This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019TN0874
Case T-874/19: Action brought on 23 December 2019 — Impera v EUIPO — Euro Games Technology (Flaming Forties)
Kawża T-874/19: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2019 – Impera vs EUIPO – Euro Games Technology (Flaming Forties)
Kawża T-874/19: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2019 – Impera vs EUIPO – Euro Games Technology (Flaming Forties)
ĠU C 129, 20.4.2020, p. 2–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
20.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/2 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2019 – Impera vs EUIPO – Euro Games Technology (Flaming Forties)
(Kawża T-874/19)
(2020/C 129/02)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Impera GmbH (Steinhaus, l-Awstrija) (rappreżentant: C. Straberger, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Euro Games Technology Ltd (Vranya-Lozen-Triugulnika, il-Bulgarija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Flaming Forties” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 729 154
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Ottubru 2019 fil-Każ R 2304/2018-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tilqa’ l-applikazzjoni tar-rikorrenti għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Nru 16 729 154 fl-intier tagħha jew, sussidjarjament, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Bord tal-Appell; |
— |
tikkundanna lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem l-EUIPO, jekk tkun qiegħda taġixxi bħala intervenjenti, għall-ispejjeż tar-rikorrenti; |
— |
fil-każ li l-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem l-EUIPO ma tiġix ikkundannata għall-ispejjeż, tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tar-rikorrenti. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |