Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TA0591

Kawża T-591/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2021 – Healios vs EUIPO – Helios Kliniken (Healios) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Healios – Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea HELIOS – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-sinjali – Xebh tal-prodotti u tas-servizzi – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti – Artikoku 42(2) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 47(2) tar-Regolament 2017/1001)”)

ĠU C 462, 15.11.2021, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 462/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2021 – Healios vs EUIPO – Helios Kliniken (Healios)

(Kawża T-591/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Healios - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea HELIOS - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Xebh tal-prodotti u tas-servizzi - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikoku 42(2) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 47(2) tar-Regolament 2017/1001)”)

(2021/C 462/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Healios KK (Tokjo, il-Ġappun) (rappreżentant: P. Venohr, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Rampini u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Helios Kliniken GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: B. Michaelis, avukata)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Ġunju 2019 (Każ R 341/2018-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Helios Kliniken u Healios.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-12 ta’ Ġunju 2019 (Każ R 341/2018-5) hija annullata sa fejn jirrigwarda l-prodotti u s-servizzi li jaqgħu taħt il-klassijiet 1, 5 u 44 tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat, u li jikkorrispondu, għal kull wieħed minn dawn il-klassijiet, għad-deskrizzjoni li ġejja:

klassi 1: “Ċelloli staminali għal skopijiet xjentifiċi”, “ċelloli staminali għal skopijiet ta’ riċerka”;

klassi 5: “Preparazzjonijiet veterinarji”, “ċelloli staminali għal skopijiet mediċi; aġenti li jattivaw il-funzjonijiet ċellolari għal skopijiet mediċi; ċelloli staminali għal skopijiet veterinarji”, “impjanti kirurġiċi mkabbra minn ċelloli staminali”;

klassi 44: “Servizzi mediċi li jikkonċernaw l-estrazjoni, il-manipulazzjoni u t-trattament taċ-ċelloli staminali; Servizzi mediċi fil-qasam tat-tneħħija, tat-trattament u tal-ipproċessar ta’ demm uman, ta’ demm umbiliku, ta’ ċelloli umani, ta’ ċelloli staminali u ta’ mudullun tal-għadam”.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 363, 28.10.2019.


Top