Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TA0186

Kawża T-186/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – Zubedi vs Il-Kunsill (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja – Iffriżar ta’ fondi – Żball ta’ evalwazzjoni”)

ĠU C 339, 12.10.2020, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – Zubedi vs Il-Kunsill

(Kawża T-186/19) (1)

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Żball ta’ evalwazzjoni”)

(2020/C 339/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Khaled Zubedi (Damasku, is-Sirja) (rappreżentanti: M. Lester, QC, u M. O’Kane, solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux u A. Limonet, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/87 tal-21 ta’ Jannar 2019 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2019, L 18 I, p. 13) u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/85 tal-21 ta’ Jannar 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2019, L 18 I, p. 4) sa fejn dawn l-atti jirrigwardaw lir-rikorrent

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Khaled Zubedi għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 187, 3.6.2019.


Top