalità, minn naħa, minħabba n-natura mhux xierqa ta’ dawn ir-regoli u, min-naħa l-oħra, minħabba l-effetti negattivi sproporzjonati kkawżati mill-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli.

    –       Fuq innatura mhux xierqa talkriterju bbażat fuq ittip ta’ operazzjonijiet tattrasport

    908. Diversi mill-Istati Membri rikorrenti jsostnu, u f’dan ir-rigward huma sostnuti mir-Repubblika tal-Latvja u mir-Repubblika tal-Estonja, li l-kriterju magħżul mil-leġiżlatur ibbażat fuq it-tip ta’ operazzjonijiet ta’ trasport ma huwiex xieraq għall-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kollokament għax-xufiera fit-trasport internazzjonali bit-triq.

    909. Fl-ewwel lok, in-natura mhux xierqa tal-kriterju bbażat fuq it-tip ta’ operazzjonijiet ta’ trasport tirriżulta mill-fatt li l-leġiżlatur tal-Unjoni ma ħax inkunsiderazzjoni, meta għażel li juża l-imsemmi kriterju, l-eżistenza ta’ rabta reali bejn ix-xufier u t-territorju tal-Istat Membru kkonċernat fir-rigward tal-karatteristiċi speċifiċi tas-servizzi ta’ trasport.

    910. Għalhekk, ir-Repubblika tal-Litwanja ssostni li l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kollokament skont in-natura tal-operazzjonijiet ta’ trasport tikkostitwixxi miżura mhux xierqa li ma tirriflettix il-kunċett ta’ kollokament. B’mod partikolari, l-Artikolu 1(3) u (7) tad-Direttiva 2020/1057 – li dan l-Istat Membru jikkontesta – ġie adottat mingħajr eżami xieraq tan-natura tal-operazzjonijiet tat-trasport internazzjonali. Bħala prinċipju, ir-regoli dwar il-kollokament huma intiżi sabiex jikkumpensaw l-ispejjeż addizzjonali li l-ħaddiem isostni minħabba li jwettaq l-obbligi ta’ xogħol tiegħu fi Stat li ma huwiex dak tar-residenza abitwali tiegħu. Madankollu, in-natura speċifika tax-xogħol tax-xufiera tat-trakkijiet hija kompletament differenti: fil-każijiet ta’ kabotaġġ għal żmien qasir u ta’ trasport transfruntier, ix-xufiera normalment ma jkollhom l-ebda rabta mal-Istat Membru ospitanti, ġeneralment jqattgħu ftit ħafna ħin f’dan l-Istat u għalhekk iġarrbu biss spejjeż minimi f’dan l-Istat.

    911. Skont ir-Rumanija, il-kriterji għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ kollokament fil-qasam tat-trasport għandhom jiġu stabbiliti b’attenzjoni partikolari, sabiex jiġi żgurat bilanċ ġust bejn it-titjib tal-kundizzjonijiet soċjali u tax-xogħol tax-xufiera u l-protezzjoni tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi tat-trasport bit-triq. Għalhekk, huwa neċessarju li jiġu identifikati l-elementi li juru l-eżistenza ta’ rabta suffiċjenti bejn ix-xufier u l-Istat Membru ospitanti. Ir-rabta suffiċjenti, bħala l-element ċentrali li jippermetti li jiġu stabbiliti l-ipoteżijiet għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ kollokament, jeħtieġ li tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi, invarjabbli u faċilment applikabbli, li jkunu adattati għall-karatteristiċi speċifiċi tal-qasam tat-trasport bit-triq. Għalhekk, fil-qasam tat-trasport, li huwa kkaratterizzat minn mobbiltà kbira, ir-rabta suffiċjenti mat-territorju tal-Istat Membru ospitanti ma tistax tiġi ddeterminata preċiżament mill-operazzjoni tat-trasport, li hija stess hija ddefinita mill-istess grad ta’ mobbiltà. Il-valutazzjoni tal-impatt u diversi dokumenti oħra (561) ma wrewx il-kontribut tal-kriterju tal-operazzjoni tat-trasport fid-determinazzjoni tar-rabta suffiċjenti.

    912. Ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li l-kriterju bbażat fuq it-tip ta’ operazzjonijiet ta’ trasport ma huwiex xieraq għall-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kollokament għax-xufiera f’dak li jirrigwarda l-operazzjonijiet bilaterali, il-kabotaġġ u t-traffiku terz peress li ma jiħux biżżejjed inkunsiderazzjoni n-natura speċifika tas-servizzi ta’ trasport, u lanqas ir-rabta reali bejn ix-xufier u l-Istat Membru ospitanti.

    913. Għalhekk, l-ewwel, b’mod ġenerali, fil-kuntest tat-trasport internazzjonali, ix-xufiera jwettqu operazzjonijiet ta’ tipi differenti, li jgħaqqdu l-operazzjonijiet bilaterali, it-traffiku terz, l-operazzjonijiet ta’ tranżitu u l-kabotaġġ. Ħafna drabi, ordnijiet ġodda jiġu aċċettati meta t-trasport ikun diġà qiegħed isir, sabiex jiġi użat kemm jista’ jkun l-ispazju għat-tagħbija tal-mezzi tat-trasport użati, li jippermetti lill-impriżi tat-trasport jottimizzaw ir-riżorsi disponibbli, li jżid l-effiċjenza globali tat-trasport. Id-deċiżjoni dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg applikabbli għandha għalhekk tqis kemm ir-rabta bejn ix-xufier u l-Istat li jgħaddi mit-territorju tiegħu, kif ukoll id-diffikultajiet prattiċi u l-piżijiet amministrattivi u finanzjarji relatati mal-applikazzjoni ta’ għadd kunsiderevoli ta’ regolamenti u rekwiżiti formali differenti għal perijodu qasir ta’ żmien. Dawn l-elementi ġew injorati mil-leġiżlatur tal-Unjoni.

    914. It-tieni ett, skont ir-Repubblika tal-Polonja, il-kriterju bbażat fuq it-tip ta’ operazzjonijiet ta’ trasport ma huwiex xieraq peress li ma jiħux inkunsiderazzjoni b’mod suffiċjenti r-rabta reali bejn ix-xufier u t-territorju tal-Istat ikkonċernat. Minn naħa, fir-rigward tar-“rabta mill-qrib” mal-Istat ta’ stabbiliment, li fuqha hija bbażata l-premessa 10 tad-Direttiva 2020/1057 sabiex jiġi ġġustifikat in-nuqqas ta’ applikazzjoni tar-regoli dwar il-kollokament għall-operazzjonijiet ta’ trasport bilaterali, ir-Repubblika tal-Polonja tirrileva li din ma ġietx iddefinita u li lanqas ma ttieħdet inkunsiderazzjoni fil-każ tal-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ u tat-traffiku terz, li għalihom il-leġiżlatur tal-Unjoni kkonċentra fuq ir-rabta mal-Istat ospitanti (premessi 9 u 13). Min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-element l-ieħor ikkunsidrat minn din il-premessa, jiġifieri l-fatt li xufier jista’ jwettaq diversi operazzjonijiet ta’ trasport bilaterali matul vjaġġ wieħed, ir-Repubblika tal-Polonja tirrileva li diversi operazzjonijiet jistgħu jitwettqu wkoll matul vjaġġ wieħed fil-kuntest tal-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ u tat-traffiku terz.

    915. Barra minn hekk, il-premessi tad-Direttiva 2020/1057 ma jiġġustifikawx l-eżenzjonijiet għal operazzjonijiet iżolati ta’ traffiku terz, previsti fl-Artikolu 1(3) u (4) tad-Direttiva 2020/1057, li l-introduzzjoni tagħhom tikkostitwixxi lakuna fil-loġika ddefinita b’dan il-mod li fuqha hija bbażata l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kollokament.

    916. Fin-noti ta’ intervent tagħhom, ir-Repubblika tal-Latvja u r-Repubblika tal-Estonja essenzjalment itennu dawn l-istess argumenti. B’mod partikolari, ir-Repubblika tal-Latvja tikkritika lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni talli ma ħadux inkunsiderazzjoni, fl-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet inkwistjoni, il-karatteristiċi speċifiċi tal-operazzjonijiet tat-trasport internazzjonali u lanqas il-mobbiltà eċċezzjonalment kbira tal-ħaddiema fis-settur tat-trasport internazzjonali. Ir-Repubblika tal-Estonja tqis li klassifikazzjoni bbażata fuq il-kriterju tal-operazzjoni ta’ trasport ma tippermetti ebda marġni ta’ manuvra fl-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ rabta reali bejn ix-xufier u t-territorju tal-Istat Membru ospitanti fil-kuntest ta’ operazzjoni ta’ trasport internazzjonali. Ħlief għat-tranżitu u l-kabotaġġ, għat-tipi l-oħra kollha ta’ operazzjonijiet ta’ trasport għandha ssir evalwazzjoni każ b’każ tal-eżistenza ta’ fattur ta’ konnessjoni, jew għandhom jiġu eżaminati b’mod konġunt il-kundizzjoni tat-tul ta’ żmien tas-servizz ipprovdut u l-indikaturi kwantitattivi, bħalma huma n-natura u l-volum tal-operazzjonijiet tat-trasport, li huma relatati b’mod ċar max-xogħol imwettaq fl-Istat Membru ospitanti.

    917. Fit-tieni lok, diversi Stati Membri jsostnu li jeżistu kriterji jew parametri oħra iktar xierqa minn dak ibbażat fuq it-tip ta’ operazzjonijiet ta’ trasport sabiex jiġu ddeterminati r-regoli dwar il-kollokament tax-xufiera. B’mod partikolari, wieħed minn dawn il-kriterji huwa dak ibbażat fuq it-tul tas-soġġorn tax-xufiera fl-Istat ospitanti, kriterju li inizjalment kien ġie adottat mill-Kummissjoni fil-Proposta għal Direttiva dwar il-kollokament.

    918. Għalhekk, ir-Repubblika tal-Litwanja ssostni li l-kriterju tat-tul tas-soġġorn tax-xufier fl-Istat ospitanti jikkostitwixxi eżempju ta’ kriterji oġġettivi li jistabbilixxu rabta fattwali mal-Istat li fih ix-xogħol effettivament isir, anki jekk jistgħu jiġu applikati kriterji oħra jekk dawn ikunu oġġettivament iġġustifikati, ikunu jiżguraw rabta suffiċjenti mal-Istat Membru li fih jitwettaq ix-xogħol u jkunu konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Dan l-Istat Membru jenfasizza li meta l-Qorti tal-Ġustizzja evalwat il-kriterju taż-żmien fis-sentenza Federatie Nederlandse Vakbeweging, hija ddeċidiet biss dwar l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ, iżda ma evalwatx l-operazzjonijiet ta’ trasport bilaterali u ta’ trasport terz fid-dawl ta’ dan il-kriterju.

    919. Skont ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Repubblika ta’ Ċipru, miżura xierqa u inqas restrittiva mill-użu tal-kriterju bbażat fuq it-tip ta’ operazzjoni ta’ trasport tkun l-eżenzjoni totali tat-trasport internazzjonali. Tali eżenzjoni hija ġġustifikata fid-dawl tas-sitwazzjoni partikolari tat-trasport internazzjonali u tan-natura estremament mobbli tiegħu, li tfisser li ma jkunx hemm rabta suffiċjenti mat-territorju tal-Istati Membri minbarra l-Istat Membru ta’ stabbiliment. Eżenzjoni totali tilħaq l-għanijiet kollha mfittxija. L-applikazzjoni għas-settur tat-trasport internazzjonali kollu tar-regoli dwar il-kollokament, b’limitu ta’ żmien, tkun iktar xierqa mill-mudell ibridu, iżda toħloq problemi serji, peress li l-impatt tagħha jkun dejjem sproporzjonat f’termini ta’ spejjeż, tal-piż amministrattiv fuq is-SMEs, kif ukoll tad-diffikultajiet relatati mal-interpretazzjoni u mal-applikazzjoni tar-regoli. Alternattiva oħra li tipprovdi ċarezza u li tiżgura rabta suffiċjenti tkun it-twettiq, fil-kuntest ta’ operazzjonijiet ta’ traffiku terz, ta’ ammont minimu ta’ kompiti ddeterminati u elenkati, fi Stat Membru speċifiku u f’xahar partikolari, bħalma huma pereżempju xogħlijiet ta’ tagħbija jew ħatt ta’ merkanzija, ta’ manutenzjoni jew ta’ tindif ta’ vetturi tat-trasport.

    920. Ir-Rumanija ssostni li r-rilevanza tal-applikazzjoni tal-element taż-żmien (it-tul minimu tal-attività) għall-finijiet ta’ identifikazzjoni ta’ rabta suffiċjenti mat-territorju tal-Istat Membru ospitanti tirriżulta kemm mill-kuntest ġuridiku ġenerali applikabbli għall-kollokament kif ukoll mill-valutazzjoni tal-impatt.

    921. Għalhekk, minn naħa, ir-regolamentazzjoni tal-kollokament fil-qasam tat-trasport mingħajr ma jittieħed inkunsiderazzjoni l-kriterju taż-żmien tipproduċi, l-ewwel, effetti kuntrarji għall-għan imfittex, li huwa li jintlaħaq bilanċ bejn it-titjib tal-kundizzjonijiet soċjali u tax-xogħol tax-xufiera u l-iffaċilitar tal-eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi tat-trasport bit-triq ibbażat fuq kompetizzjoni leali u, it-tieni, tikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità (562), li jipprovdi li kwalunkwe piż għandu jkun l-inqas oneruż possibbli u proporzjonat mal-għan imfittex.

    922. Min-naħa l-oħra, il-komponent soċjali tal-valutazzjoni tal-impatt isemmi speċifikament l-ispejjeż eċċessivi għall-operaturi tat-trasport meta mqabbla mal-benefiċċji għax-xufiera, meta s-sistema ta’ kollokament tiġi applikata għal operazzjonijiet ta’ trasport li ma jitwettqux b’mod frekwenti jew meta x-xogħol ma jkunx sostanzjali jew sinjifikattiv. Il-komponent soċjali tal-valutazzjoni tal-impatt jikkonkludi li bilanċ ġust bejn il-piżijiet amministrattivi u t-titjib tal-kundizzjonijiet soċjali u tax-xogħol għax-xufiera jista’ jintlaħaq biss meta xufier jaħdem fl-Istat Membru ospitanti għal perijodu itwal.

    923. Ir-Rumanija tagħmel riferiment għas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal‑15 ta’ Marzu 2011, Koelzsch (C‑29/10, EU:C:2011:151, iktar ’il quddiem is-“sentenza Koelzsch”) li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet il-kriterji li jippermettu l-identifikazzjoni tal-“Istat li miegħu x-xogħol għandu rabta sinjifikattiva”, meta l-attivitajiet tat-trasport jitwettqu f’diversi Stati Membri, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali miftuħa għall-firma f’Ruma fid‑19 ta’ Ġunju 1980 (563). Il-Qorti tal-Ġustizzja rrilevat li, fid-dawl tan-natura tax-xogħol fis-settur tat-trasport internazzjonali, huwa meħtieġ, meta jiġi ddeterminat l-Istat li miegħu x-xogħol għandu rabta sinjifikattiva, li jitqiesu l-elementi kollha li jikkaratterizzaw l-attività tal-ħaddiem, u b’mod partikolari l-post minn fejn il-ħaddiem iwettaq il-missjonijiet ta’ trasport, jirċievi l-istruzzjonijiet dwar il-missjonijiet tiegħu u jorganizza xogħlu, kif ukoll il-post fejn jinsabu l-għodda tax-xogħol. Għandu jiġi vverifikat ukoll liema huma l-postijiet fejn it-trasport isir prinċipalment, il‑postijiet tal-ħatt tal-merkanzija kif ukoll il-post fejn il-ħaddiem jirritorna wara l-missjonijiet tiegħu.

    924. Ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li l-leġiżlatur tal-Unjoni ħalla barra l-elementi l-oħra li juru r-rabta bejn ix-xufier u l-Istat ospitanti, b’mod partikolari t-tul tar-residenza tax-xufier fit-territorju tal-Istat ospitanti. Skont dan l-Istat Membru, il-kriterju taż-żmien għandu jittieħed inkunsiderazzjoni sabiex tiġi żgurata n-natura proporzjonata tal-miżuri dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kollokament tal-ħaddiema. Il-Proposta għal Direttiva dwar il-kollokament kienet ibbażata preċiżament fuq dan il-kriterju taż-żmien u l-valutazzjoni tal-impatt imħejjija mill-Kummissjoni affermat li dan il-kriterju jikkorrispondi bl-aħjar mod man-natura mobbli tas-servizzi tat-trasport, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni kemm is-sitwazzjoni tax-xufiera kif ukoll dik tal-operaturi tat-trasport u l-miżuri legali eżistenti u proposti.

    925. Ir-Repubblika tal-Polonja tenfasizza li t-tul tas-soġġorn fl-Istat ospitanti jista’ wkoll ikun komparabbli fil-kuntest tal-operazzjonijiet kollha ta’ trasport ikkunsidrati minnha, jiġifieri l-operazzjonijiet ta’ trasport bilaterali, it-traffiku terz u l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ. Għalhekk, it-tul tas-soġġorn tax-xufier fl-Istat ospitanti jista’ jkun qasir ħafna kemm fir-rigward tat-traffiku terz kif ukoll fir-rigward tal-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ. Meta jwettaq dawn l-operazzjonijiet, ix-xufier jista’ jqatta’ inqas żmien fl-Istat ospitanti milli jagħmel fil-kuntest tal-operazzjonijiet ta’ trasport bilaterali jew ta’ tranżitu. Għaldaqstant, huwa diffiċli li tiġi invokata rabta suffiċjenti ta’ natura li tiġġustifika l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kollokament. Is-sentenza Federatie Nederlandse Vakbeweging ma hijiex vinkolanti fuq il-leġiżlatur tal-Unjoni, sa fejn din is-sentenza la tipprekludi deroga iktar wiesgħa fir-rigward tal-kabotaġġ, u lanqas ma tipprekludi l-adozzjoni ta’ kriterju ta’ żmien bħala kriterju li jiddetermina l-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli dwar il-kollokament għall-operazzjonijiet ta’ trasport internazzjonali.

    926. F’dan il-kuntest, ir-Repubblika tal-Polonja tagħmel riferiment għas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal‑15 ta’ Marzu 2001, Mazzoleni u ISA (C‑165/98, EU:C:2001:162, iktar ’il quddiem is-“sentenza Mazzoleni”). Fid-dawl tal-fatt li l-obbligu li tiġi ggarantita lix-xufiera remunerazzjoni li tikkorrispondi għall-paga fl-Istat ospitanti huwa waħda mill-iktar konsegwenzi sinjifikattivi tal-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kollokament għax-xufiera, din is-sentenza hija rilevanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-proporzjonalità tad-dispożizzjonijiet ikkontestati tad-Direttiva 2020/1057. F’din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li huma l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti li għandhom jevalwaw l-elementi rilevanti kollha sabiex jiddeterminaw jekk l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tiegħu li timponi paga minima kinitx neċessarja u proporzjonata. Din l-evalwazzjoni timplika, minn naħa, li l-awtoritajiet jieħdu inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, it-tul tal-provvista tas-servizzi, il-prevedibbiltà tagħhom, jekk l-impjegati ġewx effettivament ittrasferiti lejn l-Istat Membru ospitanti jew jibqgħux ibbażati fil-bażi tal-operazzjonijiet tal-persuna li timpjegahom fl-Istat Membru ta’ stabbiliment tagħha. Min-naħa l-oħra, għandu jiġi żgurat li l-protezzjoni li jgawdu minnha l-impjegati fl-Istat Membru ta’ stabbiliment tkun ekwivalenti għal dik tal-Istat Membru ospitanti.

    927. Ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li l-Artikolu 3(2) sa (5) tad-Direttiva 96/71 qies parzjalment dawn il-kriterji, billi ppreveda eżenzjonijiet possibbli għall-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg tal-Istat ospitanti minħabba t-tul qasir tal-kollokament, in-natura tas-servizzi pprovduti jew in-natura tax-xogħol imwettaq. Madankollu, l-ebda waħda minn dawn l-eżenzjonijiet ma hija applikabbli għax-xufiera. Minkejja dan, il-kliem tad-dispożizzjonijiet inkwistjoni li ġie adottat jinjora kemm il-kriterju ta’ żmien kif ukoll elementi oħra tar-rabta tax-xufier mal-Istat ta’ stabbiliment, bħalma huma l-kriterji indikati fis-sentenza Koelzsch imsemmija iktar ’il fuq.

    928. Barra minn hekk, ir-rabta bejn l-operazzjoni u t-tagħbija u/jew il-ħatt fit-territorju tal-Istat ta’ stabbiliment tal-operatur tat-trasport hija wkoll deċiżiva sabiex tiġi ddeterminata l-applikabbiltà tar-regoli dwar il-kollokament. Fil-fatt, it-tagħbija u/jew il-ħatt fl-Istat ospitanti jseħħu fil-kuntest tal-operazzjonijiet ta’ trasport imsemmija kollha. Fl-aħħar nett, il-vjaġġ tax-xufier għandu jitqies fl-intier tiegħu. Fil-fatt, anki jekk l-operazzjoni ta’ kabotaġġ kollha titwettaq fit-territorju tal-Istat ospitanti, dan ikun possibbli biss wara trasport internazzjonali bit-triq.

    929. Fit-tielet lok, in-natura mhux xierqa tal-kriterju bbażat fuq it-tip ta’ operazzjonijiet tat-trasport tirriżulta mill-inċertezzi u mid-diffikultajiet li jikkonċernaw l-implimentazzjoni ta’ dan il-kriterju.

    930. B’hekk, ir-Repubblika tal-Litwanja ssostni li mill-valutazzjoni tal-impatt jirriżulta li, minħabba l-mobbiltà kbira ħafna fis-settur tat-trasport internazzjonali bit-triq, l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-kollokament ta’ ħaddiema tqajjem diffikultajiet legali partikolari.

    931. Ir-Rumanija ssostni li l-applikazzjoni tal-kriterju tat-tip ta’ operazzjoni ta’ trasport toħloq inċertezzi f’termini ta’ identifikazzjoni tal-Istat Membru ospitanti u, konsegwentement, tal-leġiżlazzjoni applikabbli. Dawn l-inċertezzi huma l-konsegwenza diretta tar-regolamentazzjoni ta’ kriterju li ma jippermettix li tiġi stabbilita rabta suffiċjenti mal-Istat Membru ospitanti. Għalhekk, l-applikazzjoni tal-kriterju tat-tip ta’ operazzjoni ta’ trasport u tal-varjabbli relatati mat-tagħbija/mal-ħatt tal-merkanzija u mat-tlugħ/tniżżil tal-passiġġieri, l-ewwel nett, tirriżulta li hija diffiċli. L-operatur fl-Istat Membru ta’ stabbiliment għandu jkun jista’ jikklassifika s-sitwazzjoni tal-impjegat tiegħu qabel il-bidu ta’ kwalunkwe operazzjoni ta’ trasport. Fil-fatt, l-Artikolu 1(11)(a) tad-Direttiva 2020/1057 jobbliga lill-imsemmi operatur jippreżenta dikjarazzjoni ta’ kollokament lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istat Membru li fih ix-xufier ser ikun ikkollokat sa mhux iktar tard minn meta jibda l-kollokament. Għalhekk, iċ-ċertezza legali u ċ-ċarezza fl-identifikazzjoni tal-ipoteżijiet ta’ kollokament u tal-leġiżlazzjoni soċjali applikabbli jikkostitwixxu prerekwiżit għall-osservanza, mill-operaturi, tal-obbligi li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni.

    932. Madankollu, l-applikazzjoni tal-kriterju tat-tip ta’ operazzjoni ta’ trasport ma toffrix soluzzjoni ċara f’termini tal-identifikazzjoni tal-Istat Membru ospitanti u tal-leġiżlazzjoni applikabbli. Għalhekk, ma huwiex stabbilit b’mod ċar jekk l-applikazzjoni tal-kriterju tal-operazzjoni ta’ trasport timplikax l-identifikazzjoni ta’ Stat Membru ospitanti wieħed biss li miegħu x-xufier għandu rabta suffiċjenti fil-kuntest ġenerali tal-operazzjoni ta’ trasport ikkonċernata, jew inkella jekk id-dispożizzjonijiet legali fis-seħħ fl-Istati Membri kollha fejn jitwettqu t-tagħbija/il-ħatt humiex applikabbli b’mod kumulattiv, sakemm ma jaqgħux taħt l-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 1(3) u (4) tad-Direttiva 2020/1057. L-applikazzjoni tal-kriterju tal-operazzjoni ta’ trasport biss ma tippermettix li tiġi solvuta l-kwistjoni tal-identifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli, sa fejn il-kundizzjonijiet tar-rabta suffiċjenti bejn ix-xufier u wieħed mill-Istati Membri jew l-Istati Membri kollha involuti fl-operazzjonijiet ta’ trasport ma humiex stabbiliti fil-liġi.

    933. Barra minn hekk, skont ir-Rumanija, l-użu fid-Direttiva 2020/1057 tal-element tat-tagħbija/ħatt, sabiex tiġi ddeterminata r-rabta suffiċjenti tax-xufier mat-territorju ta’ Stat Membru ospitanti, ma huwiex ottimali. Ix-xufiera ma għandhomx kompetenza fir-rigward tat-tagħbija/tal-ħatt tal-merkanzija u, fil-parti l-kbira tal-każijiet, ma jkunux mitluba jwettqu tali attivitajiet. Huwa biss okkażjonalment li x-xufiera jwettqu operazzjonijiet ta’ tagħbija/ħatt tal-merkanzija. Skont ir-Rumanija, l-applikazzjoni tal-kriterju tal-operazzjoni ta’ trasport hija ta’ natura li taffettwa l-flessibbiltà u l-ħeffa speċifiċi għal dan il-qasam, li kif jirriżulta mill-komponent soċjali tal-valutazzjoni tal-impatt, tiġġenera sitwazzjonijiet ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-leġiżlazzjoni. Għalhekk, fil-każ ta’ bidla, matul l-attività tat-trasport, fin-numru ta’ attivitajiet addizzjonali assoċjati ma’ operazzjoni ta’ trasport bilaterali fir-rigward ta’ merkanzija jew ta’ persuni, ta’ natura li tirrendi s-sistema ta’ kollokament applikabbli, jidher li jkun impossibbli għall-operatur tat-trasport li jippreżenta dikjarazzjoni ta’ kollokament lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istat Membru li fih ix-xufier ikun ikkollokat sa mhux iktar tard minn meta jibda l-kollokament, kif jeżiġi l-Artikolu 1(11)(a) tad-Direttiva 2020/1057.

    934. Ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li l-eżenzjonijiet previsti fl-Artikolu 1(3) u (4) tad-Direttiva 2020/1054 iqajmu dubji dwar l-interpretazzjoni tagħhom, li juru li huma bbażati fuq kriterji mfassla b’mod mhux xieraq. Fir-rigward tal-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2020/1057, fid-dawl tal-fatt li t-tagħbija/il-ħatt, bħala prinċipju, jistgħu jseħħu biss fl-Istat li jgħaddi minnu x-xufier, jidher li dawn huma biss Stati li jinsabu fuq ir-rotta tal-operazzjoni ta’ trasport bilaterali. Barra minn hekk, fil-każ ta’ eżenzjoni, ma jkunx ċar f’liema mument għandhom jibdew japplikaw ir-regoli tal-Istat ospitanti meta x-xufier iwettaq attività addizzjonali ta’ tagħbija/ħatt, li ma hijiex koperta mill-eżenzjoni. Hemm dubji simili dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 2020/1057, f’dak li jirrigwarda l-ġbir ta’ passiġġieri. Barra minn hekk, huwa diffiċli li wieħed jifhem ir-raġunijiet li għalihom ġew awtorizzati żewġ eżenzjonijiet fir-rigward tat-trasport tal-merkanzija filwaqt li hemm biss waħda fir-rigward tat-trasport tal-persuni. Lanqas ma hemm ġustifikazzjoni oġġettiva f’dan ir-rigward.

    935. Fir-raba’ lok, ir-Rumanija ssostni li l-leġiżlazzjoni dwar il-kollokament fil-qasam tat-trasport fid-dawl tal-kriterju tal-operazzjoni ta’ trasport għandha konsegwenzi diretti fuq is-suq. Kemm l-operazzjonijiet tat-trasport mhux bilaterali (imwettqa b’mod sħiħ jew bħala attivitajiet addizzjonali) kif ukoll l-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat huma skoraġġuti. F’dan il-kuntest, ir-Rumanija tiġbed l-attenzjoni lejn il-karatteristiċi speċifiċi tas-suq tat-trasport tal-Unjoni li huwa magħmul prinċipalment minn SMEs.

    –       Fuq innatura mhux xierqa u mhux neċessarja tal“mudell ibridu” sabiex jikkontribwixxi għallgħanijiet imfittxija

    936. Ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Repubblika ta’ Ċipru jsostnu li, bl-għażla tal-“mudell ibridu” msemmi fil-punt 864 iktar ’il fuq, il-miżuri previsti fid-Direttiva 2020/1057 ma humiex xierqa sa fejn ma jirnexxilhomx iżommu bilanċ bejn l-għanijiet imfittxija minnhom u ma jippermettu l-kisba tal-ebda wieħed minnhom.

    937. B’hekk, fir-rigward, l-ewwel, tal-għan li jinkisbu kundizzjonijiet tax-xogħol u protezzjoni soċjali sodisfaċenti għax-xufiera, ir-remunerazzjoni ogħla li jistgħu jibbenefikaw minnha x-xufiera tirrigwarda biss, ħafna drabi, perijodi qosra mqattgħin fil-pajjiż tat-tagħbija jew tal-ħatt, b’tali mod li l-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-protezzjoni soċjali tax-xufiera jittejbu bi ftit ħafna biss.

    938. Fir-rigward, it-tieni, tal-għan li jinħolqu kundizzjonijiet adegwati għall-impriżi u għall-kompetizzjoni leali għall-operaturi tat-trasport bit-triq għall-operaturi tat-trasport li jwettqu traffiku terz, il-mudell ibridu huwa sinonimu ma’ kompetizzjoni żleali. Il-vantaġġ komparattiv tal-operaturi tat-trasport stabbiliti fl-Istati Membri fil-periferija jinsab fl-ispejjeż iktar baxxi tagħhom, li jirriżultaw b’mod partikolari minn għoli tal-ħajja iktar baxx u, għaldaqstant, minn pagi iktar baxxi. B’riżultat tal-applikazzjoni tal-mudell ibridu, l-operaturi tat-trasport involuti fit-traffiku terz jitqiegħdu f’pożizzjoni inqas kompetittiva mill-operaturi tat-trasport li jwettqu trasport bilaterali. Dan joħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni bejn iċ-ċentru tal-Unjoni, fejn l-operaturi tat-trasport jipprattikaw primarjament it-trasport bilaterali, u l-Istati Membri, bħalma hija l-Bulgarija, fejn l-operaturi tat-trasport jwettqu prinċipalment operazzjonijiet ta’ trasport terz. It-tielet, fir-rigward tal-għan li tiġi ffaċilitata l-libertà li jiġu pprovduti servizzi transfruntiera, il-mudell ibridu jirrestrinġi din il-libertà sa fejn iwassal għal żieda fl-ispejjeż.

    939. Għalhekk, il-mudell ibridu la huwa xieraq u lanqas neċessarju. Ma teżisti l-ebda rabta suffiċjentement b’saħħitha ma’ xi wieħed mill-pajjiżi li x-xufier jgħaddi minnhom. Jekk wieħed jinjora l-Istat Membru tat-tluq jew tal-wasla, il-ħaddiema li jwettqu trasport bilaterali jwettqu l-istess xogħol bħall-ħaddiema li jwettqu trasport terz. L-Istat Membru tat-tluq jew tal-wasla ma għandu l-ebda impatt fuq ir-rabta bejn ix-xufier u l-Istat ospitanti. Min-naħa l-oħra, teżisti rabta evidenti ma’ territorju fil-kuntest tal-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ.

    940. Ma hemm l-ebda raġuni valida għaliex ħaddiem assenjat għal operazzjoni ta’ trasport terz jibbenefika minn kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar u minn protezzjoni soċjali aħjar filwaqt li dak assenjat għal operazzjoni ta’ trasport bilaterali ma jibbenefikax minnhom. Il-pajjiż tat-tluq jew tal-wasla tal-merkanzija ma huwiex kriterju rilevanti għall-applikazzjoni ta’ livelli differenti ta’ protezzjoni soċjali għax-xufiera.

    –       Fuq leffetti negattivi sproporzjonati

    941. Diversi mill-Istati Membri rikorrenti jsostnu li d-dispożizzjonijiet dwar il-kollokament tax-xufiera tad-Direttiva 2020/1057 imorru kontra l-prinċipju ta’ proporzjonalità sa fejn iwasslu għal effetti negattivi sproporzjonati meta mqabbla mal-benefiċċji tagħhom.

    942. B’hekk, ir-Repubblika tal-Litwanja ssostni li r-regoli dwar il-kollokament jimponu fuq l-operaturi tat-trasport piż amministrattiv partikolarment tqil u mhux iġġustifikat, li jiskoraġġixxi l-provvista ta’ servizzi fi Stati Membri oħra. Fil-fatt, meta jwettaq operazzjonijiet ta’ kabotaġġ jew ta’ trasport terz għal żmien qasir, il-fornitur ta’ servizzi ikollu jadatta għar-rekwiżiti tal-Istat Membru tal-post tal-provvista. L-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kollokament kull darba, unikament minħabba n-natura tal-operazzjoni, toħloq diskriminazzjoni indiretta għall-impriżi tat-trasport stabbiliti fl-Istati fil-periferija, tiskoraġġixxi l-provvista ta’ servizzi għal żmien qasir u, essenzjalment, tirrestrinġi l-kompetizzjoni. Dan jaffettwa l-iktar lis-SMEs, li jirrappreżentaw 99 % tas-suq kollu tat-trasport tal-Unjoni. Barra minn hekk, huwa probabbli li s-SMEs jieqfu jwettqu operazzjonijiet ta’ kabotaġġ u ta’ trasport transfruntier jew li jiddeċiedu li jittrasferixxu l-attività tagħhom lejn l-Istati Membri li jinsabu fiċ-ċentru tal-Unjoni jew madwaru. Sal-adozzjoni tad-Direttiva 2020/1057, ma kienx jeżisti piż amministrattiv f’dan il-qasam. Għalhekk, ma jistax jiġi kkunsidrat li d-Direttiva 96/71 kienet tinvolvi piż amministrattiv, peress li ma kien hemm l-ebda unanimità sabiex ix-xufiera jiddaħħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha.

    943. Ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Repubblika ta’ Ċipru jsostnu li l-applikazzjoni għat-trasport terz tar-regoli dwar il-kollokament ser ikollha impatt sinjifikattiv u effetti negattivi fuq l-operaturi tat-trasport ikkonċernati. Fil-fatt, ir-regoli dwar il-kollokament ser jiġġeneraw spejjeż addizzjonali fuq il-forza tax-xogħol u fuq kollox spejjeż amministrattivi sinjifikattivi ħafna li jirrigwardaw mill-inqas żewġ aspetti. L-ewwel, dawn jinkludu l-ispejjeż tal-konformità mar-rekwiżiti amministrattivi u mal-miżuri ta’ kontroll tad-diversi Stati Membri (u li huma ogħla mill-ispejjeż ta’ kollokament tradizzjonali). It-tieni, dawn jinkludu spejjeż relatati mad-dokumentazzjoni ta’ kull kollokament u mal-applikazzjoni tar-regoli tal-Istat ospitanti. Fid-dawl tal-għadd kbir ta’ pajjiżi u ta’ operazzjonijiet tat-trasport, kif ukoll tad-diverġenzi bejn il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali, ser ikun diffiċli ħafna għall-operatur tat-trasport li jevalwa meta jkun sar kollokament u meta le.

    944. Din l-evalwazzjoni ssir iktar ikkumplikata peress li d-Direttiva 2020/1057 ma hijiex ċara fir-rigward ta’ liema regoli dwar il-kollokament għandhom jiġu applikati għat-trasport terz. Il-kalkolu biex jiġi ddeterminat f’liema ġranet u għal kemm żmien xufier ikun ġie kkollokat, li l-operaturi tat-trasport jkollhom iwettqu filwaqt li jiddistingwu bejn trasport terz u trasport bilaterali u filwaqt li jifhmu u mbagħad japplikaw ir-regoli nazzjonali differenti ta’ kull Stat Membru, ser jikkostitwixxi piż kbir għal dawn l-operaturi tat-trasport, li l-maġġoranza tagħhom huma SMEs. Barra minn hekk, l-imsemmi nuqqas ta’ ċarezza jagħti lok għal interpretazzjonijiet diverġenti bejn l-Istati Membri, ħaġa li ser tkompli tkabbar il-piżijiet amministrattivi u l-ispejjeż. Il-KtR (564) kif ukoll l-istudji kienu wissew li r-regoli dwar il-kollokament ser iwasslu għal żieda fl-ispejjeż amministrattivi tal-operaturi (565).

    945. Il-piż impost fuq l-operaturi tat-trasport ta’ traffiku terz tant ser ikun diffiċli li jiġġarrab li jista’ jwassal għal riorjentazzjoni lejn tipi oħra ta’ attività, għal rilokazzjoni lejn pajjiżi terzi, għal tnaqqis fid-dħul mill-bejgħ, jew saħansitra għal fallimenti. Barra minn hekk, huwa probabbli li dan il-piż jiġġenera ineffiċjenzi u jaggrava l-impatt ambjentali. Dan il-piż jirriskja li tinħoloq distorsjoni tal-kompetizzjoni, sa fejn id-direttiva kkontestata ma timponi ebda obbligu u ma tapplikax għall-operaturi tat-trasport ta’ Stati li ma humiex Stati Membri tal-Unjoni.

    946. Ir-Rumanija ssostni wkoll li, fid-dawl tal-problemi msemmija fil-punti 931 sa 933 iktar ’il fuq fir-rigward tal-osservanza tal-prinċipju ta’ ċertezza legali (id-diffikultajiet f’termini ta’ identifikazzjoni tal-Istat Membru ospitanti, ta’ ħeffa u ta’ flessibbiltà), il-leġiżlazzjoni inkwistjoni hija ta’ natura li tfixkel il-provvista ta’ servizzi ta’ trasport mis-SMEs u li timponi fuqhom obbligi sproporzjonati meta mqabbla mal-vantaġġi għax-xufiera.

    947. Ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li b’riżultat tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-kollokament tax-xufiera tad-Direttiva 2020/1057, it-trasportaturi ser ikollhom iġarrbu spejjeż kbar. Dawn l-ispejjeż jirriżultaw, fl-ewwel lok, mill-ħtieġa li r-remunerazzjoni tax-xufiera tiġi aġġustata skont ir-rati fis-seħħ fl-Istati li jgħaddu minnhom u, fit-tieni lok, mill-piżijiet amministrattivi.

    948. F’dak li jirrigwarda, fl-ewwel lok, ir-remunerazzjoni tax-xufiera, skont l-informazzjoni li tinsab fil-komponent soċjali tal-valutazzjoni tal-impatt, jeżistu differenzi fundamentali bejn l-Istati Membri f’dak li jirrigwarda l-livelli tal-pagi tax-xufiera. Minħabba l-fatt li l-ispejjeż relatati mal-pagi jirrappreżentaw madwar 30 % tal-ispejjeż operazzjonali tal-operaturi tat-trasport, bidla daqstant sinjifikattiva fil-pagi tkun ta’ piż enormi għall-impriżi u tkun fattur determinanti għall-kompetittività tagħhom. Fil-fatt, kif tindika l-Kummissjoni, f’dan is-settur, il-kompetizzjoni hija prinċipalment ibbażata fuq il-prezzijiet. Għandu jiġi nnotat ukoll li s-suq tas-servizzi tat-trasport huwa ddominat mis-SMEs, li għandhom kapital limitat. Spejjeż daqshekk sinjifikattivi jistgħu għalhekk jeċċedu l-kapaċitajiet finanzjarji ta’ dawn l-impriżi, li jwassal, konsegwentement, għall-falliment tagħhom u għal żieda fil-prattiki illegali u fl-impjieg indipendenti fittizju.

    949. Filwaqt li tqabbel dawn l-ispejjeż mal-vantaġġi għax-xufiera, ir-Repubblika tal-Polonja tindika li, kif irrilevat il-Kummissjoni, f’dak li jirrigwarda l-ġlieda kontra l-impjieg illegali u s-sottovalutazzjoni tal-pagi, huma biss ix-xufiera li jqattgħu iktar żmien fl-Istat li jgħaddu minnu li ser jaraw titjib fis-sitwazzjoni tagħhom. Fil-fatt, it-tul ta’ żmien qasir tas-soġġorn tax-xufiera l-oħra jipprekludi kontroll effettiv. Għaldaqstant, l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istat ta’ tranżitu fir-rigward tagħhom għandha titqies bħala rekwiżit li ma huwiex raġonevoli.

    950. F’dak li jirrigwarda, fit-tieni lok, il-piżijiet amministrattivi, dawn ser jiġġeneraw spejjeż addizzjonali. Minkejja l-applikazzjoni limitata għax-xufiera tar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2014/67, ser ikun meħtieġ li jiġu prodotti u tradotti dokumenti addizzjonali għal kull xufier li jaqa’ taħt ir-regoli dwar il-kollokament. Iktar sinjifikattiv minn hekk, l-operaturi tat-trasport ser ikunu obbligati janalizzaw kontinwament l-operazzjonijiet ta’ trasport imwettqa sabiex jiddeterminaw il-leġiżlazzjoni applikabbli. Jekk il-leġiżlazzjoni applikabbli tkun dik tal-Istat ta’ tranżitu, din ikollha tiġi tradotta u l-kundizzjonijiet tal-impjieg u tax-xogħol ikollhom jiġu mmodifikati. Mill-kalkoli ppreżentati mis-settur jirriżulta li l-ispejjeż amministrattivi marbuta mal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istat ospitanti dwar il-pagi tax-xufiera jistgħu jilħqu sa EUR 14 000 fis-sena għal trasportatur wieħed. Dawn l-ispejjeż lanqas biss jinkludu l-ispejjeż marbuta mal-kontrolli u mal-eventwali multi.

    951. Il-Kunsill u l-Parlament, kif ukoll l-intervenjenti insostenn tagħhom, jitolbu li dawn il-motivi kollha jiġu miċħuda.

    ii)    Analiżi

    –       Osservazzjonijiet preliminari

    952. Mill-ġurisprudenza msemmija fil-punti 52 et seq. iktar ’il fuq jirriżulta li, f’dan il-każ, sabiex tkun tista’ tirrispondi għall-motivi bbażati fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tivverifika jekk il-leġiżlatur tal-Unjoni, meta ppreveda, fl-Artikolu 1(3) sa (7) tad-Direttiva 2020/1057, moqri fid-dawl tal-premessi 7 sa 13 ta’ din id-direttiva, ir-regoli speċifiċi dwar il-kollokament tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq internazzjonali, qabiżx manifestament is-setgħa ta’ evalwazzjoni wiesgħa li huwa għandu fil-qasam tal-politika komuni tat-trasport (566), billi għażel miżuri li huma manifestament mhux xierqa meta mqabbla mal-għanijiet li huwa kellu l-intenzjoni li jfittex jew li jikkawżaw żvantaġġi sproporzjonati meta mqabbla mal-għanijiet imfittxija.

    953. F’dan ir-rigward, nirrileva li l-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet ukoll li l-leġiżlazzjoni, fil-livell tal-Unjoni, dwar il-kollokament tal-ħaddiema mwettaq fil-kuntest ta’ provvista ta’ servizzi taqa’ taħt qasam fejn l-azzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni tinvolvi għażliet ta’ natura kemm politika kif ukoll ekonomika jew soċjali u fejn dan il-leġiżlatur huwa meħtieġ iwettaq valutazzjonijiet u evalwazzjonijiet kumplessi, u li, għalhekk, f’tali qasam l-imsemmi leġiżlatur għandu setgħa ta’ evalwazzjoni wiesgħa (567).

    954. Qabel ma nipproċedi bl-analiżi tal-proporzjonalità, irrid nosserva wkoll, għal darba oħra bħala punt preliminari, li, kif jirriżulta mill-premessa 8 tad-Direttiva 2020/1057, imsemmija fil-punt 844 iktar ’il fuq, id-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva li jikkonċernaw ir-regoli speċifiċi dwar il-kollokament tax-xufiera jikkompletaw ir-regoli ġenerali dwar il-kollokament tal-ħaddiema, previsti fid-Direttiva 96/71. Billi jeskludu l-eżistenza ta’ kollokament fil-każ ta’ ċerti tipi ta’ operazzjonijiet tat-trasport u billi jirrikonoxxu l-applikabbiltà ta’ din id-direttiva f’ċerti każijiet oħra, ir-regoli tad-Direttiva 2020/1057, minn naħa, jillimitaw u, min-naħa l-oħra, jippreċiżaw, il-portata tad-Direttiva 96/71. Meta mqabbla mar-regoli li jinsabu f’din l-aħħar direttiva, ir-regoli tad-Direttiva 2020/1057 għalhekk jikkostitwixxu lex specialis. F’dawn iċ-ċirkustanzi, dawn ir-regoli għandhom jiġu analizzati fil-kuntest ġuridiku u ġurisprudenzjali li jirrelata mad-Direttiva 96/71, li jagħmlu parti minnu.

