Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TN0175

    Kawża T-175/19: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2019 — Vereinigung der Bayerischen Wirtschaft vs EUIPO (eVoter)

    ĠU C 164, 13.5.2019, p. 59–60 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.5.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 164/59


    Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2019 — Vereinigung der Bayerischen Wirtschaft vs EUIPO (eVoter)

    (Kawża T-175/19)

    (2019/C 164/62)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Vereinigung der Bayerischen Wirtschaft eV (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: L. Genz, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni “eVoter” — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 900 152

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Jannar 2019 fil-Każ R 1983/2018-5

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti tal-appell.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

    Ksur tal-proċedura amministrattiva tal-EUIPO;

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top