Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0337

Kawża C-337/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-2 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – DM, LR vs Caisse régionale de Crédit agricole mutuel (CRCAM) – Alpes-Provence (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Servizzi ta’ ħlas fis-suq intern – Direttiva 2007/64/KE – Artikoli 58 u 60 – Utent ta’ servizzi ta’ ħlas – Komunikazzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ ħlas mhux awtorizzati – Responsabbiltà tal-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas għal dawn l-istess tranżazzjonijiet – Azzjoni għad-danni mressqa mill-garanti ta’ utent ta’ servizzi ta’ ħlas)

ĠU C 462, 15.11.2021, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 462/20


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-2 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – DM, LR vs Caisse régionale de Crédit agricole mutuel (CRCAM) – Alpes-Provence

(Kawża C-337/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Servizzi ta’ ħlas fis-suq intern - Direttiva 2007/64/KE - Artikoli 58 u 60 - Utent ta’ servizzi ta’ ħlas - Komunikazzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ ħlas mhux awtorizzati - Responsabbiltà tal-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas għal dawn l-istess tranżazzjonijiet - Azzjoni għad-danni mressqa mill-garanti ta’ utent ta’ servizzi ta’ ħlas)

(2021/C 462/20)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: DM, LR

Konvenuti: Caisse régionale de Crédit agricole mutuel (CRCAM) – Alpes-Provence

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 58 u l-Artikolu 60(1) tad-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li utent ta’ servizzi ta’ ħlas ikun jista’ jinvoka r-responsabbiltà tal-fornitur ta’ dawn is-servizzi abbażi ta’ sistema ta’ responsabbiltà differenti minn dik prevista minn dawn id-dispożizzjonijiet meta dan l-utent ikun naqas mill-obbligu ta’ komunikazzjoni tiegħu previst fl-imsemmi Artikolu 58.

2)

L-Artikolu 58 u l-Artikolu 60(1) tad-Direttiva 2007/64 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li l-garanti ta’ utent ta’ servizzi ta’ ħlas jinvoka, minħabba nuqqas tal-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas tal-obbligi tiegħu marbuta ma’ tranżazzjoni mhux awtorizzata, ir-responsabbiltà ċivili ta’ tali fornitur, benefiċjarju tal-garanzija, sabiex jikkontesta l-ammont tad-dejn iggarantit, konformement ma’ sistema ta’ responsabbiltà kuntrattwali tad-dritt ordinarju.


(1)  ĠU C 339 tat-12.10.2020.


Top