    955. F’dan il-kuntest, għandu jiġi rrilevat, fl-ewwel lok, li, kif ġie espost fil-punti 874 et seq. iktar ’il fuq, fis-sentenza Federatie Nederlandse Vakbeweging il-Qorti tal-Ġustizzja, essenzjalment, impliċitament approvat approċċ fil-qasam tal-kollokament tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq ibbażat fuq differenzjazzjoni skont it-tip ta’ operazzjoni ta’ trasport, sa fejn hija stess f’din is-sentenza kkunsidrat il-leġiżlazzjoni dwar il-kollokament li tirriżulta mid-Direttiva 96/71 bħala applikabbli b’mod differenti għal tipi ta’ operazzjonijiet ta’ trasport differenti b’applikazzjoni tal-kriterju ta’ “rabta suffiċjenti”, żviluppat fil-ġurisprudenza preċedenti tagħha u, b’mod partikolari, fis-sentenza Dobersberger imsemmija iktar ’il fuq.

    956. Fit-tieni lok, il-Qorti tal-Ġustizzja, fis-sentenza Federatie Nederlandse Vakbeweging, diġà żviluppat kriterji speċifiċi fir-rigward tal-eżistenza ta’ “rabta suffiċjenti”, skont il-ġurisprudenza, għal ċerti tipi ta’ operazzjoni ta’ trasport. Għalhekk, kif irrilevajt fil-punti 877 sa 880 iktar ’il fuq, hija ddeċidiet, minn naħa, li ma jistax jitqies bħala “ikkollokat”, fis-sens tad-Direttiva 96/71, xufier li, fil-kuntest ta’ trasport bit-triq tal-merkanzija, jgħaddi mit-territorju ta’ Stat Membru jew iwettaq biss operazzjoni ta’ trasport bilaterali, u, min-naħa l-oħra, li xufier li jwettaq operazzjonijiet ta’ kabotaġġ għandu, bħala prinċipju, jitqies li huwa kkollokat fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti fis-sens tad-Direttiva 96/71.

    957. Min-naħa l-oħra, il-Qorti tal-Ġustizzja ma żviluppatx kriterji speċifiċi fir-rigward tal-eżistenza ta’ “rabta suffiċjenti” għaż-żewġ tipi l-oħra ta’ operazzjonijiet ta’ trasport li huma s-suġġett tal-leġiżlazzjoni prevista fid-Direttiva 2020/1057, jiġifieri t-trasport ikkombinat u t-trasport terz.

    958. Issa, minkejja li s-sentenza Federatie Nederlandse Vakbeweging ingħatat wara l-adozzjoni tad-Direttiva 2020/1057, mill-effett ex tunc tas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja (568) jirriżulta li l-leġiżlazzjoni dwar il-kollokament tax-xufiera internazzjonali fil-każ ta’ tranżitu, tal-operazzjonijiet ta’ trasport bilaterali u tal-kabotaġġ skont id-Direttiva 96/71 kif interpretata minn din is-sentenza tikkostitwixxi l-leġiżlazzjoni li kienet fis-seħħ qabel l-adozzjoni tad-Direttiva 2020/1057.

    959. Minn dan isegwi, minn naħa, li ħlief għal xi aspetti, bħalma huma l-eżenzjonijiet previsti fit-tielet u fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 1(3) u fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 2020/1057, id-Direttiva 2020/1057 ma emendatx, għal dawn it-tliet tipi ta’ trasport, il-leġiżlazzjoni dwar il-kollokament tax-xufiera meta mqabbla mas-sitwazzjoni eżistenti taħt id-Direttiva 96/71.

    960. Min-naħa l-oħra, u konsegwentement, l-annullament tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2020/1057 li jikkonċernaw dawn it-tliet tipi ta’ trasport ma jinvolvi, essenzjalment, ħlief għal xi aspetti, l-ebda bidla fir-rigward tal-leġiżlazzjoni dwar il-kollokament tax-xufiera.

    961. Issa, peress li l-adozzjoni tad-Direttiva 2020/1057 ġrat qabel l-għoti tas-sentenza Federatie Nederlandse Vakbeweging, ma huwiex possibbli, f’dan il-każ, li jiġi kkunsidrat – kif inhu l-każ għall-punt 6(c) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054, kif irrilevajt fil-punt 394 iktar ’il fuq – li, bl-adozzjoni ta’ din id-direttiva, il-leġiżlatur tal-Unjoni verament “ikkodifika” l-liġi eżistenti fir-rigward ta’ dawn it-tliet tipi ta’ operazzjonijiet tat-trasport internazzjonali (569). Madankollu, fl-analiżi tagħha tal-proporzjonalità tal-miżuri inkwistjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tqis li l-leġiżlazzjoni ta’ qabel u ta’ wara l-adozzjoni tad-direttiva inkwistjoni hija, tal-inqas għal dawn it-tliet tipi ta’ operazzjonijiet ta’ trasport internazzjonali, l-istess.

    962. F’dawn iċ-ċirkustanzi, f’konformità mal-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 52 et seq. u f’konformità mal-punt 952 iktar ’il fuq, f’dan il-każ, l-eżami tal-motivi bbażati fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità fir-rigward tal-Artikolu 1(3), (4), (5) u (7) tad-Direttiva 2020/1057 għandu jkun intiż sabiex jivverifika jekk, bl-adozzjoni ta’ miżura leġiżlattiva li ma temendax, fir-rigward tad-dritt eżistenti, il-leġiżlazzjoni dwar il-kollokament tax-xufiera fir-rigward tal-operazzjonijiet ta’ trasport bilaterali, it-tranżitu u l-kabotaġġ, il-leġiżlatur tal-Unjoni manifestament qabiżx is-setgħa ta’ evalwazzjoni wiesgħa li huwa għandu fil-qasam tal-politika komuni tat-trasport billi għażel miżura manifestament mhux xierqa meta mqabbla mal-għanijiet li huwa kellu l-intenzjoni li jfittex jew li tikkawża żvantaġġi sproporzjonati meta mqabbla mal-għanijiet imfittxija.

    963. Huwa għalhekk f’din il-perspettiva li għandhom jiġu eżaminati d-diversi motivi mqajma mill-Istati Membri rikorrenti intiżi li jikkontestaw il-proporzjonalità tal-Artikolu 1(3) sa (7) tad-Direttiva 2020/1057.

    –       Fuq lgħanijiet tarregoli speċifiċi dwar ilkollokament taxxufiera, previsti fidDirettiva 2020/1057

    964. Sabiex ikunu jistgħu jiġu analizzati l-motivi bbażati fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, l-ewwel jeħtieġ li jiġu ddeterminati l-għanijiet segwiti mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni, għanijiet li l-leġittimità tagħhom ma hijiex ikkontestata mill-Istati Membri rikorrenti.

    965. Kif jirriżulta mill-punti 841 sa 844 iktar ’il fuq, u mill-premessi tad-Direttiva 2020/1057 imsemmija fihom, l-għan ġenerali tar-regoli fil-qasam tal-kollokament tal-operaturi tat-trasport huwa li tiġi ffaċilitata l-libertà li jiġu pprovduti servizzi billi jiġi ddeterminat b’mod ikkoordinat liema huwa l-Istat Membru li l-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg tiegħu għandhom japplikaw għal ħaddiem li jinsab f’sitwazzjoni transfruntiera. L-għan speċifiku tad-Direttiva 2020/1057 huwa li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-karatteristiċi partikolari tas-settur tat-trasport bit-triq billi jiġu eżentati ċerti kategoriji ta’ operazzjonijiet mir-regoli dwar il-kollokament filwaqt li tinżamm protezzjoni xierqa għall-ħaddiema. Dawn l-għanijiet għandhom jiġu evalwati fid-dawl tal-aspetti speċjali tas-settur tat-trasport deskritti iktar ’il fuq.

    966. Mill-imsemmija premessi jirriżulta wkoll li l-kuntest ġuridiku tal-kollokament huwa bbażat fuq bilanċ bejn żewġ interessi, jiġifieri, minn naħa, li tiġi ggarantita lill-impriżi l-possibbiltà li jipprovdu servizzi fis-suq intern billi jikkollokaw ħaddiema mill-Istat Membru fejn huma stabbiliti lejn l-Istat Membru fejn jipprovdu s-servizzi tagħhom u, min-naħa l-oħra, li jiġu protetti d-drittijiet tal-ħaddiema kkollokati. Bl-adozzjoni tad-Direttiva 2020/1057 il-leġiżlatur tal-Unjoni pprova għalhekk jiżgura l-libertà li jiġu pprovduti servizzi fuq bażi ekwa, jiġifieri f’qafas regolamentari li jiggarantixxi kompetizzjoni li ma tkunx ibbażata fuq l-applikazzjoni, fl-istess Stat Membru, ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg ta’ livell sostanzjalment differenti skont jekk il-persuna li timpjega tkunx stabbilita jew le f’dan l-Istat Membru.

    –       Fuq innatura mhux xierqa talkriterju bbażat fuq ittip ta’ operazzjonijiet tattrasport

    967. F’dak li jirrigwarda, qabelxejn, l-argumenti mressqa mill-Istati Membri rikorrenti bbażati fuq in-natura mhux xierqa tal-kriterju bbażat fuq it-tip ta’ operazzjonijiet ta’ trasport, nirrileva li s-setgħa ta’ evalwazzjoni wiesgħa li għandu l-leġiżlatur tal-Unjoni kemm fil-qasam tal-politika komuni tat-trasport (570), kif ukoll fil-qasam tal-leġiżlazzjoni, fil-livell tal-Unjoni, dwar il-kollokament ta’ ħaddiema mwettaq fil-kuntest ta’ provvista ta’ servizzi (571), tkopri wkoll, mingħajr dubju, l-għażla tal-kriterju li permezz tiegħu tiġi ddeterminata l-eżistenza ta’ “rabta suffiċjenti” mat-territorju ta’ Stat Membru, b’osservanza tal-kriterji indikati mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-ġurisprudenza tagħha.

    968. Issa, kull tip ta’ trasport meqjus fl-Artikolu 1(3) sa (7) tad-Direttiva 2020/1057 jippreżenta rabta differenti jew mat-territorju tal-Istat Membru ta’ stabbiliment tal-operatur tat-trasport, jew mat-territorju ta’ Stat Membru ospitanti wieħed jew iktar. Għalhekk, pereżempju, fil-każ ta’ operazzjonijiet ta’ kabotaġġ, fejn l-operazzjoni ta’ trasport titwettaq esklużivament fit-territorju ta’ Stat Membru ospitanti wieħed li ma jkunx l-Istat Membru ta’ stabbiliment, huwa permissibbli li jitqies li t-twettiq tax-xogħol mix-xufier fil-kuntest ta’ tali operazzjonijiet għandu rabta suffiċjenti ma’ dan it-territorju (572). Fil-każ ta’ operazzjoni ta’ trasport bilaterali, il-punt tat-tluq jew tal-wasla tal-operazzjoni ta’ trasport huwa l-Istat Membru ta’ stabbiliment, filwaqt li fil-każ ta’ tranżitu l-operazzjoni ta’ trasport tiżvolġi fl-Istat Membru ospitanti, mingħajr, madankollu, ma l-punt tat-tluq jew tal-wasla tat-trasport ikun f’dan l-Istat, li jagħmilha possibbli li jitqies li x-xufier jeżerċita servizzi ta’ natura limitata fit-territorju tal-Istat Membru li fih jintbagħat (573). Fil-każ ta’ operazzjonijiet ta’ trasport mhux bilaterali (trasport terz), għall-kuntrarju, l-operazzjoni ta’ trasport tiżvolġi bejn żewġ Stati ospitanti, li jagħmilha possibbli li jitqies li s-servizz tax-xufier ma għandu l-ebda relazzjoni mat-territorju tal-Istat Membru ta’ stabbiliment tal-operatur tat-trasport.

    969. Dawn il-kunsiderazzjonijiet juru, fil-fehma tiegħi, li, peress li kull wieħed mit-tipi differenti ta’ operazzjoni ta’ trasport jippreżenta rabta differenti mat-territorju jew tal-Istat Membru ta’ stabbiliment jew tal-Istati Membri ospitanti, kriterju bbażat fuq it-tip ta’ trasport sabiex tiġi ddeterminata l-eżistenza ta’ “rabta suffiċjenti” bejn il-provvista ta’ dan is-servizz u t-territorju tal-Istat Membru ma jidhirx li huwa manifestament mhux xieraq. Barra minn hekk, għall-kuntrarju ta’ dak li jsostnu wħud mill-Istati Membri rikorrenti, tali kriterju, billi jiddistingwi bejn il-leġiżlazzjoni skont ir-rabta bejn is-servizz u t-territorju tal-Istat Membru kkonċernat, jieħu effettivament inkunsiderazzjoni l-karatteristiċi speċifiċi ta’ kull wieħed minn dawn it-tipi ta’ servizzi ta’ trasport. Minflok ma kkonċentra biss fuq it-territorju fejn il-ħaddiem huwa preżenti, il-leġiżlatur tal-Unjoni qabbel ir-rabta li torbot it-tip ta’ servizz ipprovdut mal-Istat Membru ospitanti u r-rabta li torbtu mal-Istat Membru ta’ stabbiliment, sabiex jiffaċilita l-provvista ta’ dawn is-servizzi mill-impriżi mingħajr ma jikkomprometti serjament il-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema li jibbenefikaw minnhom ix-xufiera.

    970. Minn dan isegwi, fil-fehma tiegħi, li, fil-kuntest tal-marġni ta’ evalwazzjoni wiesa’ li għandu f’dan il-qasam, il-leġiżlatur tal-Unjoni seta’ jagħżel tali kriterju.

    971. Barra minn hekk, kif osservajt fil-punt 955 iktar ’il fuq, fis-sentenza Federatie Nederlandse Vakbeweging, il-Qorti tal-Ġustizzja, essenzjalment, impliċitament ikkonfermat approċċ fil-qasam tal-kollokament tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq ibbażat fuq differenzjazzjoni skont it-tip ta’ operazzjoni ta’ trasport. Fil-fatt, f’din is-sentenza hija stess interpretat il-leġiżlazzjoni dwar il-kollokament li tirriżulta mid-Direttiva 96/71 bħala applikabbli b’mod differenti għal tipi differenti ta’ operazzjonijiet ta’ trasport skont il-kriterju tar-“rabta suffiċjenti”.

    972. Barra minn hekk, kif irrilevajt fil-punt 956 iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja, fis-sentenza Federatie Nederlandse Vakbeweging, diġà żviluppat kriterji speċifiċi fir-rigward tal-eżistenza ta’ “rabta suffiċjenti” għall-operazzjonijiet ta’ trasport bilaterali, għat-tranżitu u għall-kabotaġġ. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Istati Membri rikorrenti ma jistgħux isostnu li għal dawn it-tipi ta’ operazzjonijiet ta’ trasport il-kriterju bbażat fuq it-tip ta’ operazzjonijiet ta’ trasport ma huwiex xieraq peress li ma jiħux inkunsiderazzjoni b’mod suffiċjenti r-rabta reali bejn ix-xufier u t-territorju tal-Istat ikkonċernat.

    973. Fir-rigward tat-trasport ikkombinat, għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja ma pprovdietx gwida speċifika dwar dan it-tip ta’ operazzjoni tat-trasport, fis-sentenza Federatie Nederlandse Vakbeweging imsemmija iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja għamlitha ċara li t-trasport transfruntier mill-Istat Membru ta’ stabbiliment tal-impriża tat-trasport lejn it-territorju ta’ Stat Membru ieħor jew bil-kontra ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-kollokament tal-ħaddiema (574). Madankollu, dan ir-raġunament ikopri u għalhekk, fil-fehma tiegħi, japplika għall-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(6) tad-Direttiva 2020/1057, li issa jeskludi kompletament l-eżistenza ta’ kollokament għall-partijiet tal-vjaġġi inizjali jew finali bit-triq ta’ operazzjoni tat-trasport ikkombinat li tikkonsisti, ikkunsidrata waħidha, f’operazzjonijiet ta’ trasport bilaterali.

    974. Fir-rigward tal-operazzjonijiet ta’ trasport mhux bilaterali, fil-punti 858 u 859 iktar ’il fuq irrilevajt li, għall-kuntrarju ta’ dak li huwa l-każ għal tipi oħra ta’ operazzjonijiet ta’ trasport imsemmija iktar ’il fuq, fl-Artikolu 1 tagħha, id-Direttiva 2020/1057 ma tipprevedi l-ebda paragrafu li jirregola l-kollokament tax-xufiera għal dan it-tip ta’ operazzjoni ta’ trasport. Hija sempliċement tiddikjara, fil-premessa 13 tagħha, li, meta dan it-tip ta’ operazzjonijiet ikun ikkaratterizzat mill-fatt li x-xufier iwettaq trasport internazzjonali barra mill-Istat Membru ta’ stabbiliment tal-impriża responsabbli għall-kunsinna, is-servizzi pprovduti jkunu marbuta mal-Istati Membri ospitanti kkonċernati iktar milli mal-Istat Membru ta’ stabbiliment.

    975. Konsegwentement, id-Direttiva 2020/1057 tiċċara biss li fil-każijiet ta’ operazzjonijiet ta’ trasport terz dejjem ikun hemm kollokament tax-xufier, sa fejn, peress li s-servizz jiġi pprovdut barra mill-Istat Membru ta’ stabbiliment, ma jkunx hemm rabta suffiċjenti ma’ dan l-Istat. Madankollu, hija ma tiċċarax b’mod preċiż liema ser tkun il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-kollokament, jew b’mod iktar preċiż ma’ liema fost l-Istati Membri ospitanti kkonċernati s-servizz ser ikollu rabta suffiċjenti.

    976. F’dan ir-rigward, infakkar li huwa ċar mill-ġurisprudenza li minkejja li premessa ma tikkostitwixxix, fiha nnifisha, regola legali u, għalhekk, ma għandhiex valur legali tagħha stess, hija tista’ tikkjarifika l-interpretazzjoni li għandha tingħata lil regola jew lil kunċett legali previsti fl-att li fih tinsab il-premessa (575). Minn dan isegwi li l-Istat Membru ospitanti li miegħu hemm rabta suffiċjenti bejn is-servizz u t-territorju tiegħu u li l-leġiżlazzjoni tiegħu għalhekk ser tkun applikabbli għandu jiġi ddeterminat billi jiġu applikati l-kriterji indikati mill-ġurisprudenza, kif esposti fil-punt 876 iktar ’il fuq (576).

    977. Fir-rigward tat-trasport terz, għandu madankollu jiġi rrilevat ukoll li l-leġiżlatur iddeċieda li jiffaċilita t-twettiq ta’ operazzjonijiet ta’ trasport effiċjenti mill-impriżi billi jeskludi ċerti operazzjonijiet ta’ trasport terz, marbuta ma’ operazzjonijiet ta’ trasport bilaterali, mill-kamp ta’ applikazzjoni tas-sistema ta’ kollokament, kif previst fl-eżenzjonijiet fis-sens tat-tielet u tar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 1(3) u tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 2020/1057. Għal dawn l-operazzjonijiet ta’ trasport terz kollha ma hemm l-ebda kollokament u għalhekk japplikaw ir-regoli tal-Istat Membru ta’ stabbiliment tal-operatur tat-trasport.

    978. Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li, billi adotta regoli settorjali dwar il-kollokament tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq ibbażati fuq l-eżistenza ta’ rabta suffiċjenti bejn, minn naħa, ix-xufier u s-servizz ipprovdut u, min-naħa l-oħra, it-territorju ta’ Stat Membru li huma bbażati fuq kriterju li jagħmel distinzjoni bejn it-tipi differenti ta’ operazzjonijiet ta’ trasport skont il-grad ta’ konnessjoni mat-territorju ta’ dan l-Istat Membru, il-leġiżlatur tal-Unjoni, fil-kuntest tal-marġni ta’ evalwazzjoni wiesa’ li huwa għandu f’dan il-qasam, ma applikax kriterju manifestament mhux xieraq meta mqabbel mal-għanijiet li huwa kellu l-intenzjoni li jfittex permezz tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni.

    979. Din l-evalwazzjoni ma tistax tiġi kkontestata mill-argumenti mressqa mill-Istati Membri rikorrenti.

    980. Fl-ewwel lok, l-Istati Membri rikorrenti jsostnu l-eżistenza ta’ kriterji jew parametri oħra iktar xierqa minn dak ibbażat fuq it-tip ta’ operazzjonijiet ta’ trasport sabiex jiġu ddeterminati r-regoli dwar il-kollokament tax-xufiera.

    981. F’dan ir-rigward, f’dak li jirrigwarda, l-ewwel, l-argument tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Repubblika ta’ Ċipru li jgħid li miżura xierqa u inqas restrittiva mill-użu tal-kriterju bbażat fuq it-tip ta’ operazzjoni ta’ trasport tkun tikkonsisti fl-eżenzjoni totali tat-trasport internazzjonali mir-regoli dwar il-kollokament u mill-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg fl-Istat Membru ospitanti ma jippermettix li jintlaħaq bilanċ bejn id-diversi interessi inkwistjoni, sa fejn tali soluzzjoni manifestament ma tissodisfax l-għan primarju tad-Direttiva 2020/1057 tal-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema, u lanqas ma tikkontribwixxi sabiex tagħmel il-kompetizzjoni iktar leali billi tiżgura l-libertà li jiġu pprovduti servizzi fuq bażi ekwa, jiġifieri f’qafas regolamentari li jiggarantixxi kompetizzjoni. Barra minn hekk, tali soluzzjoni kienet diġà ġiet ikkunsidrata u mwarrba mill-Kummissjoni matul il-proċedura leġiżlattiva (577).

    982. It-tieni, fir-rigward tal-użu ta’ kriterju bbażat fuq it-tul tas-soġġorn tax-xufiera fl-Istat ospitanti, dan jista’, b’mod astratt, ikun kriterju li l-leġiżlatur tal-Unjoni seta’ jikkunsidra sabiex jistabbilixxi r-regoli dwar il-kollokament tax-xufiera. Fil-fatt, kif ser jiġi analizzat f’iktar dettall fil-punti 1024 et seq. iktar ’il quddiem, il-Kummissjoni kienet adottat dan il-kriterju fil-Proposta għal Direttiva dwar il-kollokament.

    983. Madankollu, kif jirriżulta mill-punti 53 u 56 iktar ’il fuq u mill-ġurisprudenza hemmhekk iċċitata, ma huwiex il-kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja li tissostitwixxi b’dik tagħha l-evalwazzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni fl-eżerċizzju ta’ kompetenza li tinvolvi għażliet ta’ natura politika, ekonomika u soċjali u evalwazzjonijiet kumplessi. Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tivverifika jekk il-leġiżlatur tal-Unjoni qabiżx manifestament is-setgħa ta’ evalwazzjoni wiesgħa li għandu fir-rigward tal-valutazzjonijiet u tal-evalwazzjonijiet kumplessi li jkun meħtieġ iwettaq, billi għażel miżuri li huma manifestament inadegwati fid-dawl tal-għan imfittex. Għalhekk, ma hijiex kwistjoni ta’ jekk miżura adottata f’tali qasam kinitx l-unika jew l-aħjar waħda possibbli, iżda hija biss in-natura manifestament inadegwata tagħha meta mqabbla mal-għan li l-istituzzjonijiet kompetenti jridu jilħqu li tista’ taffettwa l-legalità ta’ din il-miżura.

    984. Issa, mill-analiżi li żviluppajt fil-punti 967 sa 978 iktar ’il fuq jirriżulta li l-kriterju bbażat fuq it-tip ta’ operazzjoni ta’ trasport użat mil-leġiżlatur tal-Unjoni fid-Direttiva 2020/1057 ma huwiex manifestament mhux xieraq meta mqabbel mal-għanijiet li dan il-leġiżlatur ried jilħaq bil-leġiżlazzjoni inkwistjoni.

    985. Barra minn hekk, kif ġie rrilevat fl-analiżi tal-atti l-oħra tal-Pakkett dwar il-Mobbiltà (578), huwa l-leġiżlatur, fil-kuntest tal-marġni ta’ evalwazzjoni wiesa’ li għandu fil-qasam tal-politika komuni tat-trasport, li għandu jibbilanċja l-għanijiet u l-interessi differenti inkwistjoni, billi jagħżel il-miżura speċifika intiża sabiex ittejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol tax-xufiera li huwa jqis xierqa, sakemm din il-miżura tkun adattata sabiex jintlaħqu l-għanijiet li l-imsemmi leġiżlatur jixtieq jilħaq. It-tfittxija ta’ dan il-bilanċ essenzjalment hija deċiżjoni politika, li għall-finijiet tagħha l-leġiżlatur għandu jkollu, kif diġà ddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja, setgħa ta’ evalwazzjoni wiesgħa (579).

    986. F’dawn iċ-ċirkustanzi, anki jekk ikunu possibbli miżuri oħra li jistabbilixxu r-regoli dwar il-kollokament tax-xufiera, bħalma huma miżuri li japplikaw kriterju bbażat fuq it-tul tas-soġġorn tax-xufiera fl-Istat ospitanti, dan ma jimplikax ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità mil-leġiżlatur tal-Unjoni, sa fejn il-miżura magħżula mil-leġiżlatur ma hijiex manifestament mhux xierqa.

    987. Minn dawn il-kunsiderazzjonijiet isegwi li l-argumenti l-oħra kollha mressqa mill-Istati Membri, inklużi dawk ibbażati fuq preċedenti fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (580) intiżi sabiex juru li l-kriterju bbażat fuq it-tul ta’ żmien huwa iktar xieraq mill-kriterju li finalment ġie adottat fid-Direttiva 2020/1057, huma ineffettivi u għalhekk għandhom jiġu miċħuda.

    988. Fit-tieni lok, ċerti Stati Membri jsostnu li l-kriterju bbażat fuq it-tip ta’ operazzjoni ta’ trasport ma huwiex xieraq peress li joħloq inċertezzi fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-Istat Membru ospitanti u, għaldaqstant, tal-leġiżlazzjoni applikabbli.

    989. Madankollu, f’dan ir-rigward nosserva, b’mod ġenerali, li, kif jirriżulta espressament mill-premessa 7, l-approċċ segwit mil-leġiżlatur kien intiż sabiex jiffaċilita l-applikazzjoni tar-regoli settorjali dwar il-kollokament tax-xufiera. Minn din il-perspettiva, b’applikazzjoni tal-imsemmi kriterju bbażat fuq it-tip ta’ operazzjoni ta’ trasport, id-Direttiva 2020/1057 teżenta ċerti operazzjonijiet ta’ trasport mill-applikazzjoni tad-Direttiva 96/71 u a contrario, l-operazzjonijiet li ma humiex eżentati jibqgħu suġġetti għal din id-direttiva dwar il-kollokament tal-ħaddiema.

    990. Għalhekk, fir-rigward tal-operazzjonijiet ta’ trasport bilaterali, ta’ tranżitu u ta’ partijiet tal-operazzjonijiet ta’ trasport ikkombinat kif iddeterminati fid-dawl tal-Artikolu 1(6) tagħha, id-Direttiva 2020/1057 tistabbilixxi b’mod ċar li ma hemmx kollokament tax-xufier u li għalhekk tapplika l-liġi tal-Istat Membru ta’ stabbiliment tal-impriża tat-trasport. Għall-kuntrarju, fir-rigward tal-kabotaġġ, din id-direttiva tistabbilixxi b’mod ċar li hemm kollokament fl-Istat Membru ospitanti li fit-territorju tiegħu jkun qiegħed isir it-trasport. Għalhekk, il-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membru tapplika għall-kollokament. Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-operazzjonijiet ta’ trasport mhux bilaterali (trasport terz), kif irrilevajt fil-punti 858, 859 u 974 iktar ’il fuq, id-Direttiva 2020/1057 tiċċara li hemm kollokament, iżda ma tispeċifikax f’liema Stat Membru ospitanti jseħħ il-kollokament. Dan l-Istat għandu jiġi ddeterminat każ b’każ abbażi ta’ analiżi bbażata fuq il-kriterji żviluppati fil-ġurisprudenza, li għandha ssir mill-impriża.

    991. F’dan il-kuntest, ma nirrileva l-ebda inċertezza maħluqa mid-Direttiva 2020/1057 fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat u, għaldaqstant, tal-leġiżlazzjoni applikabbli fir-rigward tal-operazzjonijiet ta’ trasport imsemmija fil-punt preċedenti. Għall-kuntrarju, id-Direttiva 2020/1057 neħħiet l-inċertezza dovuta għall-applikazzjoni differenti fi Stati Membri differenti tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 96/71 qabel l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni l-ġdida.

    992. Ir-Rumanija u, fuq kollox, ir-Repubblika tal-Polonja jindirizzaw madankollu l-eżenzjonijiet stabbiliti fit-tielet u fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 1(3) u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 2020/1057.

    993. F’dan ir-rigward, fir-rigward tal-kwistjoni dwar minn liema mument japplikaw ir-regoli ta’ kollokament, naqbel mal-opinjoni tal-Kunsill li mit-test stess tal-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2020/1057 jirriżulta b’mod ċar li, meta titwettaq iktar minn operazzjoni addizzjonali waħda matul il-vjaġġ lura minn operazzjoni bilaterali partikolari, l-eżenzjoni għall-operazzjonijiet bilaterali bl-ebda mod ma tista’ tiġi applikata mill-Istat Membru kkonċernat. Fir-rigward tad-dubji dwar l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 2020/1057, għandu jiġi kkonstatat li r-Repubblika tal-Polonja ma tispjegax x’dubji għandha. F’dak li jirrigwarda r-raġuni li għaliha hija awtorizzata operazzjoni addizzjonali waħda, u mhux iktar, din hija għażla politika tal-leġiżlatur sabiex isib bilanċ ġust bejn l-interessi inkwistjoni, għażla li fil-kuntest tagħha l-imsemmi leġiżlatur għandu setgħa ta’ evalwazzjoni wiesgħa kif indikat, inter alia, fil-punt 985 iktar ’il fuq. Fl-aħħar nett, fir-rigward tar-raġuni li għaliha operazzjoni addizzjonali waħda hija awtorizzata fil-kuntest ta’ vjaġġ bilaterali li jitlaq mill-Istat Membru ta’ stabbiliment, iżda żewġ operazzjonijiet huma awtorizzati fil-vjaġġ tar-ritorn jekk ma tkun twettqet l-ebda operazzjoni addizzjonali matul il-vjaġġ mill-Istat Membru ta’ stabbiliment, il-Kunsill spjega li din hija marbuta mal-possibbiltà li jiġu applikati r-regoli msemmija fil-premessa 9. Meta x-xufier jitlaq mill-Istat Membru ta’ stabbiliment, huwa impossibbli għall-awtoritajiet ta’ kontroll li jkunu jafu kemm ser iwettaq operazzjonijiet addizzjonali x-xufier matul il-vjaġġ tar-ritorn. Madankollu, matul il-vjaġġ tar-ritorn, l-awtoritajiet ta’ kontroll jistgħu jkunu jafu x’kien għamel ix-xufier qabel.

    994. Fit-tielet lok, ir-Rumanija ssostni li d-Direttiva 2020/1057 għandha konsegwenzi diretti fuq is-suq u tista’ tiskoraġġixxi ċerti attivitajiet ta’ trasport.

    995. F’dan ir-rigward, kif irrilevajt fil-punti 841 sa 844 u 964 sa 966 iktar ’il fuq, l-għan iddikjarat tad-Direttiva 2020/1057 huwa dak li jintlaħaq bilanċ ġust sabiex jiġu ggarantiti kundizzjonijiet tax-xogħol u protezzjoni soċjali sodisfaċenti għax-xufiera, minn naħa, u kundizzjonijiet adegwati għall-impriżi u kompetizzjoni leali għall-operaturi tat-trasport bit-triq, min-naħa l-oħra. Minn dan jirriżulta li, billi tiggarantixxi protezzjoni ikbar tal-ħaddiema kkollokati, id-Direttiva 2020/1057 hija intiża sabiex tiżgura t-twettiq tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi fi ħdan l-Unjoni fil-kuntest ta’ kompetizzjoni li ma tiddependix fuq differenzi eċċessivi fil-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg applikati, fl-istess Stat Membru, għall-impriżi ta’ Stati Membri differenti.

    996. F’tali kuntest, il-validità tal-imsemmija Direttiva 2020/1057 ma tistax tiġi kkontestata minħabba r-raġuni li l-leġiżlatur tal-Unjoni ma ffavorixxiex ċerti attivitajiet fis-suq għad-detriment tat-tnaqqis tal-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema. Fil-fatt, kif għadni kif irrilevajt fil-punt 985 iktar ’il fuq, tali bbilanċjar jaqa’ kompletament taħt is-setgħa ta’ evalwazzjoni li għandu l-leġiżlatur tal-Unjoni f’dan il-każ.

    –       Fuq innatura mhux xierqa u mhux neċessarja tal“mudell ibridu” sabiex jikkontribwixxi għallgħanijiet imfittxija

    997. F’dak li jirrigwarda l-motivi u l-argumenti mressqa mir-Repubblika tal-Bulgarija u mir-Repubblika ta’ Ċipru fir-rigward tan-natura mhux xierqa u mhux meħtieġa tal-“mudell ibridu” sabiex jikkontribwixxi għall-għanijiet imfittxija mid-Direttiva 2020/1057, nagħmel qabelxejn riferiment għall-kunsiderazzjonijiet esposti, inter alia, fil-punt 985 iktar ’il fuq, li minnhom jirriżulta, minn naħa, li huwa l-leġiżlatur tal-Unjoni li għandu jikkunsidra l-għanijiet u l-interessi differenti inkwistjoni, billi jagħżel il-miżura speċifika xierqa sabiex jinstab bilanċ ġust bejn dawn l-għanijiet u l-interessi u, min-naħa l-oħra, li t-tfittxija ta’ dan il-bilanċ taqa’ taħt għażla politika li fir-rigward tagħha l-leġiżlatur għandu marġni ta’ evalwazzjoni wiesa’.

    998. F’dan ir-rigward, diġà rrilevajt, fil-punt 60 iktar ’il fuq, li l-leġiżlatur għandu jsib bilanċ bejn id-diversi interessi billi jibbaża ruħu fuq is-sitwazzjoni prevalenti fl-Unjoni kollha, u mhux fuq is-sitwazzjoni partikolari ta’ Stat Membru wieħed. Barra minn hekk, irrilevajt ukoll, fil-punti 219 u 220 iktar ’il fuq, li mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-leġiżlatur tal-Unjoni ma jistax jiġi mċaħħad mill-possibbiltà li jadatta att leġiżlattiv, b’mod partikolari fis-settur tal-politika komuni tat-trasport, għal kwalunkwe bidla fiċ-ċirkustanzi jew għal kwalunkwe żvilupp fl-għarfien, fid-dawl tal-kompitu tiegħu li jiżgura l-protezzjoni tal-interessi ġenerali rrikonoxxuti mit-Trattat FUE u li jieħu inkunsiderazzjoni l-għanijiet trażversali tal-Unjoni minquxa fl-Artikolu 9 TFUE, fosthom ir-rekwiżiti marbuta mal-promozzjoni ta’ livell għoli ta’ impjieg kif ukoll il-garanzija ta’ protezzjoni soċjali xierqa (581).

    999. B’mod partikolari, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà rrikonoxxiet f’dan ir-rigward li, fid-dawl tal-iżviluppi importanti li affettwaw is-suq intern, fosthom prinċipalment it-tkabbir suċċessiv tal-Unjoni, il-leġiżlatur tal-Unjoni kellu d-dritt li jadatta att leġiżlattiv sabiex jibbilanċja mill-ġdid l-interessi involuti bl-għan li tiżdied il-protezzjoni soċjali tax-xufiera permezz ta’ tibdil fil-kundizzjonijiet li taħthom tiġi eżerċitata l-libertà li jiġu pprovduti servizzi (582).

    1000.  Minn din il-perspettiva, fir-rigward tal-allegazzjoni li l-operaturi tat-trasport bit-triq tal-Istati Membri li jinsabu fil-periferija tal-Unjoni huma affettwati iktar mir-regoli dwar il-kollokament tax-xufiera adottati fid-Direttiva 2020/1057, is-sistema ta’ kollokament ser tapplika iktar spiss għall-impriżi li jikkollokaw lill-ħaddiema iktar spiss sabiex jipprovdu servizzi li ma għandhomx rabta mat-territorju tal-Istat Membru ta’ stabbiliment. Il-miżuri tal-Unjoni inevitabbilment ikollhom effetti inugwali fi Stati Membri differenti u fuq operaturi ekonomiċi differenti, skont l-għażliet magħmula minn dawn tal-aħħar fir-rigward tad-direzzjoni tal-attivitajiet kummerċjali tagħhom u l-post ta’ stabbiliment tagħhom. Madankollu, ir-regoli inkwistjoni japplikaw bl-istess mod għall-Istati Membri kollha.

    –       Fuq leffetti negattivi sproporzjonati

    1001. Diversi mill-Istati Membri rikorrenti jsostnu li d-dispożizzjonijiet dwar il-kollokament tax-xufiera tad-Direttiva 2020/1057 imorru kontra l-prinċipju ta’ proporzjonalità sa fejn iwasslu għal effetti negattivi sproporzjonati meta mqabbla mal-benefiċċji tagħhom. Dawn l-Istati Membri jqisu, minn naħa, l-ispejjeż li jirriżultaw mill-konformità mal-leġiżlazzjoni l-ġdida (bħalma hija l-ħtieġa li r-remunerazzjoni tax-xufiera tiġi aġġustata skont ir-rati fis-seħħ fl-Istati li jgħaddu minnhom) u, min-naħa l-oħra, l-ispejjeż relatati mal-piżijiet amministrattivi.

    1002. F’dan ir-rigward, nirrileva madankollu li, f’dak li jirrigwarda l-operazzjonijiet ta’ trasport bilaterali, it-tranżitu u l-kabotaġġ, id-Direttiva 2020/1057 ma tistax tiġi kklassifikata bħala sors ta’ qafas regolamentari maħluq ġdid u iktar ta’ piż. Fil-fatt, kif jirriżulta mill-punt 959 iktar ’il fuq, il-leġiżlazzjoni dwar il-kollokament tikkorrispondi għal dik li kienet diġà fis-seħħ qabel l-adozzjoni tad-Direttiva 2020/1057. F’dawn iċ-ċirkustanzi, għal dawn it-tipi ta’ trasport wieħed ma jistax isostni li l-piżijiet imposti fuq l-operaturi ser jiżdiedu b’xi mod għaliex, l-iktar l-iktar, dawn kienu diġà jirriżultaw mid-Direttiva 96/71 innifisha, ħafna qabel l-adozzjoni tad-Direttiva 2020/1057.

    1003. Sussegwentement, fir-rigward tal-leġiżlazzjoni prevista fl-Artikolu 1(6) tad-Direttiva 2020/1057, fir-rigward tat-trasport ikkombinat, din hija eżenzjoni mill-applikazzjoni tar-regoli tad-Direttiva 96/71, għall-partijiet tal-vjaġġi msemmija fiha, li normalment jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 96/71. Minn dan isegwi li lanqas din id-dispożizzjoni ma tista’ tiġġenera spejjeż addizzjonali fir-rigward tal-kollokament tax-xufiera meta mqabbla mas-sistema preċedenti.

    1004. Fir-rigward tal-operazzjonijiet ta’ trasport mhux bilaterali, nirrileva li, għalkemm huwa minnu li, kif jirriżulta mill-punt 975 iktar ’il fuq, id-Direttiva 2020/1057 tiċċara li ser ikun hemm, bħala prinċipju, kollokament tax-xufier, din id-direttiva tipprevedi, fit-tielet u fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 1(3) u fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 1(4), eżenzjonijiet għal sensiela sħiħa ta’ operazzjonijiet ta’ trasport terz marbuta ma’ operazzjoni ta’ trasport bilaterali.

    1005. Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li t-tneħħija tal-inċertezza dovuta għall-applikazzjoni differenti fl-Istati Membri differenti tista’ tnaqqas b’mod ġenerali l-ispejjeż għall-impriżi. Barra minn hekk, il-leġiżlatur adotta wkoll regoli amministrattivi speċjali, inqas onerużi, għat-tipi kollha ta’ operazzjonijiet ta’ trasport, li jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-piżijiet fuq l-operaturi tat-trasport bit-triq li jikkollokaw xufiera meta mqabbla mal-qafas legali applikabbli qabel l-adozzjoni tad-Direttiva 2020/1057.

    1006. Fi kwalunkwe każ, l-Istati Membri inkwistjoni ma wrewx li, skont il-ġurisprudenza msemmija fil-punt 59 iktar ’il fuq, l-iżvantaġġi għall-impriżi tat-trasport, li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni prevista fid-Direttiva 2020/1057 għat-trasport terz, ma humiex proporzjonati mal-vantaġġi li jirriżultaw banda oħra.

    1007. Bħala konklużjoni, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, inqis li hemm lok li jiġu miċħuda l-motivi kollha bbażati fuq l-argument li, bl-adozzjoni tal-Artikolu 1(3) sa (7) tad-Direttiva 2020/1057, moqri fid-dawl tal-premessi 7 sa 13 ta’ din id-direttiva, li jipprevedi r-regoli speċifiċi dwar il-kollokament tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq internazzjonali, il-leġiżlatur tal-Unjoni qabeż manifestament is-setgħa ta’ evalwazzjoni wiesgħa tiegħu.

    2)      Fuq ilmotivi dwar leżami talproporzjonalità milleġiżlatur talUnjoni

    i)      Largumenti talpartijiet

    1008. Is-sitt Stati Membri kollha li kkontestaw id-Direttiva 2020/1057 jikkontestaw l-eżami tal-proporzjonalità mwettaq mil-leġiżlatur tal-Unjoni u, b’mod partikolari, l-assenza ta’ valutazzjoni tal-impatt dwar il-verżjoni finali tad-dispożizzjonijiet li jistabbilixxu regoli speċifiċi dwar il-kollokament tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq li jinsabu fl-Artikolu 1(3) sa (7) tal-imsemmija direttiva.

    1009. Ir-Repubblika tal-Litwanja ssostni li l-adozzjoni tal-Artikolu 1(3) u (7) tad-Direttiva 2020/1057 hija vvizzjata bi ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali sa fejn l-effetti ta’ dawn id-dispożizzjonijiet ma ġewx evalwati kif xieraq. F’dan ir-rigward, dan l-Istat Membru jagħmel riferiment għall-Artikolu 11(3) TUE, għall-Artikoli 2 u 5 tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità, kif ukoll għall-Ftehim Interistituzzjonali.

    1010. Fil-Proposta tagħha għal Direttiva dwar il-kollokament, il-Kummissjoni kienet issuġġerixxiet, fost l-iktar kriterji rilevanti dwar il-kollokament tal-ħaddiema, it-tul tas-soġġorn fi Stat Membru ieħor. Madankollu, il-Parlament u l-Kunsill taw il-prijorità lin-natura tal-operazzjoni ta’ trasport, u b’hekk ipproponew kriterji sostanzjalment ġodda u li għalhekk biddlu sostanzjalment l-essenza stess tad-dispożizzjonijiet ikkonċernati. L-imsemmija istituzzjonijiet kellhom, għalhekk, iwettqu valutazzjoni tal-impatt u jesponu r-raġunijiet għaliex il-kriterji l-ġodda proposti kienu jikkostitwixxu miżura iktar xierqa minn dik li kienet tinsab fil-Proposta għal Direttiva.

    1011. F’dan il-każ, ma kienx hemm raġunijiet oġġettivi sabiex ma ssirx valutazzjoni tal-impatt u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni ma motivawx id-deċiżjoni tagħhom li ma jwettqux tali valutazzjoni. F’dan ir-rigward, ir-Repubblika tal-Litwanja tenfasizza li hija tikkontesta d-dispożizzjonijiet inkwistjoni mhux minħabba li l-leġiżlatur tal-Unjoni ma wettaqx valutazzjoni tal-impatt addizzjonali, iżda għaliex l-impatt ta’ dawn id-dispożizzjonijiet bl-ebda mod ma ġie vvalutat.

    1012. Skont ir-Repubblika tal-Litwanja, in-natura xierqa u meħtieġa tal-valutazzjonijiet tal-impatt ma tistax tiġi interpretata bħala li hija suġġetta għal evalwazzjoni assolutament suġġettiva, li tiddependi esklużivament mir-rieda tal-leġiżlatur tal-Unjoni. Għall-kuntrarju, din l-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq data oġġettiva eżistenti, peress li dan huwa l-uniku mezz sabiex jiġi ggarantit li l-leġiżlatur tal-Unjoni ma jabbużax mis-setgħa ta’ evalwazzjoni tiegħu.

