Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TN0873

Kawża T-873/19: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Diċembru 2019 – Multi-Service vs Il-Kummissjoni

ĠU C 87, 16.3.2020, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 87/20


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Diċembru 2019 – Multi-Service vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-873/19)

(2020/C 87/25)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Multi-Service S.A. (Kwidzyn, il-Polonja) (rappreżentant: P. Jankowski, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ARES (2019) 6103796 tat-3 ta’ Ottubru 2019 fir-rigward tal-istadju li tinsab fih l-inklużjoni fir-Reġistru konformement mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/661, Registry ID 9920, u l-inklużjoni mill-ġdid tal-impriża fir-Reġistru;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż,

tilqa’ bħala prova l-ittra tat-23 ta’ Ottubru 2019.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed.

Hija tinvoka l-ksur, min-naħa tal-konvenuta, tal-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 517/2014 flimkien mal-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2019/661, billi annullat b’mod infondat l-inklużjoni fir-Reġistru tal-impriża rikorrenti tal-idrofluworokarburi (HFCs).


Top