Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TN0520

    Kawża T-520/19: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2019 — Heitec vs EUIPO — Hetec Datensysteme (HEITEC)

    ĠU C 312, 16.9.2019, p. 43–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.9.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 312/43


    Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2019 — Heitec vs EUIPO — Hetec Datensysteme (HEITEC)

    (Kawża T-520/19)

    (2019/C 312/35)

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Heitec AG (Erlangen, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Wagner, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hetec Datensysteme GmbH (Germering, il-Ġermanja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “HEITEC” — Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 774 331

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ April 2019 fil-Każ R 1171/2018-2

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 95(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

    Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, moqri flimkien mar-Regola 40(5) u mar-Regola 22(3) u (4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95.


    Top