EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0632

Kawża C-632/20 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-17 ta’ Jannar 2023 – Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell – Relazzjonijiet esterni – Ftehim ta’ stabilizzazzjoni u ta’ assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa, u l-Kosovo, minn naħa oħra – Komunikazzjonijiet elettroniċi – Regolament (UE) 2018/1971 – Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) – Artikolu 35(2) – Parteċipazzjoni tal-awtorità regolatorja tal-Kosovo f’dan il-korp – Kunċetti ta’ “pajjiż terz” u ta’ “Stat terz” – Kompetenza tal-Kummissjoni Ewropea)

ĠU C 83, 6.3.2023, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-17 ta’ Jannar 2023 – Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-632/20 P) (1)

(Appell - Relazzjonijiet esterni - Ftehim ta’ stabilizzazzjoni u ta’ assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa, u l-Kosovo, minn naħa oħra - Komunikazzjonijiet elettroniċi - Regolament (UE) 2018/1971 - Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) - Artikolu 35(2) - Parteċipazzjoni tal-awtorità regolatorja tal-Kosovo f’dan il-korp - Kunċetti ta’ “pajjiż terz” u ta’ “Stat terz” - Kompetenza tal-Kummissjoni Ewropea)

(2023/C 83/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment Centeno Huerta, sussegwentement, A. Gavela Llopis, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, M. Kellerbauer u T. Ramopoulos, aġenti)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2020, Spanja vs Il-Kummissjoni (T-370/19, EU:T:2020:440), hija annullata.

2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Marzu 2019 dwar il-parteċipazzjoni tal-Awtorità Regolatorja Nazzjonali tal-Kosovo fil-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi hija annullata.

3)

L-effetti tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Marzu 2019 dwar il-parteċipazzjoni tal-Awtorità Regolatorja Nazzjonali tal-Kosovo fil-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għandhom jinżammu sad-dħul fis-seħħ, f’terminu raġonevoli li ma jistax jaqbeż is-sitt xhur mid-data tal-għoti ta’ din is-sentenza, ta’ eventwali arranġamenti ġodda ta’ ħidma konklużi bis-saħħa tal-Artikolu 35(2) tar-Regolament (UE) 2018/1971 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi l-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC), li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2120 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1211/2009 (KE) Nru 1211/2009, bejn il-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC), l-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC) u l-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Kosovo.

4)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mir-Renju ta’ Spanja fil-kuntest ta’ din il-proċedura ta’ appell kif ukoll fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 62, 22.02.2021.


Top