Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TA0552

    Kawża T-552/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ġunju 2020 – Malacalza Investimenti vs BĊE (“Aċċess għal dokumenti – Deċiżjoni tal-BĊE li jqiegħed lil Banca Carige SpA taħt amministrazzjoni temporanja – Rifjut ta’ aċċess – Proċedura fil-kontumaċja”)

    ĠU C 262, 10.8.2020, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.8.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 262/23


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ġunju 2020 – Malacalza Investimenti vs BĊE

    (Kawża T-552/19) (1)

    (“Aċċess għal dokumenti - Deċiżjoni tal-BĊE li jqiegħed lil Banca Carige SpA taħt amministrazzjoni temporanja - Rifjut ta’ aċċess - Proċedura fil-kontumaċja”)

    (2020/C 262/31)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Malacalza Investimenti Srl (Genova, l-Italja) (rappreżentanti: P. Ghiglione, E. De Giorgi u L. Amicarelli, avukati)

    Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: F. von Lindeiner u M. Van Hoecke, aġenti, assistiti minn D. Sarmiento Ramírez-Escudero, avukat)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-BĊE LS/LdG/19/185 tat-12 ta’ Ġunju 2019 li tirrifjuta l-aċċess għal diversi dokumenti relatati mad-Deċiżjoni tal-Bord tal-Gvernaturi tal-BĊE ECB-SSM-2019-ITCAR-11 tal-1 ta’ Jannar 2019 li tqiegħed lil Banca Carige SpA taħt amministrazzjoni temporanja.

    Dispożittiv

    1)

    Id-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) LS/LdG/19/185 tat-12 ta’ Ġunju 2019 li tirrifjuta l-aċċess għal diversi dokumenti relatati mad-Deċiżjoni tal-Bord tal-Gvernaturi tal-BĊE ECB-SSM-2019-ITCAR-11 tal-1 ta’ Jannar 2019 li tqiegħed lil Banca Carige SpA taħt amministrazzjoni temporanja, hija annullata.

    2)

    Il-BĊE huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 328, 30.9.2019.


    Top