Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0680

    Kawżi Magħquda C-680/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-19 ta’ Jannar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Unilever Italia Mkt. Operations Srl vs Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kompetizzjoni – Artikolu 102 TFUE – Pożizzjoni dominanti – Imputazzjoni lill-produttur tal-aġir tad-distributuri tiegħu – Eżistenza ta’ rabtiet kuntrattwali bejn il-produttur u d-distributuri – Kunċett ta’ “unità ekonomika” – Kamp ta’ applikazzjoni – Operat abbużiv – Klawżola ta’ esklużività – Ħtieġa li jintwerew l-effetti fuq is-suq)

    ĠU C 83, 6.3.2023, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.3.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 83/3


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-19 ta’ Jannar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Unilever Italia Mkt. Operations Srl vs Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato

    (Kawżi Magħquda C-680/20) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kompetizzjoni - Artikolu 102 TFUE - Pożizzjoni dominanti - Imputazzjoni lill-produttur tal-aġir tad-distributuri tiegħu - Eżistenza ta’ rabtiet kuntrattwali bejn il-produttur u d-distributuri - Kunċett ta’ “unità ekonomika” - Kamp ta’ applikazzjoni - Operat abbużiv - Klawżola ta’ esklużività - Ħtieġa li jintwerew l-effetti fuq is-suq)

    (2023/C 83/03)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Consiglio di Stato

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Unilever Italia Mkt. Operations Srl

    Konvenuta: Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato

    Fil-preżenza ta’: La Bomba Snc

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 102 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-aġir adottat mid-distributuri li jagħmlu parti min-network ta’ distribuzzjoni tal-prodotti jew tas-servizzi ta’ produttur li jgawdi minn pożizzjoni dominanti jista’ jiġi imputat lil dan tal-aħħar jekk jiġi stabbilit li dan l-aġir ma ġiex adottat b’mod indipendenti mill-imsemmija distributuri, iżda li huwa parti minn politika deċiża unilateralment minn dan il-produttur u implimentata mill-intermedjarju tal-imsemmija distributuri.

    2)

    L-Artikolu 102 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-preżenza ta’ klawżoli ta’ esklużività li jinsabu f’kuntratti ta’ distribuzzjoni, awtorità tal-kompetizzjoni hija obbligata, sabiex tikkonstata abbuż minn pożizzjoni dominanti, li tistabbilixxi, fid-dawl taċ-ċirkustanzi rilevanti kollha u fid-dawl, b’mod partikolari, tal-analiżi ekonomiċi prodotti, jekk ikun il-każ, mill-impriża f’pożizzjoni dominanti fir-rigward tan-nuqqas tal-kapaċità tal-aġir inkwistjoni li jeskludi mis-suq il-kompetituri daqstant effettivi daqsha, li dawn il-klawżoli għandhom il-kapaċità li jirrestrinġu l-kompetizzjoni. L-użu ta’ test hekk imsejjaħ “tal-kompetitur daqstant effettiv” huwa ta’ natura fakultattiva. Madankollu, jekk ir-riżultati ta’ tali test jiġu ppreżentati mill-impriża kkonċernata matul il-proċedura amministrattiva, l-awtorità tal-kompetizzjoni hija obbligata teżamina l-valur probatorju tiegħu.


    (1)  ĠU C 79, 8.3.2021.


    Top