EUR-Lex Acesso ao direito da União Europeia

Voltar à página inicial do EUR-Lex

Este documento é um excerto do sítio EUR-Lex

Documento 62020CC0109

Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali J. Kokott, ippreżentati fit-22 ta’ April 2021.
Republiken Polen vs PL Holdings Sàrl.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Högsta domstolen.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju tal-Belġju u l-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, minn naħa, u l-Gvern tar-Repubblika Popolari tal-Polonja, min-naħa l-oħra, dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni reċiproċi tal-investimenti ffirmat fid‑19 ta’ Mejju 1987 – Proċedura ta’ arbitraġġ – Tilwima bejn investitur ta’ Stat Membru u Stat Membru ieħor – Klawżola ta’ arbitraġġ li tmur kontra d-dritt tal-Unjoni prevista f’dan il-ftehim – Invalidità – Ftehim ta’ arbitraġġ ad hoc bejn il-partijiet f’din il-kawża – Parteċipazzjoni fil-proċedura ta’ arbitraġġ – Manifestazzjoni taċita tar-rieda ta’ dan l-Istat Membru l-ieħor li jikkonkludi dan il-ftehim ta’ arbitraġġ – Illegalità.
Kawża C-109/20.

Coletânea da Jurisprudência — Coletânea Geral — Parte «Informações sobre as decisões não publicadas»

Identificador Europeu da Jurisprudência (ECLI): ECLI:EU:C:2021:321

 KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKATA ĠENERALI

KOKOTT

ippreżentati fit‑22 ta’ April 2021 ( 1 )

Kawża C‑109/20

Ir-Repubblika tal-Polonja

vs

PL Holdings Sàrl

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta domstol (il-Qorti Suprema, l-Isvezja))

“Talba għal deċiżjoni preliminari – Ftehim ta’ investiment tal‑1987 bejn il-Polonja, il-Lussemburgu u l-Belġju – Dispożizzjoni li tippermetti lil investitur ta’ parti kontraenti jadixxi Tribunal Arbitrali fil-każ ta’ tilwima mal-parti kontraenti l-oħra – Inapplikabbiltà ta’ din il-klawżola ta’ arbitraġġ – Ftehim ta’ arbitraġġ – Dehra mingħajr oġġezzjoni – Applikabbiltà – Kompatibbiltà mal-Artikoli 267 u 344 TFUE – Awtonomija tad-dritt tal-Unjoni Ewropea”

I. Introduzzjoni

1.

Bis-sentenza Achmea ( 2 ), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li klawżoli ta’ arbitraġġ favur investituri fi ftehim ta’ investiment bejn l-Istati Membri huma inkompatibbli mal-Artikoli 267 u 344 TFUE u, għaldaqstant, ma jistgħux jiġu applikati. Madankollu, x’inhuma l-konsegwenzi jekk Stat Membru ma jinvokax in-nuqqas ta’ infurzabbiltà tal-klawżola ta’ arbitraġġ qabel ma tingħata s-sentenza arbitrali? B’rabta mal-eżami tal-validità tas-sentenza arbitrali, qorti Svediża kkonkludiet li l-Istat Membru kkonċernat kien daħal fi ftehim ta’ arbitraġġ ad hoc għat-tilwima kkonċernata permezz tad-dehra fi proċedura ta’ arbitraġġ mingħajr ma ressaq ebda oġġezzjoni. Madankollu, l-Högsta domstol (il-Qorti Suprema, l-Isvezja) għandha dubji dwar jekk dan l-approċċ huwiex kompatibbli mas-sentenza msemmija iktar ’il fuq u, għaldaqstant, tadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja.

II. Il-kuntest ġuridiku

A.   Il-Ftehim ta’ investiment bejn il-Polonja, il-Lussemburgu u l-Belġju

2.

Fid‑19 ta’ Mejju 1987, il-Polonja kkonkludiet ftehim ta’ investiment mal-Lussemburgu u l-Belġju. Il-ftehim daħal fis-seħħ fit‑2 ta’ Awwissu 1991. Sabiex jipproteġi lill-investituri minn dawn il-pajjiżi, tali ftehim jippermettilhom jadixxu Tribunal Arbitrali f’tilwim relatat mal-investiment mal-pajjiżi l-oħra rispettivi, fosthom quddiem l-iStockholms Handelskammares Skiljedomsinstitut (l-Istitut għall-Arbitraġġ tal-Kamra tal-Kummerċ ta’ Stokkolma, l-Isvezja). It-Tribunal Arbitrali japplika f’każijiet bħal dawn inter alia id-dritt fis-seħħ fil-pajjiż involut fit-tilwima u li fih sar l-investiment. Id-deċiżjonijiet tiegħu huma finali.

B.   Il-Liġi dwar il-Proċeduri ta’ Arbitraġġ Svediża

3.

It-talba għal deċiżjoni preliminari turi d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Liġi dwar il-Proċeduri ta’ Arbitraġġ Svediż kif ġej.

4.

Skont l-Artikolu 1 tal-Liġi dwar il-Proċeduri ta’ Arbitraġġ, tilwimiet li jistgħu jiġu solvuti mill-partijiet permezz ta’ ftehim jistgħu jitressqu quddiem arbitru wieħed jew iktar għal deċiżjoni.

5.

Il-ftehim ta’ arbitraġġ jifforma l-bażi legali għall-proċedura ta’ arbitraġġ. Hija bbażata fuq l-awtonomija tal-partijiet fuq is-suġġett tat-tilwima. Skont l-Artikolu 1, tilwim li fih manifestament hemm interess pubbliku, ir-riżoluzzjoni permezz ta’ arbitraġġ hija eskluża. Dispożizzjonijiet legali oħra jistgħu jfissru wkoll li kwistjoni partikolari tista’ ma tkunx is-suġġett ta’ arbitraġġ.

6.

Skont l-ewwel punt tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 34 tal-Liġi dwar il-Proċeduri ta’ Arbitraġġ, sentenza arbitrali tista’ tiġi kompletament jew parzjalment annullata, jekk ma tkunx koperta minn ftehim ta’ arbitraġġ validu bejn il-partijiet.

7.

Mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34 tal-Liġi dwar il-Proċeduri ta’ Arbitraġġ, madankollu, jirriżulta li parti ma hijiex intitolata li tinvoka ċirkustanza li, minħabba d-dehra tagħha fil-proċedura mingħajr ma ressqet ebda oġġezzjoni jew għal raġunijiet oħra, titqies li rrinunzjat il-kontestazzjoni tagħha.

8.

Skont l-ewwel punt tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 33 tal-Liġi dwar il-Proċeduri ta’ Arbitraġġ, sentenza arbitrali hija invalida, jekk tinvolvi eżami ta’ kwistjoni li arbitru ma jistax jiddeċiedi dwarha taħt id-dritt Svediż. Barra minn hekk, sentenza arbitrali skont it-tieni punt tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 33 hija invalida jekk hija jew il-modalitajiet ta’ konklużjoni tagħha għandhom jiġu kkunsidrati bħala evidentement inkompatibbli mal-prinċipji tal-ordinament ġuridiku fl-Isvezja. Il-qorti trid tikkunsidra r-raġunijiet għall-invalidità ex officio.

9.

Taħt id-dritt Svediż, il-konklużjoni ta’ ftehim ta’ arbitraġġ ma hija suġġetta għall-ebda rekwiżiti formali. Il-kwistjoni dwar jekk ftehim ta’ arbitraġġ validu ġiex konkluż jew le għandha tiġi evalwata skont id-dispożizzjonijiet ġenerali tad-dritt kuntrattwali. Għaldaqstant, ftehim ta’ arbitraġġ validu jista’ jirriżulta, pereżempju, permezz tal-imġiba kollużiva tal-partijiet jew min-nuqqas li tittieħed azzjoni minn waħda mill-partijiet.

III. Il-fatti u t-talba għal deċiżjoni preliminari

A.   It-tilwima dwar investiment

10.

PL Holdings S.à.r.l. (iktar ’il quddiem “PL Holdings”) hija kumpannija pubblika ta’ responsabbiltà limitata rreġistrata fil-Lussemburgu u suġġetta għad-dritt tal-Lussemburgu.

11.

Bejn l‑2010 u l‑2013, PL Holdings akkwistat azzjonijiet f’żewġ banek Pollakki li ngħaqdu fl‑2013. PL Holdings kellha iktar minn 99 % tal-azzjonijiet f’dan il-bank il-ġdid.

12.

F’Lulju tal‑2013, il-Komisja Nadzoru Finansowego (il-Kummissjoni tas-Suq Finanzjarju, il-Polonja), awtorità taħt id-dritt Pollakk responsabbli għas-superviżjoni ta’ banek u istituzzjonijiet ta’ kreditu fil-Polonja, iddeċidiet li tirrevoka d-drittijiet tal-vot ta’ PL Holdings li għandha permezz tal-azzjonijiet tagħha fil-bank u ordnatilha tbigħ l-azzjonijiet b’mod obbligatorju. L-influwenza eżerċitata minn PL Holdings kienet dgħajfet il-ġestjoni prudenti u soda tal-bank ( 3 ).

B.   Il-proċedura ta’ arbitraġġ

13.

