This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019TN0729
Case T-729/19: Action brought on 30 October 2019 — Dinamo v EUIPO (Favorit)
Kawża T-729/19: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ottubru 2019 – Dinamo vs EUIPO (Favorit)
Kawża T-729/19: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ottubru 2019 – Dinamo vs EUIPO (Favorit)
ĠU C 423, 16.12.2019, p. 71–72
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 423/71 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ottubru 2019 – Dinamo vs EUIPO (Favorit)
(Kawża T-729/19)
(2019/C 423/84)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniz
Partijiet
Rikorrenti: Dinamo GmbH (Basel, l-Isvizzera) (rappreżentant: C. Weil, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Favorit” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 924 051
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Settembru 2019 fil-Każ R 985/2019-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tilqa’ r-rikors; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |