Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TN0299

    Kawża T-299/19: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Mejju 2019 — VG vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 230, 8.7.2019, p. 58–59 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.7.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 230/58


    Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Mejju 2019 — VG vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-299/19)

    (2019/C 230/72)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: VG (rappreżentant: L. Levi, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni tas-6 ta’ Marzu 2019 meħuda sabiex tiġi eżegwita s-sentenza tas-27 ta’ Novembru 2018 fil-Kawżi magħquda T-314/16 u T-435/16, VG vs Il-Kummissjoni u li tirrifjuta li ċerta data personali tintbagħad lir-rikorrenti;

    tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta’ kumpens għad-dannu morali stmat ex aequo et bono għal EUR 20 000;

    tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 266 TFUE u tal-awtorità ta’ res judicata tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Novembru 2018, VG vs Il-Kummissjoni (T-314/16 u T-435/16, EU:T:2018:841).

    Ir-rikorrenti titlob barra minn hekk kumpens għad-dannu morali li hija ġarrbet minħabba r-rifjut fid-deċiżjoni tas-6 ta’ Marzu 2019.


    Top