Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0176

    Kawża C-176/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ April 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Alba Iulia – ir-Rumanija) – SC Avio Lucos SRL vs Agenţia de Plăţi şi Intervenţie pentru Agricultură – Centrul judeţean Dolj, Agenţia de Plăţi şi Intervenţie pentru Agricultură (APIA) – Aparat Central (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Agrikoltura – Politika Agrikola Komuni – Skemi ta’ appoġġ dirett – Regoli komuni – Skema ta’ pagament uniku skont is-superfiċji – Regolament (UE) Nru 1307/2013 – Artikolu 4(1)(a) u (c), u (2)(b) – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tikkundizzjona l-appoġġ dirett għaż-żamma mill-bidwi tal-annimali tiegħu stess – Artikolu 9(1) – Kunċett ta’ “bidwi attiv” – Regolament (UE) Nru 1306/2013 – Artikolu 60 – Klawżola ta’ ċirkomvenzjoni – Kunċett ta’ “kundizzjonijiet maħluqa artifiċjalment”)

    ĠU C 213, 30.5.2022, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.5.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 213/5


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ April 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Alba Iulia – ir-Rumanija) – SC Avio Lucos SRL vs Agenţia de Plăţi şi Intervenţie pentru Agricultură – Centrul judeţean Dolj, Agenţia de Plăţi şi Intervenţie pentru Agricultură (APIA) – Aparat Central

    (Kawża C-176/20) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Agrikoltura - Politika Agrikola Komuni - Skemi ta’ appoġġ dirett - Regoli komuni - Skema ta’ pagament uniku skont is-superfiċji - Regolament (UE) Nru 1307/2013 - Artikolu 4(1)(a) u (c), u (2)(b) - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tikkundizzjona l-appoġġ dirett għaż-żamma mill-bidwi tal-annimali tiegħu stess - Artikolu 9(1) - Kunċett ta’ “bidwi attiv” - Regolament (UE) Nru 1306/2013 - Artikolu 60 - Klawżola ta’ ċirkomvenzjoni - Kunċett ta’ “kundizzjonijiet maħluqa artifiċjalment”)

    (2022/C 213/05)

    Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

    Qorti tar-rinviju

    Curtea de Apel Alba Iulia

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: SC Avio Lucos SRL

    Konvenuti: Agenţia de Plăţi şi Intervenţie pentru Agricultură – Centrul judeţean Dolj, Agenţia de Plăţi şi Intervenţie pentru Agricultură (APIA) – Aparat Central

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 4(1)(c)(iii) u (2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li l-attività minima fuq is-superfiċji agrikoli miżmuma normalement fi stat li jirrendihom adattati għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni, imsemmija f’dawn id-dispożizzjonijiet, għandha tiġi eżerċitata mill-bidwi permezz tal-annimali fl-pussess tiegħu stess.

    2)

    L-Artikolu 4(1)(a) u (ċ) kif ukoll l-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 1307/2013 għandhom jiġu interpretati fis-sens li taqa’ taħt il-kunċett ta’ “bidwi attiv”, fis-sens ta’ din it-tieni dispożizzjoni, persuna ġuridika li kkonkludiet kuntratt ta’ konċessjoni li jirrigwarda superfiċji tar-ragħa li tappartjeni lil muniċipalità u li tirgħa hemmhekk annimali li ġew mislufa, mingħajr ħlas, minn persuni fiżiċi li huma l-propretarji tagħhom, sa fejn din il-persuna teżerċita, fuq dan is-superfiċji tar-ragħha, “attività minima” fis-sens tal-Artikolu 4(1)(c)(iii) ta’ dan ir-regolament.

    3)

    L-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008, għandu jiġi interpretat fis-sens li sitwazzjoni li fiha l-applikant għal appoġġ finanzjarju taħt l-iskema ta’ pagament uniku skont is-superfiċji, insostenn tat-talba tiegħu, jipproduċi prova ta’ kuntratt ta’ konċessjoni li jirrigwarda superfiċji ta’ mergħa u kuntratti ta’ self għall-użu, mingħajr ħlas, li jikkonċerna l-annimali intiżi li jirgħu dawn is-superfiċi, tista’ taqa’ taħt il-kunċett ta’ “kundizzjonijiet maħluqa artifiċjalment”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, sa fejn, minn naħa, miċ-ċirkustanzi oġġettivi kollha jirriżulta li, minkejja osservanza formali tal-kundizzjonijiet previsti mil-leġiżlazzjoni rilevanti, l-għan imfittex minn din il-leġiżlazzjoni ma jkunx intlaħaq u, min-naħa l-oħra, li tiġi stabbilita r-rieda li jinkiseb vantaġġ li jirriżulta mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni billi jinħolqu artifiċjalment kundizzjonijiet meħtieġa għall-kisba tiegħu.


    (1)  ĠU C 297, 07.09.2020.


    Top