Imbagħad, PL Holdings bdiet proċedura ta’ arbitraġġ kontra l-Polonja fuq il-bażi tal-ftehim ta’ investiment quddiem l-iStockholms Handelskammares Skiljedomsinstitut (l-Istitut għall-Arbitraġġ tal-Kamra tal-Kummerċ ta’ Stokkolma). Il-Polonja wieġbet permezz tan-nota ta’ osservazzjonijiet tat‑30 ta’ Novembru 2014.

14.

Fis‑7 ta’ Awwissu 2015, PL Holdings ippreżentat rikors. Fir-risposta tagħha tat‑13 ta’ Novembru 2015, il-Polonja sostniet li PL Holdings ma setgħetx tiġi kkunsidrata bħala investitur fis-sens tal-ftehim ta’ investiment u, konsegwentement, it-tribunal tal-arbitraġġ ma kellux il-ġurisdizzjoni sabiex jisma’ l-kawża. F’nota ta’ osservazzjonijiet tas‑27 ta’ Mejju 2016, il-Polonja kkontestat ukoll il-validità tal-klawżola ta’ arbitraġġ minħabba li l-ftehim ta’ investiment ma kienx kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni.

15.

F’deċiżjoni separata tat‑28 ta’ Ġunju 2017, jiġifieri qabel ma ngħatat is-sentenza Achmea fit‑8 ta’ Marzu 2018, it-Tribunal Arbitrali ċaħad, inter alia, l-oġġezzjoni ta’ invalidità tal-klawżola. Din l-oġġezzjoni, għalkemm tardiva, għandha sinjifikat fundamentali għal proċedura ta’ arbitraġġ. Madankollu, l-adeżjoni tal-Polonja mal-Unjoni ma rrenditx il-ftehim ta’ investiment invalidu taħt id-dritt internazzjonali ( 4 ).

16.

Barra minn hekk, fis-sentenza arbitrali separata, it-Tribunal Arbitrali diġà kkonstata li l-Polonja kienet kisret il-ftehim ta’ investiment billi ordnat il-bejgħ tal-azzjonijiet li PL Holdings kellha fil-bank Pollakk. Skont dawn il-konstatazzjonijiet, l-awtoritajiet superviżorji aġixxew ( 5 ) b’mod inkonsistenti u pprevenew stħarriġ ġudizzjarju effettiv kontra l-miżuri superviżorji ( 6 ). Għaldaqstant, PL Holdings hija intitolata għal kumpens ( 7 ).

17.

Fit‑28 ta’ Settembru 2017, it-tribunal tal-arbitraġġ ta s-sentenza arbitrali finali. Il-Polonja ġiet ordnata tħallas lil PL Holdings 653639384 zloty Pollakk (PLN) (madwar EUR 150 miljun) flimkien mal-interessi u tħallas l-ispejjeż tal-proċeduri ( 8 ).

C.   Il-proċedura ġudizzjarja

18.

Konsegwentement, il-Polonja mbagħad ippreżentat rikors kontra PL Holdings quddiem il-qrati Svediżi għall-annullament kemm tas-sentenza arbitrali separata kif ukoll finali. Il-Polonja bbażat ukoll l-argument tagħha b’mod partikolari fuq il-fatt li l-klawżola ta’ arbitraġġ tal-ftehim ta’ investiment kienet ineffettiva minħabba ksur tad-dritt tal-Unjoni.

19.

Is-Svea Hovrätt (il-Qorti tal-Appell sedenti fi Stokkolma, l-Isvezja) ċaħdet ir-rikors tal-Polonja. Għalkemm il-klawżola ta’ arbitraġġ fil-ftehim ta’ investiment kienet ineffettiva skont is-sentenza Achmea, din ma kinitx kuntrarja għall-konklużjoni sussegwenti ta’ ftehim ta’ arbitraġġ bejn Stat Membru u investitur fir-rigward tal-istess tilwima. Ir-raġuni għal dan hija li, f’dak il-każ, huwa jikkostitwixxi ftehim ta’ arbitraġġ ibbażat fuq ir-rieda komuni tal-partijiet u konkluż skont l-istess prinċipji bħall-proċeduri ta’ arbitraġġ fi kwistjoni kummerċjali. Madankollu, is-sentenza Achmea partikolarment ma eskludietx l-ammissibbiltà ta’ ftehimiet bħal dawn. Fil-każ preżenti, il-ftehim seħħ minħabba li l-Polonja dehret fil-proċedura mingħajr ma ressqet l-oġġezzjoni tal-invalidità tal-klawżola ta’ arbitraġġ fi żmien xieraq.

D.   It-talba għal deċiżjoni preliminari

20.

L-appell tal-Polonja issa jinsab pendenti quddiem il-Högsta domstol (il-Qorti Suprema). Din tagħmel id-domanda segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:

“L-Artikoli 267 u 344 TFUE, kif interpretati mis-sentenza Achmea ( 9 ), ifissru li ftehim ta’ arbitraġġ ikun invalidu jekk ikun ġie konkluż bejn Stat Membru u investitur — fejn ftehim ta’ investiment ikun fih klawżola ta’ arbitraġġ li tkun invalida b’riżultat tal-fatt li l-kuntratt kien ġie konkluż bejn żewġ Stati Membri — minkejja l-fatt li l-Istat Membru, wara li nbdew proċeduri ta’ arbitraġġ mill-investitur, iżomm lura, bir-rieda ħielsa tal-Istat, milli jqajjem eċċezzjonijiet fir-rigward tal-ġurisdizzjoni?”

21.

Fil-proċeduri preżenti, PL Holdings u r-Repubblika tal-Polonja bħala partijiet fil-kawża prinċipali u r-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja bħala Stat Membru, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja u l-Kummissjoni Ewropea l-ewwel ressqu osservazzjonijiet bil-miktub, u mbagħad, għamlu wkoll sottomissjonijiet orali fis-seduta tal‑15 ta’ Marzu 2021.

IV. L-analiżi legali

22.

Il-Högsta domstol (il-Qorti Suprema) tixtieq tkun taf jekk il-konstatazzjonijiet tas-sentenza Achmea jipprekludux ukoll ftehim ta’ arbitraġġ individwali (ara, f’dan ir-rigward, taħt A). F’dan il-kuntest għandu jiġu nnotat, x’sinjifikat tingħata l-ġurisprudenza dwar il-kompatibbiltà ta’ arbitraġġ kummerċjali mad-dritt tal-Unjoni (ara, f’dan ir-rigward, taħt B) u l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament (ara, f’dan ir-rigward, taħt C). B’mod sussidjarju sejra neżamina wkoll l-influwenza tal-forma tal-ftehim adottat, jiġifieri r-rinunzja tal-Istat Membru milli jinvoka eċċezzjoni tal-assenza ta’ ġurisdizzjoni tat-Tribunal Arbitrali, l-hekk imsejħa dehra mingħajr ma tressqet ebda oġġezzjoni (ara, f’dan ir-rigward, taħt D). Fl-aħħar nett għandu jiġi nnotat, jekk l-effett ratione temporis tad-deċiżjoni proposta għandux ikun limitat (ara, f’dan ir-rigward, taħt E).

A.   Id-dritt tal-Unjoni u l-ftehimiet ta’ arbitraġġ bejn l-Istati Membri u l-investituri

23.

Fis-sentenza Achmea, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikoli 267 u 344 TFUE jipprekludu dispożizzjoni inkluża fi ftehim internazzjonali konkluż bejn l-Istati Membri, skont liema investitur ta’ wieħed minn dawn l-Istati Membri jista’, fil-każ ta’ tilwima dwar investimenti fl-Istat Membru l-ieħor, iniedi proċedura kontra dan l-Istat Membru tal-aħħar quddiem Tribunal Arbitrali, li dan l-Istat Membru huwa obbligat jaċċetta l-kompetenza tiegħu ( 10 ).

24.

Id-deċiżjoni kienet tikkonċerna regola ġenerali li għamlitha possibbli li, f’ċerti każijiet, jiġi adit Tribunal Arbitrali. Għall-kuntrarju, fil-proċeduri preżenti għandu jiġi deċiż jekk l-Artikoli 267 u 344 TFUE jipprekludux ftehim ta’ arbitraġġ individwali bejn Stat Membru u investitur.

25.

L-Artikolu 267 TFUE jirregola l-proċedura għal deċiżjoni preliminari u ma jinkludi ebda regola espliċita dwar il-proċedura ta’ arbitraġġ. F’din il-proċedura, madankollu, li kieku tinterpreta dan id-dritt fl-aħħar istanza u b’mod vinkolanti, il-Qorti tal-Ġustizzja tiżgura l-applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni f’tilwim bejn l-Istati Membri u l-investituri quddiem il-qrati domestiċi.

26.

Ir-raġuni għal dan hija li t-Trattati ħolqu s-sistema ġudizzjarja tal-Unjoni sabiex jiġi żgurat li l-karatteristiċi speċifiċi u l-awtonomija tal-ordinament ġuridiku tal-Unjoni jiġu ppreservati. F’dan il-kuntest, skont l-Artikolu 19(1) TUE, huwa f’idejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja li jiżguraw l-applikazzjoni sħiħa tad-dritt tal-Unjoni fl-Istati Membri kollha u l-protezzjoni tad-drittijiet li jirriżultaw minnu għall-individwi. B’mod partikolari, l-element ċentrali ta’ din is-sistema ġudizzjarja huwa l-proċedura tar-rinviju għal deċiżjoni preliminari prevista fl-Artikolu 267 TFUE li, filwaqt li tistabbilixxi djalogu bejn qorti u oħra, preċiżament bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-qrati tal-Istati Membri, hija intiża li tiżgura l-unità fl-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, u b’hekk tippermetti li jiġu żgurati l-koerenza tiegħu, l-effett sħiħ tiegħu u l-awtonomija tiegħu kif ukoll, fl-aħħar nett, in-natura partikolari tad-dritt stabbilit mit-Trattati ( 11 ).

27.

L-Artikolu 344 TFUE jiggarantixxi din is-sistema ta’ kompetenzi stabbilita permezz tat-Trattati u, għaldaqstant, l-awtonomija tas-sistema legali tal-Unjoni, li l-Qorti tal-Ġustizzja tiżgura l-osservanza tagħha ( 12 ). Ir-raġuni għal dan hija li din id-dispożizzjoni tipprovdi li l-Istati Membri jobbligaw ruħhom li ma jippreżentawx tilwima dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tat-Trattati għal xi metodu ta’ soluzzjoni li ma jkunx wieħed minn dawk previsti fit-Trattati. L-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tat-trattati tinkludi wkoll id-dritt tal-Unjoni fl-intier tiegħu ( 13 ).

28.

It-Trattati ma jipprovdux għal proċeduri ta’ arbitraġġ ulterjuri minbarra l-Artikoli 272 u 273 TFUE. Dawn id-dispożizzjonijiet jistabbilixxu s-setgħat tal-Qorti tal-Ġustizzja bħala Tribunal Arbitrali, iżda ma jippermettux li jiġu invokati Tribunali Arbitrali oħra.

29.

L-Artikolu 344 TFUE jkopri, barra minn hekk, mhux biss ir-regolazzjoni astratta tat-tilwim inġenerali, iżda wkoll it-tilwim individwali. Pereżempju, is-sentenza MOX-Plant kienet tikkonċerna r-rikors individwali tal-Irlanda quddiem Tribunal Arbitrali f’tilwima mar-Renju Unit ( 14 ).

30.

Għaldaqstant, fis-sentenza Achmea, il-Qorti tal-Ġustizzja oġġezzjonat għal ftehim inkwistjoni li permezz tiegħu żewġ Stati Membri qablu li jneħħu, mis-sistema ta’ rimedji ġudizzjarji li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE jimponi fuqhom li jistabbilixxu fl-oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni, tilwim li jista’ jirrigwarda l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni ta’ dan id-dritt ( 15 ). Ir-raġuni għal dan hija li sakemm it-Tribunali Arbitrali ma humiex intitolati li jirrikorru għal rinviju, ma humiex parti minn din is-sistema.

31.

Ftehim ta’ arbitraġġ individwali bejn Stat Membru u investitur jista’ bl-istess mod ineħħi mis-sistema ġudizzjarja tilwim legali li jaffettwa l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, bħal fil-każ ta’ ftehim ta’ investiment ġenerali bejn Stati Membri li jipprovdi għas-soluzzjoni ta’ tilwim bejn Stat Membru u investitur permezz ta’ arbitraġġ. Jekk każ individwali ma jitneħħiex mis-sistema ġudizzjarja jiddependi fuq it-tilwima legali speċifika u mhux fuq jekk huwiex Tribunal Arbitrali li jiġi adit bit-tilwima legali fuq il-bażi ta’ ftehim ta’ investiment ġenerali bejn l-Istati Membri jew fuq il-bażi ta’ ftehim ta’ arbitraġġ individwali bejn investitur u Stat Membru.

32.

Fil-każ preżenti, skont is-sottomissjonijiet tagħhom stess, il-partijiet huma f’tilwima dwar l-applikazzjoni tar-regoli ta’ superviżjoni bankarja li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni, jiġifieri mill-Artikolu 21(2) tad-Direttiva rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu ( 16 ). PL Holdings tinvoka wkoll il-libertà ta’ stabbiliment. Għalkemm, il-qrati Svediżi kellhom jeżaminaw jekk dan l-argument plawżibbli huwiex korrett, għallinqas jidher, li, madankollu, il-ftehim ta’ arbitraġġ fil-fatt kien jikkonċerna tilwima li tikkonċerna d-dritt tal-Unjoni.

33.

Id-deċiżjoni arbitrali ma tapplikax ir-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni għas-superviżjoni bankarja ( 17 ), iżda hija bbażata fuq id-dispożizzjonijiet ta’ ftehim ta’ investiment. Minkejja dan, hija tistabbilixxi standards li, fl-opinjoni tat-Tribunal Arbitrali, il-Polonja kellha tosserva meta teżerċita s-superviżjoni bankarja prevista taħt id-dritt tal-Unjoni, pereżempju fir-rigward tal-proporzjonalità ( 18 ) jew tal-istħarriġ ġudizzjarju effettiv ( 19 ). Għalkemm it-Tribunal Arbitrali jassumi li dawn l-istandards jikkorrispondu għad-dritt tal-Unjoni ( 20 ), madankollu, ma jeżaminax għal kollox din il-kwistjoni.

34.

It-tneħħija ta’ tali tilwima mis-sistema ġudizzjarja tal-Unjoni permezz ta’ ftehim ta’ arbitraġġ individwali bejn Stat Membru u investitur minn Stat Membru ieħor ikun fil-fatt, skont is-sentenza Achmea, inkompatibbli mal-Artikoli 267 u 344 TFUE. Mill-inqas, dan ikun jikkostitwixxi evitar ta’ din is-sentenza, kif spjegaw b’mod partikolari Spanja, iżda wkoll il-Polonja, il-Ġermanja, l-Ungerija, is-Slovakkja u l-Kummissjoni.

35.

Il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet ċerti Tribunali Arbitrali bħala qrati tal-Istati Membri fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE u għalhekk bħala parti mis-sistema ġudizzjarja tal-Unjoni. Dawn it-Tribunal Arbitrali għandhom sensiela ta’ kriterji, bħal jekk dawn humiex stabbiliti mil-liġi, jekk humiex permanenti, jekk il-ġurisdizzjoni tagħhom hijiex ta’ natura obbligatorja, jekk il-proċeduri quddiemhom humiex kontradittorji, jekk dawn japplikax regoli tad-dritt, kif ukoll jekk humiex indipendenti ( 21 ). Tribunali Arbitrali bħal dawn huma għalhekk intitolati li jirrikorru għal rinviju. Il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet dan fil-każ ta’ Tribunal Arbitrali Daniż għall-interpretazzjoni ta’ ftehimiet kollettivi ( 22 ) u Tribunali Arbitrali Portugiżi fil-qasam fiskali ( 23 ) jew proprjetà intellettwali ( 24 ). Għal din ir-raġuni, il-kompetenza tagħhom f’tilwim skont id-dritt tal-Unjoni ma tmurx kontra l-Artikoli 267 u 344 TFUE.

36.

Il-qrati Svediżi, għall-kuntrarju, jassumu li l-ġurisdizzjoni tat-Tribunal Arbitrali kkontestata hija bbażata fuq il-kunsens tal-partijiet, jiġifieri fuq ftehim ta’ arbitraġġ. Għalhekk, hemm mill-inqas assenza ta’ ġurisdizzjoni obbligatorja ( 25 ). Barra minn hekk, it-Tribunal Arbitrali, bħal dak inkwistjoni fis-sentenza Achmea, ma huwiex parti mis-sistema ġudizzjarja ta’ Stat Membru u ġie preċiżament adit għal din ir-raġuni ( 26 ). It-Tribunal Arbitrali fil-kawża prinċipali, għalhekk, ma huwiex parti mis-sistema ġudizzjarja tal-Unjoni u, b’mod partikolari, ma jistax jadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja fil-każ ta’ dubji dwar id-dritt tal-Unjoni ( 27 ).

37.

Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja ġeneralment tiddeduċi riskju għall-awtonomija tad-dritt tal-Unjoni mill-fatt li istanza barra mis-sistema tal-Unjoni tinterpreta r-regoli tad-dritt tal-Unjoni ( 28 ). Dan ir-riskju jkun żgħir jekk it-Tribunal Arbitrali, kif jidher fil-każ preżenti ( 29 ), primarjament japplika d-dispożizzjonijiet ta’ trattat internazzjonali bejn l-Istati Membri dwar il-protezzjoni tal-investiment ( 30 ). Barra minn hekk, kuntrarjament għall-opinjoni tal-Polonja, minkejja l-importanza fundamentali tal-prinċipju ta’ proporzjonalità fid-dritt tal-Unjoni, it-Tribunal Arbitrali lanqas ma applika dan il-prinċipju bħala parti mid-dritt tal-Unjoni, ir-raġuni għal dan madankollu kienet li tali prinċipju japplika wkoll f’sistemi legali oħra u b’mod partikolari fil-qasam tal-protezzjoni tal-investiment taħt id-dritt internazzjonali ( 31 ).

38.

Madankollu, il-Ġermanja u Franza jiddikjaraw b’mod korrett li t-Tribunal Arbitrali kellu jieħu inkunsiderazzjoni d-dritt tal-Unjoni taħt il-Ftehim ta’ Investiment, bħala prinċipju, bħala parti mid-dritt nazzjonali. Fuq kollox, madankollu, hemm ir-riskju li t-Tribunal Arbitrali jieħu deċiżjonijiet li finalment iwasslu għal ksur tad-dritt tal-Unjoni.

39.

Infatti, fil-każ preżenti, ma jistax jiġi eskluż li t-Tribunal Arbitrali naqas milli jirrikonoxxi l-obbligi tal-awtorità superviżorja bankarja Pollakka skont id-direttiva rilevanti. Dan jista’ jwassal sabiex l-awtorità superviżorja bankarja Pollakka, iżda wkoll korpi fi Stati Membri oħra, tieħu inkunsiderazzjoni d-deċiżjoni ta’ Tribunal Arbitrali fl-applikazzjoni futura ta’ dawn ir-regoli tal-Unjoni, b’mod partikolari, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja għadha ma ddeċidietx dwar din il-kwistjoni. Ir-raġuni għal dan hija li s-sentenza arbitrali tista’ tikkostitwixxi preġudizzju u twassal sabiex investituri oħra jingħataw kumpens f’kawżi simili.

40.

Huwa minnu li kemm ir-riskju ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll ir-riskju ta’ interpretazzjoni differenti jistgħu jkunu limitati jew saħansitra esklużi jekk il-konformità mad-dritt tal-Unjoni tiġi eżaminata b’mod komprensiv permezz ta’ sentenzi arbitrali mill-qrati domestiċi, possibbilment wara li jkunu saru proċeduri għal deċiżjoni preliminari.

41.

Fl-Isvezja, l-ewwel punt tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 33 tal-Liġi dwar il-Proċeduri ta’ Arbitraġġ jipprevedi li sentenza arbitrali hija invalida jekk ikun fiha eżami ta’ kwistjoni li ma tistax tiġi deċiża minn Tribunal Arbitrali taħt id-dritt Svediż. Barra minn hekk, sentenza arbitrali skont it-tieni punt tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 33 hija invalida jekk hija jew il-modalitajiet ta’ konklużjoni tagħha għandhom jiġu kkunsidrati bħala evidentement inkompatibbli mal-prinċipji tal-ordinament ġuridiku Svediż. Il-Qorti tal-Ġustizzja trid tikkunsidra r-raġunijiet għall-invalidità ex officio. Il-punt sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet jippermettu eżekuzzjoni sħiħa tad-dritt tal-Unjoni jista’ jiġi evalwat biss mill-qrati Svediżi. Prima facie, madankollu, tali evalwazzjoni tikkostitwixxi biss skrutinju limitat ħafna fis-sens tal-ordre public, li tikkorrispondi wkoll għall-kriterji tal-analiżi tal-qorti tal-appell fil-kawża prinċipali ( 32 ).

42.

Għaldaqstant, ir-rikonoxximent ta’ ftehimiet ta’ arbitraġġ individwali bejn Stati Membri u investituri minn Stati Membri oħra joħloq ir-riskju ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni mit-Tribunali Arbitrali, sakemm il-qrati domestiċi ma jkunux jistgħu jeżegwixxu l-osservanza tad-dritt tal-Unjoni permezz ta’ sentenzi arbitrali.

B.   Il-ġurisprudenza dwar l-arbitraġġ kummerċjali

43.

Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja, almenu impliċitament, irrikonoxxiet is-soluzzjoni ta’ ċertu tilwim permezz ta’ proċedura ta’ arbitraġġ bħala ammissibbli u aċċettat skrutinju limitat tal-osservanza tad-dritt tal-Unjoni. Dan jikkonċerna l-hekk imsejjaħ arbitraġġ kummerċjali.

44.

Huwa minnu li fis-sentenza Nordsee dwar proċeduri ta’ arbitraġġ, hija l-ewwel nett iddikjarat li l-partijiet f’kuntratt ma humiex liberi li jiddevjaw mid-dritt tal-Unjoni minħabba li dan għandu jiġi osservat b’mod sħiħ fit-territorju tal-Istati Membri. Hawn hija tenfasizza li l-qrati nazzjonali jistgħu jiġu aditi bi kwistjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li jirriżultaw b’rabta mal-proċedura ta’ arbitraġġ, bir-riżultat li huma jkunu jistgħu jressqu dawn il-kwistjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ( 33 ). Dawn id-dikjarazzjonijiet setgħu jinftiehmu li jfissru li l-qrati nazzjonali għandhom iwettqu skrutinju komprensiv tal-osservanza tad-dritt tal-Unjoni fi proċeduri ta’ arbitraġġ.

45.

Madankollu, fis-sentenza Eco Swiss, il-Qorti tal-Ġustizzja sussegwentement irrikonoxxiet li r-rekwiżiti tal-effikaċja tal-proċedura arbitrali joffru ġustifikazzjoni għall-fatt li l-istħarriġ tad-deċiżjonijiet arbitrali huwa ta’ natura limitata biss u l-annullament tad-deċiżjoni arbitrali jew in-nuqqas ta’ rikonoxximent jistgħu jinkisbu biss f’każijiet eċċezzjonali. Il-qrati nazzjonali jkollhom, madankollu, jiżguraw l-osservanza tad-dispożizzjonijiet fundamentali li huma essenzjali għall-issodisfar tal-kompiti tal-Unjoni u, b’mod partikolari, għall-funzjonament tas-suq intern ( 34 ).

46.

Iż-żewġ approċċi b’hekk jippermettu li jiġu aditi Tribunali Arbitrali sabiex isolvu t-tilwim, għalkemm ma jistgħux jiżguraw l-applikazzjoni korretta u uniformi tad-dritt tal-Unjoni permezz ta’ talbiet għal deċiżjonijiet preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE. Is-sentenza l-iktar reċenti saħansitra taċċetta l-ksur tad-dritt tal-Unjoni permezz ta’ sentenzi arbitrali jekk ir-regolamenti kkonċernati ma humiex ta’ natura fundamentali.

47.

Is-sentenza Achmea tiddistingwi l-arbitraġġ kummerċjali bejn individwi privati, li huwa ammissibbli skont din il-ġurisprudenza, mill-arbitraġġ inammissibbli bejn individwu privat u Stat Membru bbażat fuq ftehim ta’ investiment, fis-sens li l-ewwel wieħed huwa bbażat fuq l-awtonomija tal-partijiet, filwaqt li t-tieni wieħed huwa dderivat minn trattat bejn l-Istati Membri ( 35 ).

48.

Kif jispjegaw PL Holding, il-Lussemburgu, il-Finlandja u l-Isvezja, din id-distinzjoni tippermetti ftehim ta’ arbitraġġ individwali bejn investitur u Stat Membru. Ir-raġuni għal dan hija li l-ftehim huwa bbażat ukoll fuq l-awtonomija tal-partijiet fil-proċedura ta’ arbitraġġ. F’dan il-każ, ikun ammissibbli li l-iskrutinju tas-sentenza arbitrali fi kwistjonijiet ta’ protezzjoni tal-investiment jiġi ristrett mill-qrati nazzjonali għall-osservanza tad-dispożizzjonijiet fundamentali tad-dritt tal-Unjoni.

49.

L-Italja, madankollu, trid taqbel li d-distinzjoni ma hijiex iddefinita b’mod konklużiv bis-sempliċi riferiment għar-rieda tal-partijiet.

50.

L-Avukat Ġenerali Szpunar pjuttost fehem reċentement id-distinzjoni tas-sentenza Achmea fir-rigward tal-arbitraġġ kummerċjali fis-sens li s-sentenza Achmea teskludi biss lill-Istati Membri milli sistematikament ineħħu t-tilwim li jaqa’ taħt id-dritt tal-Unjoni mis-sistema ġudizzjarja tal-Unjoni permezz ta’ obbligu ex ante ( 36 ). Il-ftehim ta’ arbitraġġ preżenti jippermetti wkoll dan il-fehim.

51.

Bħad-diversi partijiet, din il-fehma ma tikkonvinċinix. Għaliex l-Istati Membri għandhom jingħataw is-setgħa li jneħħu tilwim li jaqa’ taħt id-dritt tal-Unjoni mis-sistema ġudizzjarja tal-Unjoni f’każijiet individwali jekk ma jistgħux jidħlu f’obbligu ġenerali prevedibbli ta’ dan it-tip? Minbarra r-riskji għall-applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni, ikun hemm ukoll ir-riskju ta’ differenza fit-trattament ta’ investituri differenti ( 37 ).

52.

Pjuttost, bl-argument tal-awtonomija tal-partijiet jew l-eżerċizzju liberu tar-rieda tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja espressament irreferiet għall-arbitraġġ kummerċjali biss. Dan jikkonċerna tilwim bejn partijiet tal-istess grad. F’tali tilwim, mhux biss il-ftehim ta’ arbitraġġ, iżda anki r-relazzjoni legali kkontestata huma bbażati fuq ir-rieda awtonoma tal-partijiet.

53.

Anki fil-proċeduri ta’ arbitraġġ f’każijiet tal-konsumaturi, li għall-inqas fil-fatt ma għadhomx ikkaratterizzati minn relazzjoni orizzontali, il-Qorti tal-Ġustizzja teżiġi skrutinju strett ex officio dwar jekk il-ftehim ta’ arbitraġġ huwiex qabelxejn effettiv ( 38 ).

54.

Kif indikaw il-Polonja, l-Italja, l-Ungerija, il-Pajjiżi l-Baxxi, is-Slovakkja u l-Kummissjoni, il-kawża prinċipali ma tirrigwardax tilwima kummerċjali bejn partijiet tal-istess grad, iżda tirrigwarda l-eżerċizzju ta’ poteri sovrani mill-awtoritajiet Pollakki. Jekk parti privata tkun suġġetta għal miżura sovrana, hawnhekk is-superviżjoni bankarja, wieħed ma jistax jirreferi għal rieda ħielsa, almenu min-naħa tagħha. Għal din ir-raġuni biss, jidher improbabbli li Stat Membru sussegwentement jikkonkludi ftehim ta’ arbitraġġ dwar din il-miżura mal-parti privata minn jeddha.

55.

Fuq kollox, madankollu, l-Istati Membri ma jistgħux ineħħu tilwim b’rabta mal-applikazzjoni sovrana tad-dritt tal-Unjoni mis-sistema ġudizzjarja tal-Unjoni ( 39 ).

56.

B’mod partikolari, skont il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali, stabbilit fl-Artikolu 4(3) TFUE, huma l-awtoritajiet tal-Istati Membri kollha li għandhom jiżguraw l-osservanza tar-regoli tad-dritt tal-Unjoni fil-kuntest tal-kompetenzi tagħhom ( 40 ). L-Artikolu 344 TFUE jispeċifika dan l-obbligu tal-Istati Membri ( 41 ). Tali obbligu ma huwiex limitat għall-osservanza tar-regoli fundamentali, iżda jaffettwa r-regoli kollha tad-dritt tal-Unjoni.

57.

L-Unjoni stess u l-Istati Membri tagħha, kif ukoll l-Istati Membri bejniethom huma, għaldaqstant, marbuta b’nisġa strutturata ta’ prinċipji, ta’ regoli u ta’ relazzjonijiet legali reċiprokament interdipendenti, b’mod reċiproku, li tiġġustifika l-awtonomija tad-dritt tal-Unjoni, fil-konfront kemm tad-dritt tal-Istati Membri kif ukoll tad-dritt internazzjonali ( 42 ).

58.

Partijiet privati li volontarjament jissottomettu ruħhom għal arbitraġġ kummerċjali ma humiex suġġetti għal dawn l-obbligi. B’mod partikolari, l-Artikolu 344 TFUE ma japplikax għal tilwim bejn individwi privati ( 43 ). Għalhekk, minkejja r-riskju ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni, huwa loġiku li jitħallew proċeduri ta’ arbitraġġ li jinvolvu tilwim bejn partijiet privati.

59.

B’kuntrast ma’ dan, huwa problematiku jekk, f’tilwim li jaqa’ taħt id-dritt tal-Unjoni, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jadixxu Tribunal Arbitrali li la huwa parti mis-sistema tal-Unjoni u lanqas ma huwa suġġett għal skrutinju komprensiv mill-qrati nazzjonali fir-rigward tal-osservanza tad-dritt tal-Unjoni. Ir-raġuni għal dan hija li ma jistax jiġi eskluż li s-sentenza arbitrali tinjora d-dritt tal-Unjoni u b’hekk tfixkel l-effettività tiegħu ( 44 ).

60.

Huwa minnu li ksur tad-dritt tal-Unjoni li jirriżulta minn ftehim ta’ arbitraġġ individwali jista’ jwassal għal talbiet għal danni kontra l-Istat Membru kkonċernat jew ikun is-suġġett ta’ rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu ( 45 ). Madankollu, dawn il-forom ta’ eżekuzzjoni tad-dritt tal-Unjoni huma relattivament diffiċli u għalhekk ma jistgħux jiggarantixxu li jkunu kompletament effettivi.

61.

Il-Qorti tal-Ġustizzja taċċetta r-riskju ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni jekk il-proċedura ta’ arbitraġġ tkun ibbażata fuq ( 46 ) ftehim bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi jew fuq ftehimiet antiki li għadhom validi skont l-Artikolu 351 TFUE u li l-Istati Membri kkonkludew ma’ pajjiżi terzi qabel ma ssieħbu fl-Unjoni ( 47 ). Għall-kuntrarju, id-dritt tal-Unjoni jieħu preċedenza fuq ftehimiet internazzjonali li l-Istati Membri jikkonkludu ma’ xulxin ( 48 ). Lanqas ma huwa kompatibbli mal-portata ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li l-Istati Membri jikkonkludu ftehim ta’ arbitraġġ individwali ma’ ċerti investituri dwar miżuri sovrani għall-eżekuzzjoni tad-dritt tal-Unjoni li joħolqu riskju li s-sentenza arbitrali tikser id-dritt tal-Unjoni.

62.

Madankollu, ir-riskju ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni jista’ jiġi indirizzat, jekk il-qrati tal-Istati Membri mhux biss jeżaminaw is-sentenza arbitrali sabiex jaraw jekk tikkonformax mad-dispożizzjonijiet fundamentali tad-dritt tal-Unjoni, iżda wkoll twettaq skrutinju komprensiv tal-osservanza tad-dritt tal-Unjoni u tadixxi l-kwistjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja, jekk dan ikun meħtieġ.

63.

Kif diġà ġie rrilevat iktar ’il fuq, huwa dubjuż jekk id-dritt Svediż jiggarantixxix tali skrutinju ( 49 ). Fi kwalunkwe każ, kuntrarjament għall-espożizzjoni ta’ PL Holdings, il-Qorti tal-Appell Svediża ma eżaminatx b’mod komprensiv il-kompatibbiltà tas-sentenza arbitrali mad-dritt tal-Unjoni, iżda eskludiet biss ksur tal-obbligi fundamentali. Hija limitat ruħha għall-kwistjoni dwar jekk il-ftehim ta’ arbitraġġ kienx kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, iżda ma kkummentatx dwar ir-rekwiżiti rilevanti tad-dritt tal-Unjoni dwar is-superviżjoni bankarja ( 50 ).

64.

L-immunità internazzjonali tal-Istati Membri enfasizzata minn Franza, ma tipprekludix skrutinju komprensiv. Bħala prinċipju, l-immunità statali teskludi l-atti sovrani ta’ Stat milli jiġu eżaminati mill-ġdid mill-qrati ta’ Stati oħra ( 51 ). Madankollu, l-Istat li jissottometti ruħu għal proċedura ta’ arbitraġġ, ikun diġà rrinunzja din l-immunità, sa fejn id-dritt domestiku fis-sede tat-tribunal arbitrali jipprevedi eżami mill-ġdid tas-sentenza arbitrali u l-atti sovrani inkwistjoni.

65.

Bħala riżultat, ftehim ta’ arbitraġġ individwali bejn Stati Membri u investituri minn Stati Membri oħra dwar l-applikazzjoni sovrana tad-dritt tal-Unjoni huwa kompatibbli biss mal-obbligu ta’ kooperazzjoni leali skont l-Artikolu 4(3) TFUE kif ukoll mal-awtonomija tad-dritt tal-Unjoni skont l-Artikoli 267 u 344 TFUE, jekk il-qrati tal-Istati Membri jkunu jistgħu jeżaminaw mill-ġdid b’mod komprensiv is-sentenza arbitrali għall-kompatibbiltà tagħha mad-dritt tal-Unjoni, jekk dan ikun meħtieġ wara talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE.

C.   Fuq l-ugwaljanza fit-trattament

66.

Il-Kummissjoni tenfasizza wkoll b’mod korrett id-dritt tal-investituri kollha li jiġu ttrattati b’mod ugwali fl-eżekuzzjoni tad-dritt tal-Unjoni.

67.

Il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament jikkostitwixxi prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, stabbilit fl-Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Fil-fatt, dan il-prinċipju jeżiġi li sitwazzjonijiet paragunabbli ma jiġux ittrattati b’mod differenti u li sitwazzjonijiet differenti ma jiġux ittrattati bl-istess mod, sakemm dan it-trattament ma jkunx iġġustifikat oġġettivament. Differenza fit-trattament tkun iġġustifikata meta din tkun ibbażata fuq kriterju oġġettiv u raġonevoli, jiġifieri meta din tkun marbuta ma’ għan legalment ammissibbli li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni tfittex li tilħaq, u meta din id-differenza tkun proporzjonata għall-għan li t-trattament ikkonċernat ifittex li jilħaq ( 52 ).

68.

Jekk xi investituri jiġu rriferuti għall-qrati nazzjonali f’tilwim mal-Istat Membru, iżda oħrajn jistgħu jadixxu tribunal arbitrali, dan ikun jikkostitwixxi differenza fit-trattament.

69.

