This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020CA0561
Case C-561/20: Judgment of the Court (Fourth Chamber) of 7 April 2022 (request for a preliminary ruling from the Nederlandstalige ondernemingsrechtbank Brussel — Belgium) — Q, R, S v United Airlines Inc. (Reference for a preliminary ruling — Air transport — Regulation (EC) No 261/2004 — Common rules on compensation and assistance to passengers in the event of denied boarding and of cancellation or long delay of flights — Connecting flight consisting of two legs — Significant delay to final destination caused in the second leg of that flight linking two airports in a third country — Validity of that regulation under international law)
Kawża C-561/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-7 ta’ April 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Nederlandstalige Ondernemingsrechtbank Brussel – il-Belġju) – Q, R, S vs United Airlines, Inc. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Trasport bl-ajru – Regolament (KE) Nru 261/2004 – Regoli komuni fil-qasam tal-kumpens u tal-assistenza lill-passiġġieri fil-każ ta’ rifjut ta’ imbark u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjira – Titjira b’konnessjoni, li tinkludi żewġ segmenti tat-titjira – Dewmien twil fid-destinazzjoni finali li joriġina mit-tieni segment ta’ din it-titjira li tgħaqqad żewġ ajruporti ta’ pajjiż terz – Validità ta’ dan ir-regolament fid-dawl tad-dritt internazzjonali)

ĠU C 213, 30.5.2022, p. 12–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 213/12 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-7 ta’ April 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Nederlandstalige Ondernemingsrechtbank Brussel – il-Belġju) – Q, R, S vs United Airlines, Inc.
(Kawża C-561/20) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport bl-ajru - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Regoli komuni fil-qasam tal-kumpens u tal-assistenza lill-passiġġieri fil-każ ta’ rifjut ta’ imbark u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjira - Titjira b’konnessjoni, li tinkludi żewġ segmenti tat-titjira - Dewmien twil fid-destinazzjoni finali li joriġina mit-tieni segment ta’ din it-titjira li tgħaqqad żewġ ajruporti ta’ pajjiż terz - Validità ta’ dan ir-regolament fid-dawl tad-dritt internazzjonali)
(2022/C 213/14)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Nederlandstalige Ondernemingsrechtbank Brussel
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Q, R, S
Konvenuta: United Airlines, Inc.
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 3(1)(a), moqri flimkien mal-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, għandu jiġi interpretat fis-sens li passiġġier ta’ titjira b’konnessjoni, li jinkludi żewġ segmenti tat-titjira u li kien is-suġġett ta’ riżervazzjoni waħda ma’ trasportatur Komunitarju, bi tluq minn ajruport li jinstab fit-territorju ta’ Stat Membru u lejn ajruport li jinsab f’pajjiż terz permezz ta’ ajruport ieħor ta’ dan il-pajjiż terz, huwa intitolat għal kumpens mit-trasportatur tal-ajru ta’ pajjiż terz li wettaq din it-titjira kollha kemm hi waqt li jaġixxi f’isem dan it-trasportatur tal-Komunità, meta dak il-passiġġier ikun laħaq id-destinazzjoni finali tiegħu b’dewmien ta’ iktar minn tliet sigħat li joriġina fit-tieni segment tal-imsemmija titjira. |
2) |
L-eżami tat-tieni domanda preliminari ma żvela ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tar-Regolament Nru 261/2004 fid-dawl tal-prinċipju tad-dritt internazzjonali konswetudinarju li kull Stat għandu sovranità sħiħa u esklużiva fuq l-ispazju tal-ajru tiegħu. |