Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TA0275

    Kawża T-275/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2022 – PNB Banka vs BĊE (“Politika ekonomika u monetarja – Superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu – Setgħat tal-BĊE – Setgħat ta’ investigazzjoni – Spezzjonijiet fuq il-post – Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 – Deċiżjoni tal-BĊE li titwettaq spezzjoni fil-bini ta’ istituzzjoni ta’ kreditu inqas sinifikanti – Rikors għal annullament – Att li jista’ jiġi kkontestat – Ammissibbiltà – Kompetenza tal-BĊE – Obbligu ta’ motivazzjoni – Elementi ta’ natura li jiġġustifikaw spezzjoni – Artikolu 106 tar-Regoli tal-Proċedura – Talba għal seduta nieqsa minn motivazzjoni”)

    ĠU C 35, 30.1.2023, p. 45–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.1.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 35/45


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2022 – PNB Banka vs BĊE

    (Kawża T-275/19) (1)

    (“Politika ekonomika u monetarja - Superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu - Setgħat tal-BĊE - Setgħat ta’ investigazzjoni - Spezzjonijiet fuq il-post - Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 - Deċiżjoni tal-BĊE li titwettaq spezzjoni fil-bini ta’ istituzzjoni ta’ kreditu inqas sinifikanti - Rikors għal annullament - Att li jista’ jiġi kkontestat - Ammissibbiltà - Kompetenza tal-BĊE - Obbligu ta’ motivazzjoni - Elementi ta’ natura li jiġġustifikaw spezzjoni - Artikolu 106 tar-Regoli tal-Proċedura - Talba għal seduta nieqsa minn motivazzjoni”)

    (2023/C 35/51)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: PNB Banka SA (Riga, il-Latvja) (rappreżentant: O. Behrends, avukat)

    Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: C. Hernández Saseta, F. Bonnard u V. Hümpfner, aġenti)

    Intervenjent insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou, A. Nijenhuis u A. Steiblytė, aġenti)

    Suġġett

    Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), innotifikata permezz ta’ ittra tal-14 ta’ Frar 2019, li titwettaq spezzjoni fuq il-post fil-bini tiegħu.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    PNB Banka AS għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).

    3)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


    (1)  ĠU C 213, 24.6.2019.


    Top