Jekk, kuntrarjament għall-każ inkwistjoni, din id-differenza fit-trattament tkun ibbażata fuq ftehim ta’ investiment, jista’ possibbilment ikun iġġustifikat mill-fatt li l-ftehim jinkorpora bilanċ bejn l-interessi leġittimi taż-żewġ naħat ( 53 ). Kunsiderazzjonijiet simili jistgħu wkoll jiġġustifikaw klawżoli ta’ arbitraġġ miftiehma bejn Stat Membru u investitur internazzjonali bħala kundizzjoni minn qabel għall-investiment jew minn Stat Membru fil-kuntest ta’ relazzjoni legali bejn partijiet tal-istess grad.

70.

Għall-kuntrarju, huwa diffiċli li wieħed jimmaġina għan leġittimu li bih Stat Membru jista’ jiġġustifika li jintlaħaq ftehim ta’ arbitraġġ ma’ xi investituri dwar tilwima li diġà qamet, iżda li jirreferi oħrajn għall-qrati nazzjonali.

71.

Fl-aħħar mill-aħħar, madankollu, hija l-qorti nazzjonali li għandha teżamina kwalunkwe ġustifikazzjoni ( 54 ). Għall-proċeduri preżenti, huwa biżżejjed li jiġi indikat, li ftehimiet ta’ arbitraġġ individwali bejn Stati Membri u investituri minn Stati Membri oħra dwar l-applikazzjoni sovrana tad-dritt tal-Unjoni għandhom ikunu wkoll kompatibbli mal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament skont l-Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

D.   Il-forma tal-ftehim ta’ arbitraġġ

72.

Skont il-kunsiderazzjonijiet preċedenti, l-inkompatibbiltà tal-ftehim ta’ arbitraġġ mad-dritt tal-Unjoni ma tiddependix fuq jekk sarx fil-forma ta’ dehra mingħajr ma tressqet ebda oġġezzjoni għall-proċedura ta’ arbitraġġ. Għalhekk, ser niddiskuti biss l-importanza ta’ din il-formola fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja ma taqbilx dwar il-kwistjonijiet diġà eżaminati.

73.

L-ewwel nett, għandu jiġi enfasizzat li r-rikonoxximent ta’ ftehim ta’ arbitraġġ bħal dan jista’ jkun temporanjament ta’ importanza prattika kunsiderevoli. Ir-raġuni għal dan hija li wieħed jista’ jassumi li dan jaffettwa ħafna proċeduri ta’ arbitraġġ li għadhom pendenti u sentenzi arbitrali kkontestati bejn Stati Membri u investituri minn Stati Membri oħra li fihom l-Istati Membri rispettivi, qabel is-sentenza Achmea, ma qajmux l-oġġezzjoni tal-inkompatibbiltà tal-klawżola ta’ arbitraġġ tal-ftehim rispettiv dwar il-protezzjoni tal-investiment mad-dritt tal-Unjoni fil-ħin ( 55 ).

74.

Fuq terminu medju, madankollu, huwa mistenni li l-Istati Membri kkonċernati jqajmu din l-oġġezzjoni fil-ħin ( 56 ) jekk l-investituri qabelxejn jibdew il-proċeduri ta’ arbitraġġ korrispondenti.

75.

Dan l-aspett prattiku juri li r-rikonoxximent ta’ ftehim ta’ arbitraġġ bħal dan permezz ta’ dehra mingħajr ma tressqet ebda oġġezzjoni sa ċertu punt jillimita l-effettività tas-sentenza Achmea f’termini ta’ żmien, jiġifieri fir-rigward ta’ ċerti proċeduri ta’ arbitraġġ diġà pendenti dak iż-żmien, għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja ma indirizzatx tali limitazzjoni f’din is-sentenza. Jekk, madankollu, il-kunsiderazzjonijiet preċedenti ma jikkonvinċux lill-Qorti tal-Ġustizzja li l-kompatibbiltà tal-ftehim ta’ arbitraġġ preżenti mad-dritt tal-Unjoni hija dubjuża, allura, l-effettività tas-sentenza Achmea fir-rigward tal-forma tal-ftehim ta’ arbitraġġ ma hijiex ta’ importanza deċiżiva.

76.

B’mod ġenerali, id-dritt tal-Unjoni, kuntrarjament għall-fehma tal-Ġermanja u ta’ Franza, ma jinkludi l-ebda dispożizzjoni li tipprojbixxi lill-Istati Membri milli jikkonkludu ftehim ta’ arbitraġġ fil-forma ta’ dehra mingħajr ma titressaq ebda oġġezzjoni.

77.

Għall-kuntrarju, kif turi PL Holdings, id-dritt tal-Unjoni jirrikonoxxi l-kunċett ta’ dehra mingħajr ma titressaq ebda oġġezzjoni f’diversi regolamenti li ma humiex applikabbli għall-kawża preżenti ( 57 ). Huwa minnu li Franza tibbaża ruħha fuq il-fatt li fi kwistjonijiet tal-konsumatur, minkejja l-oġġezzjonijiet li baqgħu ma tqajmux, il-Qorti tal-Ġustizzja teħtieġ li l-qrati jeżaminaw il-validità ta’ klawżola ta’ arbitraġġ ex officio ( 58 ). Madankollu, ma hemmx il-ħtieġa li l-Istati Membri jiġu protetti f’din il-forma fi proċeduri ta’ arbitraġġ. Pjuttost, wieħed jista’ jassumi li ser ikunu rrappreżentati fihom b’mod professjonali ħafna u għalhekk għandhom biżżejjed opportunità sabiex iqajmu oġġezzjonijiet fi żmien xieraq.

78.

Peress li, għaldaqstant, id-dritt tal-Unjoni ma jirregolax din il-kwistjoni fil-kawża inkwistjoni, il-forma tal-ftehim ta’ arbitraġġ ma għandha l-ebda rilevanza fuq il-kompatibbiltà tiegħu mad-dritt tal-Unjoni.

79.

Quddiem il-qrati nazzjonali, għall-kuntrarju, ir-regoli tal-organizzazzjonijiet tal-arbitraġġ enfasizzati mill-Isvezja x’aktarx ikunu iktar importanti. Kemm l-UNCITRAL ( 59 ) kif ukoll l-ICSID ( 60 ), jipprovdu, madankollu, li l-partijiet ma jistgħux jibqgħu jinvokaw oġġezzjonijiet li ma qajmux immedjatament. Madankollu, l-Ungerija tenfasizza li l-istati kontraenti fin-negozjati tal-Konvenzjoni ICSID assumew li l-ġurisdizzjoni tat-tribunal arbitrali diġà kellha tiġi stabbilita mal-kostituzzjoni tiegħu u ma setgħetx tiġi sussegwentement iġġustifikata ( 61 ).

E.   Fuq il-limitazzjoni tal-effett ratione temporis

80.

Fl-aħħar, PL Holdings titlob li l-effett ratione temporis tas-sentenza fil-kawża inkwistjoni jkun limitat jekk il-Qorti tal-Ġustizzja kellha tiddikjara li l-ftehimiet ta’ arbitraġġ individwali huma inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni. Almenu, proċeduri ta’ arbitraġġ li diġà kienu pendenti, u, għaldaqstant, proċeduri ta’ arbitraġġ li ġew konklużi a fortiori, ma għandhomx jiġu affettwati.

81.

L-interpretazzjoni, li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti, ta’ dispożizzjoni legali tal-Unjoni, fl-eżerċizzju tal-kompetenza mogħtija lilha mill-Artikolu 267 TFUE, tikkjarifika u tippreċiża t-tifsira u l-portata ta’ din id-dispożizzjoni hekk kif għandha jew kellha tinftiehem u tiġi applikata sa mid-data tad-dħul fis-seħħ tagħha ( 62 ). F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li huwa biss f’każijiet eċċezzjonali li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’, b’applikazzjoni ta’ prinċipju ġenerali ta’ ċertezza legali inerenti fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, tillimita l-possibbiltà għal kull persuna kkonċernata li tinvoka dispożizzjoni li hija tkun interpretat bil-għan li tikkontesta relazzjonijiet legali stabbiliti f’bona fide. Sabiex tali limitazzjoni tkun tista’ tiġi deċiża, huwa neċessarju li jiġu ssodisfatti żewġ kriterji essenzjali, jiġifieri l-bona fide tal-persuni kkonċernati u r-riskju ta’ diffikultajiet serji ( 63 ).

82.

Madankollu, ir-risposta għat-talba għal deċiżjoni preliminari proposta hawn teħtieġ biss li l-osservanza tad-dritt tal-Unjoni tkun suġġetta għal skrutinju ġudizzjarju komprensiv mis-sentenza arbitrali. Madankollu, il-bona fide tal-persuni kkonċernati ma tistax tirreferi għall-aspettattiva li d-dritt tal-Unjoni ma huwiex kompletament eżegwit. Għal din ir-raġuni biss, limitazzjoni tal-effett ratione temporis hija pprojbita.

83.

Barra minn hekk, limitazzjoni tal-effett ratione temporis tista’ tiġi imposta biss fis-sentenza nnifisha, li fiha tiġi deċiża l-interpretazzjoni mitluba. Fil-fatt, jeħtieġ li neċessarjament ikun hemm mument uniku ta’ determinazzjoni tal-effetti fiż-żmien tal-interpretazzjoni mitluba li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, il-prinċipju li limitazzjoni tista’ tiġi biss ammessa fis-sentenza stess li tiddeċiedi dwar l-interpretazzjoni mitluba, jiggarantixxi l-ugwaljanza fit-trattament tal-Istati Membri u tal-individwi l-oħra quddiem dan id-dritt u jissodisfa fl-istess ħin il-ħtiġijiet li jirriżultaw mill-prinċipju ta’ ċertezza legali ( 64 ).

84.

Fil-kawża preżenti, ir-rekwiżiti essenzjali diġà jirriżultaw mis-sentenza Achmea, li l-effett ratione temporis tagħha ma ġiex limitat mill-Qorti tal-Ġustizzja. Barra minn hekk, l-ammissjoni mingħajr restrizzjonijiet ta’ ftehim ta’ arbitraġġ fuq il-bażi ta’ oġġezzjonijiet tardivi fir-rigward tal-kompetenza tat-tribunal arbitrali temporanjament iċċaħħad lil din is-sentenza mill-effett prattiku tagħha ( 65 ). Għal din ir-raġuni wkoll, ma huwiex possibbli li jiġi limitat l-effett ratione temporis tas-sentenza li tingħata fil-proċeduri preżenti.

V. Konklużjoni

85.

Fid-dawl ta’ dak hawn fuq espost, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi kif ġej:

Ftehim ta’ arbitraġġ individwali bejn Stati Membri u investituri minn Stati Membri oħra dwar l-applikazzjoni sovrana tad-dritt tal-Unjoni huma kompatibbli biss mal-obbligu ta’ kooperazzjoni leali skont l-Artikolu 4(3) TFUE kif ukoll l-awtonomija tad-dritt tal-Unjoni skont l-Artikoli 267 u 344 TFUE, jekk il-qrati tal-Istati Membri jkunu jistgħu jeżaminaw mill-ġdid b’mod komprensiv is-sentenza arbitrali għall-kompatibbiltà tagħha mad-dritt tal-Unjoni, jekk dan ikun meħtieġ wara talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE. Tali ftehimiet ta’ arbitraġġ għandhom ikunu wkoll kompatibbli mal-prinċipju ta’ trattament ugwali taħt l-Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.


( 1 ) Lingwa oriġinali: il-Ġermaniż.

( 2 ) Sentenza tas‑6 ta’ Marzu 2018 (C‑284/16, EU:C:2018:158).

( 3 ) Partial Award: PL Holdings S.à.r.l. vs Republic of Poland (V 2014/163, punt 189).

( 4 ) Partial Award: PL Holdings S.à.r.l. vs Republic of Poland (V 2014/163, punt 306 et seq.).

( 5 ) Partial Award: PL Holdings S.à.r.l. vs Republic of Poland (V 2014/163, punti 229 u 234 kif ukoll 418 et seq.).

( 6 ) Partial Award: PL Holdings S.à.r.l. vs Republic of Poland (V 2014/163, punti 408 u 444).

( 7 ) Partial Award: PL Holdings S.à.r.l. vs Republic of Poland (V 2014/163, punti 318 et seq.).

( 8 ) Final Award: PL Holdings S.à.r.l. vs Republic of Poland (V 2014/163).

( 9 ) Sentenza tas‑6 ta’ Marzu 2018 (C‑284/16, EU:C:2018:158).

( 10 ) Sentenza tas‑6 ta’ Marzu 2018, Achmea (C‑284/16, EU:C:2018:158, punt 60).

( 11 ) Sentenza tas‑6 ta’ Marzu 2018, Achmea (C-284/16, EU:C:2018:158, punti 35 sa 37 u l-ġurisprudenza ċċitata).

( 12 ) Ara s-sentenza tat‑30 ta’ Mejju 2006, Il‑Kummissjoni vs L‑Irlanda (MOX-Plant) (C‑459/03, EU:C:2006:345, punt 123), u tas‑6 ta’ Marzu 2018, Achmea (C‑284/16, EU:C:2018:158), punt 32).

( 13 ) Ara s-sentenza tat‑30 ta’ Mejju 2006, Il‑Kummissjoni vs L‑Irlanda (MOX-Plant) (C‑459/03, EU:C:2006:345, punti 127128).

( 14 ) Sentenza tat‑30 ta’ Mejju 2006, Il‑Kummissjoni vs L‑Irlanda (MOX-Plant) (C‑459/03, EU:C:2006:345).

( 15 ) Sentenza tas‑6 ta’ Marzu 2018, Achmea (C‑284/16, EU:C:2018:158), punt 55). Ara wkoll l-Opinjoni 1/09 (Ħolqien ta’ sistema unifikata ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim fil-qasam tal-privattivi), tat‑8 ta’ Marzu 2011 (EU:C:2011:123, punt 80).

( 16 ) Dak iż-żmien id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑14 ta’ Ġunju 2006 (ĠU 2006, L 177, p. 1) kif emendata bit-Trattat ta’ Adeżjoni tal-Kroazja (ĠU 2012, L 112, p. 10). Issostitwita bid-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment (ĠU 2013, L 176, p. 338, rettifiki fil-ĠU 2020, L 203, p. 95, fil-ĠU 2017, L 20, p. 1, u fil-ĠU 2013, L 208, p. 73), hemmhekk l-Artikolu 26(2).

( 17 ) Il-Partial Award: PL Holdings S.à.r.l. vs Republic of Poland (V 2014/163, punti 87 u 88 kif ukoll 248) madankollu, isemmi l-qafas taħt id-dritt tal-Unjoni.

( 18 ) Partial Award: PL Holdings S.à.r.l. vs Republic of Poland (V 2014/163, b’mod partikolari punti 229 u 234 kif ukoll 418 et seq.).

( 19 ) Partial Award: PL Holdings S.à.r.l. vs Republic of Poland (V 2014/163, punti 408 u 444).

( 20 ) Partial Award: PL Holdings S.à.r.l. vs Republic of Poland (V 2014/163, punt 339).

( 21 ) Ara s-sentenza tat‑12 ta’ Ġunju 2014, Ascendi Beiras Litoral e Alta, Auto Estradas das Beiras Litoral e Alta (C‑377/13, EU:C:2014:1754, punt 23).

( 22 ) Sentenza tas‑17 ta’ Ottubru 1989, Handels- og Kontorfunktionærernes Forbund i Danmark (109/88, EU:C:1989:383, punti 7 sa 9).

( 23 ) Sentenza tat‑12 ta’ Ġunju 2014, Ascendi Beiras Litoral e Alta, Auto Estradas das Beiras Litoral e Alta (C‑377/13, EU:C:2014:1754, punti 28 sa 34).

( 24 ) Digriet tat‑13 ta’ Frar 2014, Merck Canada (C‑555/13, EU:C:2014:92, punti 19 sa 25).

( 25 ) Ara s-sentenzi tat‑23 ta’ Marzu 1982, Nordsee (102/81, EU:C:1982:107, punt 11), kif ukoll tas‑27 ta’ Jannar 2005, Denuit u Cordenier (C‑125/04, EU:C:2005:69, punt 13).

( 26 ) Sentenza tas‑6 ta’ Marzu 2018, Achmea (C‑284/16, EU:C:2018:158), punt 45).

( 27 ) Sentenzi tat‑23 ta’ Marzu 1982, Nordsee (102/81, EU:C:1982:107, punti 11 sa 13), u tal‑1 ta’ Ġunju 1999, Eco Swiss (C‑126/97, EU:C:1999:269, punt 34).

( 28 ) Opinjonijiet 1/91 (Ftehim ŻEE – I) tal‑14 ta’ Diċembru 1991 (EU:C:1991:490, punti 3435); 2/13 (Adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-KEDB) tat‑18 ta’ Diċembru 2014 (EU:C:2014:2454, punti 184223 sa 231); u 1/17 (CETA UE-Kanada) tat‑30 ta’ April 2019 (EU:C:2019:341, punti 123 sa 126); kif ukoll is-sentenza tas‑6 ta’ Marzu 2018, Achmea (C‑284/16, EU:C:2018:158, punti 40 sa 42).

( 29 ) Madankollu, Spanja tirrimarka b’mod korrett li b’rabta mal-konstatazzjoni tal-ġurisdizzjoni tiegħu, it-Tribunal Arbitrali interpreta l-Artikolu 344 TFUE f’kontradizzjoni għas-sentenza sussegwenti tas‑6 ta’ Marzu 2018, Achmea (C‑284/16, EU:C:2018:158) (Partial Award: PL Holdings S.à.r.l. vs Republic of Poland (V 2014/163, punti 314 u 315)).

( 30 ) Ara l-Opinjoni 1/17 (CETA UE-Kanada) tat‑30 ta’ April 2019 (EU:C:2019:341, punt 121 sa 123).

( 31 ) Ara, pereżempju, De Brabandere, E., & da Cruz, P. B. M. (2020), “The Role of Proportionality in International Investment Law and Arbitration: A System-Specific Perspective”, Nordic Journal of International Law, 89(3-4), 471-491.

( 32 ) Ara s-sentenza tal-iSvea Hovrätt (il-Qorti tal-Appell sedenti fi Stokkolma) tat‑22 ta’ Frar 2019, Il‑Polonja vs PL Holdings (T 8538‑17 u T 12033‑17, p. 48 u 49 tat-traduzzjoni bl-Ingliż).

( 33 ) Sentenza tat‑23 ta’ Marzu 1982, Nordsee (102/81, EU:C:1982:107, punti 1415).

( 34 ) Sentenza tal‑1 ta’ Ġunju 1999, Eco Swiss (C‑126/97, EU:C:1999:269, punti 35 et seq.). Ara wkoll is-sentenzi tas‑26 ta’ Ottubru 2006, Mostaza Claro (C‑168/05, EU:C:2006:675, punt 35), u tas‑6 ta’ Marzu 2018, Achmea (C‑284/16, EU:C:2018:158, punt 54).

( 35 ) Sentenza tas‑6 ta’ Marzu 2018, Achmea (C‑284/16, EU:C:2018:158, punt 55).

( 36 ) Konklużjonijiet fil-kawża Republik Moldau (C‑741/19, EU:C:2021:164, punti 6162).

( 37 ) Ara dwar dan iktar ’il quddiem, punti 66 et seq..

( 38 ) Sentenzi tas‑26 ta’ Ottubru 2006, Mostaza Claro (C‑168/05, EU:C:2006:675, punt 39); u tas‑6 ta’ Ottubru 2009, Asturcom Telecomunicaciones (C‑40/08, EU:C:2009:615, punt 59); kif ukoll id-digriet tas‑16 ta’ Novembru 2010, Pohotovosť (C‑76/10, EU:C:2010:685, punt 54).

( 39 ) Il-Kummissjoni tiddikjara wkoll li azzjoni sovrana mill-awtoritajiet Svediżi ma tistax titneħħa mill-ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali taħt id-dritt Svediż. Skont il-prinċipju ta’ ekwivalenza, il-qrati Svediżi jkollhom ukoll japplikaw dan ir-regolament għall-azzjonijiet sovrani ta’ Stati Membri oħra, sa fejn huma bbażati fuq id-dritt tal-Unjoni.

( 40 ) Sentenzi tat‑12 ta’ Ġunju 1990, Il‑Ġermanja vs Il‑Kummissjoni (C‑8/88, EU:C:1990:241, punt 13); tat‑13 ta’ Jannar 2004, Kühne & Heitz (C‑453/00, EU:C:2004:17, punt 20); u tal‑4 ta’ Ottubru 2012, Byankov (C‑249/11, EU:C:2012:608, punt 64). Ara wkoll is-sentenza tas‑6 ta’ Marzu 2018, Achmea (C‑284/16, EU:C:2018:158, punti 3458).

( 41 ) Sentenza tat‑30 ta’ Mejju 2006, Il‑Kummissjoni vs L‑Irlanda (MOX-Plant) (C‑459/03, EU:C:2006:345, punt 169).

( 42 ) Sentenzi tas‑6 ta’ Marzu 2018, Achmea (C‑284/16, EU:C:2018:158), punt 33), u tal‑10 ta’ Diċembru 2018, Wightman et (C‑621/18, EU:C:2018:999, punt 45).

( 43 ) Opinjoni 1/09 (Ħolqien ta’ sistema unifikata ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim fil-qasam tal-privattivi) tat‑8 ta’ Marzu 2011 (EU:C:2011:123, punt 63).

( 44 ) Ara iktar ’il fuq, il-punt 39.

( 45 ) B’differenza mis-sitwazzjoni tal-bidu, l-Opinjoni 1/09 (Ħolqien ta’ sistema unifikata ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim fil-qasam tal-privattivi) tat‑8 ta’ Marzu 2011 (EU:C:2011:123, punt 8687).

( 46 ) Opinjoni 1/17 (CETA UE-Kanada) tat‑30 ta’ April 2019 (EU:C:2019:341, punt 117).

( 47 ) Sentenza tal‑15 ta’ Settembru 2011, Il‑Kummissjoni vs ls‑Slovakkja (C‑264/09, EU:C:2011:580, punt 32).

( 48 ) Sentenza tas‑27 ta’ Frar 1962, Il‑Kummissjoni vs L‑Italja (10/61, EU:C:1962:2, punt 22); tas‑27 ta’ Settembru 1988, Matteucci (235/87, EU:C:1988:460, punti 21 u 22); u tal‑20 ta’ Mejju 2003, Ravil (C‑469/00, EU:C:2003:295, punt 37); kif ukoll fl-istess sens is-sentenza tas‑6 ta’ Marzu 2018, Achmea (C‑284/16, EU:C:2018:158, punt 58).

( 49 ) Ara iktar ’il fuq, il-punt 41.

( 50 ) Sentenza tal-iSvea Hovrätt (il-Qorti tal-Appell sedenti fi Stokkolma) tat‑22 ta’ Frar 2019, Il‑Polonja vs PL Holdings (T 8538‑17 u T 12033‑17, p. 48 u 49 tat-traduzzjoni bl-Ingliż).

( 51 ) Ara s-sentenza tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja tat‑3 ta’ Frar 2012, Immunités juridictionnelles de l’Etat (Allemagne c. Italie; Grèce (intervenant)), C.I.J. Recueil 2012, p. 99, punti 55 sa 61).

( 52 ) Sentenzi tas‑17 ta’ Ottubru 2013, Schaible (C‑101/12, EU:C:2013:661, punti 7677), kif ukoll tat‑3 ta’ Frar 2021, Fussl Modestraße Mayr (C‑555/19, EU:C:2021:89, punt 95).

( 53 ) Sentenza tal‑5 ta’ Lulju 2005, D. (C‑376/03, EU:C:2005:424, punt 62). Ara wkoll l-Opinjoni 1/17 (CETA UE-Kanada) tat‑30 ta’ April 2019 (EU:C:2019:341, punt 169). Madankollu, ara wkoll is-sentenza tas‑27 ta’ Settembru 1988, Matteucci (235/87, EU:C:1988:460, punt 23).

( 54 ) Sentenza tat‑3 ta’ Frar 2021, Fussl Modestraße Mayr (C‑555/19, EU:C:2021:89, punt 97).

( 55 ) Ara, pereżempju, Vattenfall AB and others v. Germany (Kernenergie), Decision on the Achmea Issue tal‑31 ta’ Awwissu 2018 (ICSID Case No. ARB/12/12, punt 18). F’din il-proċedura, madankollu, il-partijiet involuti apparentement reċentement waslu għal ftehim (Gvern Federali, konferenza stampa tal-gvern tal‑5 ta’ Marzu 2021, u Vattenfall, stqarrija għall-istampa tal‑5 ta’ Marzu 2021).

( 56 ) Għalhekk, fil‑5 ta’ Mejju 2020, 23 Stat Membru ffirmaw Ftehim għat-terminazzjoni ta’ Trattati Bilaterali dwar l-Investiment bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2020, L 169, p. 1).

( 57 ) Ara pereżempju l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat‑18 ta’ Diċembru 2008 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment (ĠU 2009, L 7, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2013, L 281, p. 29, fil-ĠU 2013 L 8, p. 19, u fil-ĠU 2011 L 131, p. 26) jew l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU 2012, L 351, p. 1). Ara wkoll is-sentenzi tal‑14 ta’ Diċembru 1995, Van Schijndel u van Veen (C‑430/93 u C‑431/93, EU:C:1995:441, punt 21), u tas‑27 ta’ Frar 2014, Cartier parfums-lunettes u Axa Corporate Solutions assurances (C‑1/13, EU:C:2014:109, punti 3436, kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).

( 58 ) Ara s-sentenza tas‑26 ta’ Ottubru 2006, Mostaza Claro (C‑168/05, EU:C:2006:675, punti 36 sa 39).

( 59 ) Artikolu 4 tal-Model Law on International Commercial Arbitration (1985), with amendments as adopted in 2006.

( 60 ) ICSID Convention – Artikoli 27 u 41 tar-Rules of Procedure for Arbitration Proceedings.

( 61 ) L-Ungerija tagħmel riferiment f’dan ir-rigward għal Christoph H. Schreuer (et al.), The ICSID Convention – A Commentary (Cambridge University Press, it-tieni Edizzjoni, 2009), Artikolu 25, punt 481. Madankollu, ara wkoll il-punt 498.

( 62 ) Sentenzi tas‑6 ta’ Marzu 2007, Meilicke et (C‑292/04, EU:C:2007:132, punt 34), u tat‑23 ta’ April 2020, Herst (C‑401/18, EU:C:2020:295, punt 54).

( 63 ) Sentenzi tas‑6 ta’ Marzu 2007, Meilicke et (C‑292/04, EU:C:2007:132, punt 35), u tat‑23 ta’ April 2020, Herst (C‑401/18, EU:C:2020:295, punt 56).

( 64 ) Sentenzi tas‑6 ta’ Marzu 2007, Meilicke et (C‑292/04, EU:C:2007:132, punti 3637), u tat‑23 ta’ April 2020, Herst (C‑401/18, EU:C:2020:295, punt 57).

( 65 ) Ara l-punt 73 iktar ’il fuq.

Início