    1013. Ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Repubblika ta’ Ċipru jsostnu li bl-adozzjoni tal-mudell ibridu fl-assenza ta’ kwalunkwe valutazzjoni tal-impatt, il-Parlament u l-Kunsill kisru l-prinċipju ta’ proporzjonalità. Fil-fatt, l-imsemmija żewġ istituzzjonijiet ma kellhom l-ebda valutazzjoni tal-impatt, minkejja li din intalbet diversi drabi mill-Istati Membri, u lanqas ma kellhom informazzjoni oħra li setgħet tikkonferma li l-miżura kienet proporzjonali. Il-Proposta inizjali tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar il-kollokament kienet tipprevedi approċċ fundamentalment differenti għall-kollokament tal-ħaddiema.

    1014. Ir-Rumanija ssostni li, f’dan il-każ, is-soluzzjoni li tikkonsisti f’referenza għall-kriterju tat-tip tal-operazzjoni ta’ trasport sabiex jiġu identifikati l-ipoteżijiet ta’ implimentazzjoni tas-sistema ta’ kollokament fil-qasam tat-trasport bit-triq ma kinitx is-suġġett tal-valutazzjoni tal-impatt imwettqa mill-Kummissjoni u ma hijiex ibbażata fuq rapport, analiżi jew data xjentifika. L-ebda rapport jew valutazzjoni ta’ dan it-tip ma ġew invokati, ikkomunikati jew diskussi matul in-negozjati.

    1015. Skont ir-Rumanija, sabiex jiġi osservat il-prinċipju ta’ proporzjonalità, il-leġiżlatur tal-Unjoni kellu jibbaża l-għażla leġiżlattiva tiegħu fuq valutazzjonijiet, rapporti u evalwazzjonijiet intiżi speċifikament sabiex jiġu ddeterminati l-kundizzjonijiet li fihom is-sistema ta’ kollokament tista’ tiġi applikata għax-xufiera, fil-qasam tat-trasport bit-triq, inkluż il-kriterju tal-operazzjoni ta’ trasport li ntgħażel, sa fejn tali dokumenti li janalizzaw esklużivament il-ħtieġa ta’ intervent leġiżlattiv fil-qasam tal-kollokament huma insuffiċjenti. Fil-fatt, l-identifikazzjoni tas-soluzzjonijiet neċessarji u xierqa għall-ġlieda kontra n-nuqqasijiet ikkonstatati ma jistgħux ikunu bbażati biss fuq evalwazzjoni tas-sitwazzjoni preeżistenti tas-suq tat-trasport. Għandha ssir ukoll evalwazzjoni reali u komprensiva tal-konsegwenzi mistennija tal-miżuri previsti.

    1016. F’dan il-kuntest, l-evalwazzjonijiet u d-data xjentifika huma iktar u iktar importanti, fid-dawl tal-karatteristiċi speċifiċi tal-qasam u tad-diffikultajiet f’termini ta’ stabbiliment ta’ rabta suffiċjenti mal-Istat Membru ospitanti. Barra minn hekk, il-koleġiżlaturi setgħu, skont il-punt 15 tal-Ftehim Interistituzzjonali, iwettqu valutazzjonijiet tal-impatt tal-emendi sostanzjali tagħhom għall-Proposta tal-Kummissjoni, b’mod partikolari l-kriterju l-ġdid ta’ identifikazzjoni tal-każijiet ta’ kollokament fil-qasam tat-trasport. F’dan ir-rigward, is-sempliċi fatt li l-approċċ tal-leġiżlatur jiggarantixxi, skont il-Kummissjoni, l-istess għan bħall-Proposta tagħha ma jikkumpensax għall-assenza tal-valutazzjoni tal-impatt li kellha titwettaq. L-għan imfittex minn att leġiżlattiv tal-Unjoni huwa kwistjoni separata mit-tfittxija ta’ miżuri li kapaċi jiżguraw il-kisba tal-imsemmi għan, kif ukoll mill-evalwazzjoni tal-effetti li tali miżuri x’aktarx jipproduċu.

    1017. L-Ungerija ssostni li n-nuqqas ta’ valutazzjoni tal-impatt f’dak li jirrigwarda l-kollokament fil-kuntest tal-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat irregolat mill-Artikolu 1(6) tad-Direttiva 2020/1057 jikkostitwixxi żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni u ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Il-Proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar il-kollokament ma kinitx tkopri l-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat u r-regoli dwar dawn l-operazzjonijiet ġew introdotti wara l-ftehim tal-Kunsill u tal-Parlament, mingħajr ma ġew eżaminati minn dawn l-istituzzjonijiet l-effetti tagħhom fuq it-trasport intermodali tal-merkanzija. Barra minn hekk, il-Kummissjoni, f’komunikazzjoni tal‑15 ta’ April 2020 (583), qieset li r-restrizzjonijiet applikabbli għall-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat joħolqu problema, b’mod partikolari minħabba l-fatt li dawn ir-restrizzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-effiċjenza tal-appoġġ għall-operazzjonijiet ta’ trasport multimodali tal-merkanzija.

    1018. Ir-Repubblika tal-Polonja tosserva wkoll li, fir-rigward tal-effetti tad-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 1(3), (4), (6) u (7) tad-Direttiva 2020/1057 li hija tikkontesta, il-komponent soċjali tal-valutazzjoni tal-impatt kien jikkonċerna miżuri bbażati fuq kriterju ta’ żmien. Għall-kuntrarju, l-effetti tal-miżuri li ġew finalment adottati ma ġewx evalwati. Għalhekk, skont dan l-Istat Membru, ma jistax jiġi sostnut li d-deċiżjonijiet tal-leġiżlatur tal-Unjoni huma bbażati fuq data oġġettiva u li dan tal-aħħar kien f’pożizzjoni li janalizza l-konsegwenzi tagħhom b’mod razzjonali.

    1019. Skont ir-Repubblika tal-Polonja, f’dan il-każ, il-leġiżlatur tal-Unjoni ma kienx jinsab f’sitwazzjoni partikolari li kienet teħtieġ li ma ssirx valutazzjoni tal-impatt addizzjonali u ma kellux elementi suffiċjenti li kienu jippermettulu jevalwa l-proporzjonalità tal-miżuri finalment adottati. Xejn ma jindika li l-Kunsill u l-Parlament kellhom l-informazzjoni neċessarja li tippermetti li jiġu evalwati l-effetti li d-dispożizzjonijiet ikkontestati jeżerċitaw fuq l-ambjent, fuq is-sitwazzjoni ekonomika tad-diversi operaturi tat-trasport u fuq is-settur tat-trasport bit-triq kollu kemm hu.

    1020. Il-Kunsill u l-Parlament, kif ukoll l-intervenjenti insostenn tagħhom, jitolbu li dawn il-motivi kollha jiġu miċħuda.

    ii)    Analiżi

    –       Osservazzjonijiet preliminari

    1021. Preliminarjament, għandi nirrileva li, kif fakkart fil-punt 61 ta’ dawn il-konklużjonijiet, mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-kwistjoni dwar jekk il-leġiżlatur ikkunsidrax l-elementi u ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha tas-sitwazzjoni li l-att kien intiż li jirregola u jekk kellux iwettaq jew ilesti valutazzjoni tal-impatt taqa’ taħt il-prinċipju ta’ proporzjonalità. Minn dan isegwi li l-motiv imqajjem mir-Repubblika tal-Litwanja bbażat fuq ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali huwa intiż, fir-realtà, sabiex isostni ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u għalhekk għandu jiġi eżaminat fil-kuntest tal-analiżi tal-motivi dwar il-ksur ta’ dan il-prinċipju.

    1022. Sussegwentement, għandu jiġi rrilevat li, f’dan il-każ, huwa paċifiku li l-leġiżlatur tal-Unjoni effettivament kellu valutazzjoni tal-impatt għad-dispożizzjoni tiegħu meta adotta d-Direttiva 2020/1057 u li din il-valutazzjoni tal-impatt kienet tkopri l-introduzzjoni ta’ dispożizzjonijiet li jistabbilixxu regoli speċifiċi dwar il-kollokament tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq (584). Għalhekk, il-Proposta għal Direttiva dwar il-kollokament adottata mill-Kummissjoni kienet tinkludi fl-Artikolu 2 dispożizzjonijiet li jistabbilixxu regoli speċjali għall-kollokament tax-xufiera f’dan is-settur.

    1023. Madankollu, fil-verżjoni finali ta’ dawn id-dispożizzjonijiet – b’mod partikolari fl-Artikolu 1(3) sa (7) tad-Direttiva 2020/1057 li huma s-suġġett ta’ dawn ir-rikorsi – il-leġiżlatur tal-Unjoni adotta regoli li kienu differenti meta mqabbla ma’ dawk li jinsabu fil-Proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar il-kollokament. F’dan ir-rigward, huwa wkoll paċifiku li l-verżjoni finali ta’ dawn id-dispożizzjonijiet ma kinitx is-suġġett ta’ valutazzjoni tal-impatt speċifika addizzjonali.

    1024. B’mod iktar preċiż, fil-Proposta għal Direttiva dwar il-kollokament u speċifikament fl-Artikolu 2(2) tagħha (585), il-Kummissjoni kienet ipproponiet sistema li fil-kuntest tagħha, filwaqt li telqet mill-premessa li d-Direttiva 96/71 kienet tapplika għas-settur tat-trasport bit-triq, tnejn mid-disa’ elementi tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg tal-Istat Membru ospitanti elenkati fl-Artikolu 3(1) tal-imsemmija Direttiva 96/71 (586) – jiġifieri t-tul minimu tal-leave annwali mħallas u r-remunerazzjoni – ma japplikawx għall-kollokamenti ta’ inqas minn tlett ijiem fix-xahar meta x-xufiera jwettqu operazzjonijiet ta’ trasport internazzjonali fis-sens tar-Regolamenti Nru 1072/2009 u Nru 1073/2009.

    1025. Skont l-imsemmija proposta, il-perijodi ta’ inqas minn tlett ijiem komplew, madankollu, jikkostitwixxu kollokament li għalih japplikaw is-seba’ elementi l-oħra elenkati fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71 u, b’mod partikolari, ir-rekwiżiti amministrattivi, inkluża l-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ kollokament qabel il-kollokament.

    1026. Peress li l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ huma esklużi mill-kunċett ta’ “operazzjonijiet ta’ trasport internazzjonali”, minħabba li l-operazzjoni kollha tat-trasport issir fi Stat Membru ospitanti, dawn l-operazzjonijiet kellhom, skont il-proposta tal-Kummissjoni, ikunu koperti bis-sħiħ mir-regoli dwar il-kollokament previsti fid-Direttiva 96/71. Bħala konsegwenza, skont l-imsemmija proposta, ir-rata tal-paga minima u l-leave annwali minimu mħallas fis-seħħ fl-Istat Membru ospitanti kellhom japplikaw għall-kabotaġġ irrispettivament mill-frekwenza u mit-tul tal-operazzjonijiet imwettqa minn xufier.

    1027. Mill-analiżi tal-leġiżlazzjoni speċifika dwar il-kollokament tax-xufiera li tinsab fil-Proposta tal-Kummissjoni jirriżulta, l-ewwel, li din il-proposta kienet tirrakkomanda kriterju differenti meta mqabbel mad-Direttiva 2020/1057 sabiex tiġi ddeterminata l-applikabbiltà tar-regoli dwar il-kollokament għax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq. Fil-fatt, filwaqt li l-Proposta għal Direttiva kienet tuża kriterju taż-żmien ibbażat fuq it-tul tal-kollokament, id-Direttiva 2020/1057 ma ssemmix it-tul, iżda tapplika kriterju bbażat esklużivament fuq it-tip ta’ operazzjonijiet ta’ trasport.

    1028. It-tieni, filwaqt li d-Direttiva 2020/1057, kif jirriżulta mill-punti 846 sa 859 iktar ’il fuq, teskludi l-eżistenza stess ta’ kollokament u għalhekk l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kollokament għal ċerti tipi ta’ operazzjonijiet ta’ trasport (jiġifieri, l-operazzjonijiet ta’ trasport bilaterali, l-operazzjonijiet ta’ tranżitu u ċerti operazzjonijiet ta’ trasport terz marbuta ma’ operazzjoni ta’ trasport bilaterali, kif ukoll il-parti tal-vjaġġ bit-triq fil-kuntest ta’ operazzjoni ta’ trasport ikkombinat skont l-Artikolu 1(6) tal-imsemmija direttiva), skont il-Proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar il-kollokament, l-operazzjonijiet ta’ trasport internazzjonali kollha kienu jagħtu lok għal kollokament. Skont il-kriterju taż-żmien msemmi iktar ’il fuq, hija biss il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ospitanti dwar it-tul minimu tal-leave annwali mħallas u dwar ir-remunerazzjoni – l-imsemmija tnejn mid-disa’ elementi elenkati fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71 – li ma kinitx tapplika jekk il-perijodu ta’ kollokament kien inqas minn jew ugwali għal tlett ijiem (587). Is-seba’ elementi l-oħra kollha elenkati fl-imsemmi paragrafu kienu japplikaw għal kull operazzjoni ta’ trasport internazzjonali.

    1029. It-tielet, fir-rigward tal-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ, kemm il-Proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar il-kollokament kif ukoll il-verżjoni finali tad-Direttiva 2020/1057 jipprevedu l-applikabbiltà sħiħa tar-regoli dwar il-kollokament previsti fid-Direttiva 96/71. Għalhekk, fir-rigward tal-kollokament, għal dan it-tip ta’ operazzjoni tat-trasport ma hemm l-ebda differenza bejn ir-regoli li jinsabu fil-Proposta għal Direttiva dwar il-kollokament u dawk adottati fil-verżjoni finali tad-Direttiva 2020/1057.

    –       Fuq innuqqas ta’ valutazzjoni talimpatt addizzjonali għallverżjoni finali taddispożizzjonijiet dwar ilkollokament taxxufiera tadDirettiva 2020/1057

    1030. Huwa fil-kuntest espost fil-punti preċedenti li għandu jiġi vverifikat, fid-dawl tal-ilmenti magħmula fil-motivi mqajma mill-Istati Membri rikorrenti, kif ukoll tal-ġurisprudenza msemmija fil-punti 71 sa 74 ta’ dawn il-konklużjonijiet, jekk il-leġiżlatur tal-Unjoni, f’dan il-każ, kisirx il-prinċipju ta’ proporzjonalità minħabba n-nuqqas ta’ valutazzjoni addizzjonali tal-impatt fir-rigward tal-verżjoni finali tad-dispożizzjonijiet li jistabbilixxu regoli speċifiċi dwar il-kollokament tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq, finalment adottata fid-Direttiva 2020/1057.

    1031. F’dan ir-rigward, l-ewwel nett, fil-fehma tiegħi, għandhom jiġu miċħuda l-ilmenti mqajma mir-Repubblika tal-Litwanja u mir-Repubblika tal-Polonja – l-uniċi Stati Membri li jikkontestaw l-Artikolu 1(7) tad-Direttiva 2020/1057 – ibbażati fuq l-argument li, fir-rigward tal-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ, il-leġiżlatur tal-Unjoni ma wettaqx valutazzjoni tal-impatt u ma kellux id-data neċessarja sabiex jevalwa l-effetti tal-imsemmija dispożizzjoni. Fil-fatt, kif semmejt fil-punt 1029 iktar ’il fuq, ma hemmx differenza fir-rigward ta’ dan it-tip ta’ trasport bejn il-leġiżlazzjoni dwar il-kollokament tax-xufiera li tinsab fil-Proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar il-kollokament, li kienet ibbażata fuq il-komponent soċjali tal-valutazzjoni tal-impatt, u dik finalment adottata fid-Direttiva 2020/1057. F’dawn iċ-ċirkustanzi, iż-żewġ Stati Membri msemmija ma jistgħux jinvokaw nuqqas ta’ valutazzjoni tal-impatt addizzjonali fir-rigward tal-kabotaġġ.

    1032. Sussegwentement, tqum il-kwistjoni li jiġi vverifikat jekk il-leġiżlatur tal-Unjoni kienx obbligat iwettaq valutazzjoni tal-impatt addizzjonali minħabba l-fatt li, kif irrilevajt fil-punt 1027 iktar ’il fuq, il-verżjoni definittiva tad-Direttiva 2020/1057 finalment adottat kriterju differenti meta mqabbel mal-Proposta għal Direttiva dwar il-kollokament sabiex tiġi ddeterminata l-applikabbiltà tar-regoli dwar il-kollokament għax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq. Jekk dan kien il-każ, billi adotta l-imsemmija direttiva fin-nuqqas ta’ tali valutazzjoni tal-impatt addizzjonali, l-imsemmi leġiżlatur kiser il-prinċipju ta’ proporzjonalità.

    1033. F’dan ir-rigward, nirrileva, preliminarjament, li, kif fakkart fil-punti 66 u 70 iktar ’il fuq, mill-ġurisprudenza jirriżulta li valutazzjoni tal-impatt imwettqa mill-Kummissjoni la hija vinkolanti fuq il-Parlament u lanqas fuq il-Kunsill. Barra minn hekk, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-Parlament u l-Kunsill, fil-kwalità tagħhom bħala koleġiżlaturi, huma liberi, konformement mal-Artikolu 294 TFUE u fil-limiti imposti mill-osservanza tad-dritt ta’ inizjattiva tal-Kummissjoni, li jaslu għal evalwazzjoni differenti tas-sitwazzjoni adottata minn din l-aħħar istituzzjoni u, għaldaqstant, li jadottaw pożizzjoni politika differenti fil-kuntest tal-proċess ta’ adozzjoni ta’ att leġiżlattiv tal-Unjoni. Minn dan isegwi li anki meta l-Parlament u l-Kunsill, filwaqt li jitbiegħdu mill-proposta tal-Kummissjoni u mill-valutazzjoni tal-impatt li hija bbażata fuqha, jibdlu elementi sostanzjali ta’ din il-proposta, il-fatt li ma jkunux aġġornaw il-valutazzjoni tal-impatt ma jimplikax awtomatikament u neċessarjament l-invalidità tal-leġiżlazzjoni tad-dritt tal-Unjoni adottata. Barra minn hekk, dan huwa kkonfermat mill-punt 15 tal-Ftehim Interistituzzjonali, li minnu jirriżulta, kif irrilevajt fil-punt 66 iktar ’il fuq, li l-Parlament u l-Kunsill jistgħu huma stess, meta jqisu li dan ikun xieraq u meħtieġ, iwettqu valutazzjonijiet tal-impatt tal-emendi sostanzjali li huma jagħmlu għal proposta tal-Kummissjoni (588).

    1034. Madankollu, kif fakkart fil-punt 71 iktar ’il fuq, l-eżerċizzju effettiv tas-setgħa ta’ evalwazzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni jeħtieġ it-teħid inkunsiderazzjoni tal-elementi u taċ-ċirkustanzi rilevanti kollha tas-sitwazzjoni li dan l-att kien intiż li jirregola.

    1035. Issa, l-Istati Membri rikorrenti essenzjalment isostnu li l-leġiżlatur kellu jwettaq valutazzjoni tal-impatt addizzjonali, minn naħa, sabiex jevalwa n-natura xierqa tal-kriterju l-ġdid, li finalment ġie adottat, ibbażat fuq it-tip ta’ operazzjoni ta’ trasport u, min-naħa l-oħra, sabiex jevalwa l-effetti mistennija tal-miżuri previsti skont dan il-kriterju l-ġdid.

    1036. F’dak li jirrigwarda, l-ewwel, l-eventwali ħtieġa ta’ valutazzjoni tal-impatt addizzjonali biex jiġi evalwat jekk il-kriterju l-ġdid huwiex xieraq, ma nemminx li, f’dan il-każ, il-leġiżlatur tal-Unjoni kien obbligat iwettaq tali valutazzjoni addizzjonali f’dan ir-rigward.

    1037. Fil-fatt, minn naħa, kif jirriżulta mill-punti 42 u 953 ta’ dawn il-konklużjonijiet, għall-adozzjoni ta’ regoli speċifiċi dwar il-kollokament tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq, il-leġiżlatur tal-Unjoni kellu marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ sabiex jadotta l-għażla politika li tippermetti li jiġu mwieżna d-diversi għanijiet u interessi inkwistjoni, b’mod partikolari sabiex jintlaħaq bilanċ bejn il-protezzjoni soċjali tax-xufiera u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi tat-trasport transfruntiera għall-impriżi tat-trasport. F’dan il-kuntest, huwa kellu wkoll marġni ta’ evalwazzjoni wiesa’ fl-għażla tal-kriterju li huwa qies l-iktar adegwat għal dan l-għan u li abbażi tiegħu, konformement mal-ġurisprudenza msemmija fil-punti 872 et seq. ta’ dawn il-konklużjonijiet, kien possibbli li tiġi ddeterminata l-eżistenza ta’ “rabta suffiċjenti” mat-territorju tal-Istat Membru kkonċernat sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ kollokament ta’ xufier.

    1038. Issa, mill-punti 967 sa 996 iktar ’il fuq jirriżulta li l-kriterju bbażat fuq it-tip ta’ operazzjoni ta’ trasport ma huwiex manifestament mhux xieraq sabiex tiġi ddeterminata l-eżistenza ta’ tali “rabta suffiċjenti” u sabiex jintlaħqu l-għanijiet imfittxija mid-Direttiva 2020/1057.

    1039. Barra minn hekk, nirrileva li, billi eskludiet b’mod espliċitu l-kabotaġġ mill-applikazzjoni tar-regoli settorjali speċifiċi dwar il-kollokament tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq, il-Proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar il-kollokament stess għamlet distinzjoni bejn tipi ta’ operazzjonijiet ta’ trasport għall-finijiet tal-applikabbiltà ta’ dawn ir-regoli. B’hekk, il-kriterju bbażat fuq it-tip ta’ operazzjoni ta’ trasport stabbilit fid-Direttiva 2020/1057 ma jidhirx li huwa daqstant ġdid, meta mqabbel mal-Proposta għal Direttiva, daqskemm isostnu l-Istati Membri rikorrenti.

    1040. F’dak li jirrigwarda, it-tieni, l-eventwali ħtieġa ta’ valutazzjoni tal-impatt addizzjonali sabiex jiġu evalwati l-effetti mistennija tal-miżuri previsti skont dan il-kriterju ġdid, għandu qabel kollox jiġi rrilevat li l-komponent soċjali tal-valutazzjoni tal-impatt kien fih analiżi li, għall-kuntrarju ta’ dak li jsostnu ċerti Stati Membri, ma llimitatx ruħha li tispjega għaliex l-inizjattiva leġiżlattiva tal-Kummissjoni kienet neċessarja. Għall-kuntrarju, din il-valutazzjoni kien fiha wkoll kalkoli u stimi tal-impatt kwantitattiv f’termini ta’ spejjeż tal-Proposta tal-Kummissjoni bbażati fuq il-kriterju taż-żmien u, speċifikament, fuq it-tul ta’ tlett ijiem tal-kollokament imsemmi fil-punti 1024, 1025 u 1027 iktar ’il fuq (589). B’mod partikolari, l-imsemmija valutazzjoni tal-impatt iddifferenzjat bejn “spejjeż amministrattivi”, bħalma huma l-ispejjeż relatati mad-dikjarazzjonijiet tal-kollokament, u “spejjeż ta’ konformità”, bħalma huma l-ispejjeż li jirriżultaw mill-ħtieġa li titħallas ir-remunerazzjoni applikabbli fl-Istat Membru ospitanti (590).

    1041. Issa, dawn il-kalkoli u stimi li jinsabu fil-valutazzjoni tal-impatt kienu bbażati fuq xenarju ekonomiku ta’ referenza li fih, b’applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni kif prevista fil-Proposta għal Direttiva dwar il-kollokament, l-operazzjonijiet kollha ta’ trasport transfruntier (inklużi l-operazzjonijiet ta’ trasport bilaterali, it-tranżitu u l-operazzjonijiet kollha ta’ trasport terz) jiġu ttrattati bl-istess mod mill-perspettiva legali u huma koperti mid-Direttiva 96/71. Għalhekk, kif ġie osservat fil-punt 1028 iktar ’il fuq, il-Proposta għal Direttiva dwar il-kollokament kienet tirrakkomanda sistema li fiha l-operazzjonijiet ta’ trasport internazzjonali kollha kienu jagħtu lok għal kollokament.

    1042. Meta mqabbel ma’ dan ix-xenarju ta’ referenza meqjus fil-valutazzjoni tal-impatt, minn naħa, it-tnaqqis fl-ispejjeż amministrattivi jidher li huwa marbut b’mod fundamentali ma’ miżuri li, b’deroga mid-Direttiva 2014/67, inaqqsu r-rekwiżiti amministrattivi fir-rigward tal-kollokament tax-xufiera u jiffaċilitaw id-dikjarazzjonijiet tal-kollokament (591). Issa, dawn il-miżuri kienu inklużi fil-Proposta għal Direttiva (592) u, essenzjalment, ġew adottati fid-Direttiva 2020/1057 (593). Barra minn hekk, kif jindika l-Kunsill, l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern, kif previst fl-imsemmija direttiva, għandu jkompli jnaqqas l-ispejjeż amministrattivi f’dan il-kuntest meta mqabbel mas-sistema prevista fil-Proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar il-kollokament (594).

    1043. Min-naħa l-oħra, kif irrilevajt fil-punt 1028 iktar ’il fuq, fis-sistema prevista fid-Direttiva 2020/1057 il-leġiżlatur tal-Unjoni, b’applikazzjoni tal-kriterju bbażat fuq it-tip ta’ trasport, eskluda kompletament diversi operazzjonijiet tat-trasport internazzjonali mill-applikazzjoni tas-sistema ta’ kollokament prevista fid-Direttiva 96/71 u mir-rekwiżiti amministrattivi previsti fid-Direttiva 2014/67. Dawn l-esklużjonijiet jimplikaw li l-ispejjeż kemm amministrattivi kif ukoll ta’ konformità li jirriżultaw mill-applikazzjoni tas-sistema ta’ kollokament mhux ser jibqgħu jiġġarrbu għal dawn it-tipi ta’ operazzjoni ta’ trasport internazzjonali. B’mod partikolari, la hemm bżonn ta’ dikjarazzjoni tal-kollokament għal dawn it-tipi ta’ operazzjoni ta’ trasport internazzjonali u lanqas ma hemm spejjeż oħra ta’ konformità, peress li l-leġiżlazzjoni tal-Istat ospitanti fl-ebda każ ma tapplika għal dawn l-operazzjonijiet ta’ trasport internazzjonali.

    1044. Għalhekk, f’dak li jirrigwarda dawn it-tipi ta’ operazzjonijiet ta’ trasport (imsemmija fil-punt 1028 iktar ’il fuq) id-Direttiva 2020/1057 mingħajr dubju tagħti lok għal tnaqqis sħiħ tal-ispejjeż ta’ kollokament meta mqabbla mal-Proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar il-kollokament, li kienet tipprevedi li kull operazzjoni ta’ trasport internazzjonali, u għalhekk dawn l-operazzjonijiet kollha ta’ trasport li issa huma esklużi fil-kuntest tad-Direttiva 2020/1057, kienet tagħti lok għal kollokament u li kienet teżenta l-operazzjonijiet ta’ trasport għal perijodu ta’ inqas minn ċertu limitu biss minn ċerti elementi tar-regoli applikabbli għall-ħaddiema kkollokati.

    1045. Ċertament, f’dak li jirrigwarda l-operazzjonijiet ta’ trasport terz li ma humiex marbuta ma’ operazzjoni bilaterali, il-fatt li d-Direttiva 2020/1057 ma baqgħetx tipprevedi, bħalma kienet tipprevedi l-Proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva fil-każ ta’ kollokament li jdum tlett ijiem jew inqas, eżenzjoni mill-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ospitanti dwar it-tul minimu tal-leave annwali mħallas u dwar ir-remunerazzjoni, ser jagħti f’ċerti każijiet lok għal żieda fl-ispejjeż, b’mod partikolari ta’ konformità, meta mqabbel mas-sistema prevista fil-Proposta għal Direttiva tal-Kummissjoni dwar il-kollokament (595).

    1046. Madankollu, l-Istati Membri rikorrenti ma pprovdew l-ebda element – u lanqas, tabilħaqq, argument – li jista’ juri b’xi mod li eventwali żieda fl-ispejjeż għal dan it-tip ta’ operazzjonijiet ta’ trasport setgħet tibbilanċja jew tikkumpensa t-tnaqqis fl-ispejjeż, imsemmi fil-punt 1044 iktar ’il fuq, li jirriżulta mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2020/1057 għat-tipi l-oħra ta’ trasport u li għalhekk kien hemm riskju li l-iżvantaġġi li jirriżultaw mill-għażla normattiva magħmula mil-leġiżlatur tal-Unjoni jkunu sproporzjonati meta mqabbla mal-vantaġġi tagħha (596), b’tali mod li kienet meħtieġa valutazzjoni tal-impatt addizzjonali f’dan ir-rigward.

    1047. Barra minn hekk, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jirreferu għal sensiela sħiħa ta’ dokumenti u informazzjoni fid-dominju pubbliku, bħalma hija data għal kull Stat Membru ppubblikata mill-Eurostat li tikkomplementa l-valutazzjoni tal-impatt, li jippermettu li jiġu stmati l-effetti u l-ispejjeż li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni riveduta fid-Direttiva 2020/1057, bħalma huma stimi tal-proporzjon tal-merkanzija li hija s-suġġett ta’ operazzjonijiet bilaterali jew ta’ operazzjonijiet ta’ trasport terz, jew oħrajn li jippermettu li jiġu stmati d-differenzi fil-pagi bejn Stati Membri differenti (597).

    1048. F’dak li jirrigwarda speċifikament l-allegata assenza ta’ valutazzjoni tal-impatt fir-rigward tar-regoli dwar il-kollokament fl-operazzjonijiet ta’ trasport ikkombinat li jinsabu fl-Artikolu 1(6) tad-Direttiva 2020/1057 u msemmija fir-rikors tal-Ungerija, kif ukoll mir-Rumanija u mir-Repubblika tal-Polonja, għandu qabelxejn jiġi rrilevat li l-leġiżlazzjoni li tinsab fil-Proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar il-kollokament ma kinitx tinkludi regoli speċifiċi dwar it-trasport ikkombinat.

    1049. Madankollu, mill-proċess jirriżulta li, fil-kuntest tal-proċess leġiżlattiv, wara mistoqsijiet li saru mid-delegazzjonijiet fi ħdan il-Kunsill, il-Kummissjoni ppreċiżat li “l-parti tal-vjaġġ inizjali jew finali bit-triq li tifforma parti integrali minn operazzjoni ta’ trasport ikkombinat tista’ titqies bħala operazzjoni ta’ trasport internazzjonali fis-sens tal-Artikolu 2(2) tal-Proposta [għal Direttiva dwar il-kollokament]. Madankollu, sabiex tiġi żgurata ċarezza legali suffiċjenti, għandu jiġi ċċarat iktar il-mod kif il-parti tal-vjaġġ bit-triq ta’ operazzjoni tat-trasport ikkombinat għandha tiġi ttrattata fil-kuntest tal-lex specialis dwar il-kollokament fis-settur tat-trasport bit-triq.” (598) [traduzzjoni mhux uffiċjali].

    1050. Minn din il-kjarifika tal-Kummissjoni jirriżulta, minn naħa, li dawn il-vjaġġi kienu koperti mir-regoli dwar il-kollokament previsti fil-Proposta għal Direttiva dwar il-kollokament. Min-naħa l-oħra, minn dan isegwi li, fis-sistema tal-Proposta għal Direttiva dwar il-kollokament, l-imsemmija partijiet ta’ vjaġġi inizjali jew finali bit-triq ta’ operazzjoni ta’ trasport ikkombinat li jikkonsistu, meħuda waħedhom, f’operazzjonijiet ta’ trasport bilaterali, kienu għalhekk ikkunsidrati bħall-operazzjonijiet l-oħra kollha ta’ trasport, li, kif jirriżulta mill-punti 1024, 1025 u 1028 iktar ’il fuq, kienu jagħtu lok għal kollokament, li fil-kuntest tiegħu hija biss il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ospitanti dwar it-tul minimu tal-leave annwali mħallas u tar-remunerazzjoni li ma tapplikax fil-każ ta’ kollokament għal tliet ijiem fix-xahar jew inqas.

    1051. Issa, peress li l-Artikolu 1(6) tad-Direttiva 2020/1057 issa jeskludi kompletament l-eżistenza ta’ kollokament għall-partijiet ta’ vjaġġi inizjali jew finali bit-triq ta’ operazzjoni ta’ trasport ikkombinat li jikkonsistu, meħuda waħedhom, f’operazzjonijiet ta’ trasport bilaterali, l-istess bħat-tipi l-oħra ta’ operazzjonijiet ta’ trasport (imsemmija fil-punt 1028 iktar ’il fuq) id-Direttiva 2020/1057 tagħti wkoll lok għal tnaqqis sħiħ tal-ispejjeż ta’ kollokament meta mqabbla mal-leġiżlazzjoni li tinsab fil-Proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar il-kollokament. Sa fejn għal dawn l-operazzjonijiet ta’ trasport ma jkunx hemm iktar kollokament, lanqas ma ser ikun hemm spejjeż marbuta mal-kollokament. Minn din il-perspettiva, ma jistax jiġi sostnut li l-leġiżlatur tal-Unjoni kiser il-prinċipju ta’ proporzjonalità billi ma wettaqx valutazzjoni tal-impatt speċifika għall-imsemmi tip ta’ operazzjoni ta’ trasport.

    1052. Barra minn hekk, il-Parlament u l-Kunsill isostnu li kellhom volum kbir ta’ informazzjoni dwar it-trasport ikkombinat li kienet tirriżulta mix-xogħol preparatorju relatat mal-emendi proposti għad-Direttiva 92/106, inklużi, b’mod partikolari, il-valutazzjoni tal-impatt dwar ir-reviżjoni tal-imsemmija direttiva (599) kif ukoll dokumenti rilevanti oħra (600).

    1053. Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li, billi ma wettqux valutazzjoni tal-impatt addizzjonali għall-verżjoni finali tad-dispożizzjonijiet dwar il-kollokament tax-xufiera tad-Direttiva 2020/1057, il-Parlament u l-Kunsill ma kisrux il-prinċipju ta’ proporzjonalità, peress li l-leġiżlatur kellu għad-dispożizzjoni tiegħu informazzjoni suffiċjenti kemm sabiex jevalwa l-emendi li saru lid-direttiva kkontestata meta mqabbla mal-valutazzjoni tal-impatt inizjali tal-Kummissjoni kif ukoll sabiex jevalwa l-impatt probabbli tal-miżuri.

    1054. Minn dan isegwi li anki l-motivi relatati mal-eżami tal-proporzjonalità mil-leġiżlatur tal-Unjoni, u konsegwentement il-motivi kollha relatati ma’ ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, għandhom, fil-fehma tiegħi, jiġu miċħuda.

    f)      Fuq ksur talArtikolu 90 TFUE (moqri flimkien malArtikolu 3(3) TUE), talArtikolu 91(2) TFUE u talArtikolu 94 TFUE

    1)      Largumenti talpartijiet

    1055. Ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Rumanija, ir-Repubblika ta’ Ċipru u r-Repubblika tal-Polonja jqajmu diversi motivi li fihom huma jsostnu ksur tal-Artikolu 90 TFUE (moqri flimkien mal-Artikolu 3(3) TUE), tal-Artikolu 91(2) TFUE u tal-Artikolu 94 TFUE.

    1056. Ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Repubblika ta’ Ċipru jsostnu li d-Direttiva kkontestata tikser l-Artikolu 91(2) TFUE, l-Artikolu 90 TFUE moqri flimkien mal-Artikolu 3(3) TUE u l-Artikolu 94 TFUE, minħabba l-effetti dannużi li jirriżultaw minn din id-direttiva fuq il-livell tal-għajxien u l-impjieg fil-Bulgarija u f’Ċipru u, b’mod ġenerali, fl-Istati Membri tal-periferija tal-Unjoni, kif ukoll fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-operaturi tat-trasport. B’mod partikolari, l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kollokament tagħmel it-trasport terz impossibbli fil-prattika. Hemm ukoll impatt negattiv fuq l-ambjent, kif ukoll żieda fil-konġestjoni. Madankollu, ma saret l-ebda valutazzjoni tal-impatt fir-rigward tal-mudell ibridu u ma saret l-ebda konsultazzjoni dwar dan is-suġġett, la mal-KtR u lanqas mal-KESE.

    1057. Ir-Rumanija tesprimi wkoll dubji dwar il-kompatibbiltà tal-Pakkett dwar il-Mobbiltà I mal-Artikolu 94 TFUE u mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 91(2) TFUE peress li l-kompetittività tal-operaturi li jinsabu fil-periferija tal-Unjoni hija affettwata minn dawn il-miżuri. Ir-Rumanija tqis li ma jistax ikun hemm protezzjoni soċjali ġenwina jekk dawn l-operaturi jiġu esklużi mis-suq. Il-protezzjoni soċjali għandha tkun akkumpanjata minn miżuri xierqa biex tiġi appoġġjata l-libertà li jiġu pprovduti servizzi.

    1058. Ir-Repubblika tal-Polonja ssostni, fl-ewwel lok, li, meta adotta kriterju arbitrarju għall-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kollokament għall-operazzjonijiet ta’ trasport, il-leġiżlatur tal-Unjoni kiser l-Artikolu 91(2) TFUE peress li ma ħax inkunsiderazzjoni l-fatt li dan il-kriterju jista’ jaffettwa b’mod gravi l-livell ta’ għajxien u l-impjieg f’ċerti reġjuni, kif ukoll it-tħaddim tat-tagħmir ta’ trasport. Għalkemm il-leġiżlatur tal-Unjoni jgawdi setgħa ta’ evalwazzjoni wiesgħa, dan ma jimplikax li l-obbligu li jittieħdu inkunsiderazzjoni ċerti effetti huwa limitat għat-teħid ta’ konjizzjoni tagħhom. Skont l-interpretazzjoni tiegħu, il-leġiżlatur tal-Unjoni għandu d-dritt li jadotta b’mod assolut kull leġiżlazzjoni, ħaġa li tmur kontra l-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja. B’mod partikolari, ma tteħidx inkunsiderazzjoni, waqt l-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet ikkontestati, l-effett ta’ żieda fin-numru ta’ vjaġġi mingħajr tagħbija tal-vetturi li, altrimenti, kienu jipparteċipaw f’operazzjonijiet ta’ kabotaġġ u fit-traffiku terz. Il-ġustifikazzjoni ekonomika tal-użu tal-vetturi fit-traffiku terz tinsab barra minn hekk fil-fatt li l-operaturi tat-trasport jistgħu jirrispondu b’mod flessibbli, billi jieħdu inkunsiderazzjoni l-perspettiva ġeografika, l-evoluzzjoni tal-bżonnijiet fil-qasam tat-trasport, filwaqt li jnaqqsu n-numru ta’ vjaġġi mingħajr tagħbija u filwaqt li jevitaw stennija ineffiċjenti għall-ordni ta’ trasport tal-merkanzija mill-ġdid lejn l-Istat ta’ stabbiliment. It-trasport ta’ kabotaġġ għandu kwalitajiet simili fil-qasam tal-effiċjenza tal-operazzjonijiet ta’ trasport.

    1059. Ir-restrizzjonijiet dwar l-eżerċizzju tal-kabotaġġ u tat-traffiku terz, iġġenerati minn dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2020/1057 ikkontestati mir-Repubblika tal-Polonja, jistgħu jfissru l-irtirar tal-operaturi tat-trasport mis-suq, billi dawn ma jkunux f’pożizzjoni li jeżerċitaw attività profittabbli fil-kuntest ta’ mudell tas-servizzi ta’ trasport li jirrikjedi operazzjonijiet ta’ trasport inqas effiċjenti. Dawn il-konsegwenzi jinħassu b’mod partikolari mill-operaturi tat-trasport tal-Istati Membri li jinsabu fil-periferija, li l-attivitajiet tagħhom huma prinċipalment ibbażati fuq l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ u t-traffiku terz.

    1060. Il-valutazzjoni tal-impatt hija limitata għal evalwazzjoni superfiċjali dwar l-effett tad-dispożizzjonijiet ikkontestati fuq il-livell tal-impjieg f’ċerti reġjuni u tirrigwarda, fi kwalunkwe każ, l-applikazzjoni ta’ kriterju ta’ żmien għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kollokament, li huwa differenti mill-kriterju finalment adottat fid-Direttiva kkontestata u li ma jimplikax l-istess effetti fuq is-swieq tal-Istati fil-periferija. Iż-żieda fit-traffiku bit-triq għandha wkoll konsegwenzi negattivi fuq il-livell tal-għajxien fiż-żoni li jinsabu qrib ir-rotot ewlenin tat-trasport. F’dan il-kuntest, ikun utli li jiġi indikat, b’mod partikolari, ir-riskju li jippreżentaw l-emendi magħmula għas-sigurtà fit-toroq.

    1061. Fit-tieni lok, ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li, meta adotta d-dispożizzjonijiet ikkontestati, il-leġiżlatur tal-Unjoni ma ħax inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni ekonomika tal-operaturi tat-trasport, u b’hekk kiser l-Artikolu 94 TFUE. F’dan il-każ, għall-kuntrarju ta’ dak li tipprevedi din id-dispożizzjoni, il-valutazzjoni tal-impatt ma ħaditx inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni ekonomika tal-operaturi tat-trasport li joriġinaw minn Stati Membri li jinsabu fil-periferija, u li għandhom livell iktar baxx ta’ żvilupp ekonomiku, u li l-attività tagħhom fil-qasam tat-trasport bit-triq internazzjonali tiffoka b’mod ikbar fuq il-kabotaġġ u t-traffiku terz. L-ispejjeż addizzjonali għall-operaturi tat-trasport minn Stati Membri li jinsabu fil-periferija, li jirriżultaw mill-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kollokament, ipoġġu lil dawn l-operaturi f’pożizzjoni inqas vantaġġjuża minn dik ta’ impriżi kompetituri li jinsabu fiċ-ċentru ġeografiku tal-Unjoni.

    1062. L-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet ikkontestati matul perijodu ta’ tfixkil ekonomiku kbir minħabba l-pandemija tal-COVID‑19 turi wkoll li s-sitwazzjoni ekonomika tal-operaturi tat-trasport ma tteħditx inkunsiderazzjoni. L-effetti ekonomiċi tal-pandemija jinħassu b’mod partikolari fis-settur tat-trasport, li huwa partikolarment espost mhux biss għat-tnaqqis fid-domanda fil-kummerċ internazzjonali, iżda wkoll għar-restrizzjonijiet tal-qsim tal-fruntieri interni, li kienu ġew introdotti minn diversi Stati Membri. Dawn l-effetti kienu diġà preżenti waqt li kien għaddej ix-xogħol fuq id-Direttiva 2020/1057.

    1063. Il-Kunsill u l-Parlament, kif ukoll l-intervenjenti insostenn tagħhom, jitolbu li dawn il-motivi kollha jiġu miċħuda.

    2)      Analiżi

    1064. Fir-rigward tal-portata tal-Artikolu 91(2) TFUE u tal-Artikolu 94 TFUE, nagħmel riferiment għall-kunsiderazzjonijiet magħmula fil-punti 281 sa 293 iktar ’il fuq, li minnhom jirriżulta li ż-żewġ dispożizzjonijiet jipprevedu sempliċement obbligi ta’ “teħid inkunsiderazzjoni” u għalhekk ma għandhomx valur assolut.

    1065. Inqis li l-argumenti mressqa f’dawn il-motivi mir-Repubblika tal-Bulgarija u mir-Repubblika ta’ Ċipru, mir-Rumanija u mir-Repubblika tal-Polonja huma koperti mill-kunsiderazzjonijiet li għamilt fil-kuntest tal-analiżi tal-motivi bbażati fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, inklużi l-kunsiderazzjoni dwar l-allegat nuqqas ta’ valutazzjoni tal-impatt addizzjonali, kif ukoll mill-kunsiderazzjonijiet magħmula fil-kuntest tat-trattament tal-motivi bbażati fuq ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent.

    1066. Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-argumenti mressqa mir-Repubblika tal-Polonja fir-rigward tal-pandemija tal-COVID‑19, nagħmel riferiment għall-kunsiderazzjonijiet magħmula fil-punt 306 iktar ’il fuq.

