EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CB0574

Kawża C-574/20, Finanzamt Österreich: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Seba’ Awla) tat-13 ta’ Jannar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzgericht) – l-Awstrija – XO vs Finanzamt Österreich, li kien Finanzamt Waldviertel () (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) u l-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Sigurtà soċjali – Benefiċċji tal-familja – Indiċjar skont il-prezzijiet – Risposta għal domanda preliminari li tista’ kjarament tiġi dedotta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja – Assenza ta’ rabta bejn id-domanda preliminari u t-tilwima fil-kawża prinċipali – Domanda manifestament inammissibbli)

ĠU C 164, 8.5.2023, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/20


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Seba’ Awla) tat-13 ta’ Jannar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzgericht) – l-Awstrija – XO vs Finanzamt Österreich, li kien Finanzamt Waldviertel

(Kawża C-574/20 (1), Finanzamt Österreich)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) u l-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Sigurtà soċjali - Benefiċċji tal-familja - Indiċjar skont il-prezzijiet - Risposta għal domanda preliminari li tista’ kjarament tiġi dedotta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja - Assenza ta’ rabta bejn id-domanda preliminari u t-tilwima fil-kawża prinċipali - Domanda manifestament inammissibbli)

(2023/C 164/25)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: XO

Konvenuta: Finanzamt Österreich, li kien Finanzamt Waldviertel

Dispożittiv

1)

L-eżami tal-ewwel domanda preliminari ma rreleva ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 465/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012, fid-dawl tal-Artikolu 45 TFUE.

2)

It-tieni domanda preliminari magħmula mill-Bundesfinanzgericht (il-Qorti Federali tal-Finanzi, l-Awstrija) hija manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 35, 1.2.2021.


Top