This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019TN0569
Case T-569/19: Action brought on 15 August 2019 – AlzChem Group v Commission
Kawża T-569/19: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Awwissu 2019 – AlzChem Group vs Il-Kummissjoni
Kawża T-569/19: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Awwissu 2019 – AlzChem Group vs Il-Kummissjoni
ĠU C 363, 28.10.2019, p. 19–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
28.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 363/19 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Awwissu 2019 – AlzChem Group vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-569/19)
(2019/C 363/28)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: AlzChem Group AG (Trostberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Borsos u J. Guerrero Pérez, lawyers)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat; |
— |
tannulla d-Deċiżjoni C(2019) 5602 tas-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea tat-22 ta’ Lulju 2019, meħuda skont l-Artikolu 4 tad-dispożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1), bi tweġiba għat-talba No GESTDEM 2019/2311; u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq żball ta’ liġi u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ ċerti eċċezzjonijiet għar-regola ġenerali ta’ għoti ta’ aċċess għal dokumenti, fid-dawl tal-fatti inkwistjoni:
|
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni dwar ir-rifjut ta’ aċċess għal verżjoni mhux kunfidenzjali, aċċess parzjali, jew aċċess għad-dokumenti mill-bini tal-Kummissjoni, skont l-Artikoli 4(6) u 10 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001. |
(1) Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).