EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0576

Kawża C-576/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Lulju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – CC vs Pensionsversicherungsanstalt (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti – Regolament (KE) Nru 987/2009 – Artikolu 44(2) – Kamp ta’ applikazzjoni – Pensjoni ta’ xjuħija – Kalkolu – Teħid inkunsiderazzjoni tal-perijodi għat-trobbija tat-tfal imwettqa fi Stati Membri oħra – Artikolu 21 TFUE – Moviment liberu taċ-ċittadini)

ĠU C 318, 22.8.2022, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 318/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Lulju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – CC vs Pensionsversicherungsanstalt

(Kawża C-576/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti - Regolament (KE) Nru 987/2009 - Artikolu 44(2) - Kamp ta’ applikazzjoni - Pensjoni ta’ xjuħija - Kalkolu - Teħid inkunsiderazzjoni tal-perijodi għat-trobbija tat-tfal imwettqa fi Stati Membri oħra - Artikolu 21 TFUE - Moviment liberu taċ-ċittadini)

(2022/C 318/02)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: CC

Konvenut: Pensionsversicherungsanstalt

Dispożittiv

L-Artikolu 44(2) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta l-persuna kkonċernata ma tissodisfax il-kundizzjoni ta’ eżerċizzju ta’ attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha imposta minn din id-dispożizzjoni sabiex tikseb, għall-finijiet tal-għoti ta’ pensjoni tax-xjuħija, it-teħid inkunsiderazzjoni, mill-Istat Membru debitur ta’ din il-pensjoni, tal-perijodi għat-trobbija tat-tfal li hija tkun wettqet fi Stati Membri oħra, dan l-Istat Membru huwa marbut li jieħu inkunsiderazzjoni dawn il-perijodi skont l-Artikolu 21 TFUE, peress li din il-persuna ħadmet u ħallset kontribuzzjonijiet esklużivament fl-imsemmi Stat Membru, kemm qabel kif ukoll wara t-trasferiment tar-residenza tagħha fi Stat Membru ieħor fejn wettqet l-imsemmija perijodi.


(1)  ĠU C 35, 1.2.2021.


Top