EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0719

Kawża C-719/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Mejju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Comune di Lerici vs Provincia di La Spezia (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kuntratti pubbliċi – Immaniġġar ta’ skart – Għoti in house – Direttiva 2014/24/UE – Artikoli 12 u 72 – Telf tal-kundizzjonijiet ta’ “kontroll simili” wara aggregazzjoni ta’ impriżi – Possibbiltà għall-operatur sussegwenti li jkompli l-provvista ta’ servizz)

ĠU C 257, 4.7.2022, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 257/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Mejju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Comune di Lerici vs Provincia di La Spezia

(Kawża C-719/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Immaniġġar ta’ skart - Għoti in house - Direttiva 2014/24/UE - Artikoli 12 u 72 - Telf tal-kundizzjonijiet ta’ “kontroll simili” wara aggregazzjoni ta’ impriżi - Possibbiltà għall-operatur sussegwenti li jkompli l-provvista ta’ servizz)

(2022/C 257/13)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Comune di Lerici

Konvenut: Provincia di La Spezia

Fil-preżenza ta’: IREN SpA, ACAM Ambiente SpA

Dispożittiv

Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni jew prattika nazzjonali li skontha l-eżekuzzjoni ta’ kuntratt pubbliku, mogħti inizjalment, mingħajr sejħa għal kompetizzjoni, lil entità in house, li fuqha l-awtorità kontraenti eżerċitat, b’mod konġunt, kontroll simili għal dak li teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess, għandha titkompla awtomatikament mill-operatur ekonomiku li jkun akkwista din l-entità, fi tmiem proċedura ta’ sejħa għal offerti, meta din l-awtorità kontraenti ma jkollhiex tali kontroll fuq dan l-operatur u ma żżomm ebda sehem fil-kapital tiegħu.


(1)  ĠU C 79, 8.3.2021.


Top