Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TA0253

    Kawża T-253/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2021 – BG vs Il-Parlament (“Servizz pubbliku – Assistenti parlamentari akkreditati – Xoljiment tal-kuntratt – Ksur tar-rabta ta’ fiduċja – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dritt għal smigħ – Fastidju psikoloġiku – Talba għal assistenza – Vittimizzazzjoni – Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni – Responsabbiltà”)

    ĠU C 357, 6.9.2021, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.9.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 357/19


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2021 – BG vs Il-Parlament

    (Kawża T-253/19) (1)

    (“Servizz pubbliku - Assistenti parlamentari akkreditati - Xoljiment tal-kuntratt - Ksur tar-rabta ta’ fiduċja - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dritt għal smigħ - Fastidju psikoloġiku - Talba għal assistenza - Vittimizzazzjoni - Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni - Responsabbiltà”)

    (2021/C 357/30)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: BG (rappreżentanti: L. Levi, A. Champetier u A. Tymen, avukati)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: I. Lázaro Betancor u I. Terwinghe, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament tat-18 ta’ Mejju 2018 li l-kuntratt ta’ assistent parlamentari akkreditat tar-rikorrenti jiġi xolt u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens tad-dannu morali li hija allegatament ġarrbet.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    BG hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 213, 24.6.2019.


    Top