This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019TN0256
Case T-256/19: Action brought on 15 April 2019 — Assi v Council
Kawża T-256/19: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ April 2019 — Assi vs Il-Kunsill
Kawża T-256/19: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ April 2019 — Assi vs Il-Kunsill
ĠU C 246, 22.7.2019, p. 27–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 246/27 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ April 2019 — Assi vs Il-Kunsill
(Kawża T-256/19)
(2019/C 246/29)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Bashar Assi (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: L. Cloquet, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/87 tal-21 ta’ Jannar 2019 (1), sa fejn din tapplika għar-rikorrent; |
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/85 tal-21 ta’ Jannar 2019 (2), sa fejn dan japplika għar-rikorrent, u |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenut wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-fatti meta sostna li r-rikorrent allegatament jappoġġja r-reġim Sirjan u jibbenefika minnu, meta tali perspettiva hija manifestament infondata. |
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li twettaq ksur tal-prinċipju ġenerali ta’ proporzjonalità u li l-miżuri meħuda fl-atti kkontestati ser ikollhom tali effetti li għandhom jitqiesu bħala sproporzjonati fihom infushom. Il-konsegwenzi ekonomiċi tas-sanzjonijiet kontra r-rikorrent allegatament ser ikunu diżastrużi u sproporzjonati meta mqabbla mal-għanijiet li l-atti kkontestati jridu jilħqu. |
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li twettaq ksur sproporzjonat tad-dritt għal proprjetà u tad-dritt għax-xogħol, sa fejn il-miżuri kkontestati allegatament jipprekludu t-tgawdija paċifika tar-rikorrent tal-proprjetà tiegħu u l-libertà ekonomika tiegħu billi jiksru l-ewwel Protokoll addizzjonali għall-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali. |
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ użu ħażin ta’ poter. L-atti kkontestati ġew adottati bil-għan li jintlaħqu għanijiet differenti minn dawk imsemmija fihom, b’mod partikolari li jiġi mmirat ir-rikorrent innifsu minflok ir-reġim għal motivi li huwa ma jafx bihom, u għalhekk allegatament huma vvizjati b’użu ħażin ta’ poter. |
5. |
Il-ħames motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li twettaq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni stipulat fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE. Il-motivazzjoni mogħtija għall-atti kkontestati allegatament hija, fil-verità, sempliċi formalità u probabbilment ma ġietx meqjusa mill-konvenut. |
6. |
Is-sitt motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li twettaq ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal smigħ xieraq. Ir-rikorrent allegatament qatt ma kien f’pożizzjoni biex jingħata smigħ qabel l-impożizzjoni tal-miżuri restrittivi kkontestati, u għalhekk ma setax jeżerċita d-drittijiet tad-difiża tiegħu b’mod korrett, inkluż id-dritt tiegħu għal smigħ, iggarantit b’mod partikolari bl-Artikolu 6(3) tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Artikolu 48(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
(1) Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/87 tal-21 ta’ Jannar 2019 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2019, L 18I, p. 13).
(2) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/85 tal-21 ta’ Jannar 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2019, L 18I, p. 4).