EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0489

Kawża C-489/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ April 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – il-Litwanja) – UB vs Kauno teritorinė muitinė (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kodiċi doganali tal-Unjoni – Estinzjoni tad-dejn doganali – Merkanzija mdaħħla illegalment fit-territorju doganali tal-Unjoni – Mandat u konfiska – Direttiva 2008/118/KE – Dazji tas-sisa – Direttiva 2006/112/KE – Taxxa fuq il-valur miżjud – Fatt taxxabbli – Eżiġibbiltà)

ĠU C 213, 30.5.2022, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ April 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – il-Litwanja) – UB vs Kauno teritorinė muitinė

(Kawża C-489/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kodiċi doganali tal-Unjoni - Estinzjoni tad-dejn doganali - Merkanzija mdaħħla illegalment fit-territorju doganali tal-Unjoni - Mandat u konfiska - Direttiva 2008/118/KE - Dazji tas-sisa - Direttiva 2006/112/KE - Taxxa fuq il-valur miżjud - Fatt taxxabbli - Eżiġibbiltà)

(2022/C 213/13)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: UB

Konvenut: Kauno teritorinė muitinė

Fil-preżenza ta’: Muitinės departamentas prie Lietuvos Respublikos Finansų ministerijos

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 124(1)(e) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dejn doganali jkun estint meta merkanzija tinqabad u sussegwentement tiġi kkonfiskata, minkejja li din tkun diġà ddaħħlet illegalment fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea.

2)

L-Artikolu 2(b) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118 tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE, kif ukoll l-Artikolu 2(1)(d) u l-Artikolu 70 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-estinzjoni tad-dejn doganali għar-raġuni prevista fl-Artikolu 124(1)(e) tar-Regolament Nru 952/2013 ma twassalx għall-estinzjoni tad-dejn marbut, rispettivament, mad-dazji tas-sisa u mat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-merkanzija mdaħħla illegalment fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 433, 14.12.2020.


Top