Tento dokument je výňatkem z internetových stránek EUR-Lex
Dokument 62019TN0074
Case T-74/19: Action brought on 7 February 2019 — DK Company v EUIPO — Hunter Boot (DENIM HUNTER)
Kawża T-74/19: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2019 – DK Company vs EUIPO – Hunter Boot (DENIM HUNTER)
Kawża T-74/19: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2019 – DK Company vs EUIPO – Hunter Boot (DENIM HUNTER)
ĠU C 112, 25.3.2019, s. 47—48
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 112/47 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2019 – DK Company vs EUIPO – Hunter Boot (DENIM HUNTER)
(Kawża T-74/19)
(2019/C 112/58)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: DK Company A/S (rappreżentanti: S. Hansen, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hunter Boot Limited (Edinburgh, ir-Renju Unit)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni “DENIM HUNTER”– Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 649 891
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 849/2018-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tibdel id-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti. |
Motiv invokat
— |
Il-Bord tal-Appell żbalja meta kkonkluda li teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni bejn iż-żewġ trade marks. |