    1067. F’dan il-kuntest inqis li l-motivi bbażati fuq ksur tal-Artikolu 90 TFUE (moqri flimkien mal-Artikolu 3(3) TUE), tal-Artikolu 91(2) TFUE u tal-Artikolu 94 TFUE għandhom jiġu miċħuda.

    g)      Fuq ksur talprinċipju ta’ ugwaljanza fittrattament 

    1)      Largumenti talpartijiet

    1068. Ir-Repubblika tal-Litwanja ssostni li l-Artikolu 1(3) u (7) tad-Direttiva 2020/1057 jikser il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament kif jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u mill-Artikolu 20 tal-Karta peress li dawn id-dispożizzjonijiet jistabbilixxu għall-ħaddiema regoli u garanziji soċjali differenti ddeterminati abbażi biss tan-natura tal-operazzjoni ta’ trasport internazzjonali (bilaterali jew mhux bilaterali) minkejja li x-xogħol innifsu huwa tal-istess natura. Id-distinzjoni bejn dawn l-operazzjonijiet ta’ trasport tagħti lok għal standards ta’ remunerazzjoni differenti għall-ħaddiema impjegati mill-istess impriża u li jwettqu l-istess xogħol. Għalhekk, sitwazzjonijiet ugwali jiġu ttrattati b’mod differenti mingħajr ġustifikazzjoni oġġettiva.

    1069. Skont ir-Repubblika tal-Litwanja, jekk xufier jittrasporta merkanzija minn Vilnjus lejn Pariġi, billi jgħaddi minn Varsavja u Berlin, ir-regoli dwar il-kollokament tal-ħaddiema ma japplikawx. Iżda xufier ieħor (fi triqtu lejn l-istess destinazzjoni, jiġifieri Pariġi, iżda li jwettaq operazzjonijiet ta’ trasport separati, li l-ewwel jikkunsinna merkanzija f’Varsavja, u wara jikkunsinna merkanzija f’Berlin, u li mbagħad isegwi triqtu lejn Pariġi) ikun diġà kkunsidrat bħala ħaddiem ikkollokat għall-parti tal-vjaġġ minn Varsavja lejn Berlin u għal dik minn Berlin lejn Pariġi.

    1070. Ir-Repubblika tal-Litwanja tqis li hija irrazzjonali l-pożizzjoni tal-Kunsill u tal-Parlament li l-operazzjonijiet ta’ trasport bilaterali u transfruntiera ma humiex simili u joħolqu rabta differenti bejn il-ħaddiem, minn naħa, u t-territorju tal-Istat Membru fejn jitwettaq it-trasport, min-naħa l-oħra. Ir-Repubblika tal-Litwanja tikkunsidra li, anki jekk il-kriterji li fuqhom huwa bbażat l-Artikolu 1(3) u (7) tad-Direttiva 2020/1057 huma bbażati, prima facie, fuq ġustifikazzjonijiet oġġettivi, dawn il-kriterji huma mfassla b’mod totalment artifiċjali peress li ma humiex relatati mar-realtà tal-operazzjonijiet ta’ trasport, u għalhekk ma humiex iġġustifikati. Fil-prattika, ix-xufiera jwettqu xogħol identiku iżda ser jiġu ttrattati b’mod sostanzjalment differenti. Il-kriterji ta’ distinzjoni adottati mil-leġiżlatur tal-Unjoni b’mod partikolari fl-Artikolu 1(3) u (7) tad-Direttiva 2020/1057 joħolqu kundizzjonijiet artifiċjali għax-xufiera suġġetti għal remunerazzjonijiet differenti minkejja li l-operazzjonijiet ta’ trasport li jwettqu huma min-natura tagħhom simili. Dan iwassal għal ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.

    1071. Ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Repubblika ta’ Ċipru jsostnu li l-mudell ibridu li jirriżulta mid-Direttiva 2020/1057 imur kontra l-Artikolu 18 TFUE, l-Artikoli 20 u 21 tal-Karta, l-Artikolu 4(2) TUE u, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li dan huwa rilevanti, l-Artikolu 95(1) TFUE. Dan il-mudell iwassal għal trattament differenti ta’ sitwazzjonijiet li madankollu huma simili. L-ewwel, dan il-mudell jiddistingwi bejn ix-xufiera li jwettqu operazzjonijiet ta’ trasport internazzjonali skont jekk ikunx traffiku terz jew bilaterali u joffri protezzjoni soċjali aħjar skont in-nazzjonalità tal-persuna li timpjegahom u l-post fejn jitwettqu l-operazzjonijiet jew saħansitra joħloq diskriminazzjoni bejn ix-xufiera impjegati mill-istess operatur tat-trasport. It-tieni, il-mudell ibridu jagħmel distinzjoni bejn it-traffiku terz u t-trasport bilaterali u bejn l-operaturi tat-trasport li jipprattikaw kull waħda minn dawn l-attivitajiet. L-operaturi tat-trasport li jwettqu traffiku terz isibu ruħhom f’sitwazzjoni inqas favorevoli meta mqabbla ma’ dawk li jwettqu operazzjonijiet ta’ trasport bilaterali filwaqt li dawn iż-żewġ attivitajiet huma tnejn mill-komponenti tal-attività ta’ trasport internazzjonali u huma żewġ attivitajiet estremament mobbli, b’tali mod li r-rabta mal-Istat Membru ospitanti hija, fiż-żewġ każijiet, kompletament komparabbli. It-tielet, il-mudell ibridu għandu l-effett li jolqot b’mod negattiv b’mod iktar sinjifikattiv lil ċerti Stati Membri, u għalhekk lill-operaturi tat-trasport li huma stabbiliti fihom, peress li l-operaturi tat-trasport tal-UE‑13 jipprattikaw kważi esklużivament it-traffiku terz, filwaqt li l-operaturi tat-trasport tal-UE‑15 huma prinċipalment attivi fit-trasport bilaterali. Il-valutazzjoni tal-impatt diġà kkonfermat li l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kollokament kien ser ikollha impatt ekonomiku ħafna iktar qawwi fuq Stati Membri bħalma hija l-Bulgarija. Tali konklużjoni hija msaħħa fil-każ tal-mudell ibridu peress li dan il-mudell, għall-kuntrarju ta’ dak analizzat fil-valutazzjoni tal-impatt, huwa applikat mingħajr ebda limitu ta’ żmien. Fl-aħħar nett, billi jissuġġetta lill-operaturi tat-trasport għal spejjeż ta’ pagi u amministrattivi differenti skont il-pajjiż ta’ tagħbija jew ħatt, il-mudell ibridu jmur kontra l-Artikolu 95(1) TFUE peress li jħeġġeġ lill-operaturi tat-trasport jiffatturaw tariffi differenti għall-istess merkanzija fuq l-istess relazzjonijiet ta’ traffiku minħabba l-pajjiż ta’ oriġini jew ta’ destinazzjoni tal-prodotti ttrasportati.

    1072. Ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Repubblika ta’ Ċipru jsostnu wkoll li d-Direttiva 2020/1057 tagħmel distinzjoni artifiċjali bejn l-operazzjonijiet ta’ trasport terz mingħajr rabta suffiċjenti mat-territorju tal-Istat Membru ospitanti u l-operazzjonijiet bilaterali ta’ trasport. Huma jiċħdu l-ġustifikazzjonijiet imressqa b’mod partikolari mill-Parlament fir-risposta tiegħu wara li ammetta li jista’ jkun hemm differenza fit-trattament bejn ċerti każijiet komparabbli u jsostnu li d-differenza fil-piżijiet finanzjarji imposti fuq l-operaturi tat-trasport tirriżulta direttament mid-differenza fl-Istat Membru ta’ stabbiliment, li jikkostitwixxi b’mod ċar diskriminazzjoni pprojbita. L-impatt inugwali tal-mudell ibridu jintwera wkoll mill-fatt li l-operaturi tat-trasport li jwettqu prinċipalment trasport bilaterali jistgħu jwettqu ċerti operazzjonijiet ta’ traffiku terz mingħajr ma jikkonformaw ruħhom mar-regoli dwar il-kollokament.

    1073. Ir-Rumanija tikkonkludi li kien hemm ksur tal-Artikolu 18 TFUE mill-Artikolu 1(3) sa (6) tad-Direttiva 2020/1057 billi ssostni li, fid-dawl tal-istruttura tas-suq tat-trasport, l-operaturi stabbiliti fil-periferija tal-Unjoni jkunu iktar affettwati mill-ispejjeż amministrattivi u finanzjarji li jirriżultaw mill-obbligi previsti fid-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq u għalhekk ikunu skoraġġuti milli jwettqu operazzjonijiet irregolati mill-Artikolu 1(3) sa (6) tad-Direttiva 2020/1057. Il-kompetittività tagħhom tispiċċa fix-xejn. Barra minn hekk, dawn l-effetti għandhom jiġu kkunsidrati fit-totalità tagħhom, jiġifieri billi jiġu akkumulati ma’ dawk prodotti mill-miżuri l-oħra tal-Pakkett dwar il-Mobbiltà, b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw il-kabotaġġ, ir-ritorn tal-vettura kull tmien ġimgħat, ir-ritorn tax-xufier kull erba’ ġimgħat, u l-projbizzjoni li l-perijodu ta’ mistrieħ regolari ta’ kull ġimgħa jittieħed fil-kabina. Ir-Rumanija tfakkar li hija diġà indikat fir-rikorsi tagħha kontra r-Regolamenti 2020/1054 u 2020/1055 li dawn il-miżuri joħolqu ostakoli kummerċjali u jippreġudikaw b’mod partikolari lill-operaturi tat-trasport stabbiliti fil-periferija tal-Unjoni u, indirettament, lill-ħaddiema li jaħdmu għal dawn l-operaturi tat-trasport. Ir-Rumanija ssostni li s-sitwazzjoni tal-operaturi tat-trasport li jinsabu fil-periferija tal-Unjoni ma tistax tiġi assimilata mas-“sitwazzjoni partikolari ta’ Stat Membru wieħed” fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u li, konsegwentement, il-leġiżlatur tal-Unjoni kellu effettivament jieħu inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni ta’ dawn l-operaturi tat-trasport waqt l-adozzjoni tal-Pakkett dwar il-Mobbiltà. Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għandha tqis id-differenzi f’termini ta’ ġeografija, ta’ grad ta’ żvilupp tal-ekonomiji, ta’ swieq u ta’ infrastruttura, u għandha tistinka biex tnaqqas id-diskrepanzi u ssegwi distribuzzjoni iktar omoġenja tal-benefiċċji u tal-piżijiet tas-sħubija fl-Unjoni.

    1074. Ir-Rumanija tesprimi wkoll dubji dwar il-kompatibbiltà tal-Pakkett dwar il-Mobbiltà I mal-Artikolu 94 TFUE u mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 91(2) TFUE peress li l-kompetittività tal-operaturi li jinsabu fil-periferija tal-Unjoni hija affettwata minn dawn il-miżuri. Ir-Rumanija tqis li ma jistax ikun hemm protezzjoni soċjali ġenwina jekk dawn l-operaturi jiġu esklużi mis-suq. Il-protezzjoni soċjali għandha tkun akkumpanjata minn miżuri xierqa biex tiġi appoġġjata l-libertà li jiġu pprovduti servizzi.

    1075. F’dak li jikkonċerna b’mod partikolari l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2020/1057, il-Kunsill ammetta li kien iffaċilita l-operazzjonijiet bilaterali iżda mhux dawk ta’ trasport terz, jiġifieri dawk li jitwettqu mill-impriżi tal-Ewropa tal-Lvant, peress li dawn jinsabu barra miż-żona fejn it-trasport internazzjonali bit-triq tal-Unjoni huwa kkonċentrat. L-impatt sproporzjonat iġġenerat għall-operaturi tat-trasport ta’ parti biss mill-Istati Membri jmur ferm lil hinn mis-sempliċi effett inerenti għad-differenza fit-trattament bejn ir-residenti u dawk mhux residenti.

    1076. L-Ungerija ssostni li l-Artikolu 1(6) tad-Direttiva 2020/1057 jikser il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament. L-Ungerija tqis li, fir-rigward tat-trasport ikkombinat, hemm żewġ tipi ta’ operazzjonijiet ta’ trasport: operazzjonijiet akkumpanjati (ix-xufier jakkumpanja l-vettura għat-tul kollu tat-trasport) u operazzjonijiet mhux akkumpanjati (ix-xufier jakkumpanja l-vettura biss fir-rigward tal-parti bit-triq tat-trasport).

    1077. Fir-rigward tal-operazzjonijiet akkumpanjati, l-Ungerija ssostni li, meta x-xufier ikun preżenti matul l-operazzjoni kollha u għall-perijodu kollu tat-trasport, l-operazzjoni tat-trasport ikkombinat tkun komparabbli f’kull punt ma’ operazzjoni ta’ trasport bilaterali. Il-komparabbiltà ta’ dawn is-sitwazzjonijiet għandha teħtieġ, skont il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, li l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2020/1057 tkopri l-operazzjoni kollha, jiġifieri ż-żewġ vjaġġi bit-triq. Għall-Ungerija, il-bidla fil-mezz ta’ trasport ma tiġġustifikax differenza fit-trattament u ma għandhiex taffettwa l-applikabbiltà tar-regoli dwar il-kollokament. Il-fatt li l-leġiżlatur tal-Unjoni ma kienx ippreveda li jestendi, għall-benefiċċju tal-operazzjonijiet ta’ trasport ikkombinat akkumpanjati, l-eżenzjoni prevista għall-operazzjonijiet ta’ trasport bilaterali ta’ merkanzija jikkostitwixxi ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament. L-Ungerija tqis li l-leġiżlatur tal-Unjoni kien qasam artifiċjalment l-operazzjonijiet ta’ trasport ikkombinat f’żewġ vjaġġi bit-triq (il-vjaġġ inizjali u l-vjaġġ finali) li wieħed minnhom ma jissodisfax il-kundizzjoni relatata mal-operazzjonijiet ta’ trasport bilaterali. Jekk l-operazzjoni kkombinata tibda fil-pajjiż ta’ stabbiliment, il-parti tal-vjaġġ bit-triq ma tkunx operazzjoni ta’ trasport bilaterali u, jekk dan ikun ritorn, il-vjaġġ inizjali ma jkunx operazzjoni ta’ trasport bilaterali. Barra minn hekk, il-leġiżlatur tal-Unjoni ma wettaqx valutazzjoni tal-impatt tal-Artikolu 1(6) tad-Direttiva 2020/1057.

    1078. L-Ungerija żżid li l-portata tal-Artikolu 1(6) tad-Direttiva 2020/1057 hija usa’ minn dik strettament neċessarja sabiex jintlaħaq l-għan invokat mill-Kunsill peress li dan l-artikolu jdaħħal fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-kollokament lix-xufiera li jwettqu operazzjoni bilaterali billi jakkumpanjaw il-vetturi fuq il-parti tal-vjaġġ mhux bit-triq. L-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/106 jista’ jiġi interpretat fis-sens li ż-żewġ alternattivi li jistabbilixxi ma humiex neċessarjament reċiprokament esklużivi u li l-kunċett ta’ operazzjoni kkombinata jista’ jinkludi s-sitwazzjoni li fiha x-xufier jagħmel il-parti tal-vjaġġ inizjali u finali bit-triq. Li kieku dan ma kellux ikun il-każ, l-Ungerija ssostni li kien ikun meħtieġ li l-leġiżlatur jipprevedi eċċezzjoni fid-Direttiva għal tali każijiet u l-Artikolu 1(6) tad-Direttiva 2020/1057 jkun illegali sa fejn għandu portata wisq stretta li tikser il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.

    1079. Il-Kunsill u l-Parlament, kif ukoll l-intervenjenti insostenn tagħhom, jitolbu li l-motivi bbażati fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni jiġu miċħuda minħabba n-natura infondata tagħhom.

    2)      Analiżi

    1080. L-analiżi li ġejja ser tkun iggwidata mill-prinċipji mfakkra fil-punti 75 et seq. ta’ dawn il-konklużjonijiet u mil-limiti tal-istħarriġ ġudizzjarju kif irrikonoxxuti mill-Qorti tal-Ġustizzja u mfakkra fil-punt 80 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    i)      Osservazzjonijiet preliminari

    1081. Fir-rigward tal-argumenti tar-Rumanija dwar l-Artikolu 91(2) TFUE u l-Artikolu 94 TFUE, sa fejn jirrigwardaw, tal-inqas parzjalment, il-miżuri l-oħra tal-Pakkett dwar il-Mobbiltà, dawn għandhom jiġu ddikjarati ineffettivi sa fejn ir-rikors tar-Rumanija fil-Kawża C‑542/20 huwa intiż għall-annullament tal-Artikolu 1(3) sa (6) tad-Direttiva 2020/1057. Għall-kumplament, nagħmel riferiment għall-parti tal-analiżi tad-Direttiva 2020/1057 iddedikata għall-eżami tal-Artikolu 91(2) TFUE u tal-Artikolu 94 TFUE (601).

    1082. Fir-rigward tal-ilment ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 95(1) TFUE invokat mir-Repubblika tal-Bulgarija u mir-Repubblika ta’ Ċipru, nirrileva minn issa, bi qbil mal-Kunsill, li dan ma jistax jintlaqa’ peress li dan l-artikolu jipprojbixxi d-diskriminazzjonijiet li jikkonsistu fl-applikazzjoni, minn operatur tat-trasport, għall-istess merkanzija fuq l-istess relazzjonijiet ta’ traffiku, ta’ prezzijiet u ta’ kundizzjonijiet ta’ trasport differenti minħabba l-pajjiż ta’ oriġini jew ta’ destinazzjoni tal-prodotti ttrasportati, li la r-Repubblika tal-Bulgarija u lanqas ir-Repubblika ta’ Ċipru ma stabbilixxew li kien ser ikun l-effett tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat u peress li, minkejja kollox, l-Artikolu 95(1) TFUE jibqa’ japplika bla ħsara għall-possibbiltà rrikonoxxuta lill-Parlament u lill-Kunsill mit-tieni paragrafu ta’ dan l-artikolu li jadottaw miżuri li jidderogaw minn din il-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni speċifika, abbażi tal-Artikolu 91(1) TFUE, li preċiżament jikkostitwixxi – infakkar – il-bażi legali tad-Direttiva 2020/1057.

    ii)    Fuq lallegat ksur talprinċipju ta’ ugwaljanza fittrattament bejn loperazzjonijiet ta’ trasport bilaterali u loperazzjonijiet ta’ trasport terz (irRepubblika talLitwanja, ir-Repubblika talBulgarija, irRumanija u rRepubblika ta’ Ċipru (602))

    1083. Fir-rigward tal-allegazzjoni ta’ ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament bejn operazzjonijiet ta’ trasport bilaterali u operazzjonijiet ta’ trasport terz, b’mod partikolari l-motiv imqajjem mir-Repubblika tal-Litwanja (603), mir-Repubblika tal-Bulgarija u mir-Repubblika ta’ Ċipru, għandu jitfakkar, kif għamel il-Kunsill, li r-regoli dwar il-kollokament għandhom l-għan ġenerali li jiffaċilitaw il-libertà li jiġu pprovduti servizzi billi jiddeterminaw b’mod ikkoordinat il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tirregola l-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg li għandha tapplika għal ħaddiem f’sitwazzjoni transfruntiera. L-għan speċifiku tad-Direttiva 2020/1057 huwa li tistabbilixxi regoli speċifiċi sabiex jittieħdu inkunsiderazzjoni l-karatteristiċi speċifiċi tas-settur tat-trasport. Il-kriterju magħżul mil-leġiżlatur tal-Unjoni huwa dak tat-tip ta’ operazzjonijiet.

    1084. L-argument li l-applikazzjoni ta’ regoli distinti għal sitwazzjonijiet li fihom in-natura tax-xogħol hija l-istess jikkostitwixxi ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, kif imqajjem mir-Repubblika tal-Litwanja, ma jiħux inkunsiderazzjoni r-realtà tas-sitwazzjoni ta’ kollokament li, mid-definizzjoni tagħha stess, twassal għat-twettiq tal-istess xogħol iżda fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor. Huwa evidenti li, fih innifsu u bħala prinċipju, dak li jagħmel ix-xufier matul trasport bilaterali ma huwiex verament differenti minn dak li jagħmel fil-kuntest ta’ trasport terz. B’hekk, kif sostna l-Kunsill, il-kriterju utli sabiex tiġi deċiża l-komparabbiltà tas-sitwazzjonijiet ma jistax għalhekk naturalment ikun dak tan-natura tax-xogħol biss, inkella jitħassru, permezz ta’ ġeneralizzazzjoni eċċessiva, id-differenzi intrinsiċi oġġettivi bejn it-tipi differenti ta’ operazzjonijiet ta’ trasport.

    1085. Għalhekk, id-differenza fit-trattament bejn operazzjonijiet ta’ trasport bilaterali u operazzjonijiet ta’ trasport terz hija bbażata fuq il-fatt li, f’dan l-aħħar każ, il-ħaddiem iwettaq operazzjonijiet minn Stat Membru lejn ieħor u li l-ebda wieħed minn dawn l-Istati ma jkun l-Istat Membru ta’ stabbiliment. Fir-rigward tal-kriterju tar-rabta bejn l-Istat Membru ta’ stabbiliment u s-servizzi (604), dawn iż-żewġ sitwazzjonijiet ma jidhrux għalhekk li huma komparabbli. Din id-differenza diġà ġiet ikkonfermata mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest tad-Direttiva 96/71 (605). Il-premessa li fuqha bbażaw ruħhom ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Repubblika ta’ Ċipru hija għalhekk fundamentalment żbaljata peress li l-kriterju magħżul mil-leġiżlatur tal-Unjoni, fl-eżerċizzju tal-marġni ta’ evalwazzjoni wiesa’ tiegħu, jirriżulta minn tqabbil bejn ir-rabta li torbot it-tip ta’ servizzi pprovduti mal-Istat Membru ospitanti u r-rabta li torbothom mal-Istat Membru ta’ stabbiliment, u li l-operazzjonijiet ta’ trasport bilaterali u l-operazzjonijiet ta’ trasport terzi ma humiex komparabbli fid-dawl tal-għan imfittex mill-imsemmi leġiżlatur u mfakkar fil-punti 952 et seq. ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    1086. Naturalment, minn dan jirriżulta li, għall-kuntrarju ta’ dak li jallegaw ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Repubblika ta’ Ċipru, ix-xufiera stess ma jitqegħdux f’sitwazzjoni komparabbli skont jekk ikunux marbuta ma’ operazzjoni ta’ trasport bilaterali jew ta’ trasport terz. Ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Repubblika ta’ Ċipru lanqas ma jistgħu jippretendu li s-sitwazzjoni tal-operaturi tat-trasport li jwettqu t-trasport terz hija inqas favorevoli minn dik tal-operaturi tat-trasport li jwettqu t-trasport bilaterali, minkejja li dawn huma żewġ kategoriji differenti tat-trasport internazzjonali, peress li l-komparabbiltà tas-sitwazzjonijiet, kif għadni kif fakkart u fid-dawl tal-għan imfittex mid-Direttiva 2020/1057, għandha tiġi kkunsidrata mill-perspettiva tat-tip ta’ operazzjonijiet skont ir-rabta li tirriżulta minn dawn l-operazzjonijiet mal-Istat Membru ta’ stabbiliment.

    1087. Bi tweġiba għall-argumenti bbażati fuq ksur tal-ugwaljanza fit-trattament tal-Istati Membri, għandu jiġi kkunsidrat li dawn tal-aħħar jidhru li huma ttrattati b’mod pjuttost ugwali.

    1088. F’dan ir-rigward, bħalma għamel il-Parlament, nirrileva qabelxejn li d-Direttiva kkontestata ma tagħmel l-ebda distinzjoni formali bejn l-Istati Membri jew l-operaturi abbażi tan-nazzjonalità tagħhom.

    1089. Ir-Rumanija ssostni madankollu li, peress li ċ-ċentru ta’ dan is-suq jinsab fl-Unjoni tal-Punent, is-sehem tal-operazzjonijiet ta’ trasport terz fl-attività tal-impriżi tal-periferija tal-Unjoni neċessarjament ikun ħafna ikbar. Issa, dawn l-operazzjonijiet ser ikunu iktar għaljin għal dawn l-operaturi minħabba s-sistema li tirriżulta mid-Direttiva 2020/1057 f’termini ta’ kollokament tal-ħaddiema. Ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Repubblika ta’ Ċipru jsostnu argumenti simili.

    1090. L-ewwel, fid-dawl ta’ dak li wera l-Kunsill (606), jidhirli li huwa dejjem diffiċli li jiġi kkwalifikat b’mod preċiż x’inhu ċ-ċentru tal-Unjoni u x’inhu l-periferija tagħha (607). Issa, sabiex tiġi stabbilita l-komparabbiltà tas-sitwazzjonijiet, irid jiġi stabbilit kriterju preċiż.

    1091. It-tieni, fil-mument tal-adozzjoni tad-Direttiva 2020/1057, l-għan tal-leġiżlatur, kif fakkru l-Kunsill u l-Parlament, kien li jikkoordina l-leġiżlazzjonijiet li jistgħu jostakolaw il-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Il-ħidma leġiżlattiva kienet iggwidata minn tħassib kostanti li jintlaħaq bilanċ bejn it-titjib tal-kundizzjonijiet soċjali u tax-xogħol tax-xufiera u l-iffaċilitar tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi abbażi ta’ kompetizzjoni leali. B’hekk, id-Direttiva hija intiża għall-kisba tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi fil-kuntest ta’ kompetizzjoni li ma tiġix eżerċitata għad-detriment ta’ differenzi eċċessivi f’termini ta’ kundizzjonijiet tal-impjieg u tax-xogħol. L-għan imfittex huwa dak ta’ suq intern verament integrat u kompetittiv li huwa wkoll intiż bħala strument ta’ konverġenza soċjali ġenwina. Jidhirli li huwa importanti li nfakkar, kif għamel il-Parlament, li l-eliminazzjoni tal-kompetizzjoni permezz tal-ispejjeż ma hijiex l-għan tad-Direttiva 2020/1057. Id-Direttiva 2020/1057 lanqas ma toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni (608). Barra minn hekk, it-tfittxija tal-bilanċ, imsemmi iktar ’il fuq, teħtieġ li tittieħed inkunsiderazzjoni is-sitwazzjoni tal-Istati Membri kollha tal-Unjoni u mhux is-sitwazzjoni partikolari ta’ Stat Membru wieħed (609).

    1092. Għandu jitfakkar ukoll, kif diġà irrilevajt f’diversi partijiet ta’ dawn il-konklużjonijiet, il-fatt li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà rrikonoxxiet li l-leġiżlatur tal-Unjoni għandu d-dritt li jadatta att leġiżlattiv sabiex jibbilanċja mill-ġdid l-interessi involuti bl-għan li tiżdied il-protezzjoni soċjali tax-xufiera permezz ta’ tibdil fil-kundizzjonijiet li fihom tiġi eżerċitata l-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Barra minn hekk, miżura ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni inevitabbilment ikollha effetti diverġenti fl-Istati Membri differenti (610). Il-leġiżlatur ma jistax ikun obbligat jikkumpensa d-differenzi fl-ispejjeż bejn l-operaturi ekonomiċi, li jirriżultaw mill-għażliet tagħhom tal-mudell ekonomiku u mill-kundizzjonijiet differenti li fihom jitqiegħdu (611) minħabba din l-għażla. L-għażla li tistabbilixxi ruħha jew li tibqa’ stabbilita ’l bogħod mill-allegata qalba tas-suq sabiex tibbenefika minn spejjeż, inklużi dawk soċjali, iktar baxxi filwaqt li tibgħat lix-xufiera, xi drabi għal żmien twil, fl-Istati Membri fejn l-ispejjeż huma għoljin hija għażla kummerċjali li ma tistax titqies li hija ffavorita mil-leġiżlatur tal-Unjoni, bħalma lanqas ma hija ffavorita, barra minn hekk, kwalunkwe għażla kummerċjali oħra.

    1093. B’mod partikolari, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà rrikonoxxiet f’dan ir-rigward li, fid-dawl tal-iżviluppi importanti li affettwaw is-suq intern, fosthom prinċipalment it-tkabbir suċċessiv tal-Unjoni, il-leġiżlatur tal-Unjoni kellu d-dritt li jadatta att leġiżlattiv sabiex jibbilanċja mill-ġdid l-interessi involuti bl-għan li tiżdied il-protezzjoni soċjali tax-xufiera permezz ta’ tibdil fil-kundizzjonijiet li fihom tiġi eżerċitata l-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Fil-fatt, meta att leġiżlattiv ikun diġà kkoordina l-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri f’qasam partikolari ta’ azzjoni tal-Unjoni, il-leġiżlatur tal-Unjoni ma jistax jiġi mċaħħad mill-possibbiltà li jadatta dan l-att għal kwalunkwe bidla fiċ-ċirkustanzi fid-dawl tal-kompitu tiegħu li jiżgura l-protezzjoni tal-interessi ġenerali rrikonoxxuti mit-Trattat FUE u li jieħu inkunsiderazzjoni l-għanijiet trażversali tal-Unjoni minquxa fl-Artikolu 9 TFUE, fosthom ir-rekwiżiti marbuta mal-promozzjoni ta’ livell għoli ta’ impjieg kif ukoll il-garanzija ta’ protezzjoni soċjali xierqa (612).

    1094. Il-konsegwenzi soċjali tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2020/1057 ma humiex issostanzjati mir-Rumanija iżda għandhom, fi kwalunkwe każ, jiġu bbilanċjati mal-avvanzi soċjali li d-Direttiva 2020/1057 tikseb għax-xufiera. Barra minn hekk, jidher evidentement inevitabbli li r-regoli stabbiliti mid-Direttiva 2020/1057 jaffettwaw iktar spiss lill-impriżi li jikkollokaw lill-ħaddiema l-iktar spiss. Dawn l-effetti inugwali jidhru inevitabbli mingħajr madankollu ma tista’ tiġi kkontestata l-applikazzjoni ugwali tal-imsemmija regoli (613).

    1095. Fl-aħħar nett, bħalma għamel il-Parlament, nikkonstata li l-eżempju użat mir-Repubblika tal-Litwanja sabiex turi differenza fit-trattament li tirriżulta mill-applikazzjoni tar-regoli tad-Direttiva 2020/1057 għal operazzjonijiet tal-istess natura (614) ma jistax ikun konvinċenti. Kif nifhimha, l-ewwel komponent tal-ipoteżi jista’ jkun sitwazzjoni ta’ tranżitu, irregolata mill-Artikolu 1(5) tad-Direttiva 2020/1057, li ma huwiex kopert mir-rikors tar-Repubblika tal-Litwanja. Barra minn hekk, għar-raġunijiet esposti mill-Kunsill, li għalihom nagħmel riferiment (615), id-differenzi fir-remunerazzjoni invokati mir-Repubblika tal-Litwanja ma jikkostitwixxux prova ta’ eżistenza ta’ diskriminazzjoni.

    iii) Fuq lallegat ksur talprinċipju ta’ ugwaljanza fittrattament bejn loperazzjonijiet ta’ trasport ikkombinat u loperazzjonijiet bilaterali (lUngerija)

    1096. Fir-rigward tat-trasport ikkombinat, mill-Artikolu 1(6) tad-Direttiva 2020/1057 jirriżulta li, minkejja l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 96/71, xufier ma jitqiesx li huwa kkollokat għall-finijiet ta’ din tal-aħħar meta jwettaq “il-parti tal-vjaġġ inizjali jew finali bit-triq” ta’ operazzjoni ta’ trasport ikkombinat, fis-sens tad-Direttiva 92/106, jekk il-vjaġġ bit-triq, meħud waħdu, ikun kompost minn operazzjonijiet ta’ trasport bilaterali, fis-sens tal-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2020/1057.

    1097. L-Ungerija ssostni, essenzjalment, li l-Artikolu 1(6) tad-Direttiva 2020/1057 jikser il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament peress li ċerti operazzjonijiet ta’ trasport ikkombinat ikunu komparabbli ma’ operazzjonijiet ta’ trasport bilaterali iżda madankollu huma suġġetti għal qafas ġuridiku differenti fir-rigward tal-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kollokament, u għalhekk huma ttrattati b’mod differenti mingħajr ġustifikazzjoni oġġettiva.

    1098. Fir-rigward tal-ilmenti mqajma mill-Ungerija bbażati, minn naħa, fuq in-nuqqas ta’ valutazzjoni tal-impatt u, min-naħa l-oħra, fuq il-portata usa’ tal-Artikolu 1(6) tad-Direttiva 2020/1057 minn dik meħtieġa mill-għan imfittex, dawn manifestament ma jirrigwardawx l-osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u għalhekk ma humiex ser jiġu eżaminati hawnhekk.

    1099. L-Ungerija tikkonċentra l-argumenti tagħha, essenzjalment, fuq il-fatt li l-operazzjoni ta’ trasport ikkombinat akkumpanjat hija simili għal operazzjoni ta’ trasport bilaterali, b’tali mod li l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2020/1057 għandha, fil-fatt, tapplika għall-operazzjoni kollha, jiġifieri għaż-żewġ vjaġġi bit-triq. L-Ungerija għalhekk titlaq mill-premessa li s-sitwazzjoni tax-xufier, f’dawn iż-żewġ każijiet, hija komparabbli, premessa din li issa għandha tiġi vverifikata.

    1100. Mill-analiżi tiegħi tal-proporzjonalità tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2020/1057 ikkontestati jirriżulta li l-kriterju bbażat fuq it-tip ta’ operazzjonijiet għall-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kollokament għax-xufiera fit-trasport internazzjonali huwa xieraq u li kull wieħed mit-tipi differenti tal-operazzjonijiet tat-trasport jippreżenta rabta differenti mat-territorju jew tal-Istat Membru ta’ stabbiliment jew ma’ dak tal-Istat ospitanti. Fl-opinjoni tiegħi, dan ma huwiex differenti fil-każ tat-trasport ikkombinat. Jidhirli li huwa importanti wkoll li jitfakkar li t-trasport irregolat mid-Direttiva 2020/1057 jinvolvi qsim ta’ fruntieri.

    1101. Nieħdu l-ipoteżi ta’ trasport ikkombinat li jitlaq mill-Istat A. L-ewwel sezzjoni hija bit-triq, sa stazzjon ta’ dan l-Istat A. It-trakk jitgħabba, ix-xufier jakkumpanjah. Huwa jinħatt fl-Istat B, fejn ix-xufier jerġa’ jibda triqtu lejn id-destinazzjoni fl-Istat B. L-ewwel sezzjoni bit-triq ma hijiex operazzjoni bilaterali, u lanqas ma hija s-sezzjoni finali. Meta wieħed iħares biss lejn il-punti tat-tluq u tal-wasla tal-operazzjoni (il-moviment tal-merkanzija mill-Istat A għall-Istat B), l-operazzjoni kollha kemm hi tidher komparabbli ma’ operazzjoni bilaterali. Madankollu, peress li l-provvista ta’ servizzi bħala prinċipju hija transfruntiera, mill-perspettiva tas-servizz, is-sitwazzjoni ma tidhirx li tibqa’ komparabbli.

    1102. Fil-fatt, fil-każ ta’ operazzjoni bilaterali monomodali, ix-xufier għandu jipprovdi s-servizz kollu, inkluża d-dimensjoni ta’ trasport internazzjonali tiegħu. Jekk nerġgħu lura għall-ipoteżi ta’ xogħol li għadni kif semmejt, il-ħin imqatta’ mix-xufier ma huwiex neċessarjament ħin li għandu jiġi kkreditat lill-operatur tat-trasport: it-trakk u x-xufier huma “passivi”, is-servizz tat-trasport huwa (ġeneralment) ipprovdut minn parti oħra fil-katina modali (operatur tat-trasport bil-ferrovija, marittimu, eċċ.). Barra minn hekk, iż-żmien innifsu ma huwiex il-kriterju adottat mil-leġiżlatur fid-Direttiva 2020/1057. Għaldaqstant, is-sitwazzjoni ta’ xufier li jwettaq operazzjoni ta’ trasport ikkombinat fl-intier tagħha ma tidhirx li hija komparabbli ma’ dik ta’ xufier li jwettaq operazzjoni ta’ trasport bilaterali. Għalhekk ma nistax naqbel mal-affermazzjoni tal-Ungerija li tgħid li l-operazzjonijiet ta’ trasport ikkombinat akkumpanjati huma “ħaġa waħda”. Għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni l-Ungerija, it-trattament differenti ma jirriżultax mill-bidla fil-mezz ta’ trasport, iżda mid-differenzi oġġettivi bejn it-tipi ta’ trasport f’dak li jirrigwarda l-modalitajiet tal-provvista tas-servizzi nnifishom. Għalhekk jien inklinat nikkunsidra, bi qbil mal-Parlament, li l-għażla tal-leġiżlatur hija spjegata min-neċessità li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-karatteristiċi partikolari ta’ operazzjoni ta’ trasport ta’ dan it-tip kif ukoll in-natura speċifika tal-problema li ġiet indirizzata meta ġiet adottata d-Direttiva 2020/1057.

    1103. Fid-dawl tan-natura profondament polimorfika tal-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat, ma tantx jidher li jista’ jiġi evitat li l-applikazzjoni tal-Artikolu 1(6) tad-Direttiva 2020/1057 tista’ ssir biss essenzjalment fuq bażi ta’ każ b’każ skont il-kriterji stabbiliti fih. Barra minn hekk, mill-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 80 ta’ dawn il-konklużjonijiet jirriżulta li, inkluż fir-rigward tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, il-qorti tal-Unjoni ma tistax tissostitwixxi l-evalwazzjoni tal-leġiżlatur bl-evalwazzjoni tagħha.

    1104. Fl-aħħar nett, inżid li, bħalma għamel il-Parlament, nikkonstata li l-Ungerija ma tikkontestax li huwa leġittimu li l-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat jinqasmu fi vjaġġi inizjali jew finali bit-triq meta l-operazzjoni tat-trasport ikkombinat ma tkunx akkumpanjata. Din id-distinzjoni bejn vjaġġi bit-triq inizjali jew finali ma nħolqitx ex nihilo mil-leġiżlatur tal-Unjoni fl-okkażjoni tal-adozzjoni tad-Direttiva 2020/1057, iżda tirriproduċi t-termini tad-definizzjoni (li l-Ungerija ma tistax tfittex li tikkontesta fil-parti tar-rikors tagħha kontra d-Direttiva 2020/1057) ipprovduta mid-Direttiva 92/106 fl-Artikolu 1 tagħha, li għalih jagħmel riferiment espliċitu l-Artikolu 1(6).

    1105. Għaldaqstant, il-motiv tar-Repubblika tal-Ungerija ma jistax jintlaqa’.

    iv)    Konklużjoni

    1106. Hemm lok li jiġu miċħuda l-motivi kollha bbażati fuq ksur ta’ ugwaljanza fit-trattament u tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni mill-Artikolu 1(1), (3), (4), (5), (6) u (7) tad-Direttiva 2020/1057.

    h)      Fuq ksur talmoviment liberu talmerkanzija u tallibertà li jiġu pprovduti servizzi 

    1)      Largumenti talpartijiet

    1107. L-ewwel, f’dak li jirrigwarda l-moviment liberu tal-merkanzija, ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Repubblika ta’ Ċipru f’argument identiku jsostnu li l-applikazzjoni tal-mudell ibridu għandha konsegwenzi ekonomiċi serji li jaffettwaw il-moviment liberu tal-merkanzija. Tali mudell jikkostitwixxi miżura b’effetti ekwivalenti għal restrizzjonijiet kwantitattivi pprojbiti mill-Artikoli 34 u 35 TFUE u li ma jistgħux jiġu ġġustifikati abbażi tal-Artikolu 36 TFUE. Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali għall-operazzjonijiet kollha ta’ trasport internazzjonali li jinvolvu tagħbija u/jew ħatt imwettqa fit-territorju nazzjonali, mingħajr kunsiderazzjoni tar-rabta suffiċjenti mal-Istat Membru kkonċernat, tikkostitwixxi restrizzjoni sproporzjonata għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi kif ukoll għall-moviment liberu tal-merkanzija u ma hijiex iġġustifikata peress li toħloq restrizzjonijiet amministrattivi sproporzjonati li jipprekludu l-funzjonament tajjeb tas-suq intern (616).

    1108. It-tieni, fir-rigward tal-moviment liberu tas-servizzi u tal-politika komuni tat-trasport, ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Repubblika ta’ Ċipru jsostnu li l-mudell ibridu jirrestrinġi l-libertà li jiġu pprovduti servizzi tat-trasport, bi ksur tal-Artikolu 58(1) TFUE moqri flimkien mal-Artikolu 91 TFUE. Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi għandha tinkiseb permezz tal-implimentazzjoni tal-politika komuni tat-trasport. Il-mudell ibridu jerġa’ jintroduċi forma ta’ diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità tal-fornitur tas-servizzi jew tal-post tal-istabbiliment tiegħu u jikkostitwixxi rigressjoni fl-istabbiliment ta’ politika komuni tat-trasport li tiggarantixxi l-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Peress li mill-ġurisprudenza jirriżulta wkoll li l-leġiżlatur tal-Unjoni ma għandux, f’dan il-qasam, is-setgħa ta’ evalwazzjoni li jista’ jinvoka f’oqsma oħra tal-politika komuni tat-trasport, il-Parlament u l-Kunsill naqsu milli jwettqu l-obbligu tagħhom li jiżguraw l-applikazzjoni tal-prinċipji tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi permezz tal-politika komuni tat-trasport.

    1109. Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis li dan huwa rilevanti, ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Repubblika ta’ Ċipru jsostnu li, għal dawn l-istess raġunijiet, kien hemm ukoll ksur tal-Artikolu 56 TFUE. Huma jfakkru, fl-aħħar nett, li huma jiċħdu l-idea li d-Direttiva 2020/1057 tintroduċi derogi għall-qafas ġuridiku iktar strett tad-Direttiva 96/71.

    1110. Il-Kunsill u l-Parlament, kif ukoll l-intervenjenti insostenn tagħhom, jitolbu li dawn il-motivi jiġu miċħuda.

    2)      Analiżi

    1111. Fir-rigward tal-ewwel parti ta’ dan il-motiv, ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Repubblika ta’ Ċipru jsostnu li l-“mudell ibridu” huwa miżura li għandha effett ekwivalenti għar-restrizzjonijiet kwantitattivi pprojbiti skont l-Artikoli 34 u 35 TFUE li ma jistgħux jiġu ġġustifikati abbażi tal-Artikolu 36 TFUE.

    1112. Fil-fehma tiegħi, dawn ir-rikorrenti ma wrewx b’mod suffiċjenti li dan ser ikun l-effett tal-implimentazzjoni tal-mudell ibridu fil-livell tal-Unjoni kollha kemm hi u kkuntentaw ruħhom b’affermazzjonijiet ġenerali u mhux issostanzjati. Li jintwera dan huwa iktar u iktar diffiċli peress li l-allegati effetti restrittivi fuq il-moviment liberu tal-merkanzija tal-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kollokament għall-operazzjonijiet tat-trasport internazzjonali bit-triq fil-kundizzjonijiet previsti fid-Direttiva 2020/1057 jidhru b’mod ċar li huma wisq aleatorji u wisq indiretti sabiex il-“mudell ibridu” jkun jista’ jitqies li huwa ta’ natura li jostakola l-kummerċ bejn l-Istati Membri u, għaldaqstant, li jikkostitwixxi restrizzjoni fis-sens tal-Artikoli 34 u 35 TFUE (617).

    1113. Il-kwotazzjoni mill-istqarrija għall-istampa tal-Kummissjoni tas‑27 ta’ April 2017 (618) ma ppermettietx lir-rikorrenti jikkonsolidaw il-pożizzjoni tagħhom. Fil-fatt, minn naħa, il-Kummissjoni ma kinitx esprimiet ruħha dwar id-Direttiva 2020/1057 iżda dwar il-każ tal-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali għal operazzjonijiet ta’ trasport internazzjonali f’kundizzjonijiet deċiżi unilateralment mill-Istat Membru kkonċernat. Min-naħa l-oħra, għalkemm il-Kummissjoni ddispjaċiha li l-element li jiskatta l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali kien biss il-fatt li l-operazzjoni ta’ trasport internazzjonali kkonċernata kienet tinvolvi ħatt jew tagħbija fit-territorju nazzjonali, għandu jiġi kkonstatat li dan ma huwiex preċiżament il-kriterju adottat mil-leġiżlatur tal-Unjoni fid-Direttiva 2020/1057 sabiex jiġi ddeterminat jekk hemmx sitwazzjoni ta’ kollokament jew le. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddikjarat f’din l-istess stqarrija li hija kienet tqis li ma huwiex iġġustifikat li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tapplika għal operazzjonijiet ta’ trasport internazzjonali li ma għandhomx rabta suffiċjenti mal-Istat Membru kkonċernat.

    1114. Għaldaqstant, l-ewwel parti ta’ dan il-motiv għandha tiġi miċħuda bħala infondata.

    1115. Fir-rigward tat-tieni parti ta’ dan il-motiv, diġà fakkart in-natura speċifika u l-post partikolari tas-settur tat-trasport fit-Trattati (619), settur li huwa suġġett għal qafas ġuridiku speċjali fil-kuntest tas-suq intern. Infakkar b’mod partikolari li l-istatus speċjali tat-trasport fl-organizzazzjoni normattiva tas-suq intern huwa mmarkat mit-tagħqid ta’ dritt ta’ stabbiliment fi kwalunkwe Stat Membru bbażat fuq it-Trattat u ta’ dritt tal-operaturi tat-trasport għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi li huwa ggarantit biss sa fejn dan id-dritt ingħata permezz ta’ dispożizzjonijiet ta’ dritt sekondarju adottati mil-leġiżlatur tal-Unjoni fil-kuntest tal-politika komuni tat-trasport.

    1116. F’dak li jirrigwarda l-allegat ksur tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, nirrileva qabelxejn li la r-Repubblika tal-Bulgarija u lanqas ir-Repubblika ta’ Ċipru ma ssostanzjaw b’xi mod jew ieħor l-affermazzjoni tagħhom li l-“mudell ibridu” jirrestrinġi l-libertà li jiġu pprovduti servizzi ta’ trasport.

    1117. Jekk, madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li tipproċedi bl-eżami ta’ din il-parti ta’ dan il-motiv, infakkar li l-Artikolu 58(1) TFUE u l-Artikolu 91 TFUE jipprevedu li l-moviment liberu tas-servizzi fil-qasam tat-trasport għandu jiġi implimentat mil-leġiżlatur tal-Unjoni.

    1118. Kif diġà ddikjarajt, il-leġiżlatur tal-Unjoni għandu kull dritt, billi jadatta att leġiżlattiv sabiex iżid il-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema kkonċernati, li jemenda l-kundizzjonijiet li fihom tiġi eżerċitata l-libertà li jiġu pprovduti servizzi fil-qasam tat-trasport bit-triq, peress li l-grad ta’ liberalizzazzjoni, skont l-Artikolu 58(1) TFUE, huwa ddeterminat mhux direttament mill-Artikolu 56 TFUE iżda mil-leġiżlatur tal-Unjoni stess fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-politika komuni tat-trasport.

    1119. F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-tieni parti ta’ dan il-motiv għandha, fi kwalunkwe każ, tiġi miċħuda bħala infondata.

    i)      Fuq ksur talArtikolu 11 TFUE u talArtikolu 37 talKarta 

    1)      Largumenti talpartijiet

    1120. Skont ir-Repubblika tal-Polonja, l-Artikolu 11 TFUE u l-Artikolu 37 tal-Karta nkisru mid-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 1(3), (4), (6) u (7) tad-Direttiva 2020/1057 peress li r-rekwiżiti li jirriżultaw mill-protezzjoni tal-ambjent ma ttieħdux inkunsiderazzjoni b’mod suffiċjenti.

    1121. Minn dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet jirriżulta li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni huma obbligati jastjenu milli jieħdu miżuri li jistgħu jikkompromettu t-twettiq tal-għanijiet ta’ protezzjoni tal-ambjent, u dan lil hinn mis-sempliċi miżuri marbuta mal-Artikoli 191 u 192 TFUE. Il-prinċipju ta’ integrazzjoni tar-rekwiżiti tal-ambjent fil-politiki l-oħra tal-Unjoni li jirriżulta minn dawn id-dispożizzjonijiet jippermetti li l-għanijiet u r-rekwiżiti ta’ protezzjoni tal-ambjent jiġu kkonċiljati mal-interessi u l-għanijiet l-oħra mfittxija mill-Unjoni kif ukoll mal-mira ta’ żvilupp sostenibbli. Tali prinċipju jikkostitwixxi, fih innifsu, motiv għal annullament ta’ att tal-Unjoni meta l-interessi ambjentali ma jkunux manifestament ittieħdu inkunsiderazzjoni jew ikunu ġew kompletament injorati, kif jirriżulta mill-interpretazzjoni tal-Artikolu 6 KE mogħtija mill-Avukat Ġenerali Geelhoed (620).

    1122. Fid-dawl tan-natura orizzontali wiesgħa tal-Artikolu 11 TFUE, meta jiġi eżaminat jekk miżura partikolari tikkontribwixxix suffiċjentement għall-protezzjoni tal-ambjent, din ma għandhiex tiġi kkunsidrata b’mod iżolat meta mqabbla mal-miżuri l-oħra tal-Unjoni adottati għal dan l-għan u marbuta mal-attività kkonċernata, iżda huma l-miżuri kollha adottati mill-Unjoni f’dan il-qasam li jipprovdu l-kuntest xieraq għal tali evalwazzjoni. L-istħarriġ ġudizzjarju dwar l-evalwazzjoni tal-konformità tal-azzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni ma’ dan il-prinċipju ta’ integrazzjoni għandu jkun analogu għal dak imwettaq mill-Qorti Ġenerali meta kellha tevalwa jekk l-azzjoni tal-Kummissjoni kinitx tosserva l-prinċipju ta’ solidarjetà enerġetika (621). F’dawn iċ-ċirkustanzi, kien l-imsemmi leġiżlatur li kellu jieħu inkunsiderazzjoni r-rekwiżiti ambjentali qabel ma adotta l-miżuri kkontestati, li kellu jinvolvi b’mod partikolari li ssir valutazzjoni tal-impatt tar-regoli ppjanati fuq l-ambjent u li jiġi żgurat li dawn tal-aħħar ma jkunux ta’ ħsara għall-kisba tal-għanijiet stabbiliti fl-atti l-oħra tad-dritt sekondarju adottati fil-qasam tal-ambjent.

    1123. Il-Parlament u l-Kunsill kienu obbligati jibbilanċjaw l-interessi kunfliġġenti u jagħmlu, jekk ikun il-każ, l-emendi xierqa. Interpretazzjoni tal-Artikolu 11 TFUE fis-sens li dan jikkonċerna biss oqsma tad-dritt u mhux miżuri partikolari jkollha l-effett li tirrelativizza kunsiderevolment l-importanza tiegħu. Ir-rekwiżiti ta’ protezzjoni tal-ambjent għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni anki meta jiġu ddeterminati d-diversi miżuri li jagħmlu parti mill-qasam ikkonċernat tad-dritt tal-Unjoni. L-argument li l-atti l-oħra tad-dritt sekondarju fil-qasam tal-ġlieda kontra t-tniġġis tal-arja ma jistgħux jitqiesu għandu jiġi miċħud, għaliex inkella tiddaħħal inkwistjoni, għal darba oħra, l-effettività tal-Artikolu 11 TFUE, u l-istituzzjonijiet imbagħad ikunu jistgħu jadottaw att li jimpedixxi jew jipprekludi l-kisba tal-għanijiet stabbiliti fl-atti adottati fil-qasam tal-ambjent filwaqt li l-kriżi klimatika hija l-isfida prinċipali tal-politika ambjentali tal-Unjoni u filwaqt li l-istituzzjonijiet konsegwentement għandhom jistinkaw biex jintlaħqu l-għanijiet klimatiċi adottati mill-Unjoni. Huwa magħruf sew li t-tniġġis tal-arja mill-emissjonijiet tat-trasport joħloq diversi problemi tas-saħħa li għalihom jikkontribwixxi prinċipalment it-trasport bit-triq. Billi tapplika r-regoli dwar il-kollokament għax-xufiera li jwettqu operazzjonijiet ta’ kabotaġġ u bejn pajjiżi terzi, l-applikazzjoni tad-Direttiva 2020/1057 toħloq, skont ir-Repubblika tal-Polonja, vjaġġi addizzjonali, b’mod partikolari mingħajr tagħbija, u, għaldaqstant, żieda fl-emissjonijiet ta’ CO2 u ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja, filwaqt li l-istituzzjonijiet huma għall-kuntrarju obbligati li jastjenu minn azzjonijiet li jdaħħlu inkwistjoni l-effettività tar-regoli diġà adottati sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu u ta’ CO2 u l-kisba tal-għanijiet ambjentali tal-Unjoni li jirriżultaw b’mod partikolari mill-Patt Ekoloġiku Ewropew, tal-mira ta’ Unjoni newtrali għall-klima sal‑2050 permezz ta’ tnaqqis ta’ 90 % tal-emissjonijiet globali tat-trasport meta mqabbla mal-livelli tal‑1990 sal‑2050 u tal-għanijiet assenjati lill-Istati Membri mil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.

    1124. Barra minn hekk, l-effetti tad-Direttiva 2020/1057 fuq l-ambjent għandhom jiġu evalwati wkoll fid-dawl tal-fatt li dawn jiżdiedu ma’ dawk attribwibbli għall-atti l-oħra li jikkostitwixxu l-Pakkett dwar il-Mobbiltà, jiġifieri r-Regolamenti 2020/1054 u 2020/1055. Issa, l-effetti negattivi fuq l-ambjent tal-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi huma attestati minn diversi analiżijiet.

    1125. Il-kunflitt potenzjali bejn il-miżuri kkontestati u l-objettivi klimatiċi tal-Unjoni kien qanqal il-biżgħat espressi mill-Kummissarja Vălean li l-Pakkett dwar il-Mobbiltà, b’mod partikolari r-ritorn obbligatorju tal-vettura kull tmien ġimgħat u r-restrizzjonijiet applikabbli għall-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat, ma kienx konformi mal-ambizzjonijiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew jew mal-għan stabbilit mill-Kunsill Ewropew ta’ Unjoni newtrali għall-klima sal‑2050 (622). Ir-Repubblika tal-Polonja tenfasizza wkoll li l-Kummissjoni għolliet il-livell tal-ambizzjoni klimatika tal-Unjoni fl‑2020 (623) u li l-emissjonijiet ta’ CO2 mill-vjaġġi addizzjonali imposti mill-miżuri kkontestati x’aktarx li ser ikomplu jfixklu l-kisba ta’ dan l-għan identifikat.

    1126. L-effetti negattivi fuq l-ambjent ikkawżati mill-miżuri kkontestati jqajmu dubji dwar il-kisba mill-Istati Membri tal-miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra stabbiliti mir-Regolament 2018/842 (624), tal-miri dwar l-emissjonijiet ta’ ċerti sustanzi li jniġġsu l-arja stabbiliti mid-Direttiva (UE) 2016/2284 (625) u tal-miri għall-kwalità tal-arja stabbiliti mid-Direttiva 2008/50 (626). L-emissjonijiet addizzjonali ta’ ossidu tan-nitroġenu u tat-trab iġġenerati minħabba l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ikkontestati jistgħu jdaħħlu inkwistjoni l-effettività tal-azzjoni ddefinita mill-Istati Membri fil-pjanijiet ta’ protezzjoni tal-arja, b’mod partikolari tal-pjanijiet adottati għaż-żoni u għall-agglomerazzjonijiet li jinsabu qrib ir-rotot ta’ komunikazzjoni użati mit-trasport internazzjonali.

    1127. Minkejja dawn l-effetti negattivi kollha, l-istituzzjonijiet rikorrenti naqsu milli jwettqu l-obbligu tagħhom li jagħmlu valutazzjoni xierqa tal-impatt ta’ dawn il-miżuri fuq it-twettiq tal-għanijiet ambjentali tal-Unjoni u fuq l-osservanza tal-obbligi tal-Istati Membri skont l-atti fil-qasam tal-ambjent. L-ebda wieħed mill-atti li jifformaw il-Pakkett dwar il-Mobbiltà ma jindirizza fil-motivi tiegħu l-kwistjonijiet ambjentali u dawn il-kwistjonijiet lanqas ma ġew eżaminati fil-valutazzjoni tal-impatt ippreparata qabel l-adozzjoni tal-Pakkett dwar il-Mobbiltà, peress li l-Kummissjoni sempliċement affermat li ma identifikat l-ebda effett fuq l-ambjent mill-għażliet previsti (627).

    1128. L-istituzzjonijiet konvenuti għalhekk ma wettqux valutazzjoni tal-impatt tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ikkontestati fuq ir-rekwiżiti ambjentali, minkejja li l-effetti tagħhom imorru kontra l-għanijiet stabbiliti fl-atti adottati fil-qasam tal-ambjent. L-imsemmija istituzzjonijiet ma bbilanċjawx dawn l-għanijiet mal-interessi segwiti mill-Pakkett dwar il-Mobbiltà. Huwa ċar li r-rekwiżiti tal-protezzjoni tal-ambjent u l-għan li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent u tat-titjib tal-kwalità tiegħu ma ttiħdux inkunsiderazzjoni. Fir-rigward tad-Direttiva 2020/1057, dan jirriżulta b’mod partikolari mill-fatt li l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kollokament għas-sezzjonijiet inizjali jew finali tat-trasport ikkombinat tagħmel, minn naħa, iktar diffiċli t-twettiq tagħhom fl-Ewropa ċentrali għall-operaturi tat-trasport tal-Istati fil-periferija u, min-naħa l-oħra, tagħmilha inqas attraenti li jirrikorru għalihom. Il-vjaġġi bilaterali mwettqa esklużivament bit-triq fl-aħħar mill-aħħar ikunu ppreferuti, għall-kuntrarju tal-għan imfittex u minkejja li dawn “ma humiex tajbin għall-ambjent”. Il-valutazzjoni mħejjija għall-Kummissjoni dwar l-impatt tar-restrizzjonijiet fir-rigward tal-kabotaġġ fuq it-trasport ikkombinat ikkonfermat li r-restrizzjonijiet fuq il-provvista tas-servizzi ta’ kabotaġġ fil-kuntest tal-operazzjonijiet ta’ trasport ikkombinat se jagħmlu ħsara lill-ambjent u jmorru kontra l-ipoteżijiet dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (628).

    1129.  Għaldaqstant, l-Artikolu 1(3), (4), (6) u (7) tad-Direttiva 2020/1057 jikser il-prinċipju ta’ integrazzjoni espress fl-Artikolu 11 TFUE u fl-Artikolu 37 tal-Karta.

    1130. Il-Kunsill u l-Parlament, kif ukoll l-intervenjenti insostenn tagħhom, jitolbu li dan il-motiv jiġi miċħud.

    2)      Analiżi

    1131. Il-parti l-kbira tal-argumenti mressqa fil-kuntest ta’ dan il-motiv mir-Repubblika tal-Polonja jtennu dawk ippreżentati fil-kuntest tal-motivi bbażati fuq ksur tal-Artikolu 11 TFUE u l-Artikolu 37 tal-Karta ppreżentati mill-istess rikorrenti fir-rikorsi tagħha kontra r-Regolament 2020/1054 u kontra r-Regolament 2020/1055. Għalhekk, għall-argumenti dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 11 TFUE u l-portata tiegħu kif ukoll għal dawk dwar l-Artikolu 37 tal-Karta, il-portata tal-prinċipju ta’ integrazzjoni tat-tħassib ambjentali espress mill-Artikolu 11 TFUE u tal-istħarriġ ġudizzjarju tiegħu, it-teħid inkunsiderazzjoni meħtieġ tal-azzjonijiet l-oħra tal-leġiżlatur tal-Unjoni fil-qasam tal-politika ambjentali li jirrigwardaw ukoll il-politika tat-trasport, il-kwistjoni tal-allegat nuqqas ta’ valutazzjoni tal-impatt bħala li jikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 11 TFUE u dik tar-relazzjonijiet bejn id-Direttiva u l-Patt Ekoloġiku Ewropew, nagħmel riferiment għall-punti 565 et seq. kif ukoll għall-punti 591 et seq. ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    1132. Għalhekk, b’koerenza mal-konklużjoni li wasalt għaliha mill-analiżi tal-motivi bbażati fuq ksur tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent u tat-tibdil fil-klima fil-kuntest tar-rikorsi diretti kontra r-Regolament 2020/1055, għandu jiġi kkonstatat li, fil-mument tal-adozzjoni tad-Direttiva 2020/1057, il-leġiżlatur tal-Unjoni seta’ jqis b’mod leġittimu, fl-eżerċizzju sħiħ tas-setgħa ta’ evalwazzjoni wiesgħa tiegħu, li l-eventwali konsegwenzi negattivi għall-ambjent li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-obbligi li jirriżultaw mid-Direttiva 2020/1057 jistgħu jiġu mrażżna bl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti li tirrigwarda b’mod iktar speċifiku l-aspetti ambjentali tal-attività inkwistjoni u li għandha takkumpanja lill-operaturi tat-trasport fit-tranżizzjoni teknoloġika lejn mobbiltà li tniġġes inqas.

    1133. Inżid li dan huwa, fil-fehma tiegħi, iktar u iktar minnu fir-rigward tad-Direttiva 2020/1057 peress li, kif sostna l-Parlament, il-kwistjoni dwar jekk din hijiex verament sors ta’ emissjonijiet addizzjonali ta’ sustanzi li jniġġsu ma hijiex deċiża, u dan għal diversi raġunijiet.

    1134. L-ewwel nett, infakkar li l-għan stess tad-Direttiva 2020/1057 huwa li tistabbilixxi regoli settorjali sabiex jiġi żgurat bilanċ bejn il-libertà li jiġu pprovduti servizzi transfruntiera għall-operaturi, il-moviment liberu tal-merkanzija, kundizzjonijiet tax-xogħol sodisfaċenti u l-protezzjoni soċjali tax-xufiera (629) u li l-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva jelenka numru ta’ regoli li l-applikazzjoni tagħhom tippermetti lill-operaturi tat-trasport jiddeterminaw liema leġiżlazzjoni, b’mod partikolari soċjali, għandha tapplika għax-xufiera skont il-karatteristiċi rilevanti adottati għall-finijiet ta’ din id-determinazzjoni mil-leġiżlatur tal-Unjoni. Għalhekk, l-effett tad-determinazzjoni tad-dritt soċjali applikabbli għal ħaddiem fuq it-temi marbuta mal-politika tal-Unjoni fil-qasam ambjentali ma huwiex immedjatament evidenti. Huwa iktar faċli li dawn iseħħu bħala l-konsegwenza tar-rieda tal-operaturi tat-trasport li jorganizzaw mill-ġdid l-operazzjonijiet tagħhom b’mod li jevitaw l-applikazzjoni ta’ obbligi fil-konfront tagħhom li huma iktar onerużi għalihom b’applikazzjoni tad-Direttiva 2020/1057.

    1135. It-tieni nett, fi kwalunkwe każ, peress li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fis-sentenza Federatie Nederlandse Vakbeweging (630), li d-Direttiva 96/71 kienet applikabbli għas-servizzi transnazzjonali li jinvolvu kollokament ta’ ħaddiema, inkluż fis-settur tat-trasport bit-triq (631) u peress li l-interpretazzjoni hekk mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja hija dik li kellha tingħata lid-Direttiva 96/71 sa mid-dħul fis-seħħ tagħha, ir-regoli dwar il-kollokament li hija tistabbilixxi kienu għalhekk applikabbli fis-settur tat-trasport bit-triq. Issa, wieħed mill-argumenti rari tar-Repubblika tal-Polonja diretti speċifikament kontra d-Direttiva 2020/1057 jikkonsisti f’li ssostni li l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kollokament għall-operazzjonijiet ta’ trasport ikkombinat (632) fil-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 1(6) ta’ din id-direttiva tiskoraġġixxi l-użu ta’ tali operazzjonijiet li l-effett favorevoli tagħhom għall-ambjent huwa, barra minn hekk, magħruf u rrikonoxxut. L-operaturi tat-trasport b’hekk ser iwarrbu t-trasport multimodali favur it-trasport bit-triq biss, u b’hekk jiġu eliminati l-benefiċċji ambjentali tal-użu tat-trasport ikkombinat.

    1136. Madankollu, peress li r-regoli dwar il-kollokament kienu japplikaw diġà taħt id-Direttiva 96/71 biss u skont il-kriterji mfakkra mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Federatie Nederlandse Vakbeweging, l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kollokament tal-ħaddiema għal tali operazzjonijiet ma hijiex, kif jenfasizza l-Parlament, ta’ natura li tibdel ta’ taħt fuq il-qafas ġuridiku li kien diġà jeżisti. Inżid li l-Artikolu 1(6) tad-Direttiva 2020/1057 jippreċiża l-kundizzjonijiet li fihom japplikaw dawn ir-regoli u “xufier ma għandux ikun ikkunsidrat stazzjonat [ikkollokat] […] meta jkun qed iwettaq il-parti tal-vjaġġ inizjali jew finali ta’ operazzjoni ta’ trasport ikkombinata […] jekk il-parti tal-vjaġġ waħidha tikkonsisti f’operazzjonijiet ta’ trasport bilaterali, kif definiti fil-paragrafu 3” tal-Artikolu 1 tal-imsemmija direttiva. Għalhekk ma huwiex f’kull każ li japplikaw ir-regoli dwar il-kollokament previsti fid-Direttiva 2020/1057 għat-trasport ikkombinat.

    1137. F’dak li jirrigwarda l-allegazzjoni ta’ żieda fl-emissjonijiet minħabba li l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ ser ikunu suġġetti għar-regoli dwar il-kollokament tal-ħaddiema kif invokata mir-Repubblika tal-Polonja, infakkar li l-premessa 17 tar-Regolament Nru 1072/2009 kienet diġà tipprevedi li “[i]d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva [96/71] japplikaw għal intrapriżi tat-trasport li jwettqu operazzjoni ta’ kabotaġġ”. Għaldaqstant, kif sostna l-Parlament, l-eventwali effetti fuq l-ambjent deskritti mir-Repubblika tal-Polonja, jekk jitqies li jeżistu, ma jistgħux jiġu attribwiti għad-Direttiva 2020/1057.

    1138. Fl-aħħar nett, f’dak li jirrigwarda l-argument li l-effetti allegati tad-Direttiva 2020/1057 fuq l-ambjent għandhom jiġu evalwati fid-dawl tal-fatt li dawn jakkumulaw ma’ dawk li allegatament jirriżultaw mill-komponenti l-oħra tal-Pakkett dwar il-Mobbiltà, dan l-argument ma jistax jintlaqa’ peress li dawn tal-aħħar ma humiex, fi kwalunkwe każ, imputabbli lid-Direttiva stess.

    1139. Għar-raġunijiet preċedenti kollha, il-motiv ibbażat fuq ksur tal-Artiklu 11 TFUE u tal-Artikolu 37 tal-Karta għandhom jiġu miċħuda bħala infondati.

    3.      Fuq ilmotivi li jikkonċernaw lArtikolu 9(1) tadDirettiva 2020/1057

    1140. Ir-Repubblika tal-Polonja hija l-unika waħda li tikkontesta l-legalità tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2020/1057 li permezz tiegħu l-leġiżlatur tal-Unjoni ddeċieda li jagħmel il-miżuri li jinsabu f’din id-direttiva applikabbli mit‑2 ta’ Frar 2022. Hija tinvoka tliet motivi għal dan l-għan: ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u ksur tal-Artikolu 94 TFUE. Dawn l-aħħar żewġ motivi ser jiġu eżaminati flimkien.

    a)      Fuq ksur talprinċipju ta’ ċertezza legali

    1)      Largumenti talpartijiet

    1141. Peress li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2020/1057 li r-Repubblika tal-Polonja titlob l-annullament tagħhom huma impreċiżi u joħolqu problemi ta’ interpretazzjoni kif ukoll diffikultajiet prattiċi sabiex jiġi ddeterminat id-dritt applikabbli għall-kundizzjonijiet tal-impjieg u tax-xogħol tax-xufiera li jwettqu operazzjonijiet ta’ trasport bit-triq, l-implimentazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet fil-livell nazzjonali teħtieġ l-adozzjoni ta’ atti ta’ livell superjuri, li jinvolvu, pereżempju fil-Polonja, ħidma leġiżlattiva twila. It-tmintax-il xahar stabbiliti mid-Direttiva ma humiex biżżejjed sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp tad-dispożizzjonijiet nazzjonali u mbagħad sabiex jiġi żgurat li l-operaturi tat-trasport jsiru jafu b’dawn id-dispożizzjonijiet, sabiex jikkonformaw ruħhom magħhom. Jeħtieġ ukoll, għall-operaturi tat-trasport, li jqisu l-ftehimiet kollettivi li jirregolaw is-settur kif ukoll il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali differenti. Minbarra l-fatt li d-Direttiva 2020/1057 diġà tinkludi, fiha nnifisha, ċertu numru ta’ obbligi ġodda u li hija għamlet id-Direttiva 96/71 applikabbli fis-settur tat-trasport, id-dħul fis-seħħ tagħha jwassal ukoll għall-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2018/957 (633) fis-settur tat-trasport bit-triq (634), li jeħtieġ, għal darba oħra, ċertu żmien ta’ adattament għall-operaturi tat-trasport. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-iffissar tad-data tat‑2 ta’ Frar 2022, jiġifieri ftit iktar minn 18-il xahar wara l-adozzjoni tad-Direttiva 2020/1057, jippreġudika l-prinċipju ta’ ċertezza legali li jeżiġi, skont ġurisprudenza stabbilita, li d-dispożizzjonijiet legali għandhom ikunu ċari, preċiżi u prevedibbli fl-effetti tagħhom sabiex il-partijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jorjentaw ruħhom f’sitwazzjonijiet u f’relazzjonijiet ġuridiċi li jaqgħu taħt l-ordinament ġuridiku tal-Unjoni u li l-osservanza tagħhom tkun partikolarment meħtieġa fir-rigward ta’ leġiżlazzjoni li tista’ tinvolvi piżijiet finanzjarji. In-nuqqas ta’ obbligu tal-leġiżlatur tal-Unjoni li jistabbilixxi perijodu ta’ traspożizzjoni speċifiku ma jistax jiġi assimilat ma’ setgħa ta’ evalwazzjoni kompleta tal-imsemmi leġiżlatur f’dan ir-rigward. Għalkemm is-sentenza Federatie Nederlandse Vakbeweging (635) ippreċiżat il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 96/71, din ingħatat biss fl‑2020 u ħalliet għadd ta’ kwistjonijiet mhux solvuti, b’tali mod li, għall-kuntrarju ta’ dak li jallegaw l-istituzzjonijiet konvenuti, id-Direttiva 2020/1057 ma tikkostitwixxix bidla żgħira fis-sitwazzjoni ġuridika diġà eżistenti tal-operaturi tat-trasport. L-għoti ta’ iktar ħin lill-operaturi tat-trasport sabiex jassimilaw il-qafas regolatorju l-ġdid kien jippermettilhom jadattaw ruħhom aħjar għall-imsemmi qafas.

    1142. Il-Parlament u l-Kunsill, kif ukoll l-intervenjenti insostenn tagħhom, jitolbu li dan il-motiv jiġi miċħud bħala infondat.

    2)      Analiżi

    1143. F’dak li jirrigwarda l-kuntest tal-analiżi tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, nagħmel riferiment għall-punti 117 et seq. ta’ dawn il-konklużjonijiet u ser nillimita ruħi li nfakkar li l-istħarriġ ġudizzjarju jikkonsisti, essenzjalment, fl-eżami ta’ jekk dispożizzjoni hijiex suġġetta għal ambigwità tali li timpedixxi lid-destinatarji tagħha milli jneħħu b’ċertezza suffiċjenti eventwali dubji dwar il-portata jew it-tifsira tagħha, b’tali mod li ma jkunux f’pożizzjoni li jiddeterminaw, b’mod inekwivoku, id-drittijiet u l-obbligi tagħhom li jirriżultaw minn din id-dispożizzjoni.

    1144. F’dan ir-rigward, fil-fehma tiegħi, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2020/1057 jobbliga lill-Istati Membri jadottaw u jippubblikaw id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonformaw ruħhom ma’ din id-direttiva sa mhux iktar tard mit‑2 ta’ Frar 2022, data li minnha huma ser japplikaw dawn il-miżuri. Id-data tat‑2 ta’ Frar 2022 hija stabbilita b’mod ċar mil-leġiżlatur tal-Unjoni, u dan mill-mument tal-pubblikazzjoni tad-Direttiva. Għalhekk ma kien hemm l-ebda dubju dwar id-data sa meta d-destinatarji tad-Direttiva – l-Istati Membri – kellhom jippreparaw l-ordinamenti ġuridiċi nazzjonali rispettivi tagħhom sabiex jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti mid-Direttiva 2020/1057. Għalhekk, kemm l-Istati Membri kif ukoll l-operaturi tat-trasport kellhom tmintax-il xahar sabiex jippreparaw ruħhom għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2020/1057.

    1145. Ir-Repubblika tal-Polonja tipprova tikkonvinċi li l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2020/1057 huwa vvizzjat, b’xi mod jew ieħor, min-natura impreċiża u inċerta tad-dispożizzjonijiet allegatament ġodda stabbiliti mid-Direttiva 2020/1057. Il-motiv ittrattat hawnhekk għalhekk jidher li huwa tentattiv ġdid biex jiġu diskussi argumenti li diġà ġew indirizzati (636). Inżid li, kif sostna l-Kunsill, l-argumenti żviluppati mir-Repubblika tal-Polonja fir-rigward tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2020/1057 huma bbażati wkoll fuq il-premessa żbaljata li d-Direttiva 96/71 ma kinitx applikabbli għas-settur tat-trasport u li d-Direttiva 2020/1057 kellha bħala effett li tissuġġetta settur sħiħ ġdid, li ma kienx ippreparat, għar-regoli ġodda u kumplessi li jikkonċernaw il-kollokament tal-ħaddiema. Issa, diġà kelli l-okkażjoni nfakkar li dan ma kienx il-każ, kif jirriżulta b’mod partikolari mis-sentenza Federatie Nederlandse Vakbeweging.

    1146. Għaldaqstant, il-motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali għandu jiġi miċħud bħala infondat.

    b)      Fuq ksur talprinċipju ta’ proporzjonalità u talArtikolu 94 TFUE

    1)      Largumenti talpartijiet

    1147. Ir-Repubblika tal-Polonja ssostni li r-rekwiżiti li jirriżultaw mill-prinċipju ta’ proporzjonalità ġew miksura mil-leġiżlatur tal-Unjoni peress li ma ppreżentax motivi oġġettivi li jiġġustifikaw l-iffissar ta’ terminu għat-traspożizzjoni ta’ tmintax-il xahar filwaqt li t-terminu adottat għal atti tal-istess natura ġeneralment ikun ta’ sentejn, kif kien il-każ għad-Direttivi 2014/67 u 2018/957, filwaqt li d-Direttiva 96/71, min-naħa tagħha, ipprevediet terminu saħansitra itwal. Il-karatteristiċi speċifiċi tas-settur tat-trasport bit-triq kienu jeżiġu li l-impriżi jingħataw biżżejjed żmien sabiex jikkonformaw ruħhom mal-leġiżlazzjoni l-ġdida, żmien minn tal-inqas ugwali għal dak mogħti lis-setturi l-oħra tas-servizzi. Il-leġiżlatur tal-Unjoni kellu jieħu inkunsiderazzjoni wkoll il-fatt li l-operaturi tat-trasport kellhom jippreparaw ruħhom ukoll, fl-istess ħin, sabiex japplikaw ir-rekwiżiti li jirriżultaw mir-Regolamenti 2020/1054 u 2020/1055 li jobbligaw lill-operaturi tat-trasport jemendaw sostanzjalment il-modalitajiet ta’ provvista tas-servizzi. Il-leġiżlatur tal-Unjoni lanqas ma ħa inkunsiderazzjoni l-fatt li s-suq tat-trasport huwa ddominat minn SMEs li jkollhom bżonn iktar żmien sabiex jiffamiljarizzaw ruħhom u jadattaw ruħhom għal-leġiżlazzjoni l-ġdida, b’mod partikolari fid-dawl tal-ispejjeż li din tirrappreżenta għalihom. Is-sitwazzjoni tal-operaturi tat-trasport hija magħmula saħansitra iktar diffiċli minħabba l-miżuri adottati bħala riżultat tal-pandemija tal-COVID‑19. Barra minn hekk, ir-Repubblika tal-Polonja targumenta li xi Stati Membri pprevedew sanzjonijiet partikolarment severi fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet tal-impjieg u tax-xogħol u tar-rekwiżiti formali relatati. Dawn is-sanzjonijiet huma effettivi mal-iskadenza tat-terminu mogħti mil-leġiżlatur, li b’hekk ma jħallix żmien lill-operaturi tat-trasport sabiex jadattaw ruħhom għar-regoli l-ġodda. Għaldaqstant, l-iffissar ta’ terminu ta’ tmintax-il xahar ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

    1148. Tali ffissar imur ukoll kontra l-Artikolu 94 TFUE peress li ma jiħux inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni ekonomika tal-operaturi tat-trasport. Ir-Repubblika tal-Polonja tagħmel riferiment għall-osservazzjonijiet tagħha żviluppati fil-kuntest tal-motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Hija tagħmel riferiment ukoll għall-argumenti tagħha żviluppati fil-kuntest tal-motiv ibbażat fuq ksur mill-Artikolu 1(3), (4), (6) u (7) tad-Direttiva 2020/1057 tal-Artikolu 94 TFUE li minnu jirriżulta, essenzjalment, li l-emendi li jirriżultaw mill-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kollokament għax-xufiera ser jinvolvu spejjeż kunsiderevoli għall-impriżi tat-trasport li jwasslu għall-falliment ta’ parti minnhom u li l-vulnerabbiltà ta’ dawn l-impriżi ser tiżdied iktar peress li d-Direttiva 2020/1057 daħlet fis-seħħ f’perijodu ta’ kriżi ekonomika kkaratterizzat mill-pandemija tal-COVID‑19. In-nuqqas li jitqiesu dawn l-elementi jafferma l-ksur tal-Artikolu 94 TFUE fid-dawl tal-effetti negattivi mistennija tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2020/1057 fuq l-impriżi tat-trasport.

    1149. Il-Kunsill u l-Parlament, kif ukoll l-intervenjenti insostenn tagħhom, jitolbu li dawn iż-żewġ motivi jiġu miċħuda bħala infondati.

    2)      Analiżi

    1150. Fir-rigward tal-motiv li jallega ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, ser nillimita ruħi li nfakkar, bi qbil mal-Kunsill, li mill-ġurisprudenza jirriżulta li, peress li l-gvernijiet tal-Istati Membri jipparteċipaw fil-ħidma preparatorja għad-direttivi, huma għandhom għalhekk ikunu f’pożizzjoni li jfasslu d-dispożizzjonijiet leġiżlattivi meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħhom fit-terminu mogħti (637). Il-leġiżlatur tal-Unjoni għandu setgħa ta’ evalwazzjoni wiesgħa biex jistabbilixxi t-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttivi u ma huwiex meħtieġ li jippreżenta raġunijiet speċifiċi biex jiġġustifika l-iffissar ta’ terminu ta’ 18-il xahar.

    1151. F’dak li jirrigwarda l-allegat ksur tal-Artikolu 94 TFUE, l-argumenti tar-Repubblika tal-Polonja għandhom jinftiehmu fis-sens li l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2020/1057 jikser din id-dispożizzjoni mhux daqstant fih innifsu iżda għaliex għandu l-effett li jrendi l-obbligi stabbiliti minn din id-direttiva vinkolanti, b’mod partikolari fir-rigward tal-operaturi tat-trasport li ser ikunu suġġetti għaliha, mid-data li huwa jistabbilixxi. Issa, ir-rikorrenti hija tal-fehma li dawn l-obbligi jiksru l-Artikolu 94 TFUE.

    1152. Qabelxejn, nirrileva li r-Repubblika tal-Polonja ma stabbilixxietx li l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2020/1057 jikkostitwixxi “miżura dwar prezzijiet u kondizzjonijiet tat-trasport”, fis-sens tal-Artikolu 94 TFUE, kif barra minn hekk wieħed jista’ jiddubita b’mod leġittimu peress li dan l-Artikolu 9, ikkunsidrat waħdu, sempliċement jiffissa data għall-adozzjoni u għall-pubblikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali neċessarji għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2020/1057. Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja taqbel mad-dubji tiegħi, dan il-motiv diġà jista’ jiġi miċħud.

    1153. Għall-bqija, l-argumenti tar-Repubblika tal-Polonja għandhom jiġu kkritikati bl-istess mod bħal dawk ifformulati fil-kuntest tal-analiżi tal-motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali mill-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2020/1057. Kif irrileva l-Kunsill, l-argumenti dwar is-sehem tas-SMEs fis-settur tat-trasport bit-triq, dwar l-ispejjeż li jirriżultaw mill-issuġġettar ta’ dan is-settur għar-regoli dwar il-kollokament tal-ħaddiema, dwar in-nuqqas ta’ ġustifikazzjoni tal-miżuri stabbiliti mid-Direttiva 2020/1057 u dwar l-effetti tal-pandemija tal-COVID‑19 diġà kienu tressqu fil-kuntest tal-eżami tal-motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 94 TFUE mill-Artikolu 1(3), (4), (6) u (7) tad-Direttiva 2020/1057, u r-Repubblika tal-Polonja manifestament riedet terġa’ tiftaħ id-diskussjoni hawnhekk dwar kwistjonijiet diġà diskussi u deċiżi. Issa, peress li diġà ġie kkonstatat li l-Artikolu 1(3), (4), (6) u (7) tad-Direttiva 2020/1057 ma jiksirx l-Artikolu 94 TFUE (638), din l-istess konstatazzjoni għandha tapplika fir-rigward tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2020/1057.

    1154. Għar-raġunijiet preċedenti kollha, nissuġġerixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad il-motivi bbażati fuq ksur mill-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2020/1057, minn naħa, tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u, min-naħa l-oħra, tal-Artikolu 94 TFUE bħala infondati.

    4.      Konklużjoni fuq irrikorsi li jikkonċernaw idDirettiva 2020/1057

    1155. Ir-rikorsi fil-Kawżi C‑541/20 u 551/20, sa fejn jikkonċernaw id-Direttiva 2020/1057, u r-rikorsi fil-Kawżi C‑544/20, C‑548/20, C‑550/20, u C‑555/20 huma miċħuda.

    V.      Fuq lispejjeż

    1156. Mill-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu.

    1157. L-Artikolu 138(3) ta’ dawn ir-Regoli jipprevedi li, jekk il-partijiet jitilfu rispettivament fuq waħda jew iktar mit-talbiet tagħhom, kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. Madankollu, jekk fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-kawża jkun jidher ġustifikat, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiddeċiedi li waħda mill-partijiet għandha, minbarra l-ispejjeż tagħha, tbati parti mill-ispejjeż tal-parti l-oħra.

    1158. Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet u fid-dawl tal-konfigurazzjoni partikolari tar-rikorsi fil-Kawżi magħquda C‑541/20 sa C‑555/20, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tqassam l-ispejjeż kif ġej.

    1159. Ir-Repubblika tal-Litwanja hija kkundannata għall-ispejjeż fil-Kawża C‑541/20.

    1160. Ir-Repubblika tal-Bulgarija hija kkundannata għall-ispejjeż fil-Kawżi C‑543/20 u C‑544/20.

    1161. Ir-Rumanija hija kkundannata għall-ispejjeż fil-Kawżi C‑546/20 u C‑548/20.

    1162. Il-Parlament u l-Kunsill huma kkundannati għall-ispejjeż fil-Kawża C‑549/20.

    1163. Ir-Repubblika ta’ Ċipru hija kkundannata għall-ispejjeż fil-Kawża C‑550/20.

    1164. Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż fil-Kawżi C‑553/20 u C‑555/20.

    1165. Fil-Kawżi C‑542/20, C‑545/20, C‑547/20, C‑551/20, C‑552/20 u C‑554/20, kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

    1166. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 140(1) tar-Regoli tal-Proċedura, ir-Repubblika tal-Litwanja u r-Rumanija, sa fejn ipparteċipaw f’dawn ir-rikorsi magħquda bħala intervenjenti, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Renju tal-Belġju, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Awstrija u r-Renju tal-Isvezja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

    VI.    Konklużjoni

    1167. Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi kif ġej fil-Kawżi magħquda C‑541/20 sa C‑555/20:

    1)      Ir-rikors tar-Repubblika ta’ Ċipru fil-Kawża C‑549/20 huwa milqugħ.

    2)      Ir-rikorsi tar-Repubblika tal-Litwanja fil-Kawża C‑542/20, tar-Repubblika tal-Bulgarija fil-Kawża C‑545/20, tar-Rumanija fil-Kawża C‑547/20, tal-Ungerija fil-Kawża C‑551/20, tar-Repubblika ta’ Malta fil-Kawża C‑552/20 u tar-Repubblika tal-Polonja fil-Kawża C‑554/20 huma milqugħa sa fejn huma diretti kontra l-punt 3 tal-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2020/1055.

    3)      Konsegwentement, il-punt 3 tal-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2020/1055 huwa annullat sa fejn jemenda l-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009.

    4)      Il-kumplament tar-rikorsi msemmija fil-punt 2 huma miċħuda.

    5)      Ir-rikorsi tar-Repubblika tal-Litwanja fil-Kawża C‑541/20, tar-Repubblika tal-Bulgarija fil-Kawżi C‑543/20 u C‑544/20, tar-Rumanija fil-Kawżi C‑546/20 u C‑548/20, tar-Repubblika ta’ Ċipru fil-Kawża C‑550/20 u tar-Repubblika tal-Polonja fil-Kawżi C‑553/20 u 555/20 huma miċħuda.

    6)      Ir-Repubblika tal-Litwanja hija kkundannata għall-ispejjeż fil-Kawża C‑541/20.

    7)      Ir-Repubblika tal-Bulgarija hija kkundannata għall-ispejjeż fil-Kawżi C‑543/20 u C‑544/20.

    8)      Ir-Rumanija hija kkundannata għall-ispejjeż fil-Kawżi C‑546/20 u C‑548/20.

    9)      Il-Parlament u l-Kunsill huma kkundannati għall-ispejjeż fil-Kawża C‑549/20.

    10)      Ir-Repubblika ta’ Ċipru hija kkundannata għall-ispejjeż fil-Kawża C‑550/20.

    11)      Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż fil-Kawżi C‑553/20 u C‑555/20.

    12)      Fil-Kawżi C‑542/20, C‑545/20, C‑547/20, C‑551/20, C‑552/20 u C‑554/20, kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

    13)      Ir-Repubblika tal-Litwanja u r-Rumanija, sa fejn ipparteċipaw f’dawn ir-rikorsi magħquda bħala intervenjenti, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Renju tal-Belġju, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Awstrija u r-Renju tal-Isvezja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.



    1      Lingwa oriġinali: il-Franċiż.


    2      Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑15 ta’ Lulju 2020 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 fir-rigward ta’ rekwiżiti minimi dwar il-ħinijiet massimi ta’ sewqan kuljum u kull ġimgħa, il-pawżi minimi u l-perijodi ta’ mistrieħ kuljum u kull ġimgħa u r-Regolament (UE) Nru 165/2014 fir-rigward tal-pożizzjonament permezz ta’ takografi (ĠU 2020, L 249, p. 1).


    3      Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑15 ta’ Lulju 2020 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1071/2009, (KE) Nru 1072/2009 u (UE) Nru 1024/2012 bl-għan li jiġu adattati għall-iżviluppi fis-settur tat-trasport bit-triq (ĠU 2020, L 249, p. 17).


    4      Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑15 ta’ Lulju 2020 li tistabbilixxi regoli speċifiċi rigward id-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE għall-istazzjonar [kollokament] tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq u li temenda d-Direttiva 2006/22/KE fir-rigward ta’ rekwiżiti tal-infurzar u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (ĠU 2020, L 249, p. 49).


    5      ĠU 1992, L 368, p. 38.


    6      Valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-Proposta għal Regolament dwar il-ħin tax-xogħol u l-Proposta għal Direttiva dwar il-kollokament (iktar ’il quddiem il-“komponent soċjali tal-valutazzjoni tal-impatt”), u valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-Proposta għal Regolament dwar l-istabbiliment (iktar ’il quddiem “komponent tal-istabbiliment tal-valutazzjoni tal-impatt”).


    7      Dawn tħallew jintervjenu permezz ta’ deċiżjonijiet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas‑27 ta’ April 2021.


    8      Dawn tħallew jintervjenu permezz ta’ deċiżjonijiet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas‑27 ta’ April 2021.


    9      Dawn tħallew jintervjenu permezz ta’ deċiżjonijiet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal‑21 ta’ April 2021.


    10      Dawn tħallew jintervjenu permezz ta’ deċiżjonijiet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad‑29 ta’ April 2021.


    11      Dawn tħallew jintervjenu permezz ta’ deċiżjonijiet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat‑3 ta’ Mejju 2021.


    12      Dawn tħallew jintervjenu permezz ta’ deċiżjonijiet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad‑29 ta’ April 2021.


    13      Dawn tħallew jintervjenu permezz ta’ deċiżjonijiet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat‑22 ta’ April 2021.


    14      Dawn tħallew jintervjenu permezz ta’ deċiżjonijiet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat‑22 ta’ April 2021.


    15      Dawn tħallew jintervjenu permezz ta’ deċiżjonijiet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat‑12 ta’ Mejju 2021.


    16      Dawn tħallew jintervjenu permezz ta’ deċiżjonijiet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad‑29 ta’ April 2021.


    17      Dawn tħallew jintervjenu permezz ta’ deċiżjonijiet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat‑13 ta’ April 2021.


    18      Dawn tħallew jintervjenu permezz ta’ deċiżjonijiet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat‑22 ta’ April 2021.


    19      Minkejja li l-kap tat-talbiet huwa fformulat f’dan is-sens, l-ilmenti mqajma fir-rikors huma indirizzati kontra l-punt 4(a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1055 (ara l-punt VIII tar-rikors fil-Kawża C‑552/20).


    20      Dawn tħallew jintervjenu permezz ta’ deċiżjonijiet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas‑27 ta’ April 2021.


    21      Dawn tħallew jintervjenu permezz ta’ deċiżjonijiet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas‑27 ta’ April 2021.


    22      Dawn tħallew jintervjenu permezz tad-deċiżjonijiet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas‑27 ta’ April 2021.


    23      Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Szpunar fil-kawżi magħquda Trijber u Harmsen (C‑340/14 u C‑341/14, EU:C:2015:505, punt 29). Ara wkoll is-sentenza tal‑1 ta’ Ottubru 2015, Trijber u Harmsen (C‑340/14 u C‑341/14, EU:C:2015:641, punt 48).


    24      Ara l-Opinjoni 2/15 (Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles ma’ Singapor), tas‑16 ta’ Mejju 2017 (EU:C:2017:376, punt 61 u l-ġurisprudenza ċċitata).


    25      Fost il-fatturi partikolari ta’ dan is-settur tradizzjonalment jissemmew, b’mod partikolari, il-konnessjoni neċessarja tas-servizzi tat-trasport ma’ infrastruttura speċifika, in-natura estremament mobbli tal-mezzi ta’ produzzjoni u l-grad għoli ta’ sostitwibbiltà bejn is-servizzi ta’ trasport kummerċjali u l-awtoproduzzjoni (jiġifieri t-trasport b’vetturi bil-magna individwalizzati). Jissemmew ukoll diversi fatturi oħra fid-duttrina.


    26      Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑22 ta’ Mejju 1985, Il‑Parlament vs Il‑Kunsill (13/83, EU:C:1985:220, punti 49 u 50).


    27      Sentenza tad‑9 ta’ Settembru 2004, Spanja u Il‑Finlandja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑184/02 u C‑223/02, EU:C:2004:497, punt 56 u l-ġurisprudenza ċċitata).


    28      Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑18 ta’ Marzu 2014, International Jet Management (C‑628/11, EU:C:2014:171, punt 36). Ara wkoll is-sentenza tal‑4 ta’ April 1974, Il‑Kummissjoni vs Franza (167/73, EU:C:1974:35, punt 27).


    29      Sentenza tat‑8 ta’ Diċembru 2020, L‑Ungerija vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑620/18, EU:C:2020:1001, punt 159). Ara wkoll is-sentenza tat‑22 ta’ Diċembru 2010, Yellow Cab Verkehrsbetrieb (C‑338/09, EU:C:2010:814, punt 29 u l-ġurisprudenza ċċitata).


    30      Sentenza tat‑22 ta’ Diċembru 2010, Yellow Cab Verkehrsbetrieb (C‑338/09, EU:C:2010:814, punt 30 u l-ġurisprudenza ċċitata).


    31      Ara, f’dan is-sens, pereżempju, is-sentenzi tal‑5 ta’ Ottubru 1994, Il‑Kummissjoni vs Franza (C‑381/93, EU:C:1994:370, punt 13) u tas‑6 ta’ Frar 2003, Stylianakis (C‑92/01, EU:C:2003:72, punt 24).


    32      Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑8 ta’ Diċembru 2020, L‑Ungerija vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑620/18, EU:C:2020:1001, punt 160) u tal‑20 ta’ Diċembru 2017, Asociación Profesional Elite Taxi (C‑434/15, EU:C:2017:981, punt 48).


    33      Sentenza tat‑22 ta’ Diċembru 2010, Yellow Cab Verkehrsbetrieb (C‑338/09, EU:C:2010:814, punt 33). Ara wkoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Szpunar fil-kawża Prestige and Limousine (C‑50/21, EU:C:2022:997, punt 4).


    34      Ara l-Kapitolu III tar-Regolament Nru 1072/2009. Ara wkoll il-komponent tal-istabbiliment tal-valutazzjoni tal-impatt, Parti 1/2, p. 2.


    35      Ara l-komponent soċjali tal-valutazzjoni tal-impatt, Parti 1/2, p. 4.


    36      Sentenza tas‑16 ta’ Frar 2022, L‑Ungerija vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑156/21, EU:C:2022:97, punt 340 u l-ġurisprudenza ċċitata).


    37      Ara l-punt 42 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    38      Ara, inter alia, is-sentenza tat‑8 ta’ Diċembru 2020, L‑Ungerija vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑620/18, EU:C:2020:1001, punt 112 u l-ġurisprudenza ċċitata). F’dan is-sens, ara wkoll is-sentenza tas‑16 ta’ Frar 2022, Il‑Polonja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑157/21, EU:C:2022:98, punt 354 u l-ġurisprudenza ċċitata).


    39      Sentenzi tat‑8 ta’ Diċembru 2020, L‑Ungerija vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑620/18, EU:C:2020:1001, punt 114 u l-ġurisprudenza ċċitata); tat‑3 ta’ Diċembru 2019, Ir‑Repubblika Ċeka vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑482/17, EU:C:2019:1035, punt 78 u l-ġurisprudenza ċċitata); u tal‑21 ta’ Ġunju 2018, Il‑Polonja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑5/16, EU:C:2020:1001, punt 151).


    40      Sentenzi tat‑8 ta’ Diċembru 2020, L‑Ungerija vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑620/18, EU:C:2020:1001, punt 115), u tat‑3 ta’ Diċembru 2019, Ir‑Repubblika Ċeka vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑482/17, EU:C:2019:1035, punt 79 u l-ġurisprudenza ċċitata).


    41      Sentenzi tal‑21 ta’ Ġunju 2018, Il‑Polonja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑5/16, EU:C:2020:1001, punt 170 u l-ġurisprudenza ċċitata), u tat‑3 ta’ Diċembru 2019, Ir‑Repubblika Ċeka vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑482/17, EU:C:2019:1035, punt 118).


    42      Sentenza tat‑3 ta’ Diċembru 2019, Ir‑Repubblika Ċeka vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑482/17, EU:C:2019:1035, punti 118 u 119). Ara wkoll is-sentenza tat‑12 ta’ Mejju 2011, Il‑Lussemburgu vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑176/09, EU:C:2011:290, punt 62 u, f’dan is-sens, il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 66).


    43      Sentenzi tal‑21 ta’ Ġunju 2018, Il‑Polonja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑5/16, EU:C:2020:1001, punt 170 u l-ġurisprudenza ċċitata), u tas‑17 ta’ Ottubru 2013, Billerud Karlsborg u Billerud Skärblacka (C‑203/12, EU:C:2013:664, punt 35 u l-ġurisprudenza ċċitata).


    44      Sentenzi tat‑8 ta’ Diċembru 2020, L‑Ungerija vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑620/18, EU:C:2020:1001, punt 116), u tat‑3 ta’ Diċembru 2019, Ir‑Repubblika Ċeka vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑482/17, EU:C:2019:1035, punt 81 u l-ġurisprudenza ċċitata).


    45      Ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑21 ta’ Ġunju 2018, Il‑Polonja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill, C‑5/16, EU:C:2020:1001, punt 177 u l-ġurisprudenza ċċitata).


    46      Ara s-sentenzi tal‑21 ta’ Ġunju 2018, Il‑Polonja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑5/16, EU:C:2020:1001, punt 167), u tat‑13 ta’ Marzu 2019, Il‑Polonja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑128/17, EU:C:2019:194, punt 106).


    47      Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 6 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    48      Ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑3 ta’ Diċembru 2019, Ir‑Repubblika Ċeka vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑482/17, EU:C:2019:1035, punti 76 sa 81, kif ukoll 84 u 85).


    49      ĠU 2016, L 123, p. 1.


    50      Ara l-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali, kif ukoll is-sentenza tat‑3 ta’ Diċembru 2019, Ir‑Repubblika Ċeka vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑482/17, EU:C:2019:1035, punt 83).


    51      Sentenza tat‑3 ta’ Diċembru 2019, Ir‑Repubblika Ċeka vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑482/17, EU:C:2019:1035, punt 84).


    52      Ara l-punt 96 tal-konklużjonijiet tal-Avukata Ġenerali Sharpston fil-kawża Ir‑Repubblika Ċeka vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑482/17, EU:C:2019:321), imsemmi espliċitament fil-punt 82 tas-sentenza tat‑3 ta’ Diċembru 2019, Ir‑Repubblika Ċeka vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑482/17, EU:C:2019:1035).


    53      Ara l-punt 96 tal-konklużjonijiet tal-Avukata Ġenerali Sharpston fil-kawża Ir‑Repubblika Ċeka vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑482/17, EU:C:2019:321), imsemmi espliċitament fil-punt 82 tas-sentenza tat‑3 ta’ Diċembru 2019, Ir‑Repubblika Ċeka vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑482/17, EU:C:2019:1035).


    54      Sentenza tat‑3 ta’ Diċembru 2019, Ir‑Repubblika Ċeka vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑482/17, EU:C:2019:1035, punt 82).


    55      Sentenza tat‑3 ta’ Diċembru 2019, Ir‑Repubblika Ċeka vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑482/17, EU:C:2019:1035, punt 85).


    56      Ara l-punt 14 tal-Ftehim Interistituzzjonali u s-sentenza tat‑3 ta’ Diċembru 2019, Ir‑Repubblika Ċeka vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑482/17, EU:C:2019:1035, punt 83).


    57      Sentenzi tal‑21 ta’ Ġunju 2018, Il‑Polonja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑5/16, EU:C:2020:1001, punt 159), u tat‑8 ta’ Lulju 2010, Afton Chemical (C‑343/09, EU:C:2010:419, punt 57).


    58      Ara l-punt 15 tal-Ftehim Interistituzzjonali kif ukoll is-sentenzi tat‑3 ta’ Diċembru 2019, Ir‑Repubblika Ċeka vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑482/17, EU:C:2019:1035, punt 83), u tat‑13 ta’ Marzu 2019, Il‑Polonja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑128/17, EU:C:2019:194, punt 43).


    59      Ara l-punt 97 tal-konklużjonijiet tal-Avukata Ġenerali Sharpston fil-kawża Ir‑Repubblika Ċeka vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑482/17, EU:C:2019:321), imsemmi espliċitament fil-punt 82 tas-sentenza tat‑3 ta’ Diċembru 2019, Ir‑Repubblika Ċeka vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑482/17, EU:C:2019:1035).


    60      Ara l-punt 98 tal-konklużjonijiet tal-Avukata Ġenerali Sharpson fil-kawża Ir‑Repubblika Ċeka vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑482/17, EU:C:2019:321).


    61      Sentenza tal‑4 ta’ Mejju 2016, Pillbox 38 (C‑477/14, EU:C:2016:324, punti 64 u 65).


    62      Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑13 ta’ Marzu 2019, Il‑Polonja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑128/17, EU:C:2019:194, punt 43).


    63      Sentenza tat‑13 ta’ Marzu 2019, Il‑Polonja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑128/17, EU:C:2019:194, punt 31 u l-ġurisprudenza ċċitata).


    64      Sentenza tat‑3 ta’ Diċembru 2019, Ir‑Repubblika Ċeka vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑428/17, EU:C:2019:1035, punt 86 u l-ġurisprudenza ċċitata). Ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑21 ta’ Ġunju 2018, Il‑Polonja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑5/16, EU:C:2018:483, punti 160 sa 163).


    65      Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑8 ta’ Lulju 2010, Afton Chemical (C‑343/09, EU:C:2010:419, punt 39).


    66      Sentenzi tat‑22 ta’ Frar 2022, Stichting Rookpreventie Jeugd et (C‑160/20, EU:C:2022:101, punt 67), u tat‑3 ta’ Diċembru 2019, Ir‑Repubblika Ċeka vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑482/17, EU:C:2019:1035, punt 80 u l-ġurisprudenza ċċitata).


    67      Sentenza tat‑3 ta’ Frar 2021, Fussl Modestraße Mayr (C‑555/19, EU:C:2021:89, punt 95 u l-ġurisprudenza ċċitata).


    68      Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal‑14 ta’ Lulju 2022, Il‑Kummissjoni vs VW et (C‑116/21 P sa C‑118/21 P, C‑138/21 P u C‑139/21 P, EU:C:2022:557, punt 140 u l-ġurisprudenza ċċitata).


    69      Ara, inter alia, is-sentenza tat‑8 ta’ Diċembru 2020, L‑Ungerija vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑620/18, EU:C:2020:1001, punt 110 u l-ġurisprudenza ċċitata).


    70      Sentenza tal‑24 ta’ Frar 2022, Glavna direktsia “Pozharna bezopasnost i zashtita na naselenieto” (C‑262/20, EU:C:2022:117, punt 58 u l-ġurisprudenza ċċitata).


    71      Sentenza tat‑3 ta’ Frar 2021, Fussl Modestraße Mayr (C‑555/19, EU:C:2021:89, punt 99). Ara s-sentenza tat‑12 ta’ Mejju 2011, Il‑Lussemburgu vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑176/09, EU:C:2011:290, punt 32).


    72      Ara l-punt 42 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    73      Ara s-sentenza tat‑12 ta’ Mejju 2011, Il‑Lussemburgu vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑176/09, EU:C:2011:290, punti 34 u 35).


    74      Sentenzi tat‑13 ta’ Settembru 2005, Il‑Kummissjoni vs Il‑Kunsill (C‑176/03, EU:C:2005:542, punt 41 u l-ġurisprudenza ċċitata); tal‑15 ta’ Novembru 2005, Il‑Kummissjoni vs L‑Awstrija (C‑320/03, EU:C:2005:684, punt 72); tat‑22 ta’ Diċembru 2008, British Aggregates vs Il‑Kummissjoni (C‑487/06 P, EU:C:2008:757, punt 91); tas‑16 ta’ Lulju 2009, Horvath (C‑428/07, EU:C:2009:458, punt 29); kif ukoll tal‑21 ta’ Diċembru 2011, Il‑Kummissjoni vs L‑Awstrija (C‑28/09, EU:C:2011:854, punt 120).


    75      Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat‑13 ta’ Settembru 2005, Il‑Kummissjoni vs Il‑Kunsill (C‑176/03, EU:C:2005:542, punt 42); tal‑15 ta’ Novembru 2005, Il‑Kummissjoni vs L‑Awstrija (C‑320/03, EU:C:2005:684, punt 73 u l-ġurisprudenza ċċitata); u tal‑21 ta’ Diċembru 2011, Il‑Kummissjoni vs L‑Awstrija (C‑28/09, EU:C:2011:854, punt 121).


    76      Ara s-sentenza tat‑13 ta’ Marzu 2019, Il‑Polonja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑128/17, EU:C:2019:194, punt 128 u l-ġurisprudenza ċċitata).


    77      Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Geelhoed fil-kawża L‑Awstrija vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑161/04, EU:C:2006:66, punti 59 u 60).


    78      Ara s-sentenza tat‑13 ta’ Marzu 2019, Il‑Polonja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑128/17, EU:C:2019:194, punti 130 u 131, u l-ġurisprudenza ċċitata).


    79      Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑31 ta’ Marzu 1971, Il‑Kummissjoni vs Il‑Kunsill (22/70, EU:C:1971:32, punt 40), u tad‑9 ta’ Settembru 2015, Lito Maieftiko Gynaikologiko kai Cheirourgiko Kentro vs Il‑Kummissjoni (C‑506/13 P, EU:C:2015:562, punt 17). Ara wkoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Jacobs fil-kawża Il‑Kummissjoni vs BEI (C‑15/00, EU:C:2002:557, punt 82).


    80      Sentenza tal‑31 ta’ Marzu 2022, Il‑Kummissjoni vs Il‑Polonja (Tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija) (C‑139/20, EU:C:2022:240, punti 55 u 56, u l-ġurisprudenza ċċitata).


    81      Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑9 ta’ Settembru 2015, Lito Maieftiko Gynaikologiko kai Cheirourgiko Kentro vs Il‑Kummissjoni (C‑506/13 P, EU:C:2015:562, punti 17 u 18).


    82      Ir-Repubblika tal-Litwanja tressaq l-argumenti tagħha fil-kuntest tal-motiv tagħha mqajjem fil-Kawża C‑541/20 u bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità mill-punt 6(d) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054. Madankollu, fid-dawl tal-kontenut tagħhom, dawn l-argumenti għandhom jiġu eżaminati fil-kuntest tal-analiżi tal-motivi dwar ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali.


    83      Waqt is-seduta, ir-Repubblika tal-Litwanja għamlet riferiment ukoll għal sanzjonijiet imposti fil-livell nazzjonali abbażi ta’ interpretazzjoni tad-dispożizzjoni inkwistjoni differenti minn dik indikata mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni.


    84      Sentenzi tas‑16 ta’ Frar 2022, L‑Ungerija vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑156/21, EU:C:2022:97, punt 223 u l-ġurisprudenza ċċitata), u tas‑16 ta’ Frar 2022, Il‑Polonja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑157/21, EU:C:2022:98, punt 319 u l-ġurisprudenza ċċitata).


    85      Sentenza tal‑21 ta’ Ġunju 2018, Il‑Polonja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑5/16, EU:C:2018:483, punt 100 u l-ġurisprudenza ċċitata).


    86      Sentenzi tas‑16 ta’ Frar 2022, L‑Ungerija vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑156/21, EU:C:2022:97, punt 224 u l-ġurisprudenza ċċitata), u tas‑16 ta’ Frar 2022, Il‑Polonja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑157/21, EU:C:2022:98, punt 320 u l-ġurisprudenza ċċitata).


    87      Sentenza tat‑30 ta’ Jannar 2019, Planta Tabak (C‑220/17, EU:C:2019:76, punt 32 u l-ġurisprudenza ċċitata).


    88      Sentenzi tas‑16 ta’ Frar 2022, L‑Ungerija vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑156/21, EU:C:2022:97, punt 225 u l-ġurisprudenza ċċitata), u tas‑16 ta’ Frar 2022, Il‑Polonja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑157/21, EU:C:2022:98, punt 321 u l-ġurisprudenza ċċitata).


    89      Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑14 ta’ April 2005, Il‑Belġju vs Il‑Kummissjoni (C‑110/03, EU:C:2005:223, punt 31).


    90      Il-korsiv miżjud minni.


    91      F’dan ir-rigward, nirrileva li ma hemmx dubju li l-ħin tas-sewqan lejn il-post ta’ ritorn jikkostitwixxi ħin tax-xogħol. Ara l-Artikolu 9(2) tar-Regolament Nru 561/2006, kif emendat bil-punt 8(b) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1054. Ara wkoll, b’analoġija, is-sentenza tal‑10 ta’ Settembru 2015, Federación de Servicios Privados del sindicato Comisiones obreras (C‑266/14, EU:C:2015:578, punt 50).


    92      Ara s-sentenzi tal‑11 ta’ Novembru 2004, Adanez-Vega (C‑372/02, EU:C:2004:705, punt 37), u tal‑25 ta’ Frar 1999, Swaddling (C‑90/97, EU:C:1999:96, punt 29 u l-ġurisprudenza ċċitata).


    93      Ara s-sentenza tat‑12 ta’ April 2018, Il‑Kummissjoni vs Id‑Danimarka (C‑541/16, EU:C:2018:251, punti 28 u 31 u l-ġurisprudenza ċċitata). Ara wkoll l-Artikolu 291(1) TFUE.


    94      Ara, f’dan is-sens, b’analoġija, is-sentenza tat‑30 ta’ Jannar 2019, Planta Tabak (C‑220/17, EU:C:2019:76, punt 33 u l-ġurisprudenza ċċitata).


    95      Ara, f’dan is-sens, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Bot fil-kawża Il‑Kummissjoni vs Il‑Kunsill (C‑196/12, EU:C:2013:549, punt 85).


    96      Ara s-sentenza tat‑12 ta’ April 2018, Il‑Kummissjoni vs Id‑Danimarka (C‑541/16, EU:C:2018:251, punt 47).


    97      Ara l-punt 25 ta’ din in-nota.


    98      Ara, fir-rigward tar-restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu tal-ħaddiema, is-sentenza tat‑2 ta’ Settembru 2021, Il‑Kummissjoni vs Il‑Ġermanja (Traspożizzjoni tad-Direttivi [2009/72 u 2009/73]) (C‑718/18, EU:C:2021:662, punt 60), u, fir-rigward tar-restrizzjonijiet fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, is-sentenza tat‑8 ta’ Diċembru 2020, L‑Ungerija vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑620/18, EU:C:2020:1001, punt 104 u l-ġurisprudenza ċċitata).


    99      Ara, inter alia, is-sentenza tat‑8 ta’ Ġunju 2023, Prestige and Limousine (C‑50/21, EU:C:2023:448, punt 61 u l-ġurisprudenza ċċitata).


    100      Sentenza tat‑8 ta’ Ġunju 2023, Fastweb et (Frekwenza tal-fatturazzjoni) (C‑468/20, EU:C:2023:447, punt 82 u l-ġurisprudenza ċċitata). Ara wkoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Szpunar fil-kawża Prestige and Limousine (C‑50/21, EU:C:2022:997, punt 50 u l-ġurisprudenza ċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 19).


    101      Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑5 ta’ Ottubru 2004, CaixaBank France (C‑442/02, EU:C:2004:586, punt 14).


    102      Ara, f’dan is-sens, f’sitwazzjonijiet li fihom kienu involuti kemm il-libertà ta’ stabbiliment kif ukoll il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, is-sentenzi tad‑29 ta’ Marzu 2011, Il‑Kummissjoni vs L‑Italja (C‑565/08, EU:C:2011:188, punt 51 u l-ġurisprudenza ċċitata), u tas‑7 ta’ Marzu 2013, DKV Belgium (C‑577/11, EU:C:2013:146, punti 35 u 36).


    103      Ara wkoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Szpunar fil-kawża Prestige and Limousine (C‑50/21, EU:C:2022:997, punt 50 u l-ġurisprudenza ċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 20).


    104      Ara, inter alia, is-sentenza tat‑2 ta’ Settembru 2021, Institut des Experts en Automobiles (C‑502/20, EU:C:2021:678, punt 32 u l-ġurisprudenza ċċitata).


    105      Ara, inter alia, is-sentenza tat‑8 ta’ Ġunju 2023, Prestige and Limousine (C‑50/21, EU:C:2023:448, punt 64 u l-ġurisprudenza ċċitata).


    106      Ara l-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament Nru 561/2006. Il-kunċett ta’ “impriża tat-trasport” huwa ddefinit fl-Artikolu 4(p) ta’ dan ir-regolament.


    107      Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑8 ta’ Diċembru 2020, L‑Ungerija vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑620/18, EU:C:2020:1001, punt 105).


    108      Ara l-punt 42 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    109      Dawn l-iżviluppi huma deskritti b’mod partikolari fil-komponent soċjali tal-valutazzjoni tal-impatt, b’mod partikolari fil-Parti 1/2, p. 1 sa 11, 26 u 49, kif ukoll fil-komponent tal-istabbiliment tal-valutazzjoni tal-impatt, b’mod partikolari fil-Parti 1/2, p. 7 sa 22.


    110      Komponent soċjali tal-valutazzjoni tal-impatt, Parti 1/2, punti 2.1.1 u 2.2.2.


    111      Komponent soċjali tal-valutazzjoni tal-impatt, p. 39.


    112      Komponent soċjali tal-valutazzjoni tal-impatt, Parti 1/2, p. 20. B’mod partikolari, il-Kummissjoni sabet li r-riskju ta’ deterjorament fil-kundizzjonijiet tax-xogħol, inklużi l-kundizzjonijiet mhux xierqa ta’ mistrieħ, il-limiti tal-ħin u l-istress tax-xufiera, ma kienx ġie indirizzat b’mod effettiv minħabba l-ksur u n-nuqqasijiet tar-regoli preċedenti, ir-riġidità tal-applikazzjoni tagħhom, kif ukoll il-pressjonijiet tas-suq.


    113      Ara l-premessa 2 tar-Regolament 2020/1054. Skont il-komponent soċjali tal-valutazzjoni tal-impatt (ara l-Parti 1/2, p. 5 sa 6), il-kawżi prinċipali tal-ineffettività tal-leġiżlazzjoni soċjali jinkludu regoli mhux ċari u inadegwati kif ukoll diverġenzi fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali.


    114      Ara l-premessa 1 tar-Regolament 2020/1054.


    115      Ara l-komponent soċjali tal-valutazzjoni tal-impatt, Parti 1/2, p. 19.


    116      Ara l-premessi 3, 6 u 36 tar-Regolament 2020/1054.


    117      Għall-istess raġuni, fil-fehma tiegħi, għandu jiġi miċħud ukoll l-ilment imqajjem mir-Repubblika tal-Polonja fis-sens li l-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera jikser l-Artikolu 4(f) tar-Regolament Nru 561/2006.


    118      L-Artikolu 9(2) tar-Regolament Nru 561/2006, qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament 2020/1054, kien jipprovdi li “[k]walunkwe ħin li s-sewwieq jieħu biex jivvjaġġja lejn il-vettura u lura u li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, li mhix fid-dar tas-sewwieq jew fiċ-ċentru ta’ operazzjonijiet ta’ min iħaddem fejn is-sewwieq hu normalment ibbażat, m’għandux jitqies bħala perijodu ta’ mistrieħ jew pawża sakemm ix-xufier mhuwiex fuq vapur jew trejn u għandu aċċess għal couchette”. Il-paragrafu 3 ta’ dan l-artikolu wkoll kien jagħmel riferiment għal “fid-dar tas-sewwieq jew fiċ-ċentru ta’ operazzjonijiet ta’ min iħaddem fejn is-sewwieq hu normalment ibbażat”.


    119      Ara s-sentenza tad‑29 ta’ April 2010, Smit Reizen (C‑124/09, EU:C:2010:238, punt 27). Minn perspettiva lingwistika, il-kunċett ta’ “ċentru operazzjonali” jikkorrispondi għal dak ta’ “ċentru operattiv” użat f’din is-sentenza, kif ukoll fis-sentenza tat‑18 ta’ Jannar 2001, Skills Motor Coaches et (C‑297/99, EU:C:2001:37), u fil-verżjoni oriġinali tal-Artikolu 5(c) tar-Regolament Nru 1071/2009.


    120      Ara s-sentenza tad‑29 ta’ April 2010, Smit Reizen (C‑124/09, EU:C:2010:238, punt 31).


    121      It-terminu “UE‑13” jindika l-Istati kollha li saru membri tal-Unjoni Ewropea wara l‑2004 u li żdiedu mal‑15-il Stat li diġà kienu membri (“l-UE‑15”).


    122      Il-valutazzjoni tal-impatt tiċċita, f’dan ir-rigward, investigazzjoni li saret fost ix-xufiera Pollakki mill-assoċjazzjoni Pollakka ta’ persuni li jimpjegaw, li minnha jirriżulta li 23 % minnhom iqattgħu 15-il jum fit-triq; 15 % jqattgħu iktar minn 30 jum ’il bogħod mill-post ta’ residenza/bażi tagħhom u 7 % inqas minn 5 ijiem ’il bogħod mill-post ta’ residenza/bażi tagħhom. Ara l-komponent soċjali tal-valutazzjoni tal-impatt, Parti 1/2, p. 20.


    123      Ara, speċifikament, il-punt 203 ta’ dawn il-konklużjonijiet.  


    124      Sentenza tat‑8 ta’ Diċembru 2020, L‑Ungerija vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑620/18, EU:C:2020:1001, punti 41 u 42, kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).


    125      Ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑8 ta’ Diċembru 2020, L‑Ungerija vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑620/18, EU:C:2020:1001, punti 41, 42, 61, 62, 64 u 128).


    126      Komponent soċjali tal-valutazzjoni tal-impatt, Parti 1/2, p. 51.


    127      Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 122 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    128      Komponent soċjali tal-valutazzjoni tal-impatt, Parti 1/2, p. 20.


    129      Komponent soċjali tal-valutazzjoni tal-impatt, Parti 1/2, Kapitolu 6.2.1, p. 63.


    130      Ara l-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 561/2006 u l-Artikolu 33 tar-Regolament Nru 165/2014.


    131      Ara l-punt 132 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    132      Ara l-punt 47 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    133      Ara l-punti 219 u 220 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    134      Ara l-ġurisprudenza msemmija fil-punt 56 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    135      Ara l-punt 179 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    136      Komponent soċjali tal-valutazzjoni tal-impatt, Parti 1/2, p. 49. Għalkemm il-miżuri eżaminati f’dan il-kuntest kienu marbuta mal-eventwali projbizzjoni li l-mistrieħ skedat jittieħed fil-vettura, hemm l-istess tip ta’ diffikultajiet sabiex jiġi stabbilit jekk ix-xufier tqegħidx f’pożizzjoni mill-impriża tat-trasport li jkun jista’ jirritorna lejn il-post ta’ residenza tiegħu jew lejn iċ-ċentru operazzjonali, iżda għażel li ma jagħmilx dan, jew jekk tpoġġiex taħt pressjoni intiża sabiex tiskoraġġih milli jirritorna.


    137      L-Opinjoni tal-KESE 2017/02852, punt 1.7.


    138      Il-punt 5(c) tal-Artikolu 1 tal-Proposta għal Regolament dwar il-ħin tax-xogħol kien jipprevedi li fl-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 561/2006 jiddaħħal paragrafu 8b li jgħid hekk: “Impriża tat-trasport għandha torganizza x-xogħol tax-xufiera b’tali mod li x-xufiera jkunu jistgħu jqattgħu d-dar mill-inqas perjodu regolari wieħed ta’ mistrieħ fil-ġimgħa jew perjodu ta’ mistrieħ fil-ġimgħa ta’ aktar minn 45 siegħa meħuda bħala kumpens għal perjodu mnaqqas ta’ mistrieħ fil-ġimgħa f’kull perjodu ta’ tliet ġimgħat konsekuttivi.”


    139      Il-leġiżlatur adotta l-iskeda ta’ tliet ġimgħat applikabbli għar-ritorn biss għax-xufiera li jkunu ħadu żewġ perijodi mnaqqsa konsekuttivi ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(8a)) u li għalhekk jieħdu, wara t-tielet ġimgħa tax-xogħol, perijodu ta’ mistrieħ regolari bħala kumpens għaż-żewġ perijodi mnaqqsa ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa.


    140      Ir-Repubblika tal-Polonja ssemmi wkoll l-effetti dannużi fuq l-infrastruttura tat-toroq. Dawn l-argumenti huma ttrattati fil-parti dwar il-motivi li jikkonċernaw ksur tal-Artikolu 91(2) TFUE fil-punti 281 et seq. ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    141      Ara l-komponent soċjali tal-valutazzjoni tal-impatt, Parti 1/2, p. 48.


    142      Ara l-komponent soċjali tal-valutazzjoni tal-impatt, Parti 1/2, p. 20 u l-punti 217, 229, 236 u 260 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    143      Din iċ-ċifra tirriżulta minn tqabbil bejn, minn naħa, l-evalwazzjoni li tinsab fl-ittra miftuħa tas‑26 ta’ Ottubru 2018 tal-Unjoni Internazzjonali tat-Trasport bit-Triq (IRU) li fiha ġie kkunsidrat li l-adozzjoni ta’ obbligu għall-vetturi li jirritornaw kull tlieta sa erba’ ġimgħat setgħet iżżid il-kilometraġġ tat-trakkijiet minn 80 għal 135 miljun vettura-kilometru fis-sena u, min-naħa l-oħra, id-data tal-Eurostat li minnha kien jirriżulta li, fl‑2016, it-traffiku ta’ vetturi ta’ merkanzija kien jammonta għal total ta’ 135 725 miljun vettura-kilometru. Il-Kunsill osserva li l-obbligu ta’ ritorn tax-xufiera ma jikkonċernax il-vetturi, iżda x-xufiera li mhux neċessarjament dejjem jirritornaw mal-vettura u li, kif jirriżulta mill-valutazzjoni tal-impatt (ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 122 ta’ dawn il-konklużjonijiet), diġà jirritornaw fil-maġġoranza tal-każijiet kull tlieta jew erba’ ġimgħat.


    144      Komponent soċjali tal-valutazzjoni tal-impatt, Parti 1/2, Kapitolu 2.3.1.1.


    145      Żviluppata mill-korp ta’ standardizzazzjoni tal-Istati Uniti AASHTO (American Association of State Highway and Transportation Officials), li juri l-impatt tal-vetturi fuq l-infrastruttura tat-toroq.


    146      Ara, fir-rigward tal-Artikolu 74 KE, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Stix-Hackl fil-kawżi magħquda Spanja u Il‑Finlandja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑184/02 u C‑223/02, EU:C:2004:194, punt 162).


    147      Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4058/89 tal‑21 ta’ Diċembru 1989 dwar l-iffissar ta’ rati għat-trasport ta’ merkanzija bit-triq bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 286).


    148      Ara, fir-rigward tal-Artikolu 74 KE, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Stix-Hackl fil-kawżi magħquda Spanja u Il‑Finlandja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑184/02 u C‑223/02, EU:C:2004:194, punt 163).


    149      Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Stix-Hackl fil-kawżi magħquda Spanja u Il‑Finlandja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑184/02 u C‑223/02, EU:C:2004:194, punt 164).


    150      Ara, fir-rigward tal-Artikolu 9 TFUE, is-sentenza tat‑8 ta’ Diċembru 2020, L‑Ungerija vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑620/18, EU:C:2020:1001, punt 46).


    151      Ara, f’dan is-sens, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Stix-Hackl fil-kawżi magħquda Spanja u Il‑Finlandja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑184/02 u C‑223/02, EU:C:2004:194, punt 164).


    152      Ara l-punt 42 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    153      Ara, b’analoġija mal-Artikolu 191(3) TFUE, is-sentenza tat‑13 ta’ Marzu 2019, Il‑Polonja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑128/17, EU:C:2019:194, punt 135 u l-ġurisprudenza ċċitata).


    154      Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 143 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    155      Ara l-punt 284 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    156      F’dan ir-rigward, ara wkoll il-punt 222 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    157      Ara l-punti 291 u 292 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    158      Ara l-komponent soċjali tal-valutazzjoni tal-impatt, Parti 1/2, p. 60 u 61.


    159      Ara l-komponent soċjali tal-valutazzjoni tal-impatt, Parti 1/2, b’mod partikolari p. 63 et seq.


    160      Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, tal‑11 ta’ Diċembru 2019, “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew”, COM(2019) 640 final (iktar ’il quddiem il-“Patt Ekoloġiku Ewropew”).


    161      Patt Ekoloġiku Ewropew, punt 2.1.5.


    162      Konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tat‑12 ta’ Diċembru 2019, EUCO 29/19 CO EUR 31 CONCL 9.


    163      Stqarrija tal-Kummissarja Vălean dwar l-adozzjoni finali tal-Pakkett dwar il-Mobilità I mill-Parlament Ewropew, Brussell, 9 ta’ Lulju 2020, https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/statement_20_1319.


    164      Ara l-punt 45 tar-replika fil-Kawża C‑553/20.


    165      Ara l-punti 564 et seq. ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    166      Ara s-sentenza tat‑13 ta’ Marzu 2019, Il‑Polonja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑128/17, EU:C:2019:194, punti 129 sa 131). Dispożizzjoni li tinstab li hija konformi mal-Artikolu 191 TFUE għandha neċessarjament tinstab li hija konformi mal-Artikolu 37 tal-Karta: ara s-sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2016, Associazione Italia Nostra Onlus (C‑444/15, EU:C:2016:978, punti 61 sa 64).


    167      Ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑11 ta’ Marzu 1992, Compagnie commerciale de l’Ouest et (C‑78/90 sa C‑83/90, EU:C:1992:118, punt 18).


    168      Fil-fehma tiegħi, dan l-ilment jista’ jinfitehem biss bħala li jirreferi għall-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat, peress li l-obbligu ta’ ritorn tax-xufiera kull tliet ġimgħat kien diġà preżenti fil-Proposta għal Regolament dwar l-istabbiliment, li kienet is-suġġett ta’ valutazzjoni tal-impatt: ara l-punt 5(c) tal-Artikolu 1 tal-Proposta għal Regolament dwar il-ħin tax-xogħol, u l-komponent soċjali tal-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja din il-proposta.


    169      Nippreċiża li, f’dan l-istadju tal-analiżi, mhux ser nidħol fid-dibattitu dwar iċ-ċifri marbuta mal-emissjonijiet addizzjonali potenzjali jew reali li jġib miegħu l-obbligu dwar ir-ritorn tax-xufiera, sa fejn, l-ewwel, dan ma huwiex neċessarju għat-trattament tal-argumenti bbażati fuq il-ksur tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent u, it-tieni, dan id-dibattitu għandu jiġi deċiż waqt it-trattament tal-argumenti dwar il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.


    170      Ara l-punti 575 et seq. ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    171      Il-leġiżlatur ippreveda biss l-ipoteżi fejn ir-ritorn tax-xufier jista’, jekk ikun il-każ, jiġi organizzat fl-istess ħin mar-ritorn tal-vettura fl-Istat Membru ta’ stabbiliment: ara l-premessa 8 tar-Regolament 2020/1055.


    172      F’dan is-sens, ara l-konklużjonijiet tal-Avukata Ġenerali Kokott fil-kawżi magħquda Il‑Kummissjoni vs Il‑Kunsill (ŻPB Antartiku) (C‑626/15 u C‑659/16, EU:C:2018:362, punt 88), u s-sentenza tal‑15 ta’ April 2021, Il‑Pajjiżi l‑Baxxi vs Il‑Kunsill u Il‑Parlament (C‑733/19, EU:C:2021:272, punt 48).


    173      Ara s-sentenza tal‑15 ta’ April 2021, Il‑Pajjiżi l‑Baxxi vs Il‑Kunsill u Il‑Parlament (C‑733/19, EU:C:2021:272, punt 44).


    174      Ara s-sentenza tat‑8 ta’ Diċembru 2020, L‑Ungerija vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑620/18, EU:C:2020:1001, punt 119).


    175      Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑20 ta’ Settembru 2017, Elecdey Carcelen et (C‑215/16, C‑216/16, C‑220/16 u C‑221/16, EU:C:2017:705, punt 40).


    176      Ara s-sentenza tal‑21 ta’ Ġunju 2018, Il‑Polonja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑5/16, EU:C:2018:483, punt 86).


    177      Ara l-punt 47 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    178      Ara l-punt 197 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    179      Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑13 ta’ Novembru 1990, Fedesa et (C‑331/88, EU:C:1990:391, punti 19 u 20), u tas‑17 ta’ Lulju 1997, SAM Schiffahrt u Stapf (C‑248/95 u C‑249/95, EU:C:1997:377, punti 52, 63 u 64).


    180      Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑21 ta’ Ġunju 1958, Wirtschaftsvereinigung Eisen- und Stahlindustrie et vs L-Awtorità Għolja (13/57, EU:C:1958:10, p. 292).


    181      F’dan ir-rigward, ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑13 ta’ Novembru 1973, Werhahn Hansamühle et vs Il‑Kunsill u Il‑Kummissjoni (63/72 sa 69/72, EU:C:1973:121, punt 17).


    182      Ara l-punt 80 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    183      Ara l-punti 148 sa 150 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    184      Sentenza tat‑13 ta’ Novembru 1990, Fedesa et (C‑331/88, EU:C:1990:391, punt 20).


    185      Ara l-punt 90 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    186      Ara p. 18 ta’ din il-valutazzjoni tal-impatt.


    187      Rapport finali tal-istudju dwar iż-żoni ta’ parkeġġ sikuri u siguri għat-trakkijiet (https://ec.europa.eu/transport/sites/transport/files/2019-study-on-safe-and-secure-parking-places-for-trucks.pdf), p. 8 u 18 sa 20.


    188      Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑11 ta’ Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU 2013, L 348, p. 1, iktar ’il quddiem ir-“Regolament TEN‑T”).


    189      Skont il-paragrafu 3 ta’ din id-dispożizzjoni, “[i]ż-żoni ta’ parkeġġ kollha li jkunu ġew iċċertifikati jistgħu jindikaw li huma ċċertifikati f’konformità mal-istandards u l-proċeduri tal-Unjoni. F’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 39(2) tar-Regolament [TEN‑T], l-Istati Membri jridu jinkoraġġixxu l-ħolqien ta’ spazju għall-parkeġġ għall-utenti kummerċjali tat-toroq”. Skont il-paragrafu 4 ta’ din id-dispożizzjoni, “[s]al‑31 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar id-disponibbiltà ta’ faċilitajiet xierqa ta’ mistrieħ għax-xufiera u ta’ faċilitajiet ta’ parkeġġ siguri, kif ukoll dwar l-iżvilupp ta’ żoni ta’ parkeġġ sikuri u siguri ċċertifikati f’konformità mal-atti delegati msemmija fil-paragrafu 2. Dak ir-rapport jista’ jelenka miżuri biex jiżdiedu l-għadd u l-kwalità ta’ żoni ta’ parkeġġ sikuri u siguri”.


    190      Komponent soċjali tal-valutazzjoni tal-impatt, Parti 1/2, p. 64.


    191      Komponent soċjali tal-valutazzjoni tal-impatt, Parti 1/2, p. 70.


    192      Komponent soċjali tal-valutazzjoni tal-impatt, Parti 1/2, p. 18.


    193      Sentenza tal‑20 ta’ Diċembru 2017 (C‑102/16, iktar ’il quddiem is-“sentenza Vaditrans”, EU:C:2017:1012).


    194      Komponent soċjali tal-valutazzjoni tal-impatt, Parti 1/2, p. 46.


    195      Komponent soċjali tal-valutazzjoni tal-impatt, Parti 1/2, p. 18.


    196      Skont l-Artikolu 4(g) tar-Regolament Nru 561/2006, għall-finijiet ta’ dan ir-regolament, “‘perijodu ta’ mistrieħ ta’ kuljum’ tfisser il-perijodu ta’ kuljum li fih xufier jista’ jagħmel li jrid bil-ħin tiegħu u jkopri ‘perijodu regolari ta’ mistrieħ ta’ kuljum’ u ‘perijodu mnaqqas ta’ mistrieħ ta’ kuljum’”. Skont l-ewwel inċiż ta’ din id-dispożizzjoni, “‘perijodu regolari ta’ mistrieħ ta’ kuljum’ tfisser kull perijodu bla interruzzjoni ta’ mistrieħ ta’ mill-inqas 11-il siegħa. Bħala alternattiva, dan il-perijodu regolari ta’ mistrieħ ta’ kuljum jista’ jittieħed f’żewġ perijodi, l-ewwel wieħed għandu jkun perijodu bla interruzzjoni ta’ mill-inqas 3 sigħat u t-tieni wieħed ikun perijodu bla interruzzjoni ta’ mill-inqas 9 sigħat”. Skont it-tieni inċiż tal-imsemmija dispożizzjoni, “‘perijodu mnaqqas ta’ mistrieħ ta’ kuljum’ tfisser kull perijodu ta’ mistrieħ ta’ mill-inqas 9 sigħat iżda inqas minn 11-il siegħa”.


    197      Skont l-Artikolu 4(h) tar-Regolament Nru 561/2006, għall-finijiet ta’ dan ir-regolament, “‘perijodu ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa’ tfisser perijodu ta’ kull ġimgħa li matulu xufier jista’ juża l-ħin tiegħu kif irid u jkopri ‘perijodu regolari ta’ mistrieħ fil-ġimgħa’ u ‘perijodu mnaqqas ta’ mistrieħ fil-ġimgħa’. Skont l-ewwel inċiż ta’ din id-dispożizzjoni, “‘perijodu regolari ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa’ tfisser kwalunkwe perijodu ta’ mistrieħ mill-inqas ta’ 45 siegħa”. Skont it-tieni inċiż tal-imsemmija dispożizzjoni, “‘perijodu mnaqqas ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa’ tfisser kull perijodu ta’ mistrieħ ta’ inqas minn 45 siegħa, li jista’, bla ħsara għall-kondizzjonijiet fl-Artikolu 8(6), jitqassar għal minimu ta’ 24 siegħa konsekuttivi”.


    198      Sentenza Vaditrans (punti 31, 32 u 48). .


    199      Ara l-punt 42 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    200      Skont il-premessa 13 tar-Regolament 2020/1054, “[s]abiex jiġi promoss il-progress soċjali, huwa xieraq li jiġi speċifikat fejn jistgħu jittieħdu l-perijodi ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa, filwaqt li jiġi żgurat li x-xufiera jgawdu minn kundizzjonijiet ta’ mistrieħ adegwati. Il-kwalità tal-akkomodazzjoni hija partikolarment importanti matul il-perijodi regolari ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa, li jenħtieġ li x-xufier iqatta’ f’akkomodazzjoni adatta li ma tkunx il-kabina tal-vettura, għas-spejjeż tal-impriża tat-trasport bħala impjegatur. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet tajbin tax-xogħol u s-sikurezza tax-xufiera, huwa xieraq li jiġi ċċarat ir-rekwiżit li x-xufiera jiġu pprovduti b’akkomodazzjoni ta’ kwalità u li tilqa’ kemm in-nisa kif ukoll l-irġiel għall-perijodi ta’ mistrieħ regolari ta’ kull ġimgħa tagħhom f’każ li dawn jittieħdu ’l bogħod minn djarhom”.


    201      Sentenza Vaditrans (punti 31, 32 u 48).


    202      Sentenza Vaditrans (punt 43).


    203      Sentenza Vaditrans (punt 44).


    204      Sentenza Vaditrans (punt 45).


    205      Sentenza Vaditrans (punti 46 u 47).


    206      Sentenza Vaditrans (punt 44).


    207      Sentenza Vaditrans (punt 44).


    208      Sentenza Vaditrans (punti 44 u 45).


    209      Sentenza Vaditrans (punt 42).


    210      Sentenza Vaditrans (punt 44). Ara l-punt 379 ta’ dawn il-konklużjonijiet. Ara wkoll id-digriet tal-Viċi Presidenta tal-Qorti tal-Ġustizzja tat‑13 ta’ April 2021, Il‑Litwanja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑541/20 R, EU:C:2021:264, punt 38).


    211      Ara l-Artikolu 8(6) tar-Regolament Nru 561/2006, kif emendat bir-Regolament 2020/1054.


    212      Skont din id-dispożizzjoni, l-Artikolu 19(1) tar-Regolament Nru 561/2006 huwa ssostitwit bit-test li ġej: “1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għal ksur ta’ dan ir-Regolament […] u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Dawk il-penali għandhom ikunu effettivi u proporzjonati skont il-gravità tal-ksur, kif indikat fl-Anness III għad-Direttiva 2006/22/KE [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑15 ta’ Marzu 2006 dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 3820/85 u 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam ma’ attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE (ĠU 2006, L 102, p. 35)] […]. L-ebda ksur ta’ dan ir-Regolament […] ma għandu jkun suġġett għal aktar minn penali jew proċedura waħda. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk ir-regoli u l-miżuri, flimkien mal-metodu u l-kriterji magħżula fil-livell nazzjonali biex tiġi evalwata l-proporzjonalità tagħhom. L-Istati Membri għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kull emenda sussegwenti li taffettwahom. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri b’dawk ir-regoli u l-miżuri, u bi kwalunkwe emenda għalihom. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li din l-informazzjoni tiġi ppubblikata f’sit web pubbliku ddedikat bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni, li jkun fih informazzjoni dettaljata dwar dawn il-penali applikabbli fl-Istati Membri.”


    213      Ara l-Proposta għal Regolament dwar il-ħin tax-xogħol, l-Artikolu 1(5)(c), iċċitat fil-punt 11 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    214      Ara, inter alia, is-sentenza tal‑20 ta’ Diċembru 2017, Erzeugerorganisation Tiefkühlgemüse (C‑516/16, EU:C:2017:1011, punt 88 u l-ġurisprudenza ċċitata).


    215      Il-kunċett ta’ “xufier” huwa ddefinit fl-Artikolu 4(c) tar-Regolament Nru 561/2006.


    216      Sentenza Vaditrans (punt 44). Ara wkoll il-punt 379 ta’ dawn il-konklużjonijiet. Ara wkoll id-digriet tal-Viċi Presidenta tal-Qorti tal-Ġustizzja tat‑13 ta’ April 2021, Il‑Litwanja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑541/20 R, EU:C:2021:264, punt 38)


    217      Ara l-punt 80 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    218      Komponent soċjali tal-valutazzjoni tal-impatt, Parti 1/2, p. 39.


    219      Skont l-Artikolu 3(4) tar-Regolament Nru 165/2014, moqri flimkien mat-tielet sentenza tal-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2016/799, il-vetturi li jiċċirkulaw fi Stat Membru li ma huwiex l-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni tagħhom kellhom inizjalment ikunu mgħammra b’takografu intelliġenti, irregolat mill-Artikoli 8 sa 10 tar-Regolament Nru 165/2014, fi żmien ħmistax-il sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ, fil‑15 ta’ Ġunju 2019, tal-modalitajiet relatati ma’ dawn it-takografi stabbiliti fl-Anness IC ta’ dan ir-regolament ta’ implimentazzjoni, jiġifieri, sa mhux iktar tard mill‑15 ta’ Ġunju 2034.


    220      Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1228 tas‑16 ta’ Lulju 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2016/799 (ĠU 2021, L 273, p. 1).


    221      Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/980 tas‑16 ta’ Mejju 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2016/799 (ĠU 2023, L 134, p. 28).


    222      Il-Kummissjoni, “Study regarding measures fostering the implementation of the smart tachograph”, 2018, p. 9.


    223      Il-Parlament Ewropew (EPRS): Retrofitting smart tachographs by 2020: Costs and benefits (L-installazzjoni retroattiva tat-takografi intelliġenti sal‑2020: Kostijiet u benefiċċji), 2 ta’ Frar 2018 (https://www.europarl.europa.eu/thinktank/fr/document.html?reference=EPRS_STU%282018 %29615643), p. 7.


    224      Ara l-ittra tal-Kummissjoni lill-Kunsill tal‑4 ta’ Ottubru 2018, Anness B4 fil-Kawża C‑551/20.


    225      Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 219 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    226      Sentenzi tat‑3 ta’ Diċembru 2019, Ir‑Repubblika Ċeka vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑482/17, EU:C:2019:1035, punt 153), u tal‑21 ta’ Ġunju 2018, Il‑Polonja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑5/16, EU:C:2018:483, punti 100 u 110).


    227      Sentenzi tat‑3 ta’ Diċembru 2019, Ir‑Repubblika Ċeka vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑482/17, EU:C:2019:1035, punt 153), u tal‑21 ta’ Ġunju 2018, Il‑Polonja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑5/16, EU:C:2018:483, punt 111).


    228      Sentenza tal‑21 ta’ Ġunju 2018, Il‑Polonja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑5/16, EU:C:2018:483, punt 112).


    229      Sentenza tal‑20 ta’ Diċembru 2017, Global Starnet (C‑322/16, EU:C:2017:985, punt 47 u l-ġurisprudenza ċċitata).


    230      Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑20 ta’ Diċembru 2017, Global Starnet (C‑322/16, EU:C:2017:985, punt 48 u l-ġurisprudenza ċċitata).


    231      Ara, ex multis, is-sentenza tat‑8 ta’ Settembru 2022, Ministerstvo životního prostředí (Pappagalli makaw blu) (C‑659/20, EU:C:2022:642, punt 69 u l-ġurisprudenza ċċitata).


    232      Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑20 ta’ Settembru 1988, Spanja vs Il‑Kunsill (203/86, EU:C:1988:420, punt 19 u l-ġurisprudenza ċċitata).


    233      Dan l-artikolu jipprevedi bħala eċċezzjonijiet id-dispożizzjonijiet tal-punt 15 tal-Artikolu 1 u tal-punt 12 tal-Artikolu 2, li għandhom japplikaw biss mill‑31 ta’ Diċembru 2024. Dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet ma humiex is-suġġett tar-rikorsi ppreżentati f’dawn il-kawżi.


    234      Skont dawn iż-żewġ istituzzjonijiet, hija biss id-data posposta għaż-żewġ dispożizzjonijiet imsemmija fin-nota ta’ qiegħ il-paġna preċedenti ta’ dawn il-konklużjonijiet li ser titressaq ’il quddiem għad-data tad-dħul fis-seħħ tar-regolament kollu.


    235      Digriet tal-Viċi Presidenta tal-Qorti tal-Ġustizzja tat‑13 ta’ April 2021, Il‑Litwanja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑541/20 R, EU:C:2021:264, punt 31).


    236      Sentenza Vaditrans (punt 44).


    237      Ara, inter alia, is-sentenza tal‑15 ta’ Lulju 2021, Il-Kummissjoni vs Landesbank Baden-Württemberg u SRB (C‑584/20 P u C‑621/20 P, EU:C:2021:601, punt 104 u l-ġurisprudenza ċċitata).


    238      Ara l-punt 394 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    239      Ara s-sentenza tat‑13 ta’ Marzu 2019, Il‑Polonja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑128/17, EU:C:2019:194, punti 73 sa 75).


    240      Ara s-sentenza tat‑13 ta’ Marzu 2019, Il‑Polonja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑128/17, EU:C:2019:194, punt 76).


    241      Din id-dispożizzjoni, iddedikata għar-rekwiżiti għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq, tipprovdi li “[l]-impriżi li jeżerċitaw il-professjoni ta’ operaturi tat-trasport bit-triq għandhom […] ikollhom stabbiliment effettiv u stabbli fi Stat Membru”.


    242      Dan il-motiv tar-rikors fil-Kawża C‑545/20 huwa mqajjem mir-Repubblika tal-Bulgarija kemm fir-rigward tal-punt 3 tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1055 kif ukoll tal-punt 4(a) tal-Artikolu 2 tal-istess regolament. Għal raġunijiet ta’ ekonomija tal-ġudizzju, dan ser neżaminah biss hawnhekk, peress li huwa mifhum li l-konklużjonijiet misluta mill-analiżi tiegħi fir-rigward tal-punt 3 tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1055 japplikaw mutatis mutandis fir-rigward tal-punt 4(a) tal-Artikolu 2 tal-imsemmi regolament.


    243      Sentenza tas‑16 ta’ Lulju 1992, Il‑Parlament vs Il‑Kunsill (C‑65/90, EU:C:1992:325).


    244      Sentenza tas‑16 ta’ Lulju 1992, Il‑Parlament vs Il‑Kunsill (C‑65/90, EU:C:1992:325).


    245      COM (2018) 51 final tal‑31 ta’ Jannar 2018.


    246      Ir-Repubblika ta’ Ċipru ma kkontestatx, fir-rikors C‑549/20 tagħha, il-punt 4(a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1055, b’tali mod li l-motiv tagħha bbażat fuq ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali li jirriżultaw mill-Artikolu 91(1) TFUE jirrigwarda esklużivament l-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat.


    247      Ara l-punt 10 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    248      ĠU 2018, C 197, p. 38.


    249      ĠU 2018, C 176, p. 57.


    250      Ara l-KtR, Practical guide on the infringement of the subsidiarity principle, disponibbli fuq https://portal.cor.europa.eu/subsidiarity/Publications/Documents/Guide%20on%20SubsidiarityFINAL.pdf.


    251      Ara l-Artikoli 56 u 57 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-KtR (ĠU 2014, L 65, p. 41), fil-verżjoni tagħhom applikabbli fil-mument tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament 2020/1055.


    252      Ara l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-KtR, fil-verżjoni tagħhom applikabbli fil-mument tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament 2020/1055.


    253      Sentenza tas‑16 ta’ Lulju 1992 (C‑65/90, EU:C:1992:325).


    254      Sentenza tal‑5 ta’ Lulju 1995 (C‑21/94, EU:C:1995:220).


    255      Sentenza tal‑5 ta’ Lulju 1995, Il‑Parlament vs Il‑Kunsill (C‑21/94, EU:C:1995:220, punti 17 u 18).


    256      Ara d-digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas‑17 ta’ Marzu 2004, Il‑Kummissjoni vs Il‑Kunsill (C‑176/03, EU:C:2004:158, punti 9 sa 11).


    257      Ara l-punt 1.1 tal-Opinjoni tal-KESE tat‑18 ta’ Jannar 2018.


    258      Ara l-punti 1.4 u 3.2 tal-Opinjoni tal-KESE tat‑18 ta’ Jannar 2018.


    259      Ara l-punt 1.6 tal-Opinjoni tal-KESE tat‑18 ta’ Jannar 2018.


    260      Ara l-punt 5.2 tal-Opinjoni tal-KESE tat‑18 ta’ Jannar 2018.


    261      Ara l-punt 5.2 tal-Opinjoni tal-KESE tat‑18 ta’ Jannar 2018.


    262      Ara l-punt 5.2 tal-Opinjoni tal-KESE tat‑18 ta’ Jannar 2018.


    263      Ara, b’mod partikolari, il-punti 6 sa 8 tal-opinjoni tal-KtR tal‑1 ta’ Frar 2018.


    264      Ara l-punt 9 tal-opinjoni tal-KtR tal‑1 ta’ Frar 2018.


    265      Ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑5 ta’ Lulju 1995, Il‑Parlament vs Il‑Kunsill (C‑21/94, EU:C:1995:220, punt 27). Is-sitwazzjoni kienet tkun differenti fil-każ ta’ żieda, matul il-proċedura leġiżlattiva, ta’ bażi legali li tiġġustifika b’mod sħiħ li l-KESE jiġi kkonsultat mill-ġdid, kif kien il-każ, kif irrilevaw ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Repubblika ta’ Ċipru, waqt l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2021/2282 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑15 ta’ Diċembru 2021 dwar il-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa u li jemenda d-Direttiva 2011/24/UE (ĠU 2021, L 458, p. 1). Għaż-żewġ opinjonijiet ta’ dan il-kumitat matul l-istess proċedura leġiżlattiva, ara ĠU 2018, C 283, p. 38 u ĠU 2021, C 286, p. 95.


    266      Ara, f’dan ir-rigward, il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat‑12 ta’ Diċembru 2019 (EUCO 29/19 CO EUR 31 CONCL 9).


    267      Patt Ekoloġiku Ewropew, punt 2.1.5.


    268      Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU 2021, L 243, p. 1).


    269      Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 294(6) [TFUE] dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta’ Regolament li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1071/2009, ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 bl-għan li jiġu adattati għall-iżviluppi fis-settur, ta’ Regolament li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 fir-rigward tar-rekwiżiti minimi dwar il-ħinijiet massimi tas-sewqan ta’ kuljum u fil-ġimgħa, id-durata minima tal-pawżi u tal-perjodi ta’ mistrieħ ta’ kuljum u fil-ġimgħa u r-Regolament (UE) Nru 165/2014 fir-rigward tal-lokalizzazzjoni permezz ta’ takografi u ta’ Direttiva li temenda d-Direttiva 2006/22/KE fir-rigward ta’ rekwiżiti tal-infurzar u li tistabbilixxi regoli speċifiċi fir-rigward tad-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (COM(2020) 151 final).


    270      Il-Pakkett dwar il-Mobbiltà I dwar it-Trasport bit-Triq – Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni (ĠU 2020, C 252 p. 1).


    271      Assessment of the impact of a provision in the context of the revision of Regulation (EC) No 1071/2009 and Regulation (EC) No 1072/2009, Final report (Valutazzjoni tal-impatt ta’ dispożizzjoni fil-kuntest tar-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 u tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009, rapport finali), MOVE/C1/SER/2050‑557/SI2.830443 (iktar ’il quddiem l-“istudju Ricardo tal‑2021”).


    272      Jiġifieri, skont ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Litwanja, il-Polonja, l-Ungerija, il-Bulgarija, ir-Rumanija, il-Latvja u l-Estonja. Ir-Repubblika tal-Litwanja ssostni li l-flotta tat-trakkijiet ta’ dawn is-seba’ Stati Membri ser tirrilaxxa 3.2 miljun tunnellata ta’ CO2 addizzjonali fis-sena u li 570 000 trakk mingħajr tagħbija ser jirritornaw lura fil-bażi tagħhom kull tmien ġimgħat, li jammonta għal 780 miljun kilometru mingħajr tagħbija u 188 miljun litru ta’ fjuwil ikkunsmati bla bżonn kull sena. Ir-Repubblika tal-Litwanja tibbaża ruħha hawnhekk fuq ċifri li dehru f’artiklu ppubblikat fuq is-sit www.trans.info.


    273      Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑30 ta’ Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill‑2021 sal‑2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (ĠU 2018, L 156, p. 26).


    274      Ara d-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri dwar il-ftehim addizzjonali konkluż bejn il-Kunsill u l-Parlament dwar l-ewwel pakkett ta’ miżuri riprodotti fid-dokument tal-Kunsill tal‑11 ta’ Frar 2020 (ST 5424 2020 ADD 4, p. 2).


    275      Ir-Repubblika ta’ Malta hawnhekk tibbaża ruħha fuq il-projezzjonijiet indikati tal-effetti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fis-seħħ fiż-żmien tal-adozzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat‑28 ta’ Novembru 2018, “Pjaneta Nadif għall-kulħadd – Viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima” (COM(2018) 773 final, p. 5 u 6).


    276      Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU 2008, L 312, p. 3).


    277      Ir-Repubblika tal-Polonja tirreferi hawnhekk għas-sentenza tal‑10 ta’ Settembru 2019, Il‑Polonja vs Il‑Kummissjoni (T‑883/16, EU:T:2019:567, punti 77 u 78).


    278      Ara l-punt 48 tar-replika fil-Kawża C‑554/20, Il‑Polonja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill.


    279      L-argumenti tar-Repubblika ta’ Malta dwar l-Artikolu 91(2) TFUE, b’rabta mal-Artikolu 11 TFUE u mal-Artikolu 37 tal-Karta, ma humiex ser jiġu ttrattati f’din il-parti.


    280      Ara s-sentenza tat‑13 ta’ Marzu 2019, Il‑Polonja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑128/17, EU:C:2019:194, punti 129 sa 131). Dispożizzjoni li tinstab li hija konformi mal-Artikolu 191 TFUE għandha neċessarjament tinstab li hija konformi mal-Artikolu 37 tal-Karta: ara s-sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2016, Associazione Italia Nostra Onlus (C‑444/15, EU:C:2016:978, punti 61 sa 64).


    281      B’mod partikolari fil-punt 30 tar-risposta tiegħu fil-Kawża C‑542/20.


    282      Ara l-punt 304 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    283      Ara, b’analoġija, is-sentenza tat‑23 ta’ Novembru 1999, Il‑Parlament vs Il‑Kunsill (C‑149/96, EU:C:1999:574, punt 86). Ara wkoll is-sentenza tas‑26 ta’ Ġunju 2019, Craeynest et (C‑723/17, EU:C:2019:533, punt 33).


    284      Ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑11 ta’ Marzu 1992, Compagnie commerciale de l’Ouest et (C‑78/90 sa C‑83/90, EU:C:1992:118, punt 18).


    285      Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Geelhoed fil-kawża L‑Awstrija vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑161/04, EU:C:2006:66, punti 59 u 60).


    286      Ara d-digriet ta’ tħassir tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas‑6 ta’ Settembru 2006, L‑Awstrija vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑161/04, EU:C:2006:512).


    287      Ara, inter alia, is-sentenzi tat‑13 ta’ Settembru 2005, Il‑Kummissjoni vs Il‑Kunsill (C‑176/03, EU:C:2005:542, punt 41 u l-ġurisprudenza ċċitata); tal‑15 ta’ Novembru 2005, Il‑Kummissjoni vs L‑Awstrija (C‑320/03, EU:C:2005:684, punt 72); tat‑22 ta’ Diċembru 2008, British Aggregates vs Il‑Kummissjoni (C‑487/06 P, EU:C:2008:757, punt 91); tas‑16 ta’ Lulju 2009, Horvath (C‑428/07, EU:C:2009:458, punt 29); kif ukoll tal‑21 ta’ Diċembru 2011, Il‑Kummissjoni vs L‑Awstrija (C‑28/09, EU:C:2011:854, punt 120).


    288      Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat‑13 ta’ Settembru 2005, Il‑Kummissjoni vs Il‑Kunsill (C‑176/03, EU:C:2005:542, punt 42); tal‑15 ta’ Novembru 2005, Il‑Kummissjoni vs L‑Awstrija (C‑320/03, EU:C:2005:684, punt 73 u l-ġurisprudenza ċċitata); u tal‑21 ta’ Diċembru 2011, Il‑Kummissjoni vs L‑Awstrija (C‑28/09, EU:C:2011:854, punt 121).


    289      Ara s-sentenza tas‑16 ta’ Lulju 2009, Horvath (C‑428/07, EU:C:2009:458, punt 29).


    290      Ara s-sentenza tal‑15 ta’ April 2021, Il‑Pajjiżi l‑Baxxi vs Il‑Kunsill u Il‑Parlament (C‑733/19, EU:C:2021:272, punt 46).


    291      Sentenza tat‑22 ta’ Settembru 2020, L‑Awstrija vs Il‑Kummissjoni (C‑594/18 P, EU:C:2020:742, punti 42 u 100). Fir-rigward tal-Artikolu 11 TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li “l-Unjoni [kellha] tikkonforma ruħha ma’ din id-dispożizzjoni meta teżerċita waħda mill-kompetenzi tagħha” (sentenza tal‑20 ta’ Novembru 2018, Il‑Kummissjoni vs Il‑Kunsill (ŻPB Antartiku) (C‑626/15 u C‑659/16, EU:C:2018:925, punt 101)) mingħajr madankollu ma ppreċiżat iktar il-piż fuq il-leġiżlatur f’dan ir-rigward.


    292      Dwar x’ma jimponix l-Artikolu 11 TFUE, ara s-sentenza tal‑15 ta’ April 2021, Il‑Pajjiżi l‑Baxxi vs Il‑Kunsill u Il‑Parlament (C‑733/19, EU:C:2021:272, punt 49).


    293      It-titolu ta’ din it-Tielet Parti jirrigwarda, għall-fini ta’ eżattezza sħiħa, il-politiki u l-azzjonijiet interni tal-Unjoni.


    294      Ara l-punt 308 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    295      Ara, pereżempju, is-sentenza tal‑15 ta’ April 2021, Il‑Pajjiżi l‑Baxxi vs Il‑Kunsill u Il‑Parlament (C‑733/19, EU:C:2021:272, punt 50).


    296      Nippreċiża li, f’dan l-istadju tal-analiżi, mhux ser nidħol fid-dibattitu dwar iċ-ċifri marbuta mal-emissjonijiet addizzjonali potenzjali jew reali li jġib miegħu l-obbligu dwar ir-ritorn, sa fejn, l-ewwel, dan ma huwiex neċessarju għat-trattament tal-argumenti bbażati fuq il-ksur tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent u, it-tieni, dan id-dibattitu għandu jiġi deċiż waqt it-trattament tal-argumenti dwar il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.


    297      Ara l-premessa 1 tar-Regolament 2018/842. Dwar l-ambizzjonijiet tal-leġiżlatur tal-Unjoni għas-settur tat-trasport, ara l-premessa 12 tal-imsemmi regolament.


    298      Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-arseniku, il-kadmju, il-merkurju, in-nikil u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi fl-arja ambjentali (ĠU 2005, L 23, p. 3), kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 219/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑11 ta’ Marzu 2009 (ĠU 2009, L 87, p. 109) u bid-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/1480 tat‑28 ta’ Awwissu 2015 (ĠU 2015, L 226, p. 4, rettifika fil-ĠU 2019, L 72, p. 141) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva 2004/107”).


    299      Ara l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2004/107.


    300      Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU 2008, L 152, p. 1), kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/1480 tat‑28 ta’ Awwissu 2015 (ĠU 2015, L 226, p. 4, rettifika fil-ĠU 2019, L 72, p. 141) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva 2008/50”).


    301      Ara l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2008/50.


    302      Emendata għall-aħħar darba bid-Direttiva (UE) 2018/851 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑30 ta’ Mejju 2018 (ĠU 2018, L 150, p. 109).


    303      Ara l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2008/98, kif emendata bid-Direttiva 2008/851.


    304      ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 4, p. 372.


    305      Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑27 ta’ Settembru 2011 li temenda d-Direttiva 1999/62 (ĠU 2011, L 269, p. 1).


    306      Ara l-premessa 1 tad-Direttiva 2011/76.


    307      Ara l-premessa 2 tad-Direttiva 2011/76.


    308      Ara l-premessa 3 tad-Direttiva 2011/76.


    309      Ara l-premessa 7 tad-Direttiva 2011/76.


    310      Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (ĠU 2019, L 111, p. 13).


    311      Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 595/2009 u (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE (ĠU 2019, L 198, p. 202). Ara wkoll, f’dak li jirrigwarda t-titjib tal-effiċjenza enerġetika ta’ dawn il-vetturi, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/1892 tal‑31 ta’ Ottubru 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1230/2012 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għal ċertu vetturi bil-mutur mgħammra b’kabini elongati u għal apparat u tagħmir ajrudinamiċi għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom (ĠU 2019, L 291, p. 17), b’mod partikolari l-premessa 6 tiegħu.


    312      Ara d-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni ta’ vetturi ta’ trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija (ĠU 2009, L 120, p. 5), kif emendata bid-Direttiva (UE) 2019/1161 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑20 ta’ Ġunju 2019 (ĠU 2019, L 1888, p. 116).


    313      Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑25 ta’ Mejju 2020 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri oħra, li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1369 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 (ĠU 2020, L 177, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2021, L 147, p. 23 u fil-ĠU 2021, L 382, p. 52).


    314      Ara l-premessa 4 tar-Regolament 2020/740.


    315      Ara l-premessa 6 tar-Regolament 2020/1055.


    316      Ara l-premessa 6 tar-Regolament 2020/1055.


    317      Ara l-premessa 6 tar-Regolament 2020/1055.


    318      Ara, fir-rigward tal-Artikolu 130 R u 130 S tat-Trattat KE, is-sentenza tal‑24 ta’ Novembru 1993, Mondiet (C‑405/92, EU:C:1993:906, punt 26), u l-konklużjonijiet tal-Avukata Ġenerali Kokott fil-kawżi magħquda Il‑Kummissjoni vs Il‑Kunsill (ŻPB Antartiku) (C‑626/15 u C‑659/16, EU:C:2018:362, punt 88).


    319      Ara, b’analoġija, is-sentenzi tal‑21 ta’ Diċembru 2016, Associazione Italia Nostra Onlus (C‑444/15, EU:C:2016:978, punt 46), u tal‑1 ta’ Ottubru 2019, Blaise et (C‑616/17, EU:C:2019:800, punt 50).


    320      Ara s-sentenzi tat‑18 ta’ Lulju 2013, Schindler Holding et vs Il‑Kummissjoni (C‑501/11 P, EU:C:2013:522, punt 31 u l-ġurisprudenza ċċitata), u tat‑3 ta’ Diċembru 2019, Ir‑Repubblika Ċeka vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑482/17, EU:C:2019:1035, punt 80).


    321      Ara s-sentenza tas‑6 ta’ Settembru 2017, Is‑Slovakkja u L‑Ungerija vs Il‑Kunsill (C‑643/15 u C‑647/15, EU:C:2017:631, punt 221).


    322      Ara l-Artikolu 192(1) TFUE.


    323      Infakkar li din id-dispożizzjoni tipprevedi li l-miżuri li jaffettwaw b’mod sinjifikattiv l-għażla ta’ Stat Membru bejn sorsi differenti ta’ enerġija u l-istruttura ġenerali tal-provvista tal-enerġija tiegħu għandhom jiġu adottati unanimament.


    324      F’dan is-sens, ara l-konklużjonijiet tal-Avukata Ġenerali Kokott fil-kawżi magħquda Il‑Kummissjoni vs Il‑Kunsill (ŻPB Antartiku) (C‑626/15 u C‑659/16, EU:C:2018:362, punt 88), u s-sentenza tal‑15 ta’ April 2021, Il‑Pajjiżi l‑Baxxi vs Il‑Kunsill u Il‑Parlament (C‑733/19, EU:C:2021:272, punt 48).


    325      L-Ungerija tinvoka prinċipju ta’ prekawzjoni, prinċipju ġenerali tad-dritt, li hija tislet b’mod globali mill-Artikolu 11 TFUE, mill-Artikolu 168(1) TFUE, mill-Artikolu 169(1) u (2) TFUE, u mill-Artikolu 191(1) u (2) TFUE. Għalhekk mhux ser inwettaq analiżi separata tal-Artikoli 168 TFUE u 169 TFUE.


    326      Ara s-sentenza tal‑1 ta’ Ottubru 2019, Blaise et (C‑616/17, EU:C:2019:800, punt 41 u l-ġurisprudenza ċċitata).


    327      Ara s-sentenza tal‑1 ta’ Ottubru 2019, Blaise et (C‑616/17, EU:C:2019:800, punt 43 u l-ġurisprudenza ċċitata).


    328      Ara s-sentenza tal‑1 ta’ Ottubru 2019, Blaise et (C‑616/17, EU:C:2019:800, punt 50).


    329      Ara s-sentenza tad‑9 ta’ Ġunju 2016, Pesce et (C‑78/16 u C‑79/16, EU:C:2016:428, punt 50).


    330      Ara s-sentenza tat‑12 ta’ Lulju 2005, Alliance for Natural Health et (C‑154/04 u C‑155/04, EU:C:2005:449, punt 68).


    331      L-argumenti tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Repubblika ta’ Ċipru nbidlu xi ftit matul il-fażi bil-miktub tal-proċedura (ara l-punt 8 tar-replika fil-Kawża C‑545/20 u l-punt 10 tar-replika fil-Kawża C‑549/20).


    332      ĠU 2016, L 282, p. 1.


    333      Ara l-Artikolu 2(1)(a) tal-Ftehim ta’ Pariġi.


    334      Ara s-sentenzi tal‑21 ta’ Diċembru 2011, Air Transport Association of America et (C‑366/10, EU:C:2011:864, punt 50 u l-ġurisprudenza ċċitata); tal‑11 ta’ April 2013, HK Danmark (C‑335/11 u C‑337/11, EU:C:2013:222, punt 28); tat‑18 ta’ Marzu 2014, Z. (C‑363/12, EU:C:2014:159, punt 71); tat‑13 ta’ Jannar 2015, Il‑Kunsill et vs Vereniging Milieudefensie u Stichting Stop Luchtverontreiniging Utrecht (C‑401/12 P sa C‑403/12 P, EU:C:2015:4, punt 52); tat‑13 ta’ Jannar 2015, Il‑Kunsill u Il‑Kummissjoni vs Stichting Natuur en Milieu u Pesticide Action Network Europe (C‑404/12 P u C‑405/12 P, EU:C:2015:5, punt 44); tat‑8 ta’ Settembru 2020, Recorded Artists Actors Performers (C‑265/19, EU:C:2020:677, punt 62); kif ukoll tat‑3 ta’ Diċembru 2020, Région de Bruxelles-Capitale vs Il‑Kummissjoni (C‑352/19 P, EU:C:2020:978, punt 25).


    335      Il-Ftehim ta’ Pariġi daħal fis-seħħ fl‑4 ta’ Novembru 2016.


    336      Ara s-sentenza tat‑13 ta’ Jannar 2015, Il‑Kunsill et vs Vereniging Milieudefensie u Stichting Stop Luchtverontreiniging Utrecht (C‑401/12 P sa C‑403/12 P, EU:C:2015:4, punt 54 u l-ġurisprudenza ċċitata).


    337      Ara s-sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2011, Air Transport Association of America et (C‑366/10, EU:C:2011:864, punti 52 sa 55 u l-ġurisprudenza ċċitata).


    338      Ara l-premessa 4 tad-Deċiżjoni 2016/1841.


    339      Ara l-Artikolu 2(1) tal-Ftehim ta’ Pariġi, anness mad-Deċiżjoni 2016/1841.


    340      Ara l-punt 575 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    341      Ara l-Artikolu 2(1)(c) tal-Ftehim ta’ Pariġi, anness mad-Deċiżjoni 2016/1841.


    342      Ara l-Artikolu 2(2) tal-Ftehim ta’ Pariġi, anness mad-Deċiżjoni 2016/1841.


    343      L-Artikolu 3 tal-Ftehim ta’ Pariġi, anness mad-Deċiżjoni 2016/1841.


    344      L-Artikolu 4(1) tal-Ftehim ta’ Pariġi, anness mad-Deċiżjoni 2016/1841.


    345      L-Artikolu 4(2) tal-Ftehim ta’ Pariġi, anness mad-Deċiżjoni 2016/1841.


    346      Dawn ir-raġunijiet huma relattivament analogi għal dawk adottati mill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiċħad l-invokabbiltà, fil-kuntest ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari għall-evalwazzjoni tal-validità, tal-Protokoll ta’ Kyoto: ara s-sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2011, Air Transport Association of America et (C‑366/10, EU:C:2011:864, punti 73 sa 78).


    347      Ara s-sentenza tal‑15 ta’ April 2021, Il‑Pajjiżi l‑Baxxi vs Il‑Kunsill u Il‑Parlament (C‑733/19, EU:C:2021:272, punt 44).


    348      Ara s-sentenza tat‑8 ta’ Diċembru 2020, L‑Ungerija vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑620/18, EU:C:2020:1001, punt 119).


    349      Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑20 ta’ Settembru 2017, Elecdey Carcelen et (C‑215/16, C‑216/16, C‑220/16 u C‑221/16, EU:C:2017:705, punt 40).


    350      Ara s-sentenza tal‑21 ta’ Ġunju 2018, Il‑Polonja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑5/16, EU:C:2018:483, punt 86).


    351      Ara t-tieni paragrafu tad-dikjarazzjoni tal-Kummissarja Vălean tad‑9 ta’ Lulju 2020 dwar l-adozzjoni finali tal-Pakkett dwar il-Mobbiltà I mill-Parlament Ewropew.


    352      Jiġifieri l-Ġermanja, Franza, ir-Renju Unit, Spanja, l-Italja, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Belġju.


    353      White Paper “Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b’mod effiċjenti” (COM(2011) 144 final tat‑28 ta’ Marzu 2011).


    354      Sentenza tat‑13 ta’ Novembru 1990 (C‑331/88, EU:C:1990:391).


    355      Ara l-punti 667 et seq. ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    356      Ara l-punt 597 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    357      Ara l-punt 131 tar-rikors fil-Kawża C‑547/20.


    358      Ara l-punt 4 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1071/2009.


    359      Ara l-premessa 8 tar-Regolament 2020/1055.


    360      Għall-bqija, ir-Repubblika tal-Litwanja ma ppreċiżatx liema dispożizzjoni tat-Trattat tal-Adeżjoni, fil-fehma tagħha, kienet tiżgura t-tneħħija, fi żmien ħames snin, ta’ kull restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi mill-operaturi tat-trasport Litwani fi Stati Membri oħra. Kif iddikjara ġustament il-Parlament, dan it-trattat ma kienx jipprevedi li l-Litwanja kellha tibbenefika minn sistema derogatorja u kienet ser tkun eżentata milli tapplika d-dritt sekondarju fil-qasam tat-trasport. Inżid li, fil-mument tad-dħul tar-Repubblika tal-Litwanja fl-Unjoni, l-Artikolu 71(1) KE kien diġà jenfasizza, b’mod partikolari, l-aspetti speċjali tat-trasport kif ukoll it-trattament differenti tal-operaturi tat-trasport mhux residenti.


    361      Ara l-punt 584 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    362      Sentenza tas‑17 ta’ Lulju 1997, SAM Schiffahrt u Stapf (C‑248/95 u C‑249/95, EU:C:1997:377, punt 55).


    363      Ara s-sentenza tas‑26 ta’ Settembru 2013, ÖBB-Personenverkehr (C‑509/11, EU:C:2013:613, punt 47).


    364      Il-komponent tal-istabbiliment tal-valutazzjoni tal-impatt diġà kien evoka tali asimetrija fl-ipoteżi ta’ tisħiħ tal-kriterji ta’ stabbiliment (ara l-Parti 1/2, p. 37).


    365      Ara s-sentenza tat‑13 ta’ Novembru 1990, Fedesa et (C‑331/88, EU:C:1990:391, punti 19 u 20).


    366      Il-leġittimità tal-adattament tal-leġiżlazzjoni għall-kuntest li qiegħed jinbidel li fiha tapplika ma tistax tiġi kkontestata. Huwa għalhekk magħruf li l-parteċipazzjoni fis-suq tat-trasport tal-impriżi minn Stati Membri fejn, b’mod ġenerali, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg ivarjaw minn dawk applikabbli fl-Istati Membri l-oħra wara t-tkabbir suċċessiv tista’ teħtieġ, abbażi tal-evalwazzjoni tiegħu, l-intervent tal-leġiżlatur tal-Unjoni (ara s-sentenza tat‑8 ta’ Diċembru 2020, Il‑Polonja u Il‑Parlament vs Il‑Kunsill (C‑626/18, EU:C:2020:1000, punt 67). Fuq il-ħtieġa li tittieħed inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni tal-Istati Membri kollha tal-Unjoni, ara, fost l-oħrajn, is-sentenza tad‑29 ta’ Mejju 2018, Liga van Moskeeën en Islamitische Organisaties Provincie Antwerpen et (C‑426/16, EU:C:2018:335, punt 74).


    367      Sentenza tat‑8 ta’ Diċembru 2020, L‑Ungerija vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑620/18, EU:C:2020:1001, punt 128).


    368      Ara d-definizzjoni ta’ dawn iż-żewġ kategoriji pprovduta mill-komponent tal-istabbiliment tal-valutazzjoni tal-impatt, Parti 1/2, p. 1, nota ta’ qiegħ il-paġna 3.


    369      Ara l-istudju Ricardo tal‑2021, p. XI u 91.


    370      Ara l-istudju Ricardo tal‑2021, p. XI u 91.


    371      Ara l-istudju Ricardo tal‑2021, p. 6.


    372      Il-Kunsill u l-Parlament jikkontestaw l-ammissibbiltà ta’ dan l-ilment kif żviluppat mir-Repubblika tal-Litwanja fil-Kawża C‑542/20 peress li fil-fatt tqajjem biss fl-istadju tar-replika. Anki jekk jiġi ddikjarat inammissibbli, il-Qorti tal-Ġustizzja trid teżamina lment tal-istess natura peress li dan ġie invokat wkoll mir-Repubblika tal-Bulgarija u mir-Repubblika ta’ Ċipru.


    373      Ara, b’analoġija, is-sentenza tat‑13 ta’ Novembru 1990, Fedesa et (C‑331/88, EU:C:1990:391, punt 20).


    374      Ara r-rikors fil-Kawża C‑542/20, b’mod partikolari l-motiv ibbażat fuq ksur mhux iġġustifikat tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja minħabba l-assenza ta’ valutazzjoni tal-impatt.


    375      Ara l-komponent tal-istabbiliment tal-valutazzjoni tal-impatt, Parti 1/2.


    376      IRU, “Open letter on the potential concquences of obligatory return to the truck”, 26 ta’ Ottubru 2018.


    377      Anness 9 tar-rikors fil-Kawża C‑551/20.


    378      Ir-Repubblika ta’ Malta hawnhekk tagħmel riferiment għall-istqarrija tal-Kummissarja Vălean.


    379      Ir-Repubblika tal-Polonja hawnhekk issemmi s-sentenza tat‑3 ta’ Diċembru 2019, Ir‑Repubblika Ċeka vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑482/17, EU:C:2019:1035, punt 85).


    380      Sentenza tat‑3 ta’ Diċembru 2019 (C‑482/17, EU:C:2019:1035).


    381      Komponent tal-istabbiliment tal-valutazzjoni tal-impatt, Parti 1/2, p. 37.


    382      Komponent tal-istabbiliment tal-valutazzjoni tal-impatt, Parti 1/2, p. 49.


    383      Komponent tal-istabbiliment tal-valutazzjoni tal-impatt, Parti 1/2, p. 20 u 21.


    384      Il-Kunsill jistabbilixxi parallel mas-sentenza tal‑4 ta’ Mejju 2016, Pillbox 38 (C‑477/14, EU:C:2016:324, punt 66).


    385      B’reazzjoni, skont il-Kunsill, għar-rapport tal-Parlament Ewropew, tas‑7 ta’ Ġunju 2018, dwar il-Proposta għal Regolament dwar l-istabbiliment, rapport li jistabbilixxi obbligu għall-vetturi kollha biex iwettqu mill-inqas tagħbija jew ħatt wieħed ta’ merkanzija kull tliet ġimgħat fl-Istat Membru ta’ stabbiliment (ara l-emenda 18 tar-rapport A8‑0204/2018).


    386      IRU, “Open letter on the potential consequences of obligatory return to the truck”, 26 ta’ Ottubru 2016.


    387      Klaus, P., Mobility Package I – Impact on the European road transport system (ara b’mod partikolari l-Anness D.3 tal-kontroreplika tal-Kunsill fil-Kawża C‑542/20).


    388      Disponibbli fuq https://www.etf-europe.org/vehicle-activity-in-the-home-country-the-real-problem/.


    389      Ara l-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali.


    390      Ara s-sentenza tat‑3 ta’ Diċembru 2019, Ir‑Repubblika Ċeka vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑482/17, EU:C:2019:1035, punt 82).


    391      Ara wkoll, fl-istess sens, il-konklużjonijiet tal-Avukata Ġenerali Sharpston fil-kawża Ir‑Repubblika Ċeka vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑482/17, EU:C:2019:321, punt 98).


    392      Ara s-sentenzi tat‑8 ta’ Lulju 2010, Afton Chemical (C‑343/09, EU:C:2010:419, punt 57), u tal‑21 ta’ Ġunju 2018, Il‑Polonja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑5/16, EU:C:2018:483, punt 159).


    393      Ara s-sentenza tal‑4 ta’ Mejju 2016, Pillbox 38 (C‑477/14, EU:C:2016:324, punti 64 u 65).


    394      Sentenza tat‑13 ta’ Marzu 2019, Il‑Polonja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑128/17, EU:C:2019:194, punt 43).


    395      Sentenza tat‑3 ta’ Diċembru 2019, Ir‑Repubblika Ċeka vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑482/17, EU:C:2019:1035, punt 85).


    396      Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑13 ta’ Marzu 2019, Il‑Polonja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑128/17, EU:C:2019:194, punt 45).


    397      Ara s-sentenza tat‑13 ta’ Marzu 2019, Il‑Polonja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑128/17, EU:C:2019:194, punt 31 u l-ġurisprudenza ċċitata).


    398      Ara s-sentenzi tal‑21 ta’ Ġunju 2018, Il‑Polonja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑5/16, EU:C:2018:483, punti 160 sa 163), u tat‑3 ta’ Diċembru 2019, Ir‑Repubblika Ċeka vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑482/17, EU:C:2019:1035, punt 86 u l-ġurisprudenza ċċitata).


    399      Ara, għal fini ta’ tqabbil, il-punt 3 tal-Artikolu 1 tal-Proposta għal Regolament dwar l-istabbiliment.


    400      Komponent tal-istabbiliment tal-valutazzjoni tal-impatt. Dan huwa kkonfermat mill-Kummissjoni stess fl-istqarrija tagħha wara l-ftehim politiku li waslu għalih il-Parlament u l-Kunsill fit‑12 ta’ Diċembru 2019, riprodotta wkoll fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 294(6) TFUE dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni tar-Regolament 2020/1055 (COM(2020) 151 final tal‑15 ta’ April 2020, p. 7).


    401      Ara l-punt 241 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    402      Ara l-komponent tal-istabbiliment tal-valutazzjoni tal-impatt, p. 30 u 31.


    403      Ara p. 36, Parti 5.1.1 “Impacts on business” iddedikata għall-“policy package 3”, li taħtha jaqgħu l-miżuri inkwistjoni tal-komponent tal-istabbiliment tal-valutazzjoni tal-impatt u, b’mod iktar wiesa’, il-Parti 5 ta’ din il-valutazzjoni.


    404      Ara l-emenda 128 tar-Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal‑4 ta’ April 2019 dwar il-Proposta għal Regolament dwar l-istabbiliment (dokument P8_TA-PROV(2019)0341). Din l-emenda kienet tipproponi l-inklużjoni ta’ Artikolu 5(aa) fir-Regolament Nru 1071/2009 li kien jimponi li l-vetturi jwettqu, fil-qafas ta’ kuntratt ta’ trasport, mill-inqas tagħbija waħda jew ħatt wieħed tal-merkanzija kull tliet ġimgħat fl-Istat Membru ta’ stabbiliment. Ara wkoll ir-rapport tal-Parlament Ewropew tas‑7 ta’ Ġunju 2018 (dokument A8-0204‑2018).


    405      Ara l-Parti 6 tal-komponent tal-istabbiliment tal-valutazzjoni tal-impatt, Parti 1/2.


    406      Ara l-punt 253 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    407      Ikkonsultata fuq https://www.etf-europe.org/vehicle-activity-in-the-home-country-the-real-problem/.


    408      Sa fejn parti mill-ilmenti ġew ittrattati hawn.


    409      Skont id-data pprovduta mill-Eurostat dwar il-volum tat-trasport tal-merkanzija fir-rigward tal-PDG skont il-pajjiż (2018).


    410      Ir-Repubblika tal-Litwanja hawnhekk tagħmel riferiment għall-istudju Ricardo tal‑2021.


    411      Ir-Repubblika tal-Bulgarija tqajjem motiv uniku, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 91(2) TFUE u tal-Artikolu 90 TFUE b’rabta mal-Artikolu 3(3) TUE u mal-Artikolu 94 TFUE, li fih hija tiżviluppa argument komuni kontra l-punt 3 tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1055 u punt 4(a) tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament.


    412      Fir-rigward ta’ din l-aħħar dispożizzjoni, l-Ungerija ssostni li l-punt 3 tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1055 jikkostitwixxi miżura relatata mal-“kundizzjonijiet tat-trasport”.


    413      Fir-rigward tal-allegazzjoni li l-assenza ta’ valutazzjoni tal-impatt tikkostitwixxi ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali previsti fl-Artikolu 91(2) TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 11 TFUE u mal-Artikolu 37 tal-Karta, nagħmel riferiment għall-punt 561 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    414      Ara l-punt 645 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    415      Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, “Lejn Att dwar is-Suq Uniku – Għal ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna – 50 proposta biex intejbu l-ħidma, in-negozju u l-iskambji ma’ xulxin” (COM(2010) 608 final).


    416      Ara l-punti 36 et seq. ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    417      Il-korsiv miżjud minni.


    418      Ara l-punt 149 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    419      Ara, pereżempju, is-sentenza tat‑23 ta’ Frar 2006, CLT-UFA (C‑253/03, EU:C:2006:129, punt 13).


    420      Ara s-sentenza tat‑8 ta’ Ottubru 1986, Keller (234/85, EU:C:1986:377, punt 9).


    421      Ara l-punt 167 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    422      Ara, fir-rigward tal‑Artikolu 56 TFUE, is‑sentenza tat‑8 ta’ Diċembru 2020, L‑Ungerija vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑620/18, EU:C:2020:1001, punt 107).


    423      Ara, b’analoġija, is-sentenzi tal‑21 ta’ Settembru 1999, BASF (C‑44/98, EU:C:1999:440, punt 16), u tas‑17 ta’ Settembru 2020, Hidroelectrica (C‑648/18, EU:C:2020:723, punt 29 u l-ġurisprudenza ċċitata).


    424      Jiġifieri dawk iddefiniti fl-Artikolu 5(e) tar-Regolament Nru 1071/2009, jiġifieri li jkunu rreġistrati jew imqegħdin fiċ-ċirkulazzjoni u awtorizzati biex jintużaw f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ stabbiliment.


    425      Ara, b’mod partikolari, p. 30 u l-aħħar paragrafu tal-p. 36 tal-komponent tal-istabbiliment tal-valutazzjoni tal-impatt, Parti 1/2 (ara, ukoll, p. 18 tal-Parti 2/2 ta’ din il-valutazzjoni).


    426      F’sens, fil-fehma tiegħi, inqas restrittiv.


    427      Ara p. 6 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 294(6) TFUE (COM(2020) 151 final tal‑15 ta’ April 2020) li tgħid li l-Kummissjoni tqis li l-pożizzjoni tal-Kunsill hija intiża sabiex tiggarantixxi d-disponibbiltà ta’ persunal suffiċjenti għal stabbiliment preżunt stabbli u effettiv u li tħalli marġni suffiċjenti sabiex ma tillimitax indebitament il-libertà tal-operaturi tat-trasport f’termini ta’ reklutaġġ ta’ persunal.


    428      Ara s-sentenza tad‑29 ta’ April 2010, Smit Reizen (C‑124/09, EU:C:2010:238, punt 31).


    429      Ara l-punt 108 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    430      Ara s-sentenza tat‑3 ta’ Diċembru 2019, Ir‑Repubblika Ċeka vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑482/17, EU:C:2019:1035, punt 148).


    431      Ara l-punti 40 et seq. ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    432      Ara l-punt 111 tar-rikors fil-Kawża C‑554/20, Il‑Polonja vs Il‑Kunsill u Il‑Parlament.


    433      Fuq il-portata ta’ dawn iż-żewġ artikoli, nagħmel riferiment għall-punti 555 u 557 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    434      Ir-Rumanija titlob ukoll l-annullament tal-punti 4(b) u 4(c) tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1055, li emendaw il-paragrafu 3 u daħħlu l-paragrafu 4a fl-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 1072/2009, mingħajr madankollu ma tiżviluppa argumenti differenti minn dawk li jirrigwardaw il-punt 4(a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1055.


    435      Ir-Repubblika tal-Litwanja hawnhekk tagħmel riferiment għall-p. 19 u 20 tan-Nota ta’ Gwida tal-European Centre for International Political Economy (ECIPE), “Discrimination, Exclusion and Environmental Harm: Why EU Lawmakers Need to Ban Freight Transport Restrictions to Save the Single Market”, Nru 3/2020 (iktar ’il quddiem in-“Nota ta’ Gwida tal-ECIPE”).


    436      Ara l-punt 11 tar-rikors fil-Kawża C‑545/20. Għal sunt ta’ dawn l-argumenti, ara l-punti 542 et seq. ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    437      COM(2011) 144 final tat‑28 ta’ Marzu 2011. Ir-Repubblika tal-Bulgarija ssemmi b’mod partikolari l-paġna 6 ta’ din il-white paper.


    438      Billi din hija għażla meqjusa mill-Kummissjoni fil-valutazzjoni tal-impatt tagħha (ara l-komponent tal-istabbiliment tal-valutazzjoni tal-impatt, Parti 2/2).


    439      Ara l-premessa 20 tar-Regolament 2020/1055. Ara wkoll l-Artikolu 2(6) tar-Regolament Nru 1072/2009, kif emendat bir-Regolament 2020/1055.


    440      B’differenza, evidentement, minn dak li jimponi l-punt 3 tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1055 li emenda l-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 1071/2009.


    441      Ara l-punt 78 tar-rikors tar-Repubblika tal-Polonja fil-Kawża C‑554/20.


    442      Barra minn hekk, vjaġġ b’tagħbija, ċertament, huwa ġġustifikat ekonomikament, sabiex inkompli mal-argument tar-Repubblika tal-Polonja, iżda iktar ma l-vetturi jkunu tqal, iktar jikkunsmaw, u għalhekk iktar jirrilaxxaw CO2, u jwasslu għal deterjorament tal-infrastruttura.


    443      Ara l-punt 561 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    444      Ara l-motiv ibbażat fuq ksur mhux iġġustifikat tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja minħabba n-nuqqas ta’ valutazzjoni tal-impatt, żviluppat kontra l-punt 4(a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1055 fir-rikors C‑542/20.


    445      Fir-rigward tal-fondatezza, skont ir-Repubblika tal-Litwanja, tal-obbligu tal-leġiżlatur tal-Unjoni li jwettaq valutazzjoni tal-impatt fil-każ ta’ emenda sostanzjali, nagħmel riferiment għas-sunt tal-argumenti tar-Repubblika tal-Litwanja fil-kuntest tal-motiv ibbażat fuq ksur, mill-punt 3 tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2020/1055, tal-prinċipju ta’ proporzjonalità waqt l-eżami mil-leġiżlatur tal-proporzjonalità tal-obbligu ta’ ritorn tal-vetturi kull tmien ġimgħat.


    446      Komponent tal-istabbiliment tal-valutazzjoni tal-impatt.


    447      Ir-Repubblika tal-Bulgarija hawnhekk tagħmel riferiment għall-p. 13 tar-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill dwar l-istat tas-suq tal-Unjoni fit-trasport bit-triq (ara l-Anness A.28 tar-rikors tar-Repubblika tal-Bulgarija fil-Kawża C‑545/20).


    448      Ir-Repubblika tal-Bulgarija hawnhekk tagħmel riferiment għall-p. 18 tar-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill dwar l-istat tas-suq tal-Unjoni fit-trasport bit-triq (ara l-Anness A.28 tar-rikors tar-Repubblika tal-Bulgarija fil-Kawża C‑545/20).


    449      Għalkemm il-motiv huwa dirett kontra l-punt 4(a), (b) u (c) tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1055, l-argumenti jirrigwardaw esklużivament ir-restrizzjoni addizzjonali fuq l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ li jikkostitwixxi l-punt 4(a) tal-Artikolu 2 tal-imsemmi regolament.


    450      Għalhekk hawnhekk nagħmel riferiment għas-sunt tal-argumenti tar-Rumanija (punt 619 ta’ dawn il-konklużjonijiet).


    451      Ir-Rumanija hawnhekk tiċċita lil Bauer, M., “Discrimination, Exclusion and Environmental Harm: why EU lawmakers need to ban freight transport restrictions to save the single market”, policy brief no 3/2020, ECIPE (Brussell).


    452      Skont iċ-ċifri mill-Unjoni Nazzjonali tat-Trasportaturi bit-Triq tar-Rumanija (UNTRR) (ara l-punt 78 tar-rikors tar-Rumanija fil-Kawża C‑547/20).


    453      Ir-Rumanija hawnhekk tagħmel riferiment għall-punt 1.2.1 tal-komponent tal-istabbiliment tal-valutazzjoni tal-impatt.


    454      Skont id-data tal-Eurostat iċċitata mir-Rumanija (ara l-punt 99 tar-rikors fil-Kawża C‑547/20), l-operaturi tat-trasport Pollakki jwettqu 40 % tal-operazzjonijiet kollha ta’ kabotaġġ fi ħdan l-Unjoni, l-operaturi tat-trasport Litwani 5.7 % u l-operaturi tat-trasport Rumeni 8.7 %.


    455      COM(2011) 144 final tat‑28 ta’ Marzu 2011.


    456      Regolament tal-Kunsill tal‑25 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom trasportaturi mhux residenti jistgħu joperaw servizzi ta’ skariġġ [trasport nazzjonali ta’ merkanzija] bit-triq ġewwa Stat Membru (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 2, p. 103).


    457      Premessa 15 tar-Regolament Nru 1072/2009.


    458      Ara s-sentenza ta’ qabel tal-aħħar tal-premessa 15 tar-Regolament Nru 1072/2009.


    459      ĠU 2005, C 21, p. 2.


    460      “Ex-post evaluation of Regulation (EC) no 1071/2009 and Regulation (EC) no 1072/2009 – Final report”, Ricardo, 2015.


    461      “Ex-post evaluation of Regulation (EC) no 1071/2009 and Regulation (EC) no 1072/2009 – Final report”, Ricardo, 2015 (p. 137).


    462      Voir “Ex-post evaluation of Regulation (EC) no 1071/2009 and Regulation (EC) no 1072/2009 – Final report”, Ricardo, 2015 (p. 137, punt 6.7.3).


    463      Ara l-punt 1.2.1 tal-komponent tal-istabbiliment tal-valutazzjoni tal-impatt, Parti 1/2.


    464      Ara l-Artikolu 2(5)(a) tal-Proposta għal Regolament dwar l-istabbiliment.


    465      Ara l-komponent tal-istabbiliment tal-valutazzjoni tal-impatt, Parti 2/2, p. 41. Ara, ukoll, p. 48. F’dak li jirrigwarda l-argument tar-Repubblika tal-Bulgarija dwar in-nuqqas ta’ konsultazzjoni mal-KESE u mal-KtR, nagħmel riferiment għall-punti 525 et seq. ta’ dawn il-konklużjonijiet. Fid-dawl tal-kontenut tal-komponent tal-istabbiliment tal-valutazzjoni tal-impatt, huwa ċar li dawn iż-żewġ kumitati kellhom il-possibbiltà li jesprimu ruħhom b’mod suffiċjenti dwar l-abbozz ta’ regolament (il-perijodu ta’ stennija ta’ erbat ijiem).


    466      Ara l-komponent tal-istabbiliment tal-valutazzjoni tal-impatt, Parti 2/2, p. 41, l-aħħar kolonna.


    467      Ara d-dokument COM(2020) 151 final, p. 6.


    468      Ara s-sentenzi tat‑12 ta’ April 2018, Il‑Kummissjoni vs Id‑Danimarka (C‑541/16, EU:C:2018:251, punt 53), u tal‑14 ta’ Settembru 2023, Staatsanwaltschaft Köln u Bundesamt für Güterverkehr (Trasport ta’ kontejners vojta) (C‑246/22, EU:C:2023:673, punti 25, 28 u 29).


    469      Kien ikun biżżejjed li jsir trasport internazzjonali lejn l-Istat Membru ospitanti biex jinbeda perijodu ta’ sebat ijiem li matulu l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ kienu jkunu permessi. Fi tmiem dan il-perijodu, l-operaturi tat-trasport setgħu jorganizzaw immedjatament trasport internazzjonali ieħor u ritorn lejn l-Istat Membru ospitanti biex jibda perijodu ġdid ta’ sebat ijiem oħra għall-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ.


    470      ĠU 2005, C 21, p. 2. Ara l-punt 3.1.1 ta’ din il-komunikazzjoni.


    471      Ara l-komponent tal-istabbiliment tal-valutazzjoni tal-impatt, Parti 1/2, p. 40 (nota 96 f’qiegħ il-paġna).


    472      3.14 perijodi ta’ sebat ijiem skont il-Parlament.


    473      Ara s-sentenza tas‑26 ta’ Settembru 2013, ÖBB-Personenverkehr (C‑509/11, EU:C:2013:613, punt 47).


    474      Il-Kummissjoni eżaminat il-kwistjoni tal-impatt tat-tneħħija ta’ kull restrizzjoni fuq il-kabotaġġ u kkonkludiet li d-differenzi ekonomiċi u soċjali bejn l-Istati Membri kienu jipprekludu l-kunsiderazzjoni ta’ tali tneħħija: ara l-komponent tal-istabbiliment tal-valutazzjoni tal-impatt, Parti 2/2, p. 40.


    475      Ara l-komponent tal-istabbiliment tal-valutazzjoni tal-impatt, Parti 1/2, p. 49.


    476      Ara l-komponent tal-istabbiliment tal-valutazzjoni tal-impatt, Parti 1/2, p. 40.


    477      Ara l-komponent tal-istabbiliment tal-valutazzjoni tal-impatt, Parti 1/2, p. 50.


    478      Ara l-komponent tal-istabbiliment tal-valutazzjoni tal-impatt, Parti 1/2, p. 50.


    479      Ara s-sentenza tat‑13 ta’ Marzu 2019, Il‑Polonja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑128/17, EU:C:2019:194, punt 106).


    480      Ara p. 40 tal-valutazzjoni tal-impatt.


    481      Ara l-punt 301 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    482      Ara l-komponent tal-istabbiliment tal-valutazzjoni tal-impatt, Parti 1/2, p. 37 u 54.


    483      Ara l-punt 745 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    484      Ara l-komponent tal-istabbiliment tal-valutazzjoni tal-impatt, Parti 1/2, p. 39 u 40.


    485      Ara, inter alia, is-sentenza tat‑13 ta’ Marzu 2019, Il‑Polonja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑128/17, EU:C:2019:194, punt 106).


    486      Ara l-punt 757 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    487      Ir-Regolament (UE) 2020/698 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑25 ta’ Mejju 2020 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi u temporanji fid-dawl tat-tifqigħa tal-COVID‑19 u rigward it-tiġdid jew l-estensjoni ta’ ċerti ċertifikati, liċenzji u awtorizzazzjonijiet u l-posponiment ta’ ċerti kontrolli perjodiċi u taħriġ perjodiku f’ċerti oqsma tal-leġislazzjoni dwar it-trasport (ĠU 2020, L 165, p. 10) u r-Regolament (UE) Nru 2021/267 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑16 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi u temporanji fid-dawl tal-persistenza tal-kriżi tal-COVID‑19 rigward it-tiġdid jew l-estensjoni ta’ ċerti ċertifikati, liċenzji u awtorizzazzjonijiet, il-posponiment ta’ ċerti kontrolli perjodiċi u taħriġ perjodiku f’ċerti oqsma tal-leġiżlazzjoni dwar it-trasport u l-estensjoni ta’ ċerti perjodi msemmija fir-Regolament (UE) 2020/698 (ĠU 2021, L 60, p. 1) huma ċċitati bħala eżempji mill-Kunsill fir-risposta tiegħu fil-Kawża C‑554/20.


    488      Konformement mal-Artikolu 4 tar-Regolament 2020/1055.


    489      White Paper “Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b’mod effiċjenti” (COM(2011) 144 final tat‑28 ta’ Marzu 2011).


    490      White Paper “Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b’mod effiċjenti” tat‑28 ta’ Marzu 2011 (COM(2011) 144 final).


    491      Ara s-sentenza tat‑13 ta’ Marzu 2019, Il‑Polonja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑128/17, EU:C:2019:194, punt 106).


    492      Ara l-punt 612 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    493      Ara l-punti 668 et seq. ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    494      Ara l-punti 781 et seq. ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    495      Ara s-sentenza tat‑8 ta’ Lulju 2021, Staatsanwaltschaft Köln u Bundesamt für Güterverkehr (C‑937/19, EU:C:2021:555, punt 51).


    496      Ara l-punt 675 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    497      Ara l-ġurisprudenza ċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 422 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    498      Ir-Rumanija titlob ukoll l-annullament tal-punti 4(b) u 4(c) tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1055, li emendaw il-paragrafu 3 u daħħlu l-paragrafu 4a fl-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 1072/2009, mingħajr madankollu ma tiżviluppa argumenti differenti minn dawk li jirrigwardaw il-punt 4(a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1055.


    499      Dan l-Artikolu 4 jipprevedi li “[k]ull operatur tat-trasport bit-triq stabbilit fi Stat Membru li jissodisfa l-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-professjoni u għas-suq tat-trasport tal-merkanzija bejn l-Istati Membri għandu d-dritt li jwettaq, fil-kuntest ta’ trasport ikkombinat bejn l-Istati Membri, vjaġġi inizjali u/jew finali bit-triq li huma parti integrali mit-trasport ikkombinat u li jinvolvu jew ma jinvolvux il-qsim ta’ fruntiera” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Id-Direttiva 92/106 ġiet emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2013/22/UE tat‑13 ta’ Mejju 2013 li tadatta ċerti Direttivi fil-qasam tal-politika dwar it-trasport, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja (ĠU 2013, L 158, p. 356).


    500      Ir-Repubblika tal-Polonja hawnhekk tagħmel riferiment għall-istqarrija tal-Kummissarja Vălean.


    501      Mobility Package 1 – Data gathering and analysis of the impacts of cabotage restrictions on combined transport road legs, rapport finali, TRT, Novembru 2020 (disponibbli fuq https://op.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/a6718302‑72a1‑11eb‑9ac9-01aa75ed71a1/language-en) (iktar ’il quddiem l-“istudju TRT”).


    502      COM (2017) 648 final tat‑8 ta’ Novembru 2017.


    503      Ara l-ispjegazzjoni dettaljata tal-proposta COM(2017) 648 final (p. 13).


    504      Dokument ta’ ħidma tal-Kummissjoni, REFIT ex-post evaluation of combined transport directive 92/106, rapport finali (SWD(2016) 141 final tal‑20 ta’ April 2016).


    505      Ara l-punt 4.1 tad-Dokument ta’ ħidma tal-Kummissjoni, REFIT ex-post evaluation of combined transport directive 92/106, rapport finali (SWD(2016) 141 final tal‑20 ta’ April 2016).


    506      F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-istudju TRT invokat mir-Repubblika tal-Polonja, li jitlaq mill-premessa li l-Istati Membri kollha ser jużaw il-klawżola ta’ salvagwardja sabiex jevalwa l-impatt tagħha, huwa bbażat fuq premessa żbaljata.


    507      Ara l-istudju TRT.


    508      Ara l-Artikolu 8(2) u (2a) tar-Regolament Nru 1072/2009, kif emendat bir-Regolament 2020/1055.


    509      Li s-sens tiegħu huwa wkoll iċċarat mill-qari tal-premessa 22 tar-Regolament 2020/1055.


    510      L-istudju TRT jikkonferma l-inċertezza fir-rigward tal-portata reali tar-restrizzjonijiet futuri fis-settur tat-trasport ikkombinat (ara p. 11 ta’ dan l-istudju).


    511      Iċċitata iktar ’il fuq.


    512      Iċċitata iktar ’il fuq.


    513      Iċċitata iktar ’il fuq.


    514      Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑25 ta’ Ottubru 2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE (“ir-Regolament tal-IMI”) (ĠU 2012, L 316, p. 1).


    515      Ara l-premessa 8 tad-Direttiva 2020/1057.


    516      Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenza tal‑1 ta’ Diċembru 2020, Federatie Nederlandse Vakbeweging (C‑815/18, EU:C:2020:976, punt 33, iktar ’il quddiem is-“sentenza Federatie Nederlandse Vakbeweging”).


    517      Ara l-premessa 10 tad-Direttiva 2020/1057. It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2020/1057 jipprevedi d-definizzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ trasport bilaterali fir-rigward ta’ merkanzija; it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(4) tal-istess direttiva jipprevedi d-definizzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ trasport bilaterali tal-passiġġieri.


    518      Ara, rispettivament, it-tielet u r-raba’ subparagrafi tal-Artikolu 1(3) u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 2020/1057.


    519      Il-premessa 11 tad-Direttiva 2020/1057.


    520      Il-premessa 11 tad-Direttiva 2020/1057.


    521      Iċċitata iktar ’il fuq.


    522      Skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/106 “‘trasport ikkombinat’ tfisser it-trasport ta’ merkanzija bejn Stati Membri fejn it-trakk, it-trejler, is-semitrejler, b’unità ta’ trattur jew le, il-kaxxetta mobbli jew il-kontejner ta’ 20 pied jew iktar jużaw it-triq għall-parti inizjali jew finali tal-vjaġġ u, għall-parti l-oħra, il-ferrovija jew passaġġ fuq l-ilma intern, jew vjaġġ bil-baħar meta dan jaqbeż il‑100 kilometru f’linja dritta, u jagħmlu l-vjaġġ inizjali jew finali bit-triq: jew bejn il-punt tat-tagħbija tal-merkanzija u l-eqreb stazzjon ferrovjarju xieraq tal-imbarkazzjoni għall-vjaġġ inizjali u bejn l-eqreb stazzjon ferrovjarju xieraq tal-iżbark u l-punt tal-ħatt tal-merkanzija għall-vjaġġ finali, jew f’raġġ li ma jaqbiżx il‑150 kilometru f’linja dritta mill-port ta’ xmara jew tal-baħar tal-imbarkazzjoni jew tal-iżbark” [traduzzjoni mhux uffiċjali].


    523      Premessa 15 tar-Regolament Nru 1072/2009.


    524      Premessa 15 tar-Regolament Nru 1072/2009.


    525      Ara l-analiżi ta’ dawn il-konklużjonijiet iddedikata għall-motivi tar-rikorsi diretti kontra l-punt 4(a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2020/1055.


    526      Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑11 ta’ Diċembru 2008, Il‑Kummissjoni vs Département du Loiret (C‑295/07 P, EU:C:2008:707, punt 104), u tas‑6 ta’ Diċembru 2012, Il‑Kummissjoni vs Verhuizingen Coppens (C‑441/11 P, EU:C:2012:778, punt 37).


    527      Sentenza tas‑6 ta’ Diċembru 2012, Il‑Kummissjoni vs Verhuizingen Coppens (C‑441/11 P, EU:C:2012:778, punt 38).


    528      Ara l-punt 9 tar-rikors tar-Repubblika tal-Bulgarija u l-punt 8 tar-rikors tar-Repubblika ta’ Ċipru, li jużaw it-terminu “sistema ta’ differenzjazzjoni”.


    529      Tal-inqas sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet ma jikkonċernawx iż-żewġ tipi ta’ operazzjonijiet ta’ trasport indirizzati mill-imsemmija żewġ Stati Membri.


    530      Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑19 ta’ Diċembru 2019, Dobersberger (C‑16/18, EU:C:2019:1110, punt 31); ara wkoll is-sentenza Federatie Nederlandse Vakbeweging, punt 45.


    531      Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑19 ta’ Diċembru 2019, Dobersberger (C‑16/18, EU:C:2019:1110, punt 31), u s-sentenza Federatie Nederlandse Vakbeweging, punt 49.


    532      Ara s-sentenza Federatie Nederlandse Vakbeweging, punti 45 u 46.


    533      Ara s-sentenza Federatie Nederlandse Vakbeweging, punti 32, 33 u 41.


    534      Ara s-sentenza Federatie Nederlandse Vakbeweging, punti 47 u 48.


    535      Ara s-sentenza Federatie Nederlandse Vakbeweging, punti 47 u 48.


    536      Ara s-sentenza Federatie Nederlandse Vakbeweging, punti 47 u 48.


    537      Ara s-sentenza Federatie Nederlandse Vakbeweging, punt 62.


    538      Ara s-sentenza Federatie Nederlandse Vakbeweging, punt 64.


    539      Sentenza Federatie Nederlandse Vakbeweging, punti 31 sa 41. Saħansitra iktar reċentement, il-Qorti tal-Ġustizzja kellha l-okkażjoni tfakkar din il-ġurisprudenza fil-kawża li wasslet għas-sentenza tat‑8 ta’ Lulju 2021, Rapidsped (C‑428/19, EU:C:2021:548, punti 34 sa 36).


    540      L-Ungerija ppreżentat ir-rikors tagħha fis‑26 ta’ Ottubru 2020, filwaqt li l-imsemmija sentenza ngħatat fl‑1 ta’ Diċembru 2020.


    541      L-Ungerija ppreżentat ir-replika tagħha fil-Kawża C‑551/20 fis‑26 ta’ Marzu 2021.


    542      L-Artikolu 1(2) tad-direttiva kkontestata jipprovdi li l-imsemmi artikolu japplika għax-xufiera impjegati minn intrapriżi stabbiliti fi Stat Membru li jieħdu l-miżura transnazzjonali msemmija fl-Artikolu 1(3)(a) tad-Direttiva 96/71. Il-konklużjoni ewlenija li tista’ tinsilet minn dan hija li huwa biss meta sitwazzjoni taqa’ taħt l-Artikolu 1(3)(a) tad-Direttiva 96/71 li d-direttiva kkontestata tkun rilevanti. F’dan ir-rigward ninnota li l-Kunsill irrileva li għandu jiġi kkunsidrat li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1(3) sa (7) tad-Direttiva 2020/1057 jillimitaw il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 96/71, billi jestendu s-sitwazzjonijiet li fihom il-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg tal-Istat Membru ospitanti ma japplikawx.


    543      Infakkar li r-Repubblika tal-Bulgarija u r-Repubblika ta’ Ċipru jindikaw taħt din id-deskrizzjoni l-fatt li japplikaw għat-trasport terz, mingħajr limitu ta’ żmien, ir-regoli dwar il-kollokament filwaqt li huwa eżentat minn dawn ir-regoli t-trasport bilaterali (jiġifieri, fil-fehma tagħhom, mudell li jagħmel distinzjoni bejn it-tipi ta’ trasport): ara l-punt 8 tar-rikors fil-Kawża C‑544/20 u l-punt 8 tar-rikors fil-Kawża C‑550/20.


    544      Sentenza tas‑16 ta’ Lulju 1992, Il‑Parlament vs Il‑Kunsill (C‑65/90, EU:C:1992:325).


    545      Sentenza tas‑16 ta’ Lulju 1992, Il‑Parlament vs Il‑Kunsill (C‑65/90, EU:C:1992:325).


    546      COM(2018) 51 final tal‑31 ta’ Jannar 2018.


    547      Ara l-Anness C2 tar-rikors fil-Kawża C‑544/20.


    548      ĠU 2018, C 197, p. 45.


    549      ĠU 2018, C 176, p. 57.


    550      Ara l-punti 532 et seq. ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    551      Ara l-punt 537 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    552      Sentenza tas‑16 ta’ Lulju 1992 (C‑65/90, EU:C:1992:325). Ara l-punti 540 et seq. ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    553      Ara l-punt 1 tal-espożizzjoni tal-motivi tal-opinjoni tal-KtR.


    554      Ara l-punti 8 u 9 tar-rikors fil-Kawża C‑544/20.


    555      Ara l-punt 1.4 tal-Opinjoni tal-KESE.


    556      Ara l-punt 1.15 tal-Opinjoni tal-KESE.


    557      Ara l-punt 5.12 tal-Opinjoni tal-KESE.


    558      Ara l-punt 1.16 tal-Opinjoni tal-KESE.


    559      Ara l-punt 1.17 tal-Opinjoni tal-KESE. Il-korsiv miżjud minni. Ara wkoll il-punt 5.9 ta’ din l-opinjoni.


    560      Ara l-punt 869 iktar ’il fuq.


    561      Ir-Rumanija tagħmel riferiment għall-istudju ta’ evalwazzjoni ex post, għall-istudju tal-Parlament dwar il-“kundizzjonijiet soċjali u tax-xogħol tat-trasportaturi tat-trasport [tal-merkanzija] bit-triq”, għall-istudju tal-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni tas-suq tat-trasport fl-Unjoni, għall-konsultazzjonijiet pubbliċi inizjali tal-Kummissjoni u għall-gruppi ta’ ħidma organizzati mill-Kummissjoni.


    562      Trattat UE, verżjoni kkonsolidata tad‑9 ta’ Mejju 2008 – Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità (ĠU 2008, C 115, p. 206).


    563      ĠU 2005, C 169, p. 10.


    564      Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni – Ewropa attiva: aspetti tax-xogħol fit-trasport bit-triq (2018/C 176/13, ĠU 2018, C 176, p. 57, tat‑23 ta’ Mejju 2018, premessi 23, 24 u 26).


    565      Ir-Repubblika tal-Bulgarija tagħmel riferiment għal studju mwettaq minn KPMG tat‑8 ta’ Ottubru 2019 intitolat “Is-settur Bulgaru tat-trasport tal-merkanzija bit-triq – Studju tas-suq: valutazzjoni tal-impatt tal-Pakkett dwar il-Mobbiltà I”.


    566      Ara l-punt 42 iktar ’il fuq.


    567      Ara s-sentenza tat‑8 ta’ Diċembru 2020, L‑Ungerija vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑620/18, EU:C:2020:1001, punti 112 u 113).


    568      Ara s-sentenza tat‑13 ta’ April 2010, Bressol et (C‑73/08, EU:C:2010:181, punt 90). Ara wkoll il-punt 412 iktar ’il fuq.  


    569      F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, kif enfasizzaw diversi partijiet, fil-mument tal-adozzjoni ta’ din id-direttiva kien hemm livell għoli ta’ inċertezza dwar l-applikabbiltà stess tad-Direttiva 96/71 għas-settur tat-trasport bit-triq, bl-Istati Membri jiddefendu pożizzjonijiet dijametrikament opposti dwar dan is-suġġett.


    570      Ara l-punt 42 iktar ’il fuq.


    571      Ara l-punt 953 iktar ’il fuq.


    572      Sentenza Federatie Nederlandse Vakbeweging, punt 62.


    573      Sentenza Federatie Nederlandse Vakbeweging, punt 49.


    574      Sentenza Federatie Nederlandse Vakbeweging, punt 49.


    575      F’dan ir-rigward, ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-kawżi magħquda Hessischer Rundfunk (C‑422/19 u C‑423/19, EU:C:2020:756, punt 114 u l-ġurisprudenza ċċitata).


    576      Ara s-sentenza Federatie Nederlandse Vakbeweging, punti 47 u 48.


    577      Ara l-komponent soċjali tal-valutazzjoni tal-impatt, Parti 2/2, p 107.


    578      Ara, inter alia, il-punti 222 u 240 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    579      Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenza tat‑8 ta’ Diċembru 2020, L‑Ungerija vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑620/18, EU:C:2020:1001, punti 112 u 113).


    580      Ir-Romanija u r-Repubblika tal-Polonja jagħmlu riferiment għas-sentenza Koelzsch u għas-sentenza Mazzoleni.


    581      Sentenza tat‑8 ta’ Diċembru 2020, L‑Ungerija vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑620/18, EU:C:2020:1001, punti 41 u 42, u l-ġurisprudenza ċċitata).


    582      Ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑8 ta’ Diċembru 2020, L‑Ungerija vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑620/18, EU:C:2020:1001, punti 41, 42, 61, 62, 64 u 128).


    583      Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta’ Regolament li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1071/2009, ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 bl-għan li jiġu adattati għall-iżviluppi fis-settur, ta’ Regolament li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 fir-rigward tar-rekwiżiti minimi dwar il-ħinijiet massimi tas-sewqan ta’ kuljum u fil-ġimgħa, id-durata minima tal-pawżi u tal-perjodi ta’ mistrieħ ta’ kuljum u fil-ġimgħa u r-Regolament (UE) Nru 165/2014 fir-rigward tal-lokalizzazzjoni permezz ta’ takografi; u ta’ Direttiva li temenda d-Direttiva 2006/22/KE fir-rigward ta’ rekwiżiti tal-infurzar u li tistabbilixxi regoli speċifiċi fir-rigward tad-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (COM(2020) 151 final).


    584      Ara l-komponent soċjali tal-valutazzjoni tal-impatt, Parti 1/2, p. 43 u 45.


    585      Skont l-Artikolu 2(2) tal-Proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar il-kollokament “[l]-Istati Membri ma għandhomx japplikaw il-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71/KE għax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq li jkunu impjegati minn impriżi msemmija fl-Artikolu 1(3)(a) ta’ dik id-Direttiva meta jitwettqu operazzjonijiet ta’ trasport internazzjonali kif definiti fir-Regolament 1072/2009 u fir-Regolament 1073/2009, meta l-perjodu ta’ stazzjonar [kollokament] fit-territorju tagħhom għat-twettiq tal-operazzjonijiet ikun ugwali għal 3 ijiem jew inqas matul perjodu ta’ xahar kalendarju wieħed.” Skont it-tieni subparagrafu tal-istess paragrafu: “[m]eta l-perjodu ta’ stazzjonar [kollokament] ikun itwal minn 3 ijiem, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71/KE għall-perjodu kollu ta’ stazzjonar fit-territorju tagħhom matul il-perjodu ta’ xahar kalendarju wieħed imsemmi fl-ewwel subparagrafu”.


    586      Skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71 “[l-]Istati Membri għandhom jiżguraw, irrispettivament minn liema liġi tkun tapplika għar-relazzjonijiet tal-impjieg, li impriżi kif imsemmi fl-Artikolu 1(1) jiggarantixxu, abbażi ta’ ugwaljanza ta’ trattament, lill-ħaddiema li jkunu stazzjonati [ikkollokati] fit-territorju tagħhom it-termini u l-kondizzjonijiet tal-impjieg li jkopru l-kwistjonijiet li ġejjin li jkunu stipulati fl-Istat Membru fejn jitwettaq ix-xogħol: — skont dispożizzjonijiet leġislattivi, regolamentari jew amministrattivi, u/jew — skont ftehimiet kollettivi jew sentenzi ta’ arbitraġġ li jkunu ġew iddikjarati applikabbli universalment jew li japplikaw mod ieħor f’konformità mal-paragrafu 8: a) il-perijodi massimi ta’ xogħol u l-perijodi minimi ta’ mistrieħ; b) it-tul minimu tal-leave annwali mħallas; c) ir-remunerazzjoni, inkluż ir-rati ta’ sahra; dan il-punt ma japplikax għal skemi ta’ pensjoni okkupazzjonali tal-irtirar supplementari; d) il-kondizzjonijiet għall-forniment ta’ ħaddiema, b’mod partikolari l-forniment ta’ ħaddiema minn impriżi tal-impjieg temporanju; e) is-saħħa, is-sigurtà u l-iġjene fuq ix-xogħol; f) miżuri protettivi dwar it-termini u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg ta’ nisa tqal jew nisa li welldu reċentement, ta’ tfal u ta’ żgħażagħ; g) ugwaljanza ta’ trattament bejn l-irġiel u n-nisa u dispożizzjonijiet oħra dwar in-nondiskriminazzjoni; h) il-kondizzjonijiet tal-akkomodazzjoni tal-ħaddiema fejn ipprovduti minn min iħaddem lil ħaddiema li jkunu l-bogħod mill-post tax-xogħol regolari tagħhom; i) allowances jew rimborż ta’ spejjeż biex jiġu koperti l-ispejjeż ta’ vjaġġar, tal-ikel u tal-alloġġ għal ħaddiema l-bogħod mid-dar għal raġunijiet professjonali.”


    587      Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna preċedenti.


    588      Ara s-sentenzi tat‑3 ta’ Diċembru 2019, Ir‑Repubblika Ċeka vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑482/17, EU:C:2019:1035, punt 83), u tat‑13 ta’ Marzu 2019, Il‑Polonja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑128/17, EU:C:2019:194, punt 43).


    589      Komponent soċjali tal-valutazzjoni tal-impatt, p. 65, 74 u 75.


    590      Komponent soċjali tal-valutazzjoni tal-impatt, p. 65 sa 69.


    591      Meta mqabbel mar-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 9(1) u (2) tad-Direttiva 2014/67.


    592      Ara l-Artikolu 2(4) tal-Proposta għal Direttiva dwar il-kollokament.


    593      Ara l-Artikolu 1(11) sa (15) tad-Direttiva 2020/1057 u l-Artikolu 9(1) u (2) tad-Direttiva 2014/67.


    594      Il-Kummissjoni stess ikkonfermat dan fil-Komunikazzjoni tagħha dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (COM(2020) 151, p. 4).


    595      Ma jidhirx li din is-sitwazzjoni tinvolvi żieda fl-ispejjeż amministrattivi, peress li kemm skont il-Proposta għal Direttiva dwar il-kollokament kif ukoll skont id-Direttiva 2020/1057, dejjem tibqa’ sitwazzjoni ta’ kollokament, bl-unika differenza tkun in-nuqqas ta’ applikabbiltà, fl-ewwel każ, tal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ospitanti dwar it-tul minimu tal-leave annwali mħallas u dwar ir-remunerazzjoni.


    596      Ara, b’analoġija, il-ġurisprudenza msemmija fil-punt 59 iktar ’il fuq.


    597      Ara, Eurostat, Road freight transport by journey characteristics, Diċembru 2019; Eurostat, Road freight transport statistics – cabotage, Awwissu 2018; Eurostat, Statistika tal-Eurostat, kabotaġġ u trasport internazzjonali minn operatur tat-trasport bit-triq Pollakki.


    598      Dokument ST 12087/17 tal-Kunsill, p. 13 (silta tradotta mill-Kunsill għall-ħtiġijiet ta’ din il-proċedura, peress li d-dokument ma ġiex tradott għall-Franċiż).


    599      Valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni li takkumpanja l-proposta COM(2017) 648, SWD (2017) 362.


    600      KombiConsult, 2015, Analysis of the EU Combined Transport; ISL/KombiConsult, 2017, Updating EU combined transport data; TRT Trasporti e Territorio srl, 2017, Gathering additional data on EU combined transport; KombiConsult, 2017, Consultations and related analysis in the framework of impact assessment for the amendment of Combined Transport Directive (92/106/EEC); dawn l-aħħar erba’ studji huma kollha ppubblikati mill-Kummissjoni fl-indirizz li ġej: https://ec.europa.eu/transport/themes/logistics/studies_en.


    601      Ara l-punti 1064 et seq. ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    602      Nirrileva li, inizjalment, ir-Rumanija ssostni li l-operaturi stabbiliti fil-periferija tal-Unjoni ser iġarrbu l-ispejjeż amministrattivi u finanzjarji marbuta mal-kollokament u li ser jiġu skoraġġuti milli jwettqu operazzjonijiet bħal dawk irregolati mill-Artikolu 1(3) sa (6) tad-Direttiva 2020/1057. Madankollu, id-dispożizzjonijiet ikkontestati jittrattaw lill-Istati Membri kollha bl-istess mod, peress li d-differenza fit-trattament li tirriżulta minnhom hija ddefinita skont l-operazzjoni ta’ trasport partikolari kkonċernata. Għalhekk hawnhekk ser nanalizza l-argumenti tar-Rumanija invokati sussegwentement u li jiffokaw fuq differenza fit-trattament bejn l-operazzjonijiet bilaterali u l-operazzjonijiet ta’ trasport terz.


    603      Dan il-motiv jikkonċerna biss l-allegat ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u tal-Artikolu 20 tal-Karta minħabba l-allegata differenza fit-trattament bejn operazzjonijiet ta’ trasport bilaterali u operazzjonijiet ta’ trasport terz u ma jikkonċernax il-kabotaġġ.


    604      Ara l-premessa 10 tad-Direttiva 2020/1057.


    605      Sentenza Federatie Nederlandse Vakbeweging (punt 49).


    606      Ara n-nota  ta’ qiegħ il-paġna 26 tal-kontroreplika tal-Kunsill fil-Kawża C‑548/20.


    607      Ara l-punt 622 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    608      Ara, b’analoġija, is-sentenza tat‑8 ta’ Diċembru 2020, L‑Ungerija vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑620/18, EU:C:2020:1001, punt 125).


    609      Ara s-sentenza tal‑4 ta’ Mejju 2016, Il‑Polonja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑358/14, EU:C:2016:323, punt 103 u l-ġurisprudenza ċċitata).


    610      Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑13 ta’ Novembru 1990, Fedesa et (C‑331/88, EU:C:1990:391, punti 19 u 20), u tas‑17 ta’ Lulju 1997, SAM Schiffahrt u Stapf (C‑248/95 u C‑249/95, EU:C:1997:377, punti 52, 63 u 64).


    611      Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑21 ta’ Ġunju 1958, Wirtschaftsvereinigung Eisen- und Stahlindustrie et vs L-Awtorità Għolja (13/57, EU:C:1958:10, p. 292).


    612      Ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑8 ta’ Diċembru 2020, L‑Ungerija vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑620/18, EU:C:2020:1001, punti 41, 42, 61, 62, 64 u 128).


    613      Ara s-sentenzi tat‑13 ta’ Novembru 1990, Fedesa et (C‑331/88, EU:C:1990:391) u, b’analoġija, tas‑17 ta’ Lulju 1997, SAM Schiffahrt u Stapf (C‑248/95 u C‑249/95, EU:C:1997:377, punt 64).


    614      Ara l-punt 1069 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    615      Ara l-punt 7 tal-kontroreplika tal-Kunsill fil-Kawża C‑541/20.


    616      Ara l-Anness A9 tar-rikors fil-Kawża C‑544/20.


    617      Ara, b’analoġija, is-sentenzi tal‑21 ta’ Settembru 1999, BASF (C‑44/98, EU:C:1999:440, punt 16), u tas‑17 ta’ Settembru 2020, Hidroelectrica (C‑648/18, EU:C:2020:723, punt 29 u l-ġurisprudenza ċċitata).


    618      Ara l-Anness A.9 tar-rikors tar-Repubblika tal-Bulgarija fil-Kawża C‑544/20 u l-Anness A.7 tar-rikors tar-Repubblika ta’ Ċipru fil-Kawża C‑550/20.


    619      Ara l-punti 38 et seq. ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    620      Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Geelhoed fil-kawża L‑Awstrija vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑161/04, EU:C:2006:66, punti 59 u 60). Dwar dawn il-konklużjonijiet, ara l-punti 567 et seq. ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    621      Ir-Repubblika tal-Polonja tirreferi hawnhekk għas-sentenza tal‑10 ta’ Settembru 2019, Il‑Polonja vs Il‑Kummissjoni (T‑883/16, EU:T:2019:567, punti 77 u 78).


    622      Stqarrija tal-Kummissarja Vălean dwar l-adozzjoni finali tal-Pakkett dwar il-Mobilità I mill-Parlament Ewropew, Brussell, 9 ta’ Lulju 2020, (https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/statement_20_1319).


    623      Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “It-tisħiħ tal-ambizzjoni klimatika tal-Ewropa għall‑2030 – Ninvestu f’futur newtrali għall-klima għall-benefiċċju tal-popli tagħna” (COM(2020) 562 final tas‑17 ta’ Settembru 2020).


    624      Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 273 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    625      Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑14 ta’ Diċembru 2016 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi, li temenda d-Direttiva 2003/38/KE u li tħassar id-Direttiva 2001/81/KE (ĠU 2016, L 344, p. 1).


    626      Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 300 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    627      Komponent soċjali tal-valutazzjoni tal-impatt, punt 6.


    628      Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport “Mobility Package 1 – Data gathering and analysis of the impacts of cabotage restrictions on combined transport road legs – Final report”, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, 2021 (disponibbli fuq https://data.europa.eu/doi/10.2832/701828).


    629      Premessa 1 tad-Direttiva 2020/1057.


    630      Sentenza tal‑1 ta’ Diċembru 2020 (C‑815/18, EU:C:2020:976).


    631      Ara s-sentenza Federatie Nederlandse Vakbeweging (punt 33).


    632      Għalkemm il-Kunsill jinnota li l-argument tqajjem biss fl-istadju tar-replika mir-Repubblika tal-Polonja, ma jidhirx li jikkontesta l-ammissibbiltà tiegħu. Għalhekk, għall-finijiet ta’ kompletezza, ser nirrispondi għall-argument.


    633      Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑18 ta’ Ġunju 2018 li temenda d-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonar [il-kollokament] ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (ĠU 2018, L 173, p. 16, rettifika fil-ĠU 2019, L 91, p. 77).


    634      Kif jirriżulta mill-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2018/957.


    635      Sentenza tal‑1 ta’ Diċembru 2020 (C‑815/18, EU:C:2020:976).


    636      Ara l-punti 913 et seq. ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    637      Ara s-sentenza tal‑1 ta’ Marzu 1983, Il‑Kummissjoni vs Il‑Belġju (301/81, EU:C:1983:51, punt 11).


    638      Ara l-punti 931 et seq. ta’ dawn il-konklużjonijiet